Miżuri kummerċjali eċċezzjonali għall-pajjiżi u t-territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bosnja-Ħerzegovina ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-30 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu u li jissospendi l-applikazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Bosnja-Ħerzegovina (COM(2014)0386 – C8-0039/2014 – 2014/0197(COD))(1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ma jipprovdi l-ebda possibbiltà biex temporanjament tiġi sospiża l-għotja ta’ miżuri kummerċjali eċċezzjonali f’każ ta’ ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt mill-benefiċjarji tagħha. Huwa xieraq li tkun introdotta din il-possibbiltà, sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ tittieħed azzjoni malajr f’każ li jseħħ ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt f’wieħed mill-pajjiżi u t-territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, jew li huma marbutin miegħu.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ma jipprovdi l-ebda possibbiltà biex temporanjament tiġi sospiża l-għotja ta’ miżuri kummerċjali eċċezzjonali f’każ ta’ ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt mill-benefiċjarji tagħha. Huwa xieraq li tkun introdotta din il-possibbiltà, sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ tittieħed azzjoni malajr f’każ li jseħħ ksur serju u sistematiku tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt f’wieħed mill-pajjiżi u t-territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, jew li huma marbutin miegħu. Ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi huma meħtieġa biex isir progress fil-proċess ta' adeżjoni.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Minn meta tnieda l-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ġew konklużi Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi kollha kkonċernati tal-Balkani tal-Punent, bl-eċċezzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kosovo.3F’Ġunju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tibda n-negozjati għal Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kosovo.
(5) Minn meta tnieda l-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ġew konklużi Ftehimiet ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi kollha kkonċernati tal-Balkani tal-Punent, bl-eċċezzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kosovo.3F’Mejju 2014, intemmu n-negozjati għal Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kosovo u l-Ftehim ġie inizjalat f'Lulju 2014.
______________
_______________
3 Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
3 Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) Madankollu, il-Bosnja-Ħerzegovina għadha ma aċċettatx li tadatta l-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija skont il-Ftehim Interim sabiex tqis il-kummerċ tradizzjonali preferenzjali bejn il-Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina skont il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA). F'każ li, sal-mument tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, ma jkunx ġie ffirmat u applikat provviżorjament ftehim dwar l-adattament tal-konċessjonijiet kummerċjali stipulati fil-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fil-Ftehim Interim mill-Unjoni Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina, il-preferenzi mogħtija lill-Bosnja-Ħerzegovina għandhom jiġu sospiżi mill-1 ta’ Jannar 2016. Ladarba l-Bosnja-Ħerzegovina u l-Unjoni Ewropea jiffirmaw u japplikaw provviżorjament ftehim dwar l-adattament tal-konċessjonijiet kummerċjali fil-Ftehim Interim, dawn il-preferenzi jiġu stabbiliti mill-ġdid.
(7) Madankollu, il-Bosnja-Ħerzegovina għadha ma aċċettatx li tadatta l-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija skont il-Ftehim Interim sabiex tqis il-kummerċ tradizzjonali preferenzjali bejn il-Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina skont il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA). F'każ li, sal-mument tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, ma jkunx ġie ffirmat u applikat provviżorjament ftehim dwar l-adattament tal-konċessjonijiet kummerċjali stipulati fil-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fil-Ftehim Interim mill-Unjoni Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina, il-preferenzi mogħtija lill-Bosnja-Ħerzegovina għandhom jiġu sospiżi mill-1 ta’ Jannar 2016. Ladarba l-Bosnja-Ħerzegovina u l-Unjoni Ewropea jiffirmaw u japplikaw provviżorjament ftehim dwar l-adattament tal-konċessjonijiet kummerċjali fil-Ftehim Interim, dawn il-preferenzi jiġu stabbiliti mill-ġdid. L-awtoritajiet tal-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kummissjoni għandhom jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex, qabel l-1 ta' Jannar 2016 u bi qbil mal-Ftehim Interim, isibu soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat, speċjalment fir-rigward tal-kummerċ transfruntier.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida)
(7a) Jeħtieġ li jitqies il-progress kostanti lejn sħubija mal-Unjoni Ewropea mill-pajjiżi u t-territorji kkonċernati tal-Balkani tal-Punent, kif ukoll l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni u l-ħtieġa konsegwenti li l-Ftehim Interim mal-Bosnja-Ħerzegovina jiġi adattat. F'dan il-kuntest, jeħtieġ ukoll li jitqies l-impenn ċar tal-Unjoni favur il-prospettiva tal-UE tal-Bosnja-Ħerzegovina, kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-15 ta' Diċembru 2014. F'dawk il-konklużjonijiet, ġiet imtennija l-ħtieġa li l-mexxejja politiċi tal-Bosnja-Ħerzegovina jankraw ir-riformi meħtieġa għall-integrazzjoni fl-UE fil-ħidma tal-istituzzjonijiet relevanti kollha, u l-ħtieġa li jiġu stabbiliti l-funzjonalità u l-effiċjenza fil-livelli kollha tal-gvern sabiex il-Bosnja-Ħerzegovina tkun tista' tħejji għal sħubija futura mal-UE.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 7b (ġdida)
(7b) L-Unjoni Ewropea għadha impenjata li tappoġġa l-prospettiva Ewropea tal-Bosnja-Ħerzegovina u tistenna li t-tmexxija politika tal-pajjiż iddaħħal riformi bl-għan li jippromwovu istituzzjonijiet funzjonali kif ukoll li jiżguraw drittijiet indaqs għat-tliet popli kostitwenti u għaċ-ċittadini kollha tal-Bosnja-Ħerzegovina.
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt –1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 1215/2009 Premessa 14a (ġdida)
(-1) Tiddaħħal il-premessa li ġejja:
"(14a) Sabiex tkun tista' ssir sorveljanza demokratika xierqa tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti b'konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi u l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa għall-Annessi I u II wara l-emendi għall-kodiċijiet CN u għas-sottodiviżjonijiet TARIC, fir-rigward tal-aġġustamenti meħtieġa wara l-għoti ta' preferenzi kummerċjali skont ftehimiet oħra bejn l-Unjoni u l-pajjiżi u t-territorji koperti b'dan ir-Regolament, u fir-rigward tas-sospensjoni tal-benefiċċji skont dan ir-Regolament f'każ ta' nonkonformità mal-kundizzjoni ta' kooperazzjoni amministrattiva effettiva sabiex tiġi evitata l-frodi, il-kundizzjoni tar-rispett għall-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt kif ukoll il-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni f'riformi ekonomiċi effettivi u f'kooperazzjoni reġjonali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha dwar it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati.F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament jiġi involut kif xieraq, billi tibbaża ruħha fuq l-aħjar prattiki miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew;"
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1215/2009 Artikolu 2 – paragrafu 3
(1a) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:
3. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ pajjiż jew territorju mal-paragrafi 1 jew 2, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tissospendi, totalment jew parzjalment, id-dritt tal-pajjiż jew it-territorju kkonċernat għall-benefiċċji ta' dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8(4).
3. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ pajjiż jew territorju mal-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tissospendi, totalment jew parzjalment, id-dritt tal-pajjiż jew it-territorju kkonċernat għall-benefiċċji ta' dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8(4).
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1b (ġdid) Regolament (KE) Nru 1215/2009 Artikolu 7 – punt c (ġdid)
(1b) Fl-Artikolu 7, jiżdied il-punt li ġej:
(c) is-sospensjoni, sħiħa jew parzjali, tal-intitolament ta' pajjiż jew territorju kkonċernat għal benefiċċji skont dan ir-Regolament, f'każ ta' nonkonformità minn dak il-pajjiż jew territorju mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) u fl-Artikolu (2)(2) ta' dan ir-Regolament.
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1c (ġdid) Regolament (KE) Nru 1215/2009 Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
(1c) Fl-Artikolu 10(1), il-parti introduttorja għandha tinbidel b’dan li ġej:
1. Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm evidenza suffiċjenti ta’ frodi jew nuqqas ta’ koperazzjoni amministrattiva kif meħtieġ għall-verifika tal-evidenza ta’ oriġini, jew li hemm żieda sostanzjali ta’ esportazzjonijiet ġewwa l-Komunità 'l fuq mil-livell ta’ produzzjoni normali u kapaċità ta’ esportazzjoni jew nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) minn pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 1, din tkun tista’ tieħu miżuri biex tissospendi għal kollox jew in parti l-arranġamenti stabbiliti f’dan ir-Regolament għal perjodu ta’ tliet xhur, sakemm hi l-ewwel:
1. Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm evidenza suffiċjenti ta’ frodi jew nuqqas ta’ koperazzjoni amministrattiva kif meħtieġ għall-verifika tal-evidenza ta’ oriġini, jew li hemm żieda sostanzjali ta’ esportazzjonijiet ġewwa l-Komunità 'l fuq mil-livell ta’ produzzjoni normali u kapaċità ta’ esportazzjoni jew nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1) minn pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 1, din tkun tista’ tieħu miżuri biex tissospendi għal kollox jew in parti l-arranġamenti stabbiliti f’dan ir-Regolament għal perjodu ta’ tliet xhur, sakemm hi l-ewwel: