Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (06035/2014 – C7-0113/2014 – 2014/0019(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (06035/2014),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (06037/2014),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 167(3), 207 kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a) v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0113/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0012/2014),
1. Jagħti l-kunsens tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea.