Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0213(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0057/2014

Testi mressqa :

A8-0057/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/01/2015 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0005

Testi adottati
PDF 678kWORD 138k
It-Tlieta, 13 ta' Jannar 2015 - Strasburgu
Dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) ***I
P8_TA(2015)0005A8-0057/2014
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (COM(2014)0457 – C8-0102/2014 – 2014/0213(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0457),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u 43(2), skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0102/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ottubru 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0057/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 12, 15.1.2015, p. 116.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-13 ta’ Jannar 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2015/... i jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)
P8_TC1-COD(2014)2013

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Il-Ftehim dwar it-twaqqif tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran ("il-Ftehim dwar il-GFCM") jipprovdi qafas adattat għall-kooperazzjoni multilaterali sabiex jiġu promossi l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni razzjonali u l-aqwa użu tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed f’livelli li huma kkunsidrati sostenibbli u b’riskju baxx ta’ kollass.

(2)  L-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, Malta, ir-Rumanija u s-Slovenja, huma partijiet kontraenti tal-Ftehim tal-GFCM.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3) jistipula ċerti dispożizzjonijiet dwar is-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran ("GFCM"). Dan huwa l-att leġislattiv xieraq għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet tal-GFCM li l-kontenut tagħhom għadu mhuwiex kopert mil-liġijiet tal-Unjoni. Fil-fatt, ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 jista’ jiġi emendat biex jinkludi l-miżuri li jinsabu fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-GFCM.

(4)  Waqt is-Sessjonijiet Annwali tagħha tal-2011 u tal-2012, il-GFCM adottat miżuri sabiex l-isfruttament sostenibbli tal-qroll aħmar fiż-żona ta' kompetenza tagħha jiġi implimentat fil-liġijiet tal-Unjoni. Waħda minn dawk il-miżuri tikkonċerna l-użu ta’ Vetturi ta' taħt l-ilma li Jitħaddmu mill-Bogħod (ROVs). Il-GFCM iddeċidiet li l-ROVs f’żoni li jinsabu taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali użati esklussivament għal għanijiet ta' osservazzjoni u esplorazzjoni b'rabta mal-qroll aħmar fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjoni GFCM/35/2011/2 m’għandhomx jibqgħu jkunu permessi wara l-2014 sakemm il-parir xjentifiku ma jiddikjarax mod ieħor. Madankollu, bi qbil mar-Rakkomandazzjoni, l-użu tal-ROVs għandu jkun permess fil-każ ta' Stati Membri li għadhom ma awtorizzawhomx għall-prospettar u li jista' jkun li jixtiequ jagħmlu dan, kemm-il darba r-riżultati xjentifiċi miksuba fil-kuntest tal-pjanijiet ta' ġestjoni ma juru l-ebda impatt negattiv fuq l-isfruttar sostenibbli tal-qroll aħmar. L-użu tal-ROVs jista' jiġi awtorizzat ukoll għal perjodu limitat li ma jkunx jestendi lil hinn mill-2015, għal kampanji sperimentali xjentifiċi kemm għall-osservazzjoni u kemm għall-ġbir. Skont miżura oħra stabbilita fir-Rakkomandazzjoni GFCM/36/2012/1, il-qabdiet ta' qroll aħmar għandhom jinħattu l-art biss f’għadd limitat ta’ portijiet b’faċilitajiet portwarji xierqa, u l-listi ta’ portijiet nominati għandhom jiġu komunikati lis-Segretarjat tal-GFCM. Kwalunkwe bidliet bidla li jistgħu jaffettwaw il-listitista' taffettwa l-listi tal-portijiet nominati mill-Istati Membri għandhom jiġu komunikati għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea għal trażmissjoni ulterjuri lis-Segretarjat tal-GFCM. [Em. 1]

(5)  Waqt is-Sessjonijiet Annwali tagħha tal-2011 u tal-2012, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/35/2011/3, GFCM/35/2011/4, GFCM/35/2011/5 u GFCM/36/2012/2 li jistabbilixxu miżuri għall-mitigazzjoni ta’ qabdiet aċċidentali ta’ għasafar tal-baħar, ta' fkieren tal-baħar, ta' foki monaka u ta' ċetaċji f’attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM li għandhom jiġu implimentati fil-liġijiet tal-Unjoni. Dawk il-miżuri jinkludu l-projbizzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2015, tal-użu ta' għeżula tal-qiegħ b’monofilament jew bi spag usa' minn 0.5 mm, bil-għan li jiġu mitigati l-qabdiet inċidentali taċ-ċetaċji. Din il-projbizzjoni diġà tinsab fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006(4) li, madankollu, ikopri l-Baħar Mediterran biss. Għalhekk, għandha tiġi inkluża f’dan ir-Regolament sabiex tapplika wkoll għall-Baħar l-Iswed.

(6)  Waqt is-Sessjoni Annwali tagħha tal-2012, il-GFCM adottat ukoll ir-Rakkomandazzjoni GFCM/36/2012/3 li tistabbilixxi miżuri maħsuba biex jiġi żgurat li fiż-żona ta' kompetenza tagħha jkun hemm livell għoli ta’ protezzjoni għall-klieb il-baħar u r-raj minn attivitajiet tas-sajd, u b’mod partikolari għall-ispeċijiet ta' klieb il-baħar u raj elenkati bħala li jinsabu fil-periklu jew taħt theddida skont l-Anness II tal-Protokoll dwar Żoni Protetti b'mod Speċjali u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran(5) tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona(6). Skont miżura tal-GFCM, attivitajiet tas-sajd li jsiru bi xbieki tat-tkarkir għandhom jiġu pprojbiti f'żoni anqas minn tliet mili nawtiċi mill-kosta, sakemm ma jintlaħaqx l-isobat ta' 50 metru, jew fl-isobat ta' 50 metru fejn il-fond ta’ 50 metru jintlaħaq f’distanza iqsar mill-kosta. Din il-projbizzjoni diġà tinsab fir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 li, madankollu, ikopri l-Baħar Mediterran biss. Għalhekk, għandha tiġi inkluża f’dan ir-Regolament sabiex tapplika wkoll għall-Baħar l-Iswed. Ċerti miżuri oħra mmirati lejn l-identifikazzjoni xierqa tal-klieb il-baħar inklużi f’dik ir-rakkomandazzjoni li mhumiex koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003(7) jew minn leġislazzjoni oħra tal-Unjoni għandhom jiġu inklużi f’dan ir-Regolament sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati bis-sħiħ fil-liġi tal-Unjoni.

(7)  Waqt is-Sessjoni Annwali tagħha tal-2013 u tal-2014, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/37/2013/1 u GFCM/38/2014/1 li jistipulaw miżuri għal sajd li jisfrutta stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku li għandhom jiġu implimentati fil-liġijiet tal-Unjoni. Dawn il-miżuri jikkonċernaw il-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar fis-Subżoni Ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM, fuq il-bażi tal-kapaċità ta’ referenza tas-sajd stabbilita permezz tal-lista ta’ bastimenti li kellha tiġi komunikata lis-Segretarjat tal-GFCM sat-30 ta’ Novembru 2013, b’konformità mal-paragrafu 22 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/37/2013/1. Dik il-lista tinkludi l-bastimenti kollha mgħammra bi xbieki tat-tkarkir, b'kalamenti jew b'tipi oħra ta' xbieki tat-tidwir mingħajr kalament, li huma awtorizzati mill-Istati Membri kkonċernati biex jistadu għal stokkijiet pelaġiċi żgħar u rreġistrati fil-portijiet li jinsabu fis-Subżoni Ġeografiċi 17 u 18, jew li joperaw fis-Subżona Ġeografika 17 u/jew fis-Subżona Ġeografika 18 għalkemm reġistrati f'portijiet li jinsabu f'Subżoni Ġeografiċi oħra fid-data tal-31 ta' Ottubru 2013. Kwalunkwe bidliet li jistgħu jaffettwaw il-lista msemmija hawn fuq għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif iseħħu, għal trażmissjoni ulterjuri lis-Segretarjat tal-GFCM. Il-miżura tal-GFCM tinkludi wkoll projbizzjoni taż-żamma abbord jew fuq l-art, li għandha tiġi implimentata fil-liġijiet tal-Unjoni b’konformità mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8).

(8)  Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw: il-format u t-trażmissjoni tat-talba għal deroga minn fond minimu għall-ġbir tal-qroll aħmar jew mid-dijametru tal-bażi minimu ta' kolonji ta' qroll aħmar; il-format u t-trażmissjoni tar-riżultati ta' valutazzjonijiet xjentifiċi taż-żoni soġġetti għal deroga minn fond minimu għall-ġbir tal-qroll aħmar; il-format u t-trażmissjoni ta' dejta dwar il-ġbir tal-qroll aħmar; informazzjoni relatata ma' qabdiet inċidentali ta' għasafar tal-baħar, fkieren tal-baħar, foki monaka, ċetaċji, klieb il-baħar u raj, bidliet fil-listi tal-portijiet nominati għall-ħatt l-art ta' qroll aħmar, l-impatti ta' ċerti bastimenti tas-sajd fuq il-popolazzjonijiet taċ-ċetaċji u bidliet f'mapep u f'listi ta' żoni ġeografiċi li jidentifikaw il-postijiet fejn jinsabu l-għerien tal-foki monaka. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (KE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9).

(9)  Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkompli tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Ftehim tal-GFCM, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' awtorizzazzjonijiet għal derogi mill-projbizzjoni dwar il-ġbir tal-qroll aħmar f’ilmijiet ta' inqas minn 50 metru u dwar id-devjazzjoni mid-dijametru tal-bażi minimu ta’ kolonji ta' qroll aħmar. L-Istati Membri li diġà ttrasponew ir-rakkomandazzjoni GFCM/35/2011/2 u li diġà żviluppaw oqfsa adegwati ta' ġestjoni nazzjonali, u li diġà informaw lill-Kummissjoni dwar dan, ma għandhomx ikunu soġġetti għal proċedura ta' deroga. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 2]

(10)  Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011

Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)  għandu jiddaħħal l-Artikolu 15a li ġej:"

"Artikolu 15a

L-użu ta’ sajd bi xbieki tat-tkarkir u ta' sajd bl-għeżula fil-Baħar l-Iswed

1.  L-użu ta' xbieki tat-tkarkir għandu jiġi pprojbit f'żoni anqas minn tliet mili nawtiċi mill-kosta, sakemm ma jintlaħaqx l-isobat ta' 50 metru, jew fl-isobat ta' 50 metru fejn il-fond ta’ 50 metru jintlaħaq f’distanza iqsar mill-kosta.

2.  Sa mill-1 ta' Jannar 2015, id-dijametru tal-monofilament jew spag tal-għeżula tal-qiegħ ma għandux ikun akbar minn 0,5 mm.";

"

(2)  fit-Titolu II, qed jiġu miżjuda l-Kapitoli IV, V u VI li ġejjin:"

"Kapitolu IV

Il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tal-qroll aħmar

Artikolu 16a

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw mingħajr ħsara għall-Artikolu 4(2) u għall--punti (e) u (g) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, jew għal kwalunkwe miżuri aktar stretti li joħorġu mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE*.

Artikolu 16b

Fond minimu għall-ġbir

1.  Il-ġbir tal-qroll aħmar f’ilmijiet ta' fond ta' inqas minn 50 m għandu jkun ipprojbit sakemm studji xjentifiċi, kif ivvalidati mill-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv (SAC) tal-GFCM, jindikaw mod ieħor. [Em. 3]

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 27 sabiex tagħti derogi mill-paragrafu 1. Dawk l-atti delegati għandhom jinkludu regoli li jiżguraw li titwettaq valutazzjoni xjentifika taż-żoni li huma soġġetti għal derogi. L-Istati Membri li diġà ttrasponew ir-Rakkomandazzjoni GFCM/35/2011/2 u li diġà żviluppaw oqfsa adegwati ta' ġestjoni nazzjonali, u li diġà informaw lill-Kummissjoni dwar dan, ma għandhomx ikunu soġġetti għal proċedura ta' deroga skont dan l-Artikolu. [Em. 4]

3.  Id-derogi li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2 jistgħu jingħataw biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ikun hemm fis-seħħ qafas ta’ ġestjoni nazzjonali xieraq, inkluż skema ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009**;

(b)  ikunu twettqu studji riċenti dwar l-abbundanza u d-distribuzzjoni spazjali tal-kolonji tal-qroll aħmar f'livell nazzjonali;

(c)  permezz ta' għeluq spazjotemporali, jiġi żgurat li jkun qed jiġi sfruttat biss għadd limitat ta' kolonji ta' qroll aħmar; kif ukoll

(d)  l-Istat Membru rilevanti jwettaq valutazzjoni xjentifika taż-żoni li jkunu soġġetti għal deroga.

4.  L-Istati Membri li jkun beħsiebhom jitolbu deroga kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni:

(a)  il-ġustifikazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi;

(b)  il-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati jwettqu l-attivitajiet ta’ ġbir tal-qroll aħmar f’fond ta' inqas minn 50 m u

(c)  il-lista taż-żoni tas-sajd fejn dik l-attività hija awtorizzata, kif identifikat permezz ta' koordinati ġeografiċi kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar.

5.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format u t-trażmissjoni tat-talba għal deroga msemmija fil-paragrafu 4 u tar-riżultati tal-valutazzjoni xjentifika msemmija fil-paragrafu 2. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

6.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 2 u rigward ir-riżultati tal-valutazzjoni xjentifika msemmija f’dak il-paragrafu.

Artikolu 16c

Id-dijametru tal-bażi minimu tal-kolonji

1.  Qroll aħmar minn kolonji ta’ qroll aħmar li d-dijametru tal-bażi taz-zokk tiegħu, imkejjel minn ċentimetru 'l bogħod mill-bażi tal-kolonja, huwa iżgħar minn 7 mm, ma għandux jinġabar, jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jinħatt l-art, jiġi ttrasferit, jinħażen, jinbiegħ jew jintwera jew jiġi offrut għall-bejgħ bħala prodott mhux ipproċessat.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, b’konformità mal-Artikolu 27, tadotta atti delegati biex tawtorizza, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, limitu massimu ta’ tolleranza ta’ 10 % tal-piż ħaj ta’ kolonji ta’ qroll aħmar ta' daqs żgħir (< 7 mm). L-Istati Membri li diġà ttrasponew ir-Rakkomandazzjoni GFCM/35/2011/2 u li diġà żviluppaw oqfsa adegwati ta' ġestjoni nazzjonali, u li diġà informaw lill-Kummissjoni dwar dan, ma għandhomx ikunu soġġetti għal proċedura ta' deroga skont dan l-Artikolu. [Em. 5]

3.  Id-derogi li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2 jistgħu jingħataw biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ikun hemm fis-seħħ qafas ta’ ġestjoni nazzjonali, inkluż skema ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd b’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(b)  ikun hemm fis-seħħ programmi speċifiċi ta’ monitoraġġ u kontroll li jiddikjaraw li l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-punti ta’ riferiment għall-attivitajiet ta’ spezzjoni jinsabu fis-seħħ. [Em. 6]

4.  L-Istati Membri li jitolbu deroga skont il-paragrafu 2 għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-ġustifikazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi għal dik id-deroga.

5.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-format u t-trażmissjoni tal-ġustifikazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi msemmija fil-paragrafu 4. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

6.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 2.

Artikolu 16d

Irkaptu u tagħmir

1.  Għall-ġbir tal-qroll aħmar, l-uniku tagħmir permess għandu jkun martell użat manwalment minn sajjieda professjonalirikonoxxuti bħala tali mill-Istat Membru kkonċernat. [Em. 7]

2.  L-użu ta’ Vetturi ta' taħt l-ilma li Jitħaddmu mill-Bogħod (ROVs) għall-isfruttament tal-qroll aħmar għandu jkun ipprojbit. Sakemm il-parir xjentifiku ma jgħidx mod ieħor, dik il-projbizzjoni għandha tkopri, sa mill-1 ta’ Jannar 2015 1 ta' Jannar 2016, l-użu tal-ROVs li jistgħu jkunu ġew awtorizzati mill-Istati Membri f’żoni li jinsabu taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali esklussivament għal skopijiet ta' osservazzjoni u esplorazzjoni b'rabta mal-qroll aħmar fuq il-bażi tal-paragrafu 3(a) jew tal-paragrafu 3(b) tar-Rakkomandazzjoni GFCM/35/2011/2CGPM/35/2011/2. [Em. 8]

2a.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika fir-rigward tal-Istati Membri li għadhom ma awtorizzawx l-użu tal-ROVs għall-esplorazzjoni u li jista' jkun li jixtiequ jagħmlu dan. Tali awtorizzazzjoni għandha tingħata biss abbażi ta' riżultati xjentifiċi miksuba fil-kuntest tal-pjanijiet ta' ġestjoni nazzjonali u li ma juru l-ebda impatt negattiv fuq l-isfruttar sostenibbli tal-qroll aħmar. [Em. 9]

2b.  L-użu tal-ROVs jista' jiġi awtorizzat f’żoni li jinsabu taħt ġurisdizzjoni nazzjonali biss u fi ħdan qafas li jippermetti kampanji sperimentali xjentifiċi kemm għall-osservazzjoni u kemm għall-ġbir waqt perjodu limitat li ma jestendix lil hinn mill-2015, imwettqa taħt is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tar-riċerka nazzjonali u/jew f’kollaborazzjoni ma’ korpi nazzjonali jew internazzjonali kif ukoll kwalunkwe parti kkonċernata rilevanti oħra. [Em. 10]

Kapitolu V

It-tnaqqis tal-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq ċerti speċijiet tal-baħar

Artikolu 16e

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżuri aktar stretti li joħorġu mid-Direttiva 92/43/KEE jew mid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***, u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003****.

Artikolu 16f

Qbid inċidentali ta’ għasafar tal-baħar fl-irkaptu tas-sajd

1.  Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom jeħilsu għasafar tal-baħar li jinqabdu fl-irkaptu tas-sajd b'mod inċidentali fil-pront.

1a.  Il-bastimenti tas-sajd ma għandhomx iniżżlu l-art għasafar tal-baħar ħlief fil-qafas ta' pjanijiet nazzjonali għall-konservazzjoni tal-għasafar tal-baħar jew biex tiġi żgurata għajnuna għall-irkupru ta' għasafar tal-baħar individwali li jkunu midruba, u kemm-il darba l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu ġew debitament u uffiċjalment informati, qabel ma l-bastiment ikkonċernat jerġa’ lura l-port, bl-intenzjoni li tali għasafar tal-baħar jitniżżlu l-art. [Em. 11]

Artikolu 16g

Qbid inċidentali ta’ fkieren tal-baħar f'attivitajiet tas-sajd

1.  Il-kaptaniKapjuni ta’ bastimenti tas-sajd għandhom fil-pront jeħilsu fil-baħar fkieren tal-baħar li jinqabdu fl-irkaptu tas-sajd ħajjin u mhux imweġġgħin b'mod inċidentali għandhom jiġu trattati bil-kura u jinħelsu mhux danneġġjati u ħajjin safejn ikun possibbli. [Em. 12]

2.  Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd ma għandhomx iniżżlu l-art fkieren tal-baħar, sakemm mhux bħala parti minn programm ta’ salvataġġ speċifiku jew ta' konservazzjoni nazzjonali jew sakemm dan mhux altrimenti rekwiżit bil-għan li jsir is-salvataġġ jew tiġi żgurata l-għajnuna għall-irkuprar ta' fkieren tal-baħar individwali li jkunu mweġġgħa jew f’koma, u sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati ma jkunux ġew debitament u uffiċjalment infurmati qabel il-bastiment ikkonċernat jidħol lura fil-port. [Em. 13]

3.  BastimentiSa fejn ikun prattikabbli, il-bastimenti li jużaw kalamenti it-tartaruni tal-borża għal speċijiet pelaġiċi żgħar, jew xbieki tat-tidwir mingħajr kalament għal speċijiet pelaġiċi, ma għandhomx għandhom jevitaw li jiċċirkondaw lill-fkieren tal-baħar. [Em. 14]

4.  Bastimenti li jużaw konzijiet u għeżula tal-qiegħ għandhom iġorru abbord tagħmir li permezz tiegħu jkunu jistgħu jimmaniġġjaw, jirrilixxaw u jeħilsu b'mod sikur il-fkieren tal-baħar li jitħabblu fix-xbieki, biex dawn jiġu mmaniġġjati u rrilaxxati b’mod li jimmassimizza l-probabbiltà tas-sopravivenza tagħhom

Artikolu 16h

Qbid aċċidentali ta’ foki monaka (Monachus monachus)

1.  Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd m’għandhomx jieħdu abbord, jittrażbordaw u jħottu l-art foki monaka, sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex tiġi żgurata l-assistenza għall-irkupru ta’ annimali individwali mweġġgħin u sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati ma jkunux ġew debitament u uffiċjalment infurmati qabel il-bastiment ikkonċernat jidħol lura fil-port.

2.  Il-kaptani Kampjuni ta' bastimenti tas-sajd li jaqbdu foki monakafoka monaka li jinqabdu b'mod inċidentali fl-irkaptu tagħhom f’irkapti tas-sajd għandhom jeħilsuhom fil-pront, ħajjinjinħelsu u mingħajr ma ssirilhom ħsara. Iġsma ta' foki monaka mejta għandhom jitniżżlu l-art, fejn għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali biex jinqerduu ħajjin .Jekk tali foka monaka tkun diġà mejta, il-karkassa għandha titniżżel l-art u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiġu nnotifikati mhux aktar tard mal-wasla fil-port. [Em. 15]

Artikolu 16i

Qbid inċidentali ta' ċetaċji

Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom fil-pront jeħilsuKapjuni ta' ċetaċji li jinqabdu fl-irkaptu tas-sajd b'mod inċidentali għandhom jiġu trattati bil-kura u jinħelsu mingħajr ma ssirilhom ħsara u ħajjin u safejn ikun possibbli. [Em. 16]

Artikolu 16j

Klieb il-baħar u raj protetti

1.  Speċijiet ta' klieb il-baħar u ta' raj li huma inklużi fl-Anness II tal-Protokoll li jikkonċerna Żoni Protetti b’Mod Speċjali u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran***** ma għandhomx jinżammu abbord, jiġu ttrażbordati, jinħattu l-art, jiġu ttrasferiti, jinħażnu, jinbiegħu jew jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ.

2.  Bastimenti tas-sajd li jkunu qabdu, b'mod inċidentali, speċijiet ta' klieb il-baħar u ta' raj minn speċijiet inklużi fl-Anness II tal-Protokoll li Jikkonċerna Żoni Protetti b’Mod Speċjali u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran għandhom jeħilsuhom fil-pront, jekk ikunu għadhom ħajjin u mingħajr ma ssirilhom ħsara. [Em. 17]

Artikolu 16k

L-identifikazzjoni tal-klieb il-baħar

Qtugħ ir-ras u s-slieħ tal-klieb il-baħar abbord u qabel il-ħatt l-art għandhom ikunu pprojbiti. Klieb il-baħar bla ras u misluħa ma jistgħux jiġu kkummerċjalizzati fi swieq tal-ewwel bejgħ wara li jinħattu l-art.

Kapitolu VI

Miżuri għal sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku

Artikolu 16l

Ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd

1.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-kapaċità ta’ referenza tas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar hija dik stabbilita fuq il-bażi tal-listi ta’ bastimenti tal-Istati Membri kkonċernati komunikati lis-Segretarjat tal-GFCM skont il-paragrafu 22 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/37/2013/1. Dawk il-listi jinkludu l-bastimenti kollha mgħammra bi xbieki tat-tkarkir, b'kalamenti jew b'tipi oħra ta' xbieki tat-tidwir mingħajr kalamenti, li huma awtorizzati biex jistadu għal stokkijiet pelaġiċi żgħar u rreġistrati fil-portijiet li jinsabu fis-Subżoni Ġeografiċi 17 u 18 kif imsemmi fl-Anness I, jew li joperaw fis-Subżona Ġeografika 17 u/jew fis-Subżona Ġeografika 18 għalkemm reġistrati f'portijiet li jinsabu f'Subżoni Ġeografiċi oħra fil-31 ta' Ottubru 2013.

2.  Irrispettivament mit-tul ġenerali tal-bastimenti kkonċernati, mgħammra bi xbieki tat-tkarkir u b'kalamenti huma klassifikati bħala li jistadu b’mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi żgħar meta s-sardin u/jew l-inċova jammontaw għal mill-inqas 50 % tal-qabdiet f’piż ħaj fi kwalunkwe vjaġġ tas-sajd. [Em. 18]

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità totali tal-flotta tal-bastimenti mgħammra bi xbieki tat-tkarkir jew b'kalamenti li jistadu għal stokkijiet pelaġiċi żgħar b’mod attiv fis-Subżona Ġeografika 17, kemm f’termini ta’ tunnellaġġ gross (TG) u/jew tunnellaġġ gross reġistrat (TGR) u f’termini ta’ qawwa tal-magna (kW), kif irreġistrati fir-reġistri tal-flotot nazzjonali u tal-UE, ma taqbiżx, fi kwalunkwe ħin, il-kapaċità ta’ referenza tas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar imsemmija fil-paragrafu 1.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bastimenti mgħammra bi xbieki tat-tkarkir u b'kalamenti għas-sajd ta' stokkijiet pelaġiċi żgħar kif identifikati fil-paragrafu 2 ma joperawx għal aktar minn 20 jum ta' sajd kull xahar, u li ma jaqbżux il-180 jum ta' sajd fis-sena b'qabda reġistrata. [Em. 19]

5.  Kwalunkwe bastiment li mhuwiex inkluż fil-lista tal-bastimenti awtorizzati msemmija fil-paragrafu 1 m’għandux jitħalla jistad għal, jew, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, iżomm abbord jew iħott l-art kwalunkwe kwantità akbar minn 20 % ta’ inċova u/jew sardin jekk il-bastiment ikun qiegħed fuq vjaġġ tas-sajd fis-Subżona Ġeoġrafika 17 u/jew fis-Subżona Ġeografika 18.

6.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe żieda għal, kwalunkwe tnaqqis minn u/jew modifika fil-lista tal-bastimenti awtorizzati msemmija fil-paragrafu 1, hekk kif dawn iseħħu. Dawk il-bidliet huma mingħajr preġudizzju għall-kapaċità ta’ referenza tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM.

___________________________________

* Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

** Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

*** Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 147, 1.7.2013, p. 1).

**** Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 1).

***** Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/800/KE tat-22 ta' Ottubru 1999 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jikkonċerna żoni protetti b'mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran, u dwar l-aċċettazzjoni tal-annessi ta' dak il-Protokoll (il-Konvenzjoni ta' Barċellona) (ĠU L 322, 14.12.1999, p. 1).";

"

(3)  fit-Titolu III, jiddaħħal il-Kapitolu Ia li ġej:"

“KAPITOLU Ia

Obbligi ta' reġistrazzjoni

Artikolu 17 a

Il-ġbir tal-qroll aħmar

Il-kaptani ta’ Bastimenti tas-sajd awtorizzati li jiġbru qroll aħmar għandu jkollhom abbord ġurnal ta’ abbord li fih jiġu rrappurtati l-qabdiet ta’ kuljum ta’ qroll aħmar u l-attivitajiet tas-sajd skont iż-żona u l-fond, inkluż l-għadd ta’ jiem ta’ sajd u ta' għadis. Dik l-informazzjoni għandha tiġi komunikata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mingħajr dewmienabbażi ta' skadenzi stipulati mir-regoli fis-seħħ. [Em. 20]

Artikolu 17b

Qbid aċċidentali ta’ ċerti speċijiet tal-baħar

1.  Fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja:

(a)  kull każ ta’ qbid inċidentali u ta' rilaxx ta’ għasafar tal-baħar;

(b)  kull każ ta’ qbid inċidentali u ta' rilaxx ta’ fkieren tal-baħar, fejn jiġi indikat tal-anqas it-tip ta’ rkaptu tas-sajd, il-ħinijiet, it-tul ta' żmien ta' kemm l-irkaptu dam fl-ilma, il-fond tal-ilma u l-postijiet tas-sajd, l-ispeċijiet fil-mira, l-ispeċijiet ta' fkieren tal-baħar u tagħrif dwar jekk l-individwi ġewx mormija mejtin jew mitluqa ħajjin;

(c)  kull każ ta’ qbid inċidentali u ta' rilaxx ta’ foki monaka;

(d)  kull każ ta’ qbid inċidentali u rilaxx ta’ ċetaċji, fejn jiġi indikat tal-anqas is-sajd ikkonċernat, il-karatteristiċi tat-tip ta’ rkaptu, il-ħinijiet, il-postijietu l-postijiet (billi jiġu indikati s-Subżoni Ġeografiċi jew permezz ta' rettangoli statistiċi, kif definit fl-Anness I) u l-ispeċijiet ta' ċetaċji affettwatijekk tali ċetaċji jkunux dniefel jew speċijiet ta' ċetaċji oħrajn; [Em. 21]

(e)  kull każ ta’ qbid inċidentali u rilaxx ta’ speċijietfejn xieraq ta' klieb il-baħar u ta' raj minn speċijiet elenkati fl-Anness II jew fl-Anness III tal-Protokoll li jikkonċerna Żoni Protetti b'mod Speċjali u d-Diversità Bijoloġika fil-Mediterran. [Em. 22]

2.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni ta' qabdiet inċidentali msemmija fil-paragrafu 1 mill-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd li mhumiex soġġetti għaż-żamma ta' ġurnal ta’ abbord tas-sajd skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.” [Em. 23];

"

(4)   Jiddaħħlu l-Artikoli 23a u 23b li ġejjin:"

"Artikolu 23a

Ir-rappurtar ta’ dejta rilevanti lill-Kummissjoni

1.  Sal-15 ta’ NovembruDiċembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni: [Em. 24]

(a)  id-dejta dwar il-qroll aħmar imsemmija fl-Artikolu 17a;

(b)  fil-forma ta' rapport elettroniku, ir-rati ta’ qabdiet inċidentali u ta' rilaxx ta’ għasafar tal-baħar, fkieren tal-baħar, foki monaka, ċetaċji u klieb il-baħar u raj, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti rrappurtata skont il-punti (a), (b), (c), (d) u (e) rispettivament tal-Artikolu 17b(1).

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM sa mhux aktar tard mill-15mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena. [Em. 25]

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe bidliet li jsiru fil-lista tal-portijiet nominati għall-ħatt l-art tal-qabdiet ta’ qroll aħmar skont il-paragrafu 5 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/36/2012/1.

4.  L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni affidabbli dwar l-impatti fuq il-popolazzjonijiet taċ-ċetaċji fil-Baħar l-Iswed ta’ bastimenti li jistadu għall-mazzola griża b’għeżula tal-qiegħ, u għandhom jippreżentaw dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni.

5.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidliet li jsiru fil-mapep u fil-listi tal-pożizzjonijiet li jidentifikaw il-postijiet fejn jinsabu l-għerien tal-foki monaka u li huma msemmija fil-paragrafu 6 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/35/2011/5.

6.  Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti minnufih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM.

7.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format u t-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 3, 4 u 5. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 23b

Kontroll, monitoraġġ u sorveljanza tas-sajd għal stokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku

1.  Qabel tmiem Settembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-pjanijiet u l-programmi tagħhom sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16l permezz ta’ monitoraġġ u rappurtar xieraq, b’mod partikolari rigward il-qabdiet ta’ kull xahar u l-isforz tas-sajd użat.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lis-Segretarju Eżekuttiv tal-GFCM sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ottubru ta' kull sena."

"

(5)   fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2), “19 ta’ Jannar 2012” għandha tinbidel bi "[TIDDAĦĦAL ID-DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ TA’ DAN IR-REGOLAMENT]”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1)ĠU C 12, 15.1.2015, p.116.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 2015.
(3)Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006 p. 11).
(5)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/585/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 li tikkonkludi l-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-Baħar Mediterran mit-tniġġis u l-Protokoll għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-Baħar Mediterran bir-rimi tal-iskart minn bastimenti u vetturi tal-ajru, (ĠU L 240, 19.9.1977, p. 1)
(6)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/800/KE tat-22 ta’ Ottubru 1999 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jikkonċerna żoni protetti b’mod speċjali u d-diversità bijoloġika fil-Mediterran, u dwar l-aċċettazzjoni tal-annessi ta’ dak il-Protokoll (il-Konvenzjoni ta’ Barċellona) (ĠU L 322, 14.12.1999, p. 1).
(7)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 1), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 605/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 1).
(8)Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) u Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(9)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p 13).

Avviż legali - Politika tal-privatezza