Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0009(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0139/2015

Testi mressqa :

A8-0139/2015

Dibattiti :

PV 24/06/2015 - 19
CRE 24/06/2015 - 19

Votazzjonijiet :

PV 24/06/2015 - 23.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0236

Testi adottati
PDF 352kWORD 92k
L-Erbgħa, 24 ta' Ġunju 2015 - Brussell
Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi ***I
P8_TA(2015)0236A8-0139/2015
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 (COM(2015)0010 – C8-0007/2015 – 2015/0009(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 172 u173, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 175 u l-Artiolu 182(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8–0007/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regjuni(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tad-9 ta' Ġunju 2015 sabiex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, f'konformità mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0139/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu ppubblikati fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Opinjoni tad-19 ta' Marzu 2015 (għadha mhiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tas-16 ta' April 2015 (għadha mhiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Ġunju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi
P8_TC1-COD(2015)0009

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/1017.)


ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

1.  Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-tqassim għal Orizzont 2020

"Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li l-linji baġitarji li ġejjin mhumiex ser jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-FEIS: "It-tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri fil-Kunsill Ewropew għar-Riċerka", "L-azzjonijiet Marie Sklodowska-Curie" u "It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni". L-ammont li jifdal li jirriżulta mill-użu addizzjonali tal-marġini kif imqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni ser jerġa' jitqiegħed fil-linji baġitarji l-oħra ta' Orizzont 2020 fi proporzjon mat-tnaqqis propost mill-Kummissjoni. It-tqassim indikattiv huwa stabbilit fl-Anness I għar-Regolament dwar il-FEIS."

2.  Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' baġit għall-2016

"Il-Kummissjoni ser tanalizza l-impatt potenzjali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEIS mil-linji baġitarji differenti ta' Orizzont 2020 fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-programmi rispettivi u, jekk xieraq, ser tipproponi ittra emendatorja għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2016 biex taġġusta t-tqassim tal-linji baġitarji ta' Orizzont 2020."

3.  Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tagħha ta' kontribuzzjonijiet ta' darba fil-kuntest tal-inizjattiva tal-FEIS sabiex ikun implimentat il-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir

"Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Kunsill fl-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbilità u Tkabbir (PST), kontribuzzjonijiet ta' darba mill-Istati Membri, jew minn Stat Membru jew minn banek promozzjonali nazzjonali kklassifikati fis-settur pubbliku ġenerali jew li jaġixxu f'isem Stat Membru, fil-FEIS jew fi pjattaformi ta' investiment, tematiċi jew multinazzjonali stabbiliti għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Investiment, bħala prinċipju għandhom jikkwalifikaw bħala miżuri ta' darba, fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 u tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97."

Avviż legali - Politika tal-privatezza