Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0812(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0146/2014

Testi mressqa :

A7-0146/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2014 - 14.14
CRE 16/04/2014 - 14.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0444

Testi adottati
PDF 293kWORD 41k
L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 - Strasburgu
Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija ***I
P7_TA(2014)0444A7-0146/2014
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emenda tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) (17043/2013 – C7-0435/2013 – 2013/0812(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-inizjattiva li tressqet minn grupp ta' Stati Membri ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill (17043/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76(b) u l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-abbozz ta' att kien ippreżentat lill-Parlament (C7‑0435/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2014)0007),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 44 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7‑0146/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jiddispjaċih li l-Parlament Ewropew ma kienx involut b'mod sħiħ fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet u li kandidat wieħed biss ġie ppreżentat lill-kumitat rilevanti, minkejja li ġew ippreżentati wkoll seba' applikazzjonijiet wara li, f'Lulju 2013, il-Presidenza tal-Kunsill ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet biex jiġi ospitat il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija fuq bażi provviżorja sakemm tinstab soluzzjoni fuq terminu twil għall-futur tal-Aġenzija. L-Istati Membri li ppreżentaw il-kandidaturi kienu l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Finlandja. Il-ftehim politiku kien ikkonfermat fil-laqgħa tal-Kunsill ĠAI fit-8 ta’ Ottubru 2013; biħsiebu jitlob iktar informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-post preċiż qabel ma jiddeċiedi dwar il-pożizzjoni finali tiegħu.

3.  Jistieden lill-awtoritajiet baġitarji biex jiżguraw li l-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-bidla fis-sede tas-CEPOL ikunu koperti b'mod sħiħ mill-pajjiż ospitanti attwali u permezz ta' baġit addizzjonali tal-Unjoni u għaldaqstant ma jiġix affetwat b'mod negattiv il-baġit regolari tas-CEPOL sabiex ma jipperikolawx il-ħtiġijiet operattivi normali tas-CEPOL.

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)
P7_TC1-COD(2013)0812

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 543/2014.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza