Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom (10972/3/2014 – C8-0145/2014 – 2010/0208(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10972/3/2014 – C8‑0145/2014),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2010(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' Jannar 2011(2),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0375),
– wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-10 ta' Diċembru 2014 sabiex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, f'konformità mal-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0038/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-13 ta' Jannar 2015, bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom