Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali (07597/1/2014 – C8-0286/2014 – 2010/0361(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07597/1/2014),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta’ servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kundizzjonali(1).
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea fuq il-protezzjoni legali tas-servizzi b'aċċess kondizzjonali u ta’ aċċess kondizzjonali tal-24 ta' Jannar 2001(2),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/243/UE tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali(3),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0286/2014),
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-22 ta' Ottubru 2013(4),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0071/2015),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kunsill tal-Ewropa.