Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0086(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0041/2014

Testi mressqa :

A8-0041/2014

Dibattiti :

PV 17/12/2014 - 17
CRE 17/12/2014 - 17

Votazzjonijiet :

PV 18/12/2014 - 10.2
CRE 18/12/2014 - 10.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0111

Testi adottati
PDF 232kWORD 50k
Il-Ħamis, 18 ta' Diċembru 2014 - Strasburgu
Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Ġeorġja ***
P8_TA(2014)0111A8-0041/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja min-naħa l-oħra (09827/2014 – C8-0129/2014 – 2014/0086(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09827/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta ' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (17901/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), Artikolu 218(7) u Artilolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0129/2014),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE rigward in-negozjati bejn l-UE u l-Ġeorġja dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2014(2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0041/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġeorġja.

(1) ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 137.
(2) Testi adottati, P8_TA(2014)0110.

Avviż legali - Politika tal-privatezza