Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0074(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0379/2013

Testi mressqa :

A7-0379/2013

Dibattiti :

PV 11/12/2013 - 13
CRE 11/12/2013 - 13

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2013 - 12.8
CRE 12/12/2013 - 12.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 17/04/2014 - 9.5
CRE 17/04/2014 - 9.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0588
P7_TA(2014)0449

Testi adottati
PDF 89kWORD 53k
Il-Ħamis, 17 ta' April 2014 - Strasburgu
L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta ***I
P7_TA(2014)0449A7-0379/2013
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta (COM(2013)0133 – C7-0065/2013 – 2013/0074(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0133),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 43(2) u 100(2), 192(1) u 194(2), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0065/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, minn Parlament tar-Renju tal-Belġju, il-Bundesrat tal-Ġermanja, il-Kamra tar-Rappreżentanti Irlandiża, is-Senat Irlandiż, il-Parlament tal-Litwanja, is-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi, is-Senat Pollakk, il-Parlament tal-Finlandja u l-Parlament tal-Isvezja, li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-9 ta' Ottubru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0379/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 341, 21.11.2013, p.67.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p.124.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-12 ta' Diċembru 2013 (Testi adottati P7_TA(2013)0588).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta'April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal ippjanar spazjali marittimu
P7_TC1-COD(2013)0074

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2014/89/UE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza