Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0801(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0065/2015

Testi mressqa :

A8-0065/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/04/2015 - 16.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0092

Testi adottati
PDF 209kWORD 48k
L-Erbgħa, 15 ta' April 2015 - Brussell
Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Impjiegi *
P8_TA(2015)0092A8-0065/2015

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Impjiegi u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/98/KE (05125/2015 – C8-0026/2015 – 2015/0801(CNS)

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (05125/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 150 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0026/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0065/2015),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b' mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza