Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0376(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0167/2015

Testi mressqa :

A8-0167/2015

Dibattiti :

PV 09/06/2015 - 9
CRE 09/06/2015 - 9

Votazzjonijiet :

PV 10/06/2015 - 8.1
CRE 10/06/2015 - 8.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0221

Testi adottati
PDF 265kWORD 62k
L-Erbgħa, 10 ta' Ġunju 2015 - Strasburgu
Il-konklużjoni tal-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kyoto ***
P8_TA(2015)0221A8-0167/2015

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar l-abbozz ta' proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kyoto għall-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu (10400/2014 – C8-0029/2015 – 2013/0376(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10400/2014),

–  wara li kkunsidra l-Emenda għall-Protokoll ta' Kyoto adottata fit-tmien sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kyoto, li saret f'Doha, il-Qatar f'Diċembru 2012 (l-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kyoto),

—  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0029/2015),

—  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0167/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kyoto;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lin-Nazzjonijiet Uniti.

Avviż legali - Politika tal-privatezza