Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0079(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0055/2014

Testi mressqa :

A8-0055/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/01/2015 - 8.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0002

Testi adottati
PDF 215kWORD 49k
It-Tlieta, 13 ta' Jannar 2015 - Strasburgu
Ftehim bejn l-UE u s-Seychelles dwar l-aċċess għal bastimenti tas-sajd għall-ilmijiet ta' Mayotte ***
P8_TA(2015)0002A8-0055/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Seychelles għall-ilmijiet u r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-Mayotte, taħt il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni Ewropea (07911/2014 – C8-0008/2014 – 2014/0079(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07911/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Seychelles għall-ilmijiet u r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-Mayotte, taħt il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni Ewropea (07953/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-paragrafu 7, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0008/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0055/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Seychelles.

Avviż legali - Politika tal-privatezza