Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/2037(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0068/2014

Testi mressqa :

A8-0068/2014

Dibattiti :

PV 16/12/2014 - 14
CRE 16/12/2014 - 14

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2014 - 10.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0088

Testi adottati
PDF 316kWORD 60k
L-Erbgħa, 17 ta' Diċembru 2014 - Strasburgu Verżjoni finali
Mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2014
P8_TA(2014)0088A8-0068/2014
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza, b'konformità mal-punt 14 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2014)0328 – C8-0020/2014 – 2014/2037(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0328 – C8‑0020/2014),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1)(Regolament QFP), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta dwar approprjazzjonijiet ta' pagament mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, kif miftiehma fil-konklużjonijiet konġunti tat-12 ta' Novembru 2013(3),

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2014, adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2014 (COM(2014)0329),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2014 adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Diċembru 2014 (16740/2014 – C8-0289/2014),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0068/2014),

A.  billi l-implimentazzjoni tal-QFP 2014-2020 bdiet b'ammont kbir ta' pagamenti pendenti, b'kontijiet mhux imħallsa li jammontaw għal madwar EUR 23,4 biljun fi tmiem l-2013 għall-Politika ta' koeżjoni biss, u livell ta' impenji pendenti (RAL) li jlaħħaq il-EUR 221,7 biljun sal-istess data, jiġifieri EUR 41 biljun aktar minn dak li kien oriġinarjament previst meta ntlaħaq qbil dwar il-QFP 2007-2013; billi din is-sitwazzjoni hija inaċċettabbli u teħtieġ miżuri urġenti, li tuża l-mekkaniżmi ta' flessibbiltà inklużi fir-Regolament QFP, bil-għan li ma tipperikolax it-twettiq tal-politiki u l-programmi tal-Unjoni, kif maqbul unanimament fil-QFP, iżda wkoll biex jiġu limitati t-talbiet għal imgħax fuq ħlasijiet tard u jkun evitat li jiżdiedu l-esponiment ekonomiku u l-vulnerabbiltà tal-benefiċjarji tal-baġit tal-Unjoni;

B.  billi, fil-qafas tal-konċiljazzjoni baġitarja għall-2014, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu b'mod konġunt, fid-dawl tal-ħtieġa li tkun żgurata progressjoni ordinata tal-pagamenti u tkun evitata bidla anomala tar-RAL fil-baġit tal-2015, li jużaw il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà differenti li jinsabu fir-Regolament QFP, inkluż il-Marġni ta' Kontinġenza;

C.  billi, wara li ġew eżaminati l-possibbiltajiet finanzjarji kollha l-oħra li jirreaġixxu għal ċirkostanti imprevisti, il-Kummissjoni kienet proponiet li timmobilizza l-ammont kollu tal-Marġni ta' Kontinġenza disponibbli biex jikkumplementa l-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014, 'il fuq mil-limitu massimu għall-pagamenti.

D.  billi l-Kunsill ma jinterpretax bl-istess mod bħall-Parlament u l-Kummissjoni l-fatt li t-EUR 350 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament mobilizzati fl-2014 fir-rigward tal-Istrumenti Speċjali previsti fir-Regolament QFP għandhom jingħaddu barra l-limitu massimu għall-pagamenti u b'hekk iħalli marġni ta' EUR 711 miljun li għandhom jintużaw qabel ma jsir rikors għall-Marġni ta' Kontinġenza; billi, skont dan, id-deċiżjoni tibqa' miftuħa għal jekk u sa liema punt l-ammont ta' EUR 350 miljun għandux jitnaqqas mill-marġni tal-QFP għall-pagamenti għas-snin finanzjarji attwali jew futuri;

E.  billi ġie miftiehem li, fil-qafas tan-negozjati dwar il-pakketti baġitarji 2014-2015, jiġi mobilizzat il-Marġni ta' Kontinġenza għal ammont ta' EUR 2 818,2 miljun u EUR 350 miljun, jiġifieri EUR 3 168,2 miljun;

F.  billi din il-mobilizzazzjoni aktarx ma tindirizzax b'mod sostenibbli l-kwistjoni dwar l-iskarsezzi ta' pagament reċenti u dwar iż-żieda fl-impenji pendenti, iżda tillimita biss iż-żieda fil-kontijiet pendenti li ġew riportati għas-sena ta' wara, numru li, mill-2010, kiber b'aktar minn 50 % kull sena ;

G.  billi, barra minn hekk, il-finanzjament ta' din il-mobilizzazzjoni jista' jsir prattikament mingħajr ma jkun gravanti fuq il-baġits nazzjonali minħabba dħul addizzjonali ieħor mhux mistenni għas-sena 2014;

H.  billi, barra minn hekk, il-mobbilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2014 ma tinvolvi l-ebda żieda fil-limitu massimu globali għall-pagamenti (EUR 908 biljun fil-prezzijiet tal-2011) tal-QFP 2014-2020, kif stipulat b'mod ċar fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament QFP peress li hu bbilanċjat skont il-marġni tas-snin finanzjarji futuri kif stipulat fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament QFP;

1.  Jaqbel mal-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza għall-2014, kif preżentat fl-anness;

2.  Jissottolinja li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament QFP, turi biċ-ċar għal darb'oħra l-bżonn kruċjali li l-baġit tal-Unjoni jsir aktar flessibbli;

3.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Testi adottati, 20.11.2013, P7_TA(2013)0472.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/435.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza