Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-30 ta' Ġunju 2005 dwar Ftehimiet dwar l-Għażla tal-Forum (12052/2014 – C8-0222/2014 – 2014/0021(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12052/2014),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Aja tat-30 ta’ Ġunju 2005 dwar Ftehimiet dwar l-Għażla tal-Forum(1),
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) (v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0222/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta ' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0034/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-Konvenzjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.