Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0802(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0066/2015

Testi mressqa :

A8-0066/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/04/2015 - 16.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0091

Testi adottati
PDF 289kWORD 59k
L-Erbgħa, 15 ta' April 2015 - Brussell
Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali *
P8_TA(2015)0091A8-0066/2015

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/689/KE (05126/2015 – C8-0025/2015 – 2015/0802(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (05126/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 160 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0025/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0066/2015),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa ' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Abbozz tal-Kunsill   Emenda
Emenda 1
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 3
(3)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar it-tisħiħ tal-koperazzjoni għall-immodernizzar u t-titjib tal-protezzjoni soċjali2, il-Kunsill appoġġa l-proposta tal-Kummissjoni għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu għal koperazzjoni msaħħa, maħluqa bix-xogħol tal-grupp ta’ uffiċjali ta’ livell għoli, għall-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni. Il-Kunsill saħaq li din it-tip ta' koperazzjoni għandha tkopri kull forma ta' protezzjoni soċjali u, fejn ikun meħtieġ, tgħin lill-Istati Membri biex itejbu u jsaħħu s-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom skond il-prijoritajiet nazzjonali tagħhom. Fakkar ukoll il-kompetenza tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-protezzjoni soċjali u approva l-erba' objettivi wiesa', li huma parti mill-isfida ġenerali tal-immodernizzar tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali kif identifikati mill-Kummissjoni: jiġifieri li jagħmlu x-xogħol irendi u jipprovdi dħul assigurat, li jassiguraw il-pensjonijiet u jagħmlu s-sistemi ta' pensjoni sostenibbli, li jippromovu l-inklużjoni soċjali u biex jiżguraw ħarsien tas-saħħa ta’ kwalità għolja u sostenibbli għal kulħadd; huwa saħaq ukoll li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel trid tiġi integrata fl-attivitajiet kollha li jimmiraw għat-twettiq ta' dawn l-erba' objettivi. Fl-aħħar, il-Kunsill irrikonoxxa li l-aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-finanzi huma komuni għall-objettivi kollha.
(3)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar it-tisħiħ tal-koperazzjoni għall-immodernizzar u t-titjib tal-protezzjoni soċjali, il-Kunsill appoġġa l-proposta tal-Kummissjoni għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu għal koperazzjoni msaħħa, maħluqa bix-xogħol tal-grupp ta’ uffiċjali ta’ livell għoli, għall-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni. Il-Kunsill saħaq li din it-tip ta' koperazzjoni għandha tkopri kull forma ta' protezzjoni soċjali u, fejn ikun meħtieġ, tgħin lill-Istati Membri biex itejbu u jsaħħu s-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom skond il-prijoritajiet nazzjonali tagħhom. Fakkar ukoll il-kompetenza tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-protezzjoni soċjali u approva l-erba' objettivi wiesa', li huma parti mill-isfida ġenerali tal-immodernizzar tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali kif identifikati mill-Kummissjoni: jiġifieri li jagħmlu x-xogħol irendi u jipprovdi dħul assigurat, li jassiguraw il-pensjonijiet u jagħmlu s-sistemi ta' pensjoni sostenibbli, li jippromovu l-inklużjoni soċjali u biex jiżguraw li l-ħarsien tas-saħħa jkun ta’ kwalità għolja u sostenibbli; huwa saħaq ukoll li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel trid tiġi integrata fl-attivitajiet kollha li jimmiraw għat-twettiq ta' dawn l-erba' objettivi. Fl-aħħar, il-Kunsill irrikonoxxa li l-aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-finanzi huma komuni għall-objettivi kollha.
__________________
__________________
2 ĠU C 8, 12.1.2000, p. 7.
2 ĠU C 8, 12.1.2000, p. 7.
Emenda 2
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 7
(7)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju tal-2013, il-Kunsill Ewropew iddikjara li għandha tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-UEM. Bħala l-ewwel pass, huwa importanti li jiġu segwiti u meqjusa aħjar is-sitwazzjoni soċjali u dik tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-UEM, partikolarment permezz tal-użu ta' indikaturi soċjali u dwar l-impjiegi adatti fis-Semestru Ewropew. Huwa importanti wkoll li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-politika dwar l-impjiegi u dik soċjali, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ il-kompetenzi nazzjonali.
(7)  Fil-Konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju tal-2013, il-Kunsill Ewropew iddikjara li għandha tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-UEM. Bħala l-ewwel pass, huwa importanti li jiġu segwiti u meqjusa aħjar is-sitwazzjoni soċjali u dik tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-UEM, partikolarment permezz tal-użu ta' indikaturi soċjali u dwar l-impjiegi adatti fis-Semestru Ewropew. Huwa importanti wkoll li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-politika dwar l-impjiegi, dik soċjali u dik soċjoekonomika, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ il-kompetenzi nazzjonali.
Avviż legali - Politika tal-privatezza