Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0394 – C8-0041/2014 – 2014/0199(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0394),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0041/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8‑0132/2015),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)