Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill fuq id-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni mill-Istati Membri, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, tal-adeżjoni tas-Seychelles għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal (COM(2011)0909 – C8-0265/2014 – 2011/0444(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0909),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 38, paragrafu erbgħa, tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3), kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0265/2014),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 108(7) tar-Regoli ta ' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0006/2015),
1. Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u japprova l-aċċettazzjoni tal-adeżjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tas-Seychelles.