Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/2118(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0080/2015

Testi mressqa :

A8-0080/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.50
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0159

Testi adottati
PDF 437kWORD 93k
L-Erbgħa, 29 ta' April 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Kwittanza 2013: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
P8_TA(2015)0159A8-0080/2015
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2118(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0080/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 290.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 290.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2118(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0080/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 290.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 290.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2118(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0080/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija ("l-Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 82 520 500, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 1,94 % meta mqabbel mal-baġit għall-2012,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward tas-seba' kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa erbgħa minnhom huma immarkati fir-rapport tal-Qorti tal-2013 bħala "Ikkompletata", waħda bħala "Parzjalment ikkompletata" u "Parzjalment għadha għaddejja" u tnejn bħala "Mhux Applikabbli"; jikkonstata, barra minn hekk, li għas-sitt kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012 , ittieħdu azzjonijiet korrettivi fir-rigward ta' ħames kummenti li issa huma mmarkati bħala ''Ikkompletata'' filwaqt li wieħed huwa mmarkat bħala ''Mhux applikabbli'';

2.  Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li:

   (a) il-validazzjoni tas-sistema kontabilistika tiegħu hija kkunsidrata bħala magħluqa fir-rapport tal-Qorti; jinnota bi tħassib li l-Qorti xorta tqis l-azzjoni korrettiva biex jiġu awtorizzati eċċezzjonijiet bħala għadhom għaddejjin u jappella lill-Uffiċċju biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tal-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva;
   (b) l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-awtorità ta' kwittanza dwar il-pubblikazzjoni tan-numru ta' dokumenti klassifikati pproċessati għadha għaddejja, peress li l-Uffiċċju qed ifittex il-parir tal-Kumitat tas-Sigurtà tiegħu u jikkonsulta l-oriġinaturi ta' informazzjoni klassifikata ta' bażi rigward l-approċċ biex tiġi ppubblikata l-informazzjoni; jappella lill-Uffiċċju biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq f'dan ir-rigward, kif ukoll dwar il-perjodu ta' żmien previst li fih għandha tiġi mitmuma;
   (c) jipprovdi informazzjoni pubblika, prinċipalment fuq is-sit tal-internet tiegħu li permezz tiegħu ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom il-possibilità li jabbonaw għal servizz postali awtomatizzat ta' informazzjoni rigward attivitajiet operattivi;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-effikaċja tal-proċeduri ta' akkwist fis-sena 2013 kienet affettwata minn xi deċiżjonijiet li mhumiex ibbażati fuq kriterji tal-għażla speċifiċi biżżejjed jew offerti ta' prezzijiet realistiċi, kif ukoll billi ma ġewx stabbiliti rekwiżiti professjonali, għalkemm l-Uffiċċju tejjeb il-preparazzjoni, l-eżekuzzjoni u d-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist matul is-snin; jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li flimkien mas-sejbiet tal-Qorti, huwa ta bidu għal rieżami fi ħdan l-organizzazzjoni kollha tal-proċess ta' akkwist globali fl-2014, bil-ħsieb li tiġi raffinata l-istruttura attwali interna u organizzattiva tal-proċessi ta' bażi; jappella lill-Uffiċċju biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tar-rieżami u t-titjib ippjanat għall-proċess ta' akkwist;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,60 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,20 %;

Impenji u riporti

5.  Jirrikonoxxi li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati naqas minn 19,64 % fl-2012 għal 11,60 % fl-2013; jinnota bi tħassib li l-livell ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati kien għadu għoli b'41 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva); jirrikonoxxi li dawn ir-riporti kienu prinċiplament relatati ma' modifiki ppjanati tal-bini tard fis-sena u ma' spejjeż amministrattivi oħra, li għalihom ma kinux waslu fatturi fi tmiem is-sena; jappella lill-Uffiċċju biex iżid l-isforzi tiegħu biex inaqqas ir-riporti futuri;

6.  Jieħu nota li l-livell ta' impenji kkanċellati riportati irreġistrat fl-2013 ammonta għal 8,9 % tal-ammont sħiħ riportat, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 8,4 % meta mqabbel mal-ammont reġistrat fl-2012; jinnota l-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-Uffiċċju sabiex jirrettifika din il-kwistjoni u jinnota li l-Qorti tqis il-kwistjoni bħala kompluta;

7.  Jaċċerta mill-Uffiċċju li b'segwitu għall-azzjonijiet tiegħu rigward it-tħejjija u l-valutazzjoni ta' rekwiżiti tekniċi għal riporti awtomatiċi, ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni mill-Qorti matul l-attivitajiet ta' awditjar annwali tagħha tal-2013;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.  Jieħu nota li l-Uffiċċju aġġorna l-Linji Gwida dwar ir-Reklutaġġ tiegħu u d-deskrizzjoni tal-proċess ta' reklutaġġ, kif ukoll id-dokumentazzjoni relatata tal-mudell skont ir-Regolament tal-Persunal(1) emendat li daħal fis-seħħ fl-2014; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju daħħal fis-seħħ il-Kodiċi ġodda ta' Kondotta sabiex isaħħaħ it-trasparenza u l-indipendenza fil-qadi ta' dmirijietu;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.  Jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni u l-maniġment superjuri, kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-interessi tad-Direttur, mhumiex disponibbli pubblikament; jappella lill-Uffiċċju biex jirrimedja s-sitwazzjoni b'mod urġenti;

Awditjar intern

10.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni, flimkien mal-Uffiċċju tal-Awditjar Intern tal-Uffiċċju, wettaq valutazzjoni tar-riskju sħiħa fl-2013 fir-rigward tal-qagħda tal-proċessi fi ħdan l-organizzazzjoni, li kopriet id-dimensjonijiet amministrattivi, finanzjarji, informatiċi u operattivi tal-attivitajiet tal-Uffiċċju; jirrikonoxxi li b'segwitu għall-awditjar, ġie ppreżentat ir-rapport dwar l-eżitu tal-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju, inkluż "Pjan Strateġiku ta' Awditjar Intern 2014-2016", quddiem il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Uffiċċju; ir-rapport identifika r-reklutaġġ, il-ġestjoni tal-partijiet interessati, l-akkwist u l-immaniġġjar tad-data, inkluża s-sigurtà tal-informazzjoni, bħala t-temi ta' awditjar ta' segwitu;

11.  Jieħu nota mill-Uffiċċju li l-IAS segwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu permezz ta' rieżami dokumentarju, u li fil-31 ta' Diċembru 2013 la kien hemm rakkomandazzjonijiet kritiċi u lanqas importanti ħafna li għadhom pendenti;

Kummenti oħra

12.  Jinnota li, f'konformità mal-linji gwida tal-Qorti kif ukoll il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Uffiċċju, huwa previst li l-fond tal-pensjonijiet tal-Europol se jiġi kkonsolidat mal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju b'effett mill-1 ta' Jannar 2016; jieħu nota mill-Uffiċċju li qed jitħejja strument leġiżlattiv rispettiv sabiex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni f'waqtha tal-bidliet implikati;

13.  Ifakkar il-kumment tal-Qorti, fir-rapport 2011 tagħha, li r-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju jirreferi għar-regoli u l-proċeduri dettaljati stabbiliti fir-Regoli ta' Implimentazzjoni tal-Uffiċċju għalkemm dawn ir-regoli għadhom ma ġewx adottati s'issa; iħeġġeġ lill-Uffiċċju biex jieħu azzjonijiet korrettivi f'dan ir-rigward;

o
o   o

14.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(2) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(2) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.

Avviż legali - Politika tal-privatezza