Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0024(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0154/2015

Testi mressqa :

A8-0154/2015

Dibattiti :

PV 19/05/2015 - 13
CRE 19/05/2015 - 13

Votazzjonijiet :

PV 20/05/2015 - 10.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0202

Testi adottati
PDF 325kWORD 63k
L-Erbgħa, 20 ta' Mejju 2015 - Strasburgu
L-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi ***II
P8_TA(2015)0202A8-0154/2015

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferiment ta' fondi u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (05932/2/2015 – C8-0108/2015 – 2013/0024(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05932/2/2015 – C8-0108/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Mejju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0044),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0154/2015),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 166, 12.6.2013, p. 2.
(2) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 31.
(3) Testi adottati tal-11.3.2014, P7_TA(2014)0190.

Avviż legali - Politika tal-privatezza