Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda (kodifikazzjoni) (COM(2014)0308 – C8-0011/2014 – 2014/0160(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0308),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u 207(2), skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0011/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014(1),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(2),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0031/2014),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, li tidher hawn taħt;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Frar 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda (kodifikazzjoni)