Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0427(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0257/2014

Testi mressqa :

A7-0257/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2014 - 9.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0446

Testi adottati
PDF 198kWORD 36k
Il-Ħamis, 17 ta' April 2014 - Strasburgu
Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ***
P7_TA(2014)0446A7-0257/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (18141/2013 – C7-0107/2014 – 2013/0427(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (18141/2013),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (18140/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 4 u78(1) u (2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0107/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7‑0257/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Arranġament;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja.

Avviż legali - Politika tal-privatezza