Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0105(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0032/2015

Testi mressqa :

A8-0032/2015

Dibattiti :

PV 10/03/2015 - 4
CRE 10/03/2015 - 4

Votazzjonijiet :

PV 10/03/2015 - 10.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0046

Testi adottati
PDF 298kWORD 57k
It-Tlieta, 10 ta' Marzu 2015 - Strasburgu
Dimensjonijiet u piżijiet għal vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità ***II
P8_TA(2015)0046A8-0032/2015
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (11296/3/2014 – C8-0294/2014 – 2013/0105(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11296/3/2014 – C8‑0294/2014),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0195),

–  wara li kkunsidra l-impenji meħuda mill-Kummissjoni, matul is-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew, li taċċetta l-pożizzjoni adottata mill-Parlament fit-tieni qari, u mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-18 ta' Deċembru 2014, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8‑0032/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jissuġġerixxi li l-att ikun ċitat bħala d-'Direttiva Leichtfried-Lupi dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet ta' vetturi kummerċjali'(3);

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 133.
(2) Testi adottati tal-15.4.2014, P7_TA(2014)0353.
(3) Jörg Leichtfried u Maurizio Lupi mexxew in-negozjati dwar l-att f'isem il-Parlament u l-Kunsill rispettivament.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-10 ta' Marzu 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali
P8_TC2-COD(2013)0105

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Direttiva (UE) 2015/719.)


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-qafas tal-approvazzjoni tat-tip

Id-deroga dwar it-tul massimu għal kabini ajrudinamiċi u għal tagħmir ajrudinamiku ta' wara għal vetturi tqal tal-merkanzija, kif previst fid-Direttiva l-ġdida dwar piżijiet massimi u dimensjonijiet ta' vetturi tqal tal-merkanzija (emenda għad-Direttiva 96/53/KE), titlob emendi għall-qafas legali dwar l-approvazzjoni tat-tip (fosthom ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 u r-Regolament (UE) Nru 1230/2012).

Il-Kummissjoni attwalment qed tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex ittejjeb is-sikurezza ġenerali tal-vetturi. Kif mitlub mill-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament 661/2009, il-Kummissjoni se tgħaddi rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jinkludi, fejn ikun xieraq, proposti għall-emendament ta' dan ir-Regolament jew ta' leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni rigward l-inklużjoni ta' karatteristiċi ta' sikurezza oħra ġodda partikolarment għat-trakkijiet. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tipproponi l-emendi meħtieġa, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u, fejn xieraq valutazzjoni tal-impatt, tal-inqas sal-2016.

Avviż legali - Politika tal-privatezza