Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0380(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0282/2013

Testi mressqa :

A7-0282/2013

Dibattiti :

PV 22/10/2013 - 18
CRE 22/10/2013 - 18

Votazzjonijiet :

PV 23/10/2013 - 11.6
CRE 23/10/2013 - 11.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 12/12/2013 - 12.10
CRE 12/12/2013 - 12.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 16/04/2014 - 14.13
CRE 16/04/2014 - 14.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0441
P7_TA(2014)0443

Testi adottati
PDF 293kWORD 84k
L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 - Strasburgu
Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ***I
P7_TA(2014)0443A7-0282/2013
RETTIFIKI
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew fis-16 ta' April 2014 dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 u r-Regolament tal-Kunsill Nru XXX/2011 dwar il-politika marittima integrata (COM(2013)0245 – C7-0108/2013 – 2011/0380(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0804) u l-proposta emendata (COM(2013)0245),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42, 43(2),91(1), 100(2), 173(3), 175, 188, 192(1), 194(2) and 195(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0108/2013),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2012(1) u tat-22 ta' Mejju 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2012(3),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0282/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(4);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 299, 4.10.2012, p. 133.
(2) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 154.
(3) ĠU C 391, 18.12.2012, p. 84.
(4) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-23 ta' Ottubru 2013 (Testi adottati, P7_TA(2013)0441).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
P7_TC1-COD(2011)0380

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 508/2014.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza