Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/2105(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0088/2015

Testi mressqa :

A8-0088/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.40
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0149

Testi adottati
PDF 359kWORD 91k
L-Erbgħa, 29 ta' April 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
P8_TA(2015)0149A8-0088/2015
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2105(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8–0088/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 210.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 210.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2105(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0088/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 210.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 210.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2105(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0088/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 57 819 864, li jirrappreżenta żieda ta' 4,88 % meta mqabbel mal-2012;

B.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013 ammontat għal EUR 53 789 658, li jirrappreżenta żieda ta' 2,65 % meta mqabbel mal-2012;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa kumment wieħed huwa mmarkat fir-rapport tal-Qorti tal-2013 bħala "Ikkompletata" u l-ieħor bħala "Għadha għaddejja"; jikkonstata, barra minn hekk, li għat-tliet kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdet azzjoni korrettiva waħda u l-kumment korrispondenti issa huwa mmarkat bħala "Ikkompletata", u miż-żewġ kummenti l-oħrajn wieħed hu mmarkat bħala "Għadha għaddejja" u l-ieħor bħala "Mhux Applikabbli";

2.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li bis-saħħa tal-eżami tal-kostijiet amministrattivi interni, bosta proċessi fil-qasam tar-riżorsi umani ġew awtomatizzati u l-monitoraġġ u r-rapportaġġ finanzjarju ġew semplifikati permezz ta' strumenti awtomatizzati;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,07 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 88,73 %;

Impenji u riporti

4.  Jirrikonoxxi li, skont ir-rapport tal-Qorti u r-Rapport Annwali tal-Attività (RAA) tal-Aġenzija, ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni rilevanti fir-rigward tal-livell ta' riporti fl-2013;

Trasferimenti

5.  Jikkonstata li skont ir-rapport tal-Qorti u r-RAA tal-Aġenzija, il-livell u n-natura ta' trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

6.  Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija fir-rapport tal-Qorti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

7.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li fil-laqgħa tagħha tat-13 u tal-14 ta' Novembru 2013, il-Bord Amministrattiv tagħha adotta deċiżjoni dwar ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu li rrikjeda li l-membri kollha fi ħdanu, jew il-membri supplenti, iressqu dikjarazzjonijiet ta' impenn u kunfidenzjalità fil-bidu ta' kull mandat;

8.  Jagħraf li l-Aġenzija għamlet sforz biex tevita sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess potenzjali billi introduċiet taħriġ dwar l-etika u l-integrità li jiġi pprovdut fl-Aġenzija stess u huwa obbligatorju għall-persunal kollu;

9.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li fl-2013 il-Bord Amministrattiv tagħha adotta politika dwar il-kunflitti ta' interess li timmira li tidentifika r-riskji għall-integrità tal-membri tagħha u tissensibilizza dwar l-inċidenza ta' tali kunflitti; jieħu nota li dik il-politika hija msejsa fuq r-Rapport Speċjali tal-Qorti bit-titolu "Il-Ġestjoni ta' Kunflitti ta' Interessi f'Aġenziji Magħżula tal-UE";

10.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tqiegħed id-dikjarazzjonijiet tal-interessi u s-CVs tad-Direttur Eżekuttiv, il-Kapijiet tal-Unità u l-membri tal-Bord Amministrattiv għad-dispożizzjoni pubblika fuq il-websajt tagħha sabiex tkompli ttejjeb it-trasparenza;

Awditjar intern

11.  Jieħu nota li matul l-2013 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu bil-għan li jivvaluta l-adegwatezza u l-applikazzjoni effikaċi tas-sistema ta' kontroll intern, u joffri assigurazzjoni indipendenti fir-rigward tagħha, għal dak li għandu x'jaqsam mas-Servizzi tal-Appoġġ Marittimu; jikkonstata li wara dan l-awditu, ġew identifikati bosta oqsma b'marġni għal titjib u ġew ifformulati ħames rakkomandazzjonijiet immarkati bħala "Importanti"; jaċċerta li l-Aġenzija ħejjiet pjan ta' azzjoni bil-għan li jittratta dawn il-ħames rakkomandazzjonijiet u li l-IAS qies l-azzjonijiet proposti bħala adegwati biex jitrażżnu r-riskji identifikati;

12.  Jieħu nota li fl-2013 l-IAS wettaq rieżami dokumentarju bil-għan li jagħti segwitu lill-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu u qies ir-rakkomandazzjonijiet kollha bħala "Kritiċi" jew "Importanti ħafna" bħala magħluqin;

13.  Jieħu nota li matul l-2013 il-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Aġenzija wettqet awditu fuq il-Faċilità ta' Kontinwità tal-Attivitajiet f'Porto; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-IAC ikkonkluda li l-kontrolli fiżiċi u ambjentali kienu operattivi b'hekk offrew assigurazzjoni raġenevoli rigward il-protezzjoni tat-tagħmir u tad-data tal-Aġenzija; jikkonstata barra minn hekk li wara dan l-awditu, l-IAC fformulat ċertu numru ta' rakkomandazzjonijiet li l-Aġenzija kkunsidrat u li l-Aġenzija ppreżentat pjan ta' azzjoni mmirat lejn it-trażżin tal-punti dgħajfin identifikati;

14.  Jikkonstata li mill-31 ta' Diċembru 2013, l-Aġenzija għalqet 31 mit-total ta' 36 rakkomandazzjoni li ġejjin mill-IAS, mill-IAC u mill-Qorti matul dawn l-aħħar sentejn;

o
o   o

15.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.

Avviż legali - Politika tal-privatezza