Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0246(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0047/2014

Testi mressqa :

A8-0047/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0117

Testi adottati
PDF 250kWORD 64k
L-Erbgħa, 29 ta' April 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE *
P8_TA(2015)0117A8-0047/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (COM(2014)0534 – C8-0212/2014 – 2014/0246(NLE))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0534),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0212/2014),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0047/2014),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil sostanzjali;

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

Avviż legali - Politika tal-privatezza