Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll tal-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq it-Tagħmir Mobbli li jirrigwarda Materji Speċifiċi għall-Vetturi Ferrovjarji, adottat f'Lussemburgu fit-23 ta' Frar 2007 (15113/2013 – C8-0004/2014 – 2013/0184(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15113/2013),
– wara li kkunsidra l-Protokoll tal-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq it-Tagħmir Mobbli li jirrigwarda Materji Speċifiċi għall-Vetturi Ferrovjarji, adottat f'Lussemburgu fit-23 ta' Frar 2007(1),
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0004/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0030/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu biex il-Protokoll jiġi approvat;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.