– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2012(1) u tat-2 ta' April 2014(2) dwar it-twaqqif ta' restrizzjonijiet komuni tal-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ ta' Sergei Magnitsky, u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-istat tad-dritt fir-Russja(3) u tat-13 ta' Marzu 2014 dwar ir-Russja: kundanna tad-dimostranti involuti fil-ġrajjiet tal-Pjazza Bolonaya'(4),
– wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov 2009 għal-Libertà tal-Ħsieb lil 'Memorial', NGO Russa li torganizza kampanji, inter alia, favur id-drittijiet tal-priġunieri politiċi fir-Russja,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tas-26 ta' Marzu 2013 dwar is-sitwazzjoni tal-NGOs fil-Federazzjoni Russa,
– wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Russja, partikolarment l-Artikolu 118 tagħha, li jiddikjara li l-ġustizzja fil-Federazzjoni Russa għandha tiġi amministrata biss mill-qrati, u l-Artikolu 120 tagħha, li jistipula li l-imħallfin huma indipendenti u huma subordinati biss għall-Kostituzzjoni Russa u għad-dritt federali,
– wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet tat-28 ta’ Novembru 2013 bejn l-UE u r-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Federazzjoni Russa Vladimir Lukin, tal-4 ta' Marzu 2014, dwar id-dimostrazzjonijiet pubbliċi f'Moska u dwar il-passi meħuda mill-aġenziji għall-infurzar tal-liġi,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni eżistenti li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra (FSK), kif ukoll in-negozjati li jinsabu sospiżi għal ftehim ġdid bejn l-UE u r-Russja,
– wara li kkunsidra s-‘Sħubija għall-Modernizzazzjoni’ li bdiet fl-2010 f’Rostov-on-Don u l-impenn meħud mit-tmexxija Russa favur l-istat tad-dritt bħala bażi fundamentali għall-modernizzazzjoni tar-Russja,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-9 ta' Diċembru 1998,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Federazzjoni Russa, bħala membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u tan-NU, ħadet l-impenn favur il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; billi minħabba l-bosta każijiet ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt u l-adozzjoni ta' liġijiet restrittivi tul ix-xhur li għaddew, qed ikompli jikber it-tħassib rigward il-konformità tar-Russja mal-obbligi internazzjonali u nazzjonali tagħha; billi l-UE ripetutament offriet għajnuna u għarfien tekniku addizzjonali biex tgħin lir-Russja ħalli timmodernizza u ssegwi l-ordni kostituzzjonali u ġuridika tagħha, f'konformità mal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa;
B. billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja marret għall-agħar tul dawn l-aħħar snin u billi l-awtoritajiet Russi adottaw sensiela ta' liġijiet b'dispożizzjonijiet ambigwi u li qed jintużaw biex ipoġġu aktar restrizzjonijiet fuq l-atturi tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili, u b'hekk ixekklu l-libertajiet tal-espressjoni u tal-għaqda;
C. billi l-ligi Russa dwar l-'aġenti barranin', adottata fl-Lulju 2012, tirrikjedi lil NGOs li jirċievu fondi barranin u li huma impenjati f'xi "attività politika" li japplikaw biex ikunu inklużi f'lista speċjali tal-gvern ta' aġenti barranin, li tfisser li mbagħad ikunu suġġetti għal skrutinju mill-qrib addizzjonali min-naħa tal-gvern, u tirrikjedi li l-pubblikazzjonijiet kollha tagħhom, l-istqarrijiet għall-istampa u r-rapport jiddikjaraw li kienu magħmula minn aġent barrani; billi l-liġi kienet emendata f'Mejju 2014 biex tippermetti lill-Ministeru għall-Ġustizzja stess jirreġistra tali NGOs bħala 'aġenti barranin';
D. billi l-implimentazzjoni ta' din il-liġi kienet tinvolvi azzjonijiet drastiċi bħal raids tal-pulizija, il-konfiska ta' proprjetà, multi amministrattivi u miżuri oħrajn intiżi li jipprevjenu u jiskoraġġixxu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili milli jwettqu xogħolhom; billi 13-il grupp ewlieni favur id-drittijiet b'mod konġunt ressqu ilment quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li fih ikkontestaw il-liġi dwar l-"aġenti barranin"; billi din l-applikazzjoni attwalment qed tiġi riveduta;
E. billi diversi organizzazzjonijiet Russi u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem irrapurtaw li miżuri sproporzjonati u azzjonijiet aggressivi min-naħa tal-forzi tas-sigurtà wasslu għal episodji ta' vjolenza, segwiti minn arresti arbitrarji tad-dimostranti; billi l-mexxejja tal-partiti u tal-movimenti tal-oppożizzjoni huma suġġetti għal fastidju mill-awtoritajiet Russi, b'uħud miżmuma detenuti fuq diversi allegazzjonijiet;
F. billi għadd ta' proċessi u proċedimenti ġudizzjarji matul l-aħħar ftit snin tefgħu dubju fuq l-indipendenza u l-imparzjalità tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji tal-Federazzjoni Russa; billi dawn il-proċessi jeħtieġ li jkunu meqjusa f'kuntest aktar wiesa' ta' ripressjoni, persekuzzjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem li qed jiżdiedu fir-Russja, inklużi arresti, kundanni u proċessi motivati politikament, li tagħhom il-każijiet ta' Sergei Magnitsky, Mikhail Khodorkovsky u Aleksei Navalny huma l-eżempji l-aktar magħrufa;
G. billi l-awtoritajiet Russi qegħdin ikabbru l-programmi ta' sorveljanza tal-massa tagħhom; billi dawn il-programmi, flimkien mal-liġijiet li jirrestrinġu l-libertà tal-NGOs, jagħtu lill-awtoritajiet Russi għodda qawwija ħafna biex jimmonitorjaw u jopprimu l-vuċijiet ta' oppożizzjoni;
H. billi Memorial hi soċjetà storika Russa u favur id-drittijiet ċivili li ilha taħdem sa mill-1987 biex tippromovi l-valuri favur id-demokrazija, l-istat tad-dritt, u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem fil-prattika tal-politiki u tal-ħajja pubblika, u kien fundata fuq l-inizjattiva ta' grupp ta' dissidenti fl-era Sovjetika taħt il-patruċinju tar-rebbieħ tal-Premju Nobel Andrei Sakharov;
I. billi l-Ministeru għall-Ġustizzja Russu qed ifittex il-likwidazzjoni ta' Memorial, minħabba li tiġbor flimkien aktar minn 50 aġenzija reġjonali indipendenti mill-pajjiż kollu ta' organizzazzjoni umbrella unika, mingħajr kwartier ġenerali; billi, skont il-liġi federali, organizzazzjoni tista' biss tkun klassifikata bħala 'nazzjonali' jekk tkun rappreżentata f'aktar minn nofs ir-reġjuni tar-Russja permezz ta' organizzazzjonijiet 'reġjonali' formalment reġistrati; billi Memorial kienet reġistrata mal-Ministeru tal-Ġustizzja sa mill-1992;
J. billi Memorial, permezz tal-ilħna tal-mexxejji tagħha, opponiet u kkritikat l-aggressjoni Russa kontra l-Ukraina u talbet lill-President Putin jtemmha;
K. billi l-Parlament Ewropew ta l-Premju Sakharov tal-2009 lil Memorial;
L. billi fit-23 ta' Mejju 2014, Qorti f'Moska ordnat liċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial jiġi reġistrat bħal aġent barrani għall-"attività politika" tiegħu fil-qasam tax-xogħol tad-drittijiet tal-bniedem; billi sussegwentement l-NGO irrifjutat li tirreġistra lilha nnifisha f'din il-kategorija inġusta u ddeċidiet li tillikwida l-istruttura tagħha u tkompli l-ħidma tagħha mingħajr ma tkun reġistrata fil-Federazzjoni Russa;
M. billi fit-13 ta' Ottubru 2014 infetħet kawża mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Russja bl-għan li tillikwida s-Soċjetà Memorial Russa, allegatament għar-raġuni li din u l-assoċjazzjonijiet affiljati tagħha kien reġistrati b'mod mhux kif suppost;
N. billi Memorial qed tħabbat wiċċha ma' xoljiment ġaladarba l-Qorti Suprema tar-Russja taqta' s-sentenza tal-kawża fit-13 ta' Novembru 2014;
O. billi Memorial ilu jkollha l-problemi mal-amministrazzjoni Russia, fosthom ġiet ittimbrata “aġent barrani” mill-Ministeru tal-Ġustizzja f'Lulju 2014, ġiet imġiegħla tagħlaq l-uffiċċju tagħha fiċ-Ċeċenja wara l-qtil tal-attivista tad-drittijiet tal-bniedem Natalya Estemirova li kienet qed tinvestiga każijiet ta' ħtif u qtil. Barra minn hekk, Memorial kienet l-ewwel orhainzzazzjoni li rċeviet ordni ta' likwidazzjoni għaċ-ċentru tagħha ta' kontra d-diskriminazzjoni, ADC f'San Pietruburgu (li jippromwovi d-drittijiet tar-Roma, ħaddiema migranti mill-Asja Ċentrali u l-Kawkasu, u Tatari etniċi fil-Krimea), talli naqas milli jirreġistra bħala "aġent barrani";
P. billi taħt l-emendi l-ġodda tal-Liġi dwar l-Informazzjoni, it-Teknoloġiji tal-Informatika u l-Protezzjoni tal-Informazzjoni adottata fi Frar 2014, ġew blukkati s-siti tas-servizzi tal-aħbarijiet indipendenti bl-internet; billi dawn jinkludu s-siti Grani.ru, Kasparov.ru, EJ.ru, il-blog tal-attivista tal-oppożizzjoni Aleksei Navalny fuq is-sit elettroniku tal-istazzjon tar-radju Moscow Echo u Livejournal.com; billi f'xi żoni, is-servizz indipendenti tal-istazzjon tat-televiżjoni bil-cable "Dozhd" (Xita) m'għadux jitħalla jxandar;
1. Jikkundanna b'qawwa l-appell tal-Ministeru tal-Ġustizzja fil-Qorti Suprema biex tingħalaq l-organizzazzjoni indipendenti tad-drittijiet Memorial u s-seduta tas-smigħ skedata għat-13 ta' Novembru 2014, u jħeġġu jirtira l-kawża qabel is-seduta ta' smigħ skedata; jenfasizza li Memorial għandha rwol kruċjali fl-iżvilupp tal-valuri demokratiċi u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja;
2. Jistieden lill-awtoritajiet Russi jtemmu kwalunkwe att ta' intimidazzjoni, anke fil-livell ġudizzjarju, kontra s-Soċjetà "Memorial", iċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem “Memorial”, il-membri tagħhom, kif ukoll id-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa, u jiżguraw f'kull ċirkostanza li huma jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet leġittimi tagħhom mingħajr ebda indħil;
3. Jindika li Mikhail Fedotov, President tal-Kunsill Presidenzjali Russu għas-Soċjetà Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem, esprima b'mod ċar li mhemmx raġunijiet legali biex Memorial tingħalaq, u li s-smigħ tal-Qorti Suprema għandu jiġi pospost għal wara konferenza ppjanata ta' Memorial 19 ta' Novembru 2014, meta l-organizzazzjoni hi mistennija tħabbar bidliet fl-istruttura organizzativa tagħha bl-għan li tkun konformi mal-liġi Russa;
4. Jemmen li l-liġi tal-"aġent barrani" tikkostitwixxi ksur tal-impenji meħuda mir-Russja lejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE; jikkunsidra wkoll li d-definizzjoni ta' "attività politika"mwettqa minn NGOs li jaċċettaw finanzjament barrani tant hi wiesgħa li tippermetti, fil-prattika, kontroll tal-gvern fuq kważi kull attività organizzata relatata mal-ħajja pubblika; iħeġġeġ għaldaqstant lir-Russja biex tirrevoka liġijiet li jinkludu fihom dispożizzjonijiet inkonsistenti mal-impenji internazzjonali u kostituzzjonali tar-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem;
5. Jesprimi t-tħassib l-aktar profond rigward l-emendi sussegwenti ta' Mejju 2014 tal-liġi tal-"aġenti barranin", li issa tippermetti lill-Ministeru tal-Ġustizzja jirreġistra gruppi bħala "aġenti barranin" fid-diskrezzjoni tiegħu, mingħajr il-kunsens tagħhom;
6. Jindika li sa mir-reviżjoni tal-liġi, il-Ministeru tal-Ġustizzja rreġistra l-ewwel ħmistax-il grupp, u sussegwentement diversi NGOs ġġieldu bil-qrati, mingħajr ma rnexxielhom, kontra l-isforzi tal-awtoritjaiet biex iġegħluhom jirreġistraw;
7. Jenfasizza li dawk l-NGOs (iċ-Ċentru Memorial għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Fondazzjoni Verdett Pubbliku, AGORA u JURIX) huma partikolarment magħrufa li jipprovdu għajnuna legali lill-vittmi ta' manipulazzjoni politika tal-ġustizzja, attivisti tas-soċjetà ċivili ppersegwitati u dimostranti paċifiċi, attivisti LGBT, u vittmi ta' vjolenza min-naħa tal-pulizija, u għandhom rwol kruċjali fl-iżvilupp tal-valuri demokratiċi u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja;
8. Jistieden lill-awtoritajiet Russi jiżguraw fiċ-ċirkostanzi kollha r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali skont id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-bniedem u l-istrumenti internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem ratifikati mill-Federazzjoni Russa, u li jirrispettaw id-drittijiet taċ-ċittadini kollha li jeżerċitaw il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem universali tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet Russi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri dwar azzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa biex titjieb il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jkunu promossi l-attivitajiet tagħhom;
9. Jinsab imħasseb ħafna dwar in-nuqqas ta' osservanza, min-naħa tar-Russja, tal-obbligi legali internazzjonali tagħha, bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-OSKE, u tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-istat tad-dritt kif minquxa fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR);
10. Jesprimi tħassib profond dwar il-fatt li l-kundizzjoni tas-Soċjetà ċivili kritika fir-Russja qed teħżien b'mod partikolari dawk l-organizzazzjonijiet li jaħdmu fuq id-drittijiet tal-bniedem u jesprimu kritika fir-rigward tal-politiki tal-istat; jistieden bil-qawwa lir-Russja, biex treġġa' lura t-tendenza attwali, biex tiżgura li dawn iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet leġittimi tagħhom bla indħil u jipparteċipaw fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta' soċjetà ċivili kritika;
11. Jenfasizza li l-liberta ta' għaqda fil-Federazzjoni Russa hi stipulata fl-Artikolu 31 tal-Kostituzzjoni Russa u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li tagħhom ir-Russja hi firmatarja, u dan jobbliga lill-awtoritajiet Russi biex jirrispettawha; jistieden lill-Federazzjoni Russa tirrispetta l-prinċipji tal-istat tad-dritt, il-libertà tal-kelma u tal-għaqda;
12. Jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) u lill-SEAE jiżguraw li l-każijiet tal-persuni kollha ppersegwitati għal raġunijiet politiċi jitqajmu fil-laqgħat mal-kontropartijiet Russi tagħhom, u li r-rappreżentanti tar-Russja f'dawn il-laqgħat jintalbu formalment biex iwieġbu fir-rigward ta' kull każ;
13. Jistieden lill-Presidenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kif ukoll lill-VP/RGħ, biex ikomplu jsegwu tali każijiet mill-qrib, ikomplu jqajmu dawn il-kwistjonijiet fil-formati u l-laqgħat differenti mar-Russja, u biex jirrappurtaw lura lill-Parlament dwar l-iskambji tagħhom mal-awtoritajiet Russi;
14. Iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-SEAE jiżguraw li l-UE tfittex kull opportunità biex tkompli tinvolvi u tappoġġa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Russa, inklużi dawk li qed jaħdmu għall-promozzjoni tal-valuri tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;
15. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-SEAE, fir-rigward tal-fażi ta' programmazzjoni li għaddejja bħalissa tal-istrumenti finanzjarji tal-UE, biex tiżdied l-assistenza finanzjarja lis-soċjetà ċivili Russa, u biex jinkludu l-Forum tas-Soċjetà Ċivili UE-Russja fl-Istrument tas-Sħubija biex ikun żgurat appoġġ fit-tul sostenibbli u kredibbli;
16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u lill-President, lill-Gvern u l-Parlament tal-Federazzjoni Russa.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Uzbekistan,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali(1),
– wara li kkunsidra l-strateġija tal-UE għal Sħubija ġdida mal-Ażja Ċentrali, adottata mill-Kunsill Ewropew fil-21-22 ta’ Ġunju 2007 u r-rapporti konġunti ta' progress magħmulin mill-Kummissjoni u mill-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2008 u tat-28 ta' Ġunju 2010,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin ta' Ottubru 2009 u 2010,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 bit-titolu Strateġija dwar il-Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE(2),
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE dwar il-Libertà ta' Espressjoni Online u Offline, adottat mill-Kunsill Affarijiet Barranin fit-12 ta' Mejju 2014,
– wara li kkunsidra t-tħabbira li saret waqt il-laqgħa ministerjali bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Asja Ċentrali fl-20 ta' Novembru 2013, tal-għoti ta' finanzjament ta' EUR 1 biljun għall-pajjiżi tal-Asja Ċentrali għall-perjodu 2014-2020 fil-kuntest tal-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (DCI) tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi, minkejja li l-Uzbekistan impenjat ruħha fi kwistjonijiet marbuta mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-għaqda, il-libertà tal-assoċjazzjoni u l-libertà tar-reliġjon, li huma ggarantiti fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u l-projbizzjoni tat-tortura minquxa fil-Konvenzjoni kontra t-Tortura, ir-riżultati pożittivi li renda dan l-impenn huma ftit;
B. billi l-awtoritajiet Uzbeki qed iżommu fil-ħabs eluf ta' persuni b'akkużi politikament motivati biex jinfurzaw it-tmexxija repressiva tagħhom, fil-konfront ta' attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-oppożizzjoni, ġurnalisti, persuni bi twemmin reliġjuż, artisti u persuni oħra pperċepiti bħala kritiċi, u billi l-Uzbekistan tinsab fil-166 post minn 180 pajjiż fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2014 imfassal mir-'Reporters Without Borders' filwaqt li Freedom House tikklassifika lill-pajjiż, l-istampa u l-internet tiegħu bħala "mhux liberi". billi l-libertajiet diġitali huma mrażżna u miksura b'mod sistematiku fl-Uzbekistan;
C. billi, fost dawk li ntbagħtu l-ħabs għall-ebda raġuni oħra ħlief għall-fatt li eżerċitaw b'mod paċifiku d-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni, hemm ħmistax-il attivist magħrufa tad-drittijiet tal-bniedem(3),ħames ġurnalisti(4), erba' attivisti politiċi paċifiċi tal-oppożizzjoni(5), tliet persunaġġi reliġjużi indipendenti(6); billi 7 oħra huma kritiċi pperċepiti tal-gvern jew xhieda tal-massakru li seħħ fit-13 ta' Mejju 2005 f'Andijan, meta l-forzi tal-gvern Uzbeki fetħu n-nar u qatlu mijiet ta' dimostranti li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu paċifiċi(7); billi ħafna minn dawk li jinsabu l-ħabs jinsabu f'qagħda ta' saħħa kritika, ġew ittorturati waqt li s-sentenzi tagħhom ġew estiżi b'mod arbitrjarju fil-ħabs;
D. billi meta l-gvern Uzbeki sab ma' wiċċu pressjoni esterna kontinwa, inklużi sanzjonijiet, restrizzjonijiet fuq l-assistenza militari u kritika qawwija, pubblika u speċifika oħra min-naħa tas-sħab internazzjonali tiegħu, irreaġġixxa billi, lejliet summits bilaterali importanti jew żjarat ta' livell għoli, ħa passi inkrementali biex itejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom billi jeħles lil xi individwi miżmuma l-ħabs b'akkużi politikament motivati;
E. billi l-gvern Uzbeki qed ikompli jirrifjuta investigazzjoni indipendenti tal-massakru ta' mijiet ta' persuni li seħħ fl-2005 f'Andijan; billi aktar minn mitejn individwu qed ikomplu jiskontaw pieni marbuta mal-ġrajjiet ta' Andijan wara proċessi bil-magħluq mgħarrqa bi ksur serju tal-prinċipju ta' proċess ġust u indikazzjonijiet li t-tortura setgħet ġiet użata biex jinsiltu l-konfessjonijiet; billi uħud mid-delitti marbuta mal-massakru ta' Andijan u d-delitti ta' tortura huma soġġetti għal-ġurisdizzjoni universali;
F. billi fl-2009 u l-2010 l-Kunsill neħħa s-sanzjonijiet tal-UE "bil-ħsieb li l-awtoritajiet Uzbeki jiġu mħeġġa jieħdu passi sostantivi ulterjuri biex itejbu s-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem fil-post", u ddikjara wkoll li "il-Kunsill ser josserva mill-qrib u kontinwament is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Uzbekistan" u li "s-sustanza u l-kwalità tad-djalogu u l-kooperazzjoni ser jiddependu mir-riformi [...] li l-Uzbekistan iwettaq";
G. billi skont l-aktar rapporti reċenti, ix-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal fil-ħsad tal-qoton għadhom mifruxa minkejja l-impenn tal-awtoritajiet Uzbeki li jrażżnu din il-prattika, u billi skont ir-rapport tal-ILO tad-19 ta' Novembru 2013, miljun ċittadin Uzbeki, kemm tfal kif ukoll adulti, ġew sfurzati mill-gvern biex jaħsdu l-qoton f'kundizzjonijiet abbużivi u bit-theddida ta' sanzjonijiet;
H. billi n-negozjati dwar l-adeżjoni tal-Uzbekistan mal-WTO għadhom għaddejjin, u billi s-Sħubija UE-Uzbekistan u l-Ftehim ta' Kooperazzjoni jinkludu klawżola ċara dwar ir-rispett għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem li l-partijiet huma impenjati li jirrispettaw;
1. Jisħaq fuq l-importanza tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Uzbekistan, u fuq l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni politika u ekonomika, iżda jisħaq ukoll li dawk ir-relazzjonijiet jeħtieġ ikunu msejsa fuq ir-rispett reċiproku għall-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, bħalma hu stipulat b'mod ċar fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Uzbekistan;
2. Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-persuni kollha miżmuma l-ħabs fuq akkużi politikament motivati, detenuti minħabba l-espressjoni paċifika tal-fehmiet politiċi, l-attiviżmu tas-soċjetà ċivili, l-attività ġurnalistika jew il-fehmiet reliġjużi tagħhom;
3. Jisħaq li kwalunkwe persuna li allegatament kienet involuta f'atti ta' vjolenza għandha tingħata proċess ġdid u ġust skont l-istandards internazzjonali u, jekk jinstabu ħatja, ikunu suġġetti għal sanzjonijiet penali u/jew amministrattivi f'konformità mal-istandards internazzjonali;
4. Jistieden lill-awtoritajiet Uzbeki ma jippermettux it-tortura, u jwaqqfu immedjatament u mingħajr ebda kundizzjoni kull xorta ta' tortura u abbuż fil-ħabs u t-trattament ħażin matul l-arrest preventiv u fil-faċilitajiet penali, billi fost affarijiet oħra jiżguraw aċċess bla xkiel għall-avukati f'kull stadju tal-investigazzjonijiet, jiżguraw aċċess fil-pront għal kura medika xierqa u jistabbilixxu mill-ġdid il-monitoraġġ indipendenti tal-ħabsijiet, u jipprovdu lill-familji tal-priġunieri kollha b'informazzjoni sħiħa dwar fejn jinsabu qrabathom u l-kundizzjoni attwali ta' saħħithom;
5. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Uzbeki biex jinvestigaw u jżommu responsabbli lill-uffiċjali, il-membri tal-persunal tas-servizz ta' sigurtà u l-membri tal-persunal tas-sistema penali kollha li allegatament ittorturaw jew ittrattaw ħażin lill-priġunieri u d-detenuti jew ċaħdu t-talbiet għall-kura medika;
6. Jistieden lill-Uzbekistan tikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali kontra t-tortura, tordna l-għeluq immedjat tal-ħabs 64/71 li jinsab f'Jaslyk, u tapprova t-talbiet pendenti minn 11-il proċedura speċjali tan-NU għal żjarat fl-Uzbekistan, fosthom ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura, u tippermetti li jsir monitoraġġ indipendenti mingħajr xkiel tal-ħabsijiet mill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u entitajiet ta' monitoraġġ indipendenti oħra;
7. Iħeġġeġ lill-gvern Uzbeki jtemm il-prattika li jeżenta arbitrarjament mid-dikjarazzjonijiet ta' amnestija annwali lill-priġunieri miżmuma l-ħabs fuq akkużi politikament motivati u l-prattika li jtawwal arbitrarjament is-sentenzi ta' ħabs għal reati minuri jew "ksur tar-regoli tal-ħabs" skont l-Artikolu 221 tal-kodiċi kriminali dwar "id-diżubbidjenza tal-kundizzjonijiet ta' priġunerija";
8. Jistieden lill-awtoritajiet Uzbeki jiggarantixxu d-drittijiet tan-nisa, b'mod partikolari skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat kontra t-Tortura tan-NU;
9. Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-UE, is-SEAE u l-Istati Membri biex b'mod immedjat jagħtu bidu għal strateġija bil-għan li titpoġġa pressjoni fuq l-Uzbekistan għal titjib konkret u li jista' jitkejjel fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem matul ix-xhur li ġejjin, u jistabbilixxu s-sena d-dieħla - l-għaxar anniversarju tal-massakru ta' Andijan - bħala skadenza għall-progress; jitlob lis-SEAE jinforma lill-Parlament dwar ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet Uzbeki li għandhom jinżammu responsabbli għad-delitti f'Andijan, inklużi it-12 li l-UE imponiet sanzjonijiet kontrihom b'rispons għall-massakru, sanzjonijiet li sussegwentement tneħħew;
10. Jissottolinja l-fatt li t-titjib konkret għandu jinkludi l-kundizzjonijiet stipulati mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE fl-2010, li huma: 1) il-ħelsien tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem miżmuma l-ħabs u l-priġunieri ta' kuxjenza kollha; 2) l-operat mingħajr tfixkil ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-pajjiż; 3) il-kooperazzjoni sħiħa mar-Rapporteurs Speċjali relevanti kollha tan-NU; 4) il-garanzija tal-libertà tal-kelma u tal-mezzi tax-xandir; 5) l-implimentazzjoni prattika tal-konvenzjonijiet kontra t-tħaddim tat-tfal; u 6) il-konformità sħiħa tal-proċessi elettorali tal-pajjiż mal-istandards internazzjonali;
11. Huwa tal-fehma li, jekk ma jkun hemm l-ebda progress sinifikanti f'dawn l-oqsma, l-UE għandha tieħu r-riedni f'idejha u tressaq riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU taħt punt 4, u tistabbilixxi mekkaniżmu ddedikat speċifiku għal pajjiż għall-Uzbekistan, u b'hekk tiżgura impenn kontinwu u proattiv mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem permezz tal-monitoraġġ, ir-rapportar pubbliku u d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Uzbekistan;
12. Jistieden lill-UE, barra minn hekk, biex - ladarba mhemmx il-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni relevanti lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni dwar is-sitwazzjoni, minħabba li hu każ ta' urġenza speċjali u f'konformità mal-Artikoli 2 u 95 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni - tgħarraf lill-Uzbekistan li sakemm ma jsirx progress fuq il-kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-bniedem msemmija hawn fuq f'dawn is-sitt xhur li ġejjin, l-UE se timponi miżuri punittivi mmirati;
13. Jitlob lill-Istati Membri jirrispettaw il-kodiċi ta' kondotta dwar l-esportazzjoni tal-armi u jirrispettaw ir-regolamenti dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju;
14. Jistieden lill-awtoritajiet Uzbeki jimplimentaw bis-sħiħ ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti(8);
15. Jitlob li l-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipprovdu lill-Parlament b'valutazzjoni pubblika tal-miżuri li ttieħdu mill-UE biex jagħmlu pressjoni fuq l-Uzbekistan biex jissodisfaw il-kriterji marbuta mad-drittijiet tal-bniedem stabbiliti mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE fl-2010, jistieden lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU jistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ għall-Uzbekistan, iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jtejbu d-djalogu tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-gvern tal-Uzbekistan u jistenna li waqt il-laqgħa tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Uzbekistan li għandha ssir f'Novembru, is-SEAE jindirizza b'qawwa il-każijiet ewlenin kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u jagħmel mezz li dawn il-laqgħat ikunu aktar orjentati lejn ir-riżultati, sabiex jegħleb l-istaġnar attwali, li hu diżappuntanti ħafna;
16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President, l-Gvernijiet u l-Parlamenti tar-Repubblika tal-Uzbekistan, lis-SEAE, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-OSKE u lill-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Messiku, b'mod partikolari dik tal-11 ta' Marzu 2010 dwar iż-żieda tal-vjolenza fil-Messiku(1),
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2009 dwar Sħubija Strateġika UE-Messiku(2),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-15 ta' Lulju 2008 intitolata "Lejn Partenarjat Strateġiku bejn l-UE u l-Messiku" (COM(2008)0447),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali tal-UE dwar Iguala, li nħarġet bi qbil mal-Kapijiet ta' Missjoni tal-Istati Membri tal-UE fil-Messiku fit-12 ta' Ottubru 2014,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li saret mill-President tal-Messiku Enrico Peña Nieto fl-14 ta' Ottubru 2014,
– wara li kkunsidra l-Pjan Eżekuttiv Konġunt ta' Sħubija Strateġika bejn il-Messiku u l-UE tas-16 ta' Mejju 2010,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-samits tal-kapijiet ta' stat u ta' gvern tal-Unjoni Ewropea, l-Amerika Latina u l-Karibew (UE-CELAC),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-17 ta' Ġunju 2012 tas-seba' samit bejn il-Messiku u l-UE li sar f'Los Cabos, Baja California Sur, fil-Messiku,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-tnax-il laqgħa tal-Kumitat Konġunt UE-Messiku li saret fil-Belt tal-Messiku fl-10 u l-11 ta' Ġunju 2013,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Messiku u l-Unjoni Ewropea għandhom valuri komuni li jidhru fis-soċjetajiet demokratiċi u pluralisti tagħna, li jħarsu l-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-ħaddiema, il-ħarsien ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll impenn komuni li jikkonsolidaw id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ekwu u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-faqar;
B. billi s-sistemi demokratiċi tagħna għandhom id-dmir u l-obbligu li jissalvagwardaw il-funzjonament tal-istat tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, u billi għaldaqstant it-tgawdija u l-eżerċitar sħiħ tal-libertajiet u d-dritt għall-integrità tal-persuna jikkostitwixxu wieħed mill-pilastri bażiċi tal-istat tad-dritt;
C. billi s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Messiku ppermettiet li jkun hemm kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn l-UE u l-Messiku fi kwistjonijiet ta' importanza globali, b'mod partikolari djalogu msaħħaħ, koordinazzjoni u skambji f'oqsma bħalma huma s-sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem, ir-riforma elettorali, l-iżvilupp reġjonali u l-politiki regolatorji u dawk kummerċjali;
D. billi fis-26 ta' Settembru 2014 inqatlu sitt persuni, fosthom tliet studenti, meta l-pulizija fetħu n-nar fuq studenti għalliema tal-Università (Escuela Normal) ta' Ayotzinapa f'Iguala, l-Istat ta' Guerrero, li kienu qed jipprotestaw; billi minn dakinhar 'l hawn 43 student għadhom neqsin; billi skont bosta sorsi, dawn l-istudenti daruhom il-pulizija u tkeċċew minnhom, u ngħataw f'idejn irġiel armati mhux identifikati li huma marbuta ma' kartell tad-droga;
E. billi skont il-Gvern tal-Messiku ġew arrestati 51 persuna b'rabta mad-delitti, fil-maġġorparti aġenti tal-pulizija mill-muniċipalitajiet ta' Iguala u Cocula; billi fl-14 ta' Ottubru 2014 l-Avukat Ġenerali tal-Messiku ddikjara li skont analiżijiet forensiċi li saru fuq it-28 ġisem li nstabu f'oqbra klandestini qrib Iguala fl-4 ta' Ottubru 2014, l-iġsma ma jikkorrispondux għal dawk tal-istudenti li għebu; billi l-awtoritajiet tal-Messiku qabdu s-suspettat kap ewlieni tal-grupp kriminali Guerreros Unidos (Gwerriera Magħquda), li allegatament kien involut fl-għajbien tat-43 student;
F. billi s-Sindku ta' Iguala, martu u l-kap tal-pulizija ta' Iguala qed jaħarbu mill-ġustizzja u huma akkużati li għandhom rabtiet mal-kartell tad-droga lokali Guerreros Unidos;
G. billi l-President tal-Messiku, Enrique Peña Nieto, ta istruzzjonijiet lill-Gvern Federali u lill-Uffiċċju tas-Sigurtà tiegħu sabiex jieħdu miżuri immedjati u konklużivi; billi ntlaħaq qbil dwar pjan direzzjonali għal azzjoni konġunta flimkien mal-familji tal-istudenti nieqsa u r-rappreżentanti tagħhom; billi l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) u n-NU ħeġġew lill-Gvern tal-Messiku jinvestiga l-għajbien sfurzat, jikkastiga lil dawk responsabbli u jħares lill-familji tal-istudenti li għebu; billi f'dan il-każ il-Gvern Messikan qed jikkoopera ma' dawn il-korpi multilaterali internazzjonali;
H. billi l-Gvern tal-Messiku u l-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni qablu fl-2012 dwar 'Patt għall-Messiku', li kellu l-għan jindirizza l-isfidi ewlenin tal-Messiku, inklużi s-sigurtà u l-impunità;
I. billi żdiedet il-vjolenza fl-Istat ta' Guerrero; billi bosta studenti u għalliema madwar il-Messiku qed jipprotestaw għar-ritorn sikur tal-istudenti li għebu u jikkundannaw il-kompliċità fost ċerti elementi tal-pulizija lokali fid-delitti, il-korruzzjoni fil-korp tal-pulizija u d-dgħufija istituzzjonali f'żoni partikolari tal-pajjiż, fejn il-lakuni fil-koeżjoni soċjali huma iktar evidenti; billi l-binjiet tal-gvern f'Chilpancingo u xi binjiet uffiċjali oħra f'muniċipalitajiet diversi tal-istat ta' Guerrero, kif ukoll xi mexxejja reliġjużi u uffiċċji tal-partiti politiċi wkoll kienu taħt theddida jew ġew attakkati;
J. billi l-Messiku jipparteċipa fil-forums reġjonali u internazzjonali kollha, u ffirma l-ftehimiet internazzjonali kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;
K. billi l-Gvern Messikan jirrikonoxxi l-isfidi li qed iħabbat wiċċu magħhom il-Messiku u wera l-impenn sod tiegħu li jtejjeb il-qagħda tas-sigurtà fil-pajjiż, inklużi żieda notevoli fil-baġit tal-forzi tas-sigurtà u r-riforma tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà pubblika, bl-għan li tissaħħaħ l-effikaċja tal-infurzar tal-liġi u tas-sistema ġuridika, biex b'hekk il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata tkun possibbli; billi l-għajbien sfurzat, il-vjolenza b'rabta mal-kriminalità organizzata u l-allegata kollaborazzjoni bejn entitajiet lokali partikolari u gruppi kriminali organizzati jibqgħu kwistjonijiet ta' tħassib kbir;
1. Jikkundanna bil-qawwi l-għajbien sfurzat u d-delitti inaċċettabbli f'Iguala, u jappella lill-awtoritajiet tal-Messiku jinvestigaw id-delitti kollha, inkluża s-sejba ta' 28 ġisem f'oqbra klandestini; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jaġixxu immedjatament u b'mod trasparenti u imparzjali ħalli jidentifikaw, jarrestaw u jressqu quddiem il-ġustizzja lil dawk li wettqu d-delitti, u jitlob li dawk responsabbli jiġu identifikati u jittieħdu passi kontrihom, bl-użu tal-informazzjoni u r-riżorsi kollha disponibbli internament u esternament u bl-ebda marġni ta' impunità; jappella sabiex l-investigazzjonijiet jibqgħu għaddejjin sa ma l-istudenti jkunu fis-sikur;
2. Jesprimi s-simpatija u s-solidarjetà tiegħu lill-familji u l-ħbieb tal-vittmi, kif ukoll lill-poplu Messikan, u jħeġġiġhom jibqgħu jiġġieldu għad-difiża tad-demokrazija u l-istat tad-dritt b'mod paċifiku;
3. Jieħu nota tad-detenzjonijiet li seħħew; jappella sabiex titkompla t-tfittxija għas-Sindku ta' Iguala, martu u l-kap tal-pulizija ta' Iguala; jinsab imħasseb ħafna dwar l-infiltrazzjoni evidenti tal-kriminalità organizzata fl-entitajiet lokali tal-infurzar tal-liġi u dawk amministrattivi;
4. Jilqa' d-determinazzjoni tal-President Peña Nieto li jinvestiga u jiċċara dawn l-avvenimenti, kif ukoll li jġib fi tmiem il-vjolenza relatata ma' gruppi kriminali fil-Messiku; jilqa' l-ħolqien ta' kumitati ta' monitoraġġ relatati mal-każ ta' Iguala fis-Senat u l-Kamra tar-Rappreżentanti; jistieden lill-awtoritajiet tal-Messiku jħarsu u jassistu lill-familji tal-vittmi, u jżommuhom infurmati dwar l-investigazzjonijiet li għaddejjin u l-isforzi li qed isiru biex dawk li wettqu d-delitti jiġu arrestati;
5. Jappoġġa lill-Gvern tal-Messiku fid-determinazzjoni tiegħu li jiġġieled kontra t-traffikar organizzat tad-droga, filwaqt li juri t-tħassib kbir tiegħu dwar iż-żieda fil-vjolenza li tirriżulta mit-traffikar tad-droga u l-klima ta' impunità; jinsab spalla ma' spalla mal-poplu Messikan fil-ġlieda kontra t-traffikar organizzat tad-droga;
6. Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Messiku biex, fil-livelli kollha, jieħu azzjonijiet li se jimpedixxu milli jerġgħu jirrepetu ruħhom avvenimenti bħal dawk li ġraw f'Iguala; jikkundanna kull tip ta' vjolenza, partikolarment il-vjolenza u t-theddid persistenti ta' qtil kontra attivisti ddedikati li jippromwovu u jiddefendu l-libertà tal-espressjoni u d-drittijiet tal-bniedem fil-Messiku, u jitlob lill-awtoritajiet tal-Messiku jsaħħu l-isforzi sabiex jipprovdu protezzjoni ġuridika u personali lill-gruppi kkonċernati;
7. Jappoġġa l-isforzi tal-awtoritajiet tal-Messiku li jikkollaboraw ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-UE, in-NU, il-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC), il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u l-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR), bl-għajnuna tal-esperti forensiċi tal-Arġentina u dawk internazzjonali; jenfasizza l-importanza li l-Gvern tal-Messiku jipprovdi r-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex l-IACHR tkun tista' timplimenta programm ta' assistenza teknika li jista' jikkomplementa l-azzjonijiet nazzjonali b'rabta mal-investigazzjoni tal-avvenimenti fi Guerrero;
8. Jenfasizza l-fatt li l-Messiku huwa sieħeb strateġiku għall-UE; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Messiku jkompli bl-isforzi tiegħu sabiex isaħħaħ l-istituzzjonijiet tal-istat u jikkonsolida l-istat tad-dritt, bl-għan li jiġu solvuti xi problemi strutturali li huma l-bażi tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'referenza speċifika għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja; jenfasizza għalhekk l-importanza ta' awtorità ġudizzjarja indipendenti li sservi ta' garanzija għall-imparzjalità, kif ukoll ta' ġlieda determinata kontra l-impunità; jitlob li jingħata ħarsien federali lil dawk involuti fl-għoti tal-ġustizzja;
9. Jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha fil-qafas tar-relazzjonijiet bilaterali tagħhom mal-Messiku, kif ukoll lill-istituzzjonijiet Ewropej biex iżidu l-appoġġ li jipprovdu lid-drittijiet tal-bniedem permezz ta' programmi u riżorsi finanzjarji u tekniċi; jistiedinhom ukoll iżidu r-riżorsi baġitarji allokati għall-kooperazzjoni fil-qafas tat-tisħiħ u r-riforma tal-ġudikatura, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u s-servizzi ta' prosekuzzjoni, bil-ħsieb li jittieħdu passi kontra dawk li wettqu d-delitti u jiġu kkastigati kif ukoll għall-ħolqien ta' sistemi effikaċi għall-protezzjoni tax-xhieda, il-vittmi u l-familji tagħhom;
10. Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġi stabbilit reġistru nazzjonali magħqud, pubbliku u aċċessibbli għall-persuni nieqsa u li għebu, kif ukoll bażi ta' data tad-DNA fil-livell federali;
11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Istati Membri, lill-presidenza pro tempore tas-CELAC, lis-Segretarju Ġenerali tal-OAS, lill-Assemblea Ewro-Latino-Amerikana u lill-President u lill-Kungress tal-Messiku.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina (COM(2014)0597 – C8-0165/2014 – 2014/0279(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0597),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0165/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz ta' ittra tas-16 ta' Ottubru 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8‑0021/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ottubru 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1150/2014.)
Kwittanza 2012: Il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012 (C7-0329/2013 – 2013/2241(DEC))
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(1),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014(2) li tipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2012, u r-riżoluzzjoni ta' akkumpanjament,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li tirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju(5), u b' mod partikolari tal-Artikolu 13 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b' mod partikolari Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0011/2014),
1. Jagħti kwittanza lill-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2012;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lill-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012 (C7-0329/2013 – 2013/2241(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(8),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014(9) li tipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2012, u r-riżoluzzjoni ta' akkumpanjament,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li tirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju(12), u b' mod partikolari tal-Artikolu 13 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b' mod partikolari Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0011/2014),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012 (C7-0329/2013 – 2013/2241(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(15),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014(16) li tipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2012, u r-riżoluzzjoni ta' akkumpanjament,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(17), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li tirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(18), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju(19), u b' mod partikolari tal-Artikolu 13 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(20),
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21), u b'mod partikolari Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0011/2014),
Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet
1. Jinnota li sabiex jindirizza n-nuqqasijiet relatati mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, l-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ("l-Uffiċċju") inkluda fil-Manwal Finanzjarju u ta' Kontabilità tiegħu proċeduri ċari, passi dettaljati u flussi ta' xogħol li għandhom jintużaw mill-atturi finanzjarji kollha; jilqa' l-fatt li proċessi relatati mal-eżerċizzju ta' riport kienu suġġetti għal attenzjoni partikolari;
Baġit u ġestjoni finanzjarja
2. Jikkonferma mill-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju li kemm ir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 89,55 % kif ukoll ir-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' 76,57 % wrew titjib meta mqabbla mar-riżultati tal-2012; jirrikonoxxi l-passi meħuda biex titjieb r-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit; jikkunsidra, madankollu, li għad fadal lok għal titjib u jistieden lill-Uffiċċju jtejjeb aktar fil-futur l-isforzi tiegħu ta' monitoraġġ tal-baġit;
Impenji u riporti
3. Jilqa' l-miżuri meħuda mill-Uffiċċju sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet relatati mal-impenji u r-riporti, bħal ippjanar baġitarju mtejjeb u monitoraġġ strett ta' pagamenti fix-xahar u fi tmiem is-sena; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju żgura r-reklutaġġ ta' karigi ewlenin b'impatt dirett fuq iċ-ċirkwit finanzjarju u tejjeb il-politika tiegħu dwar il-preżentazzjoni u r-rimborż f'waqthom ta' spejjeż ta' missjonijiet mitluba minn esperti;
4. Jinnota bi tħassib li r-rata ta' approprjazzjonijiet ta' impenn ikkanċellati riportati fis-sena finanzjarja 2013 kienet 28 %, ċifra li għadha għolja, għalkemm tirrappreżenta tnaqqis sinifikanti mir-rata tas-sena ta' qabel ta' 45 %; jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li dawn ir-riporti kienu fil-parti l-kbira relatati ma' kuntratti ffirmati fit-tieni semestru tal-2013 għal attivitajiet ippjanati għall-2013 u l-2014;
5. Jinnota li r-rata ta' approprjazzjonijiet mhux użati naqset minn 17 % fl-2012 għal 14,6 % fl-2013, kif ukoll ir-rata ta' riporti għall-2014, li naqset minn EUR 611 223 (19 %) għal EUR 461 983 (13 %); jitlob lill-Uffiċċju jkompli jtejjeb l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tiegħu u jnaqqas aktar ir-rati ta' riporti;
Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ
6. Jirrikonoxxi l-inklużjoni ta' lista ta' kontroll tal-akkwisti obbligatorja u dettaljata fil-Manwal Finanzjarju tal-Uffiċċju, kif ukoll il-ħatra ta' Uffiċjal għall-Akkwisti u taħriġ għal akkwisti ġenerali għall-persunal kollu; jilqa' l-fatt li dawn il-miżuri rriżultaw fi tħejjija, eżekuzzjoni, dokumentazzjoni u koordinament aħjar tal-proċeduri ta' akkwist tal-Uffiċċju;
7. Jilqa' l-bidliet u t-titjib li saru għall-proċeduri ta' akkwist eżistenti sabiex iwieġbu t-talbiet tal-awtorità ta' kwittanza u jżidu t-trasparenza tal-proċess ta' reklutaġġ u, b'mod partikolari, tal-punti li ġejjin:
—
tfassil ta' testijiet bil-miktub u mistoqsijiet għal intervisti, kif ukoll punteġġi limitu, qabel l-eżami ta' applikazzjonijiet,
—
approvazzjoni ta' nomina u bidliet fil-kompożizzjoni tal-bord ta' selezzjoni mill-awtorità li taħtar,
8. Jilqa' l-politika tal-komunikazzjoni riveduta tal-Uffiċċju, li tiżgura li telefons ċellulari jingħataw lill-persunal abbażi ta' esiġenzi professjonali, u l-kontrolli interni magħmula għall-monitoraġġ tal-konformità ma' din il-politika;
9. Jinnota l-inklużjoni ta' kuntratt bankarju ġdid għall-operazzjonijiet f'kontanti tal-Uffiċċju ma' bank bi klassifikazzjoni "A+/A-1"; jirrikonoxxi l-inklużjoni ta' linji gwida ta' ġestjoni tat-teżor fil-Manwal tal-Kontabilità tal-Uffiċċju;
Prevenzjoni u ġestjoni ta' kunflitti ta' interessi u trasparenza
10. Jirrikonoxxi li d-dikjarazzjonijiet annwali tal-kunflitt ta' interessi mill-Bord ta' Regolaturi, il-Kumitat ta' Ġestjoni u Meniġer Amministrattiv tal-Uffiċċju saru disponibbli permezz ta' sezzjonijiet speċjali tar-reġistru pubbliku ta' dokumenti tal-Uffiċċju; jinnota li l-politika tal-kunflitti ta' interessi rigward il-membri tal-persunal tal-Uffiċċju ssegwi l-istess prinċipji, u li d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interessi tal-membri tal-persunal huma disponibbli wkoll mir-reġistru pubbliku tal-Uffiċċju;
11. Jinnota li l-Uffiċċju ma ppjanax rieżami tal-politika fis-seħħ dwar il-kunflitti ta' interessi, u li jikkunsidra l-politiki rilevanti kollha dwar il-kunflitti ta' interessi, sa minn Diċembru 2013, bħala konformi mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju għandu l-għan li jissensibilizza dwar il-politika tiegħu marbuta mal-kunflitti ta' interessi, kif ukoll ta' dik tal-Bord tiegħu, u li se jsegwi mill-qrib il-bidliet rilevanti f'dan il-qasam;
Awditjar intern
12. Jinnota li l-Uffiċċju ssodisfa r-rekwiżiti formali kollha għall-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS) dwar l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICS 12);
13. Jirrikonoxxi li l-Uffiċċju qed jadatta l-ippjanar u r-rappurtar tiegħu biex jinkludi miri li jistgħu jitkejlu bil-għan li jimplimenta l-ICS għal Objettivi u Indikaturi tal-Prestazzjoni (ICS 5); jinnota li l-Uffiċċju ffinalizza l-manwali ta' proċeduri tiegħu stess u adotta proċedura interna dettaljata għar-reġistrazzjoni tal-avvenimenti kollha mhux konformi biex jimplimenta l-ICS għal Proċessi u Proċeduri (ICS 8); jinnota li l-Uffiċċju adotta l-proċeduri interni tiegħu dwar ġestjoni ta' dokumenti sabiex jikkonforma mal-ICS għal Ġestjoni ta' Dokumenti (ICS 11);
14. Jinnota li l-Uffiċċju stabbilixxa proċedura ta' inventarju rigward ir-reġistrazzjoni u d-disponiment ta' assi fissi li ġiet adottata bħala parti mill-Manwal Finanzjarju tiegħu; jinnota li twettaq inventarju fiżiku f'Awwissu 2013; jilqa' l-fatt li, skont il-proċeduri tal-Uffiċċju, għandu jitlesta inventarju tal-assi kull sena;
15. Jinnota li huwa programmat rieżami tal-ICS mis-Servizz ta' Awditjar Intern; jitlob lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tar-rieżami hekk kif ikunu disponibbli;
Prestazzjoni
16. Jilqa' l-passi meħuda dan l-aħħar mill-Uffiċċju lejn komunikazzjoni aħjar maċ-ċittadini Ewropej dwar l-impatt li xogħlu għandu fuqhom, b'mod partikolari l-enfasi fuq objettivi li jistgħu jitkejlu u definiti b'mod ċar li jippermettu valutazzjoni aħjar tal-attivitajiet tiegħu;
17. Jinnota li l-Uffiċċju beda jżid il-profil tiegħu bħala korp tal-Unjoni billi tella' l-logo tal-Unjoni fuq xi paġni tas-sit web tiegħu, u jistenna bil-ħerqa li dan jiġi estiż għall-paġna ewlenija tal-BEREC u sistematikament fuq il-komunikazzjonijiet kollha, u b'hekk tiġi żgurata l-viżibilità tal-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet.
o o o
18. Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014(22) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (COM(2013)0570 – C7-0275/2013 – 2013/2197(DEC))
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012(1),
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali kkonsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013)0570 – C7-0275/2013)(2),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom(4), ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2012, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-3 ta’ April 2014(5) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta’ ma’ dik id-deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(8),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0010/2014),
1. Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2012;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (COM(2013)0570 – C7-0275/2013 – 2013/2197(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012(9),
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali kkonsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013)0570 – C7-0275/2013)(10),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(11),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom(12), ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2012, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-3 ta’ April 2014(13) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta’ ma’ dik id-deċiżjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(14), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(16),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0010/2014),
A. billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti għalkollox u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni;
B. billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni, għandhom ikunu soġġetti għar-responsabilità demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni peress li huma benefiċjarji mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea,
C. billi l-Parlament huwa l-uniku korp elett direttament fost l-istituzzjonijiet Ewropej u għandu r-responsabilità li jagħti l-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni;
1. Jenfasizza r-rwol tal-Parlament speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-kwittanza baġitarja;
2. Jindika li, skont l-Artikolu 335 tat-TFUE, "l-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn kull waħda mill-istituzzjonijiet, bis-saħħa tal-awtonomija amministrattiva tagħhom, fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-operat rispettiv tagħhom", u li, b'konsegwenza, waqt li jitqies l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ir-Regolament Finanzjarju), l-istituzzjonijiet huma responsabbli b'mod individwali għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom;
3. Jenfasizza r-rwol tal-Parlament u ta ' istituzzjonijiet oħra fi ħdan il-proċedura ta' kwittanza hekk kif irregolat mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari l-Artikoli 164 u 166 tiegħu;
4. Jinnota li, skont l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, "id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta’ għoti ta’ kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta’ għoti ta’ kwittanza [...] lill-persuni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġits ta’ istituzzjonijiet u organi oħra tal-Unjoni Ewropea bħal ma huma l-Kunsill (f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv)";
Opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha għas-sena finanzjarja 2012
5. Jenfasizza l-fatt li fir-rapport annwali li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2012, il-Qorti tal-Awdituri inkludiet osservazzjonijiet dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill rigward żbalji fit-tfassil tal-proċeduri ta' akkwist; josserva li żball wieħed jirrelata mal-prestazzjoni ta' proċedura nnegozjata u li ieħor jirrelata mal-applikazzjoni ta' kriterju ta' għażla;
6. Jieħu nota tat-tweġiba tal-Kunsill li ,"Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew għandhom qafas solidu u ċentralizzat ta' akkwist li reċentement ġie adattat għar-Regolament Finanzjarju l-ġdid u r-regoli ta' applikazzjoni, u li ser jissaħħaħ bid-disinn ta' mudelli ġodda ta' kuntratti u stediniet għal offerti kif ukoll l-iżvilupp ta' korsijiet speċifiċi ta' taħriġ dwar kif jiġu definiti u applikati l-kriterji ta' selezzjoni u ta' aġġudikazzjoni";
7. Jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-uffiċjali awtorizzanti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għandhom itejbu t-tfassil, il-koordinazzjoni u l-prestazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist permezz ta' kontrolli xierqa u gwida aħjar;
8. Jieħu nota li l-Kunsill ma jipprovdi ebda tweġiba ulterjuri għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri;
Kwistjonijiet pendenti
9. Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jinforma lill-Parlament dwar il-progress tal-kostruzzjoni u l-projezzjoni tal-ispejjeż finali tal-bini 'Ewropa';
10. Jistieden lill-Kunsill jispjega l-miżuri kollha implimentati matul il-kostruzzjoni tal-bini 'Ewropa' sabiex titjieb l-eżekuzzjoni tal-proġett;
11. Ifakkar lill-Kunsill bit-talba tal-Parlament għal rapport ta' progress dwar il-proġett ta' bini "Résidence Palace" u analiżi dettaljata tal-ispejjeż li tħallsu sal-lum;
12. Iħeġġeġ lill-Kunsill jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub u dettaljata dwar l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet użati fix-xiri tal-bini 'Résidence Palace', il-partiti baġitarji li minnhom ittieħdu dawn l-approprjazzjonijiet, il-pagamenti parzjali li tħallsu s'issa, il-pagamenti parzjali li għad iridu jitħallsu u l-iskop li se jaqdi l-bini;
13. Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jipprovdi informazzjoni dwar il-proċess ta' modernizzazzjoni amministrattiva tiegħu, b'mod partikolari dwar il-miżuri konkreti ta' implimentazzjoni ta' dak il-proċess u l-impatt antiċipat fuq il-baġit tal-Kunsill;
14. Jiddispjaċih bid-diffikultajiet li tfaċċaw ripetutament fil-proċeduri ta' kwittanza sal-lum, li seħħew minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jinnota li l-Parlament ċaħad l-għoti tal-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-snin finanzjarji 2009, 2010 u 2011 għar-raġunijiet stipulati fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(17), tal-25 ta' Ottubru 2011(18), tal-10 ta' Mejju 2012(19), tat-23 ta' Ottubru 2012(20), tas-17 ta' April 2013(21) u tad-9 ta' Ottubru 2013(22), u ppospona d-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-sena finanzjarja 2012 għar-raġunijiet stipulati fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014;
15. Jinsisti li eżerċizzju ta' kontroll baġitarju effikaċi jeħtieġ il-kooperazzjoni tal-Parlament u l-Kunsill, kif stipulat fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014; jikkonferma li l-Parlament mhuwiex fil-qagħda li jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti tal-kwittanza;
16. Ifakkar li bħala riżultat tad-deċiżjoni ta' kwittanza tiegħu adottata fis-17 ta' April 2013, il-Parlament bagħat il-mistoqsijiet tal-Kunsill lill-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni wieġbet b'ittra tat-23 ta' Jannar 2014; ifakkar lill-Kunsill bl-opinjoni tal-Kummissjoni, li l-istituzzjonijiet kollha huma parti sħiħa mill-proċess ta' segwitu għall-osservazzjonijiet magħmula mill-Parlament fl-eżerċizzju ta' kwittanza u li l-istituzzjonijiet kollha għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-funzjonament mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza;
17. Jinnota li fl-ittra imsemmija hawn fuq il-Kummissjoni sostniet li mhijiex se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġits tal-istituzzjonijiet l-oħra u li l-fatt li tagħti risposta għal mistoqsijiet indirizzati lil istituzzjoni oħra jikser l-awtonomija ta' dik l-istituzzjoni biex timplimenta t-taqsima tagħha stess tal-baġit;
18. Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu qed jonqos milli jipprovdi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Parlament; ifakkar fil-konklużjonijiet tas-sessjoni ta' ħidma tal-Parlament tas-27 ta' Settembru 2012 dwar id-Dritt tal-Parlament li jagħti kwittanza lill-Kunsill, li fiha l-biċċa l-kbira tal-esperti legali u akkademiċi qablu dwar id-dritt tal-Parlament għall-informazzjoni; f ' dan ir-rigward jirreferi għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15 tat-TFUE li jistipula li kull istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija għandha tiżgura li l-proċeduri tagħha jkunu trasparenti;
19. Jinsisti li n-nefqa tal-Kunsill għandha tgħaddi minn skrutinju bħal dik ta ' istituzzjonijiet oħra u li l-elementi fundamentali ta' skrutinju bħal dan huma stipulati fir-riżoluzzjonijiet ta ' kwittanza tiegħu tas-snin li għaddew, b'mod par tikolari ir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tat-23 ta' Ottubru 2012;
20. Jenfasizza l-prerogattiva tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 TFUE, bi qbil mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, speċifikament li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b'mod individwali sabiex jinżammu t-trasparenza u l-obbligu demokratiku li jingħata rendikont lill-kontribwenti tal-Unjoni;
21. Hu tal-fehma li n-nuqqas li jitressqu d-dokumenti rikjesti lill-Parlament fuq kollox idgħajfu d-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-informazzjoni u t-trasparenza u qed isir raġuni ta' tħassib, li jirrifletti ċertu defiċit demokratiku fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill għalhekk biex ma jqisx it-talbiet tal-Parlament għall-aċċess għal informazzjoni bħala tentattiv ta' supremazija istituzzjonali iżda li jagħti prijorità lid-dritt tal-pubbliku li jkun totalment infurmat;
22. Jemmen li huwa meħtieġ li jitqiesu possibilitajiet differenti biex jiġu aġġornati r-regoli dwar l-għoti ta' kwittanza kif stipulati fit-TFUE;
23. Iħoss li l-Parlament u l-Kunsill jistgħu jiksbu xi progress billi joħolqu flimkien proċedura ta' "modus vivendi" b'lista ta' dokumenti li għandhom jiġu skambjati sabiex ir-rwoli rispettivi tagħhom jiġu sodisfatti fil-proċess ta' kwittanza; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kunsill ifittex soluzzjoni politika għall-kwittanza tal-Kunsill minkejja l-fehmiet legali differenti li l-Parlament u l-Kunsill qed ikomplu jħaddnu;
24. Iqis li kooperazzjoni sodisfaċenti bejn il-Parlament, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill bħala riżultat ta' djalogu jew proċedura miftuħa tista' tkun sinjal pożittiv li jista' jingħata liċ-ċittadini tal-Unjoni.
Ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni
219k
51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-Ftehim Ewropew konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (COM(2014)0452 – 2014/2860(RSP))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-Ftehim Ewropew konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (COM(2014)0452),
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 155(2) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni,
– wara li kkunsidra l-fatt li l-Ftehim kien jinkludi talba konġunta lill-Kummissjoni biex timplimentah permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar proposta mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 155(2) tat-TFUE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 101(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi l-Artikolu 155(1) tat-TFUE jagħti l-possibilità lis-sħab soċjali fil-livell tal-UE, jekk hekk jixtiequ, li jibdew djalogu li jista' jwassal għal relazzjonijiet kuntrattwali, inklużi ftehimiet;
B. billi l-Artikolu 155(2) tat-TFUE jiddisponi li l-ftehimiet konklużi fil-livell tal-UE jistgħu jkunu implimentati fuq talba konġunta mill-partijiet firmatarji, b'deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni;
1. Jilqa' l-fatt li, għalkemm l-Artikolu 155(2) tat-TFUE ma jipprevedix li l-Parlament jiġi kkonsultat fir-rigward tat-talbiet magħmula lill-Kummissjoni mis-sħab soċjali, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha quddiem il-Parlament u talbitu jikkomunika l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni u l-Kunsill;
2. Jilqa' l-fatt li l-Ftehim kif ġie konkluż mis-sħab soċjali u l-proposta tal-Kummissjoni jipprevedu biss rekwiżiti minimi, li jħallu lill-Istati Membri u/jew is-sħab soċjali liberi li jadottaw miżuri li jkunu aktar favorevoli għall-ħaddiema fil-qasam ikkonċernat;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lis-sħab soċjali konċernati.