Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/2128(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0099/2015

Testi mressqa :

A8-0099/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.45
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0154

Testi adottati
PDF 439kWORD 97k
L-Erbgħa, 29 ta' April 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
P8_TA(2015)0154A8-0099/2015
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2128(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0099/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 326.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 326.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2128(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0099/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 326.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 326.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2128(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0099/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien ta' EUR 61 345 072; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.  billi l-missjoni ċentrali tal-Aġenzija hija li twettaq il-kompiti ta' tmexxija operattiva għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-EURODAC;

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, għalkemm l-Aġenzija bdiet l-operat tagħha f'Diċembru 2012, ingħatat l-awtonomija finanzjarja mill-Kummissjoni fit-22 ta' Mejju 2013, u għalhekk il-perjodu awditjat għas-sena finanzjarja 2013 huwa mit-22 ta' Mejju 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013; jinnota, barra minn hekk, li l-2013 kienet l-ewwel sena li fiha l-Qorti wettqet awditu dwar ir-rapporti finanzjarji tal-Aġenzija;

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

2.  Jinnota bi tħassib li r-rapport tal-Qorti jenfasizza l-kwistjonijiet relatati mal-valutazzjoni tas-sistemi SIS II, VIS u EURODAC fil-kontijiet tal-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li, għalkemm il-valutazzjoni ma kenitx materjalment iddikjarata b'mod skorrett, il-Qorti qieset dawk il-kwistjonijiet bħala essenzjali u ġibdet l-attenzjoni lejhom; jinnota li t-tmexxija operattiva ta' dawk is-sistemi hija l-kompitu ċentrali tal-Aġenzija u li s-sistemi ġew ittrasferiti mill-Kummissjoni lill-Aġenzija f'Mejju 2013 permezz ta' tranżazzjoni mingħajr skambju; jinnota, barra minn hekk, li fin-nuqqas ta' informazzjoni affidabbli u kompleta fir-rigward tal-ispiża totali tal-iżvilupp ta' dawk is-sistemi, il-valuri tas-sistemi ġew irreġistrati fil-kontijiet tal-Aġenzija bil-valuri netti tagħhom kif inhuma fil-kotba tal-Kummissjoni u ġew aġġornati fi tmiem is-sena; jinsab imħasseb dwar il-fatt li dawk il-valuri huma prinċipalment relatati ma' komponenti ta' ħardwer u ta' softwer kummerċjalment disponibbli u ma jinkludux spejjeż tal-iżvilupp ta' softwer;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li skont ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011(1), il-Kummissjoni kienet responsabbli għall-istabbiliment u l-operat inizjali tal-Aġenzija sakemm din ingħatat l-awtonomija finanzjarja; jinnota bi tħassib li d-dewmien fit-tlestija tas-sistema kontabilistika tal-Aġenzija affettwa l-ippjanar tal-pagamenti tagħha u t-tħejjija tal-kontijiet proviżorji tagħha;

4.  Jinnota li analiżi aktar dettaljata għal kull titolu tal-baġit ma setgħetx titwettaq mill-Qorti minħabba li l-baġit jiġi eżegwit mill-Kummissjoni;

5.  Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija li r-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit kienu ta' 96 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u 67 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament;

6.  Jieħu nota li skont ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC għandhom l-obbligu li jagħmlu kontribuzzjoni għall-baġit tal-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li, għalkemm pajjiżi assoċjati ma' Schengen kienu qed jużaw is-sistemi mmaniġġjati mill-Aġenzija fl-2013, in-negozjati tal-Kummissjoni kienu għadhom għaddejjin; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati;

Impenji u riporti

7.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,95 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 28,94 %;

8.  Jinnota li l-livell għoli ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 ġej prinċipalment minn approprjazzjonijiet tat-Titolu II u t-Titolu III u minħabba l-fatt li l-Aġenzija għandha għadd ta' kuntratti pluriennali relatati mal-attivitajiet ċentrali tagħha;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

9.  Jinnota li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditjar ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija fir-rapport tal-Qorti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess

10.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-nuqqas tal-Aġenzija li tirrispondi l-kwestjonarju tal-awtorità ta' kwittanza relatat ma' kwistjonijiet dwar kunflitti ta' interess; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-politiki li qed jintużaw fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; iħeġġeġ lill-Aġenzija tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord ta' Tmexxija u l-esperti nazzjonali li jagħmlu parti mill-Bords Konsultattivi sa tmiem Diċembru 2015;

Kontrolli interni

11.  Jieħu nota li l-proġett ta' implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern tal-Aġenzija kien għadu għaddej fl-aħħar tal-2013 u li tali standards ġew approvati mill-Bord ta' Tmexxija f'Ġunju 2014;

12.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija ma għandha l-ebda kopertura tal-assigurazzjoni għal assi tanġibbli fissi, minbarra għal nar multiriskju għall-uffiċċji tas-sede tagħha f'Tallinn; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' kwalunkwe azzjoni ta' rimedju meħuda fir-rigward ta' din il-kwistjoni;

Awditjar intern

13.  Jieħu nota li l-Kapaċità ta' Awditjar Intern tal-Aġenzija bdiet tiffunzjona f'Ottubru 2013;

14.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq valutazzjoni preliminari tar-riskju fil-konfront tal-proċessi amministrattivi ewlenin tal-Aġenzija bil-għan li jħejji pjanijiet ta' awditjar intern fil-ġejjieni; jirrimarka li l-IAS identifika numru ta' oqsma ta' riskju għoli potenzjali li ġew inklużi fl-attivitajiet ta' awditjar għall-2014, inklużi, fost l-oħrajn, il-kontinwità tan-negozju, l-akkwist, il-governanza, u l-ġestjoni tal-faċilitajiet; jieħu nota li l-Aġenzija bdiet timplimenta miżuri maħsuba biex itaffu r-riskji identifikati;

Prestazzjoni

15.  Jirrikonoxxi li s-sede tal-Aġenzija jinsab f'Tallinn (b'46 kariga) filwaqt li l-attivitajiet operattivi tagħha jitwettqu fi Strasburgu (b'79 kariga) u s-sede tal-kontinwità tan-negozju jinsab f'Sankt Johann im Pongau (l-Awstrija);  jieħu nota tal-opinjoni tal-Qorti li l-effikaċja tat-tmexxija għandha tiżdied u l-ispejjeż amministrattivi jitnaqqsu kieku l-persunal kollu kellu jkun ċentralizzat f'post wieħed; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex, fir-rapport ta' valutazzjoni tagħha li se jitħejja bi qbil mal-Artikolu 31 tar-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija, tinkludi l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-fatt li hemm tliet lokalitajiet differenti, b'riflessjonijiet dwar arranġamenti prattiċi u spejjeż fir-rigward ta' ċentralizzazzjoni potenzjali tal-attivitajiet tagħha;

16.  Jieħu nota li fiż-żmien tal-awditjar tal-Qorti kienu għaddejjin negozjati bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti (l-Estonja) bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar il-kwartieri ġenerali li jikkjarifika l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom se joperaw l-Aġenzija u l-persunal tagħha; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati sa tmiem Diċembru 2015 u biex tikkonkludi l-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali kemm jista' jkun b'mod urġenti;

o
o   o

17.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Ara l-Artikolu 32.
(2) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.

Avviż legali - Politika tal-privatezza