Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-Ftehim Ewropew konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (COM(2014)0452 – 2014/2860(RSP))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-Ftehim Ewropew konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (COM(2014)0452),
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 155(2) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni,
– wara li kkunsidra l-fatt li l-Ftehim kien jinkludi talba konġunta lill-Kummissjoni biex timplimentah permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar proposta mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 155(2) tat-TFUE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 101(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi l-Artikolu 155(1) tat-TFUE jagħti l-possibilità lis-sħab soċjali fil-livell tal-UE, jekk hekk jixtiequ, li jibdew djalogu li jista' jwassal għal relazzjonijiet kuntrattwali, inklużi ftehimiet;
B. billi l-Artikolu 155(2) tat-TFUE jiddisponi li l-ftehimiet konklużi fil-livell tal-UE jistgħu jkunu implimentati fuq talba konġunta mill-partijiet firmatarji, b'deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni;
1. Jilqa' l-fatt li, għalkemm l-Artikolu 155(2) tat-TFUE ma jipprevedix li l-Parlament jiġi kkonsultat fir-rigward tat-talbiet magħmula lill-Kummissjoni mis-sħab soċjali, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha quddiem il-Parlament u talbitu jikkomunika l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni u l-Kunsill;
2. Jilqa' l-fatt li l-Ftehim kif ġie konkluż mis-sħab soċjali u l-proposta tal-Kummissjoni jipprevedu biss rekwiżiti minimi, li jħallu lill-Istati Membri u/jew is-sħab soċjali liberi li jadottaw miżuri li jkunu aktar favorevoli għall-ħaddiema fil-qasam ikkonċernat;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lis-sħab soċjali konċernati.