1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2090(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8‑0054/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0068/2015),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2013;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2090(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8‑0054/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),
– wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0068/2015),
1. Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2090(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0068/2015),
A. billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 16 308 171,83, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 0,05 % meta mqabbel ma' dak għall-2012;
B. billi l-kontribuzzjoni komplessiva tal-Unjoni għall-baġit taċ-Ċentru għall-2013 kienet tammonta għal EUR 15 550 000, li tirrappreżenta żieda ta' 0,01 % meta mqabbla ma' dik għall-2012;
C. billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;
Segwitu għall-kwittanza 2012
1. Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u kumment minnhom huwa mmarkat fir-rapport tal-Qorti bħala "Ikkompletata" waqt li l-ieħor huwa mmarkat bħala "Għadha għaddejja"; jikkonstata, barra minn hekk, li għall-erba' kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdet azzjoni korrettiva waħda b'reazzjoni għall-kummenti tas-sena preċedenti bir-riżultat li fir-rapport tal-Qorti il-kumment huwa issa mmarkat bħala ''Ikkompletata'', filwaqt li t-tliet kummenti l-oħra huma mmarkati bħala "Għadha għaddejja";
2. Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li:
a.
implimenta diversi proċessi u miżuri biex jiżgura verifiki ex ante u ex post u kontroll adegwati tal-ispejjeż relatati mal-għotjiet bħala appoġġ tal-koperazzjoni taħt in-netwerk Reitox; jikkonstata li l-miżuri jinkludu kontrolli ex ante fid-dettall, istruzzjonijiet bil-miktub għall-Punti Fokali Nazzjonali (PFN) tan-netwerk Reitox, sessjonijiet ta' informazzjoni speċifiċi dwar il-kwistjonijiet ikkonċernati, analiżi annwali tar-rapportar finanzjarju ta' kull PFN, verifiki ex post fuq il-post;
b.
irreveda r-regoli tiegħu li jiddefinixxu r-rekwiżiti għall-eżerċizzji ex post sabiex jorbot b'mod espliċitu l-verifika ex post mar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju; jikkonstata li l-aħħar eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju fl-2014 ikkonferma l-eżistenza ta' ċerti riskji ta' livell minn medju sa għoli li x'aktarx jiġġustifikaw il-verifika ex post, li huma fil-biċċa l-kbira ta' natura teknika marbuta mas-sigurtà informatika u l-konfigurazzjoni tas-softwer;
Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet
3. Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li ċ-Ċentru nieda proċedura ta' akkwist għall-kiri ta' tagħmir tal-uffiċċju fuq perjodu ta' erba' snin u li r-rekwiżiti tekniċi kienu soġġetti għal modifika sinifikanti matul l-iżvolġiment tal-proċedura; jinsab imħasseb dwar il-fatt li, għall-konklużjoni tal-kuntratt, ir-rekwiżiti tekniċi ġew aġġustati ulterjorment, bi qbil mal-possibilità mħabbra fl-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati li kienet twassal għal tnaqqis fil-valur tal-kuntratt; jiddispjaċih li l-informazzjoni ppubblikata dwar l-istruttura tal-prezzijiet tal-kuntratt ma kinitx ċara biżżejjed, u dan wassal għal interpretazzjoni ħażina minn offerent wieħed li għaldaqstant kellu ċans iżgħar li jirbaħ il-kuntratt;
4. Jikkonstata bi tħassib li l-kriterji ta' evalwazzjoni tal-proċedura hawn fuq imsemmija ma kinux speċifiċi biżżejjed biex jiżguraw it-trasparenza sħiħa u t-trattament indaqs tal-offerenti; josserva li d-dgħufija hawn fuq imsemmija affettwat l-effiċjenza u l-effikaċja ta' din il-proċedura ta' akkwist, kif ukoll ħolqot ir-riskju li tixxekkel il-kompetizzjoni;
5. Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li l-avviż dwar il-kuntratt rilevanti ġie ppubblikat permezz tas-sistema ta' informazzjoni għall-proċeduri Ewropej għal akkwist pubbliku, li timponi xi restrizzjonijiet fuq l-informazzjoni li tkun tista' tiġi ppubblikata; jirrikonoxxi barra minn hekk li l-offerenti kollha ġew ittrattati b'mod ugwali u li ġew evalwati bi qbil mal-kriterji u l-metodu għall-għoti stabbiliti u ppubblikati; jappella liċ-Ċentru biex minkejja dan itejjeb il-proċessi ta' akkwist tiegħu u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda;
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
6. Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,73 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 97,71 %, li tirrapreżenta tnaqqis ċkejken ta' 0,1 % meta mqabbla ma' dik tal-2012; jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li l-livell ġeneralment għoli tal-approprjazzjonijiet ta' impenn indika li l-impenji saru b'mod puntwali;
7. Jieħu nota tal-fatt li ċ-Ċentru tejjeb l-effiċjenza tal-proċessi għall-pagamenti tiegħu; jikkonstata b'mod partikolari li, bħala medja, il-pagamenti ġew ipproċessati b'suċċess f'16-il jum qabel l-iskadenza rilevanti;
Impenji u riporti
8. Jirrikonoxxi li l-awditu annwali tal-Qorti ma sab l-ebda kwistjoni notevoli fir-rigward tal-livell ta' riporti fl-2013; jieħu nota tal-konformità taċ-Ċentru mal-prinċipju tal-annwalità u tal-eżekuzzjoni puntwali tal-baġit tiegħu;
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza
9. Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li eżamina mill-ġdid il-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess bi qbil mal-linji gwida tal-Kummissjoni; jikkonstata li l-politika riveduta ġiet approvata mill-Bord tal-Amministrazzjoni taċ-Ċentru waqt il-laqgħa tiegħu tal-4 u l-5 ta' Diċembru 2014; jistenna l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Bord tal-Amministrazzjoni, tal-maniġment superjuri u tad-Direttur;
Awditjar intern
10. Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li ntbagħat aġġornament dwar il-qagħda tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' awditjar strateġiku fuq tliet snin tiegħu għall-perjodu 2013-2015 lis-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni; jikkonstata barra minn hekk li, fl-2013, l-IAS wettaq awditu dwar l-ibbaġitjar u l-monitoraġġ fi ħdan iċ-Ċentru, li rriżulta fi tliet rakkomandazzjonijiet importanti ħafna; jaċċerta miċ-Ċentru li żewġ rakkomandazzjonijiet ġew implimentati, li waħda minnhom hija kkunsidrata bħala magħluqa mill-IAS, filwaqt li l-oħra qiegħda tistenna r-rieżami u r-rakkomandazzjoni li tingħalaq mill-IAS; jikkonstata barra minn hekk li rakkomandazzjoni waħda qiegħda fi stadju avvanzat ta' implimentazzjoni;
11. Jieħu nota tal-fatt li l-IAS ta segwitu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu u għalaq l-erba' rakkomandazzjonijiet importanti ħafna li kien fadal relatati mal-awditi ta' qabel l-2013; jirrikonoxxi li ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni pendenti fil-31 ta' Diċembru 2013;
Kummenti oħra
12. Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li l-kuntratt għall-bejgħ tal-bini preċedenti tiegħu li mhux qed jintuża, il-"Palacete Mascarenhas", ġie ffirmat f'Jannar 2015;
13. Jieħu nota tal-fatt li l-bini "Cais do Sodre Relogio" għadu fil-biċċa l-kbira mhux qed jintuża peress li kienu biss ftit l-espressjonijiet ta' interess għal-lokazzjoni tal-bini li ssarrfu fi proposti konkreti; jirrikonoxxi li bħalissa għaddejjin in-negozjati għal lokazzjoni fuq żmien qasir b'offerta ferm anqas mill-ispejjeż lokattivi mġarrba miċ-Ċentru u li qiegħed jinnegozja mal-lokatur tal-bini għall-possibilità ta' tnaqqis fil-kera sabiex kemm jista' jkun jiġu nnewtralizzati l-ispejjeż lokattivi; jappella liċ-Ċentru biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi fil-ġejjieni meta jkun hemm aktar tagħrif disponibbli;
o o o
14. Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.