Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0166(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0040/2014

Testi mressqa :

A8-0040/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/02/2015 - 9.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0018

Testi adottati
PDF 303kWORD 54k
L-Erbgħa, 11 ta' Frar 2015 - Strasburgu
Regoli komuni għall-importazzjonijiet ***I
P8_TA(2015)0018A8-0040/2014
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (test kodifikat) (COM(2014)0321 – C8-0012/2014 – 2014/0166(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2014)0321),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0012/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 - Metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0040/2014),

A.  billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta msemmija fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, li jidher hawn taħt;

2.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Frar 2015 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (kodifikazzjoni)
P8_TC1-COD(2014)0166

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/478.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza