Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/2078(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0220/2015

Testi mressqa :

A8-0220/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/07/2015 - 5.6

Testi adottati :

P8_TA(2015)0244

Testi adottati
PDF 264kWORD 75k
It-Tlieta, 7 ta' Lulju 2015 - Strasburgu
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015: mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
P8_TA(2015)0244A8-0220/2015

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għar-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja (09767/2015 – C8-0162/2015 – 2015/2078(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015, adottat b'mod definittiv fit-28 ta' April 2015(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(4) (Regolament QFP),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jistabbilixxi r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(5),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(6),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015 adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2015 (COM(2015)0161),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (għargħar fir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja), li l-Kummissjoni adottat fil-15 ta’ April 2015 (COM(2015)0162),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015, adottata mill-Kunsill fid-19 ta' Ġunju 2015 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (09767/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0220/2015),

A.  billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015 huwa relatat mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) għal ammont ta' EUR 66 505 850 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament fir-rigward tal-għargħar li seħħ darbtejn fir-Rumanija fir-rebbiegħa u fis-sajf tal-2014, li f'dan ir-rigward l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jammontaw għal EUR 8 495 950, għargħar fil-Bulgarija f'Lulju/Awwissu 2014, li f'dan ir-rigward l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jammontaw għal EUR 1 983 600 u għargħar fl-Italja f'Ottubru/Novembru 2014, li f'dan ir-rigward l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jammontaw għal EUR 56 026 300;

B.  billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2015;

1.  Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata l-assistenza finanzjarja mill-FSUE għall-pajjiżi affettwati minn dawn id-diżastri naturali, filwaqt li jitqies li l-FSUR juri solidarjetà mal-popolazzjoni fir-reġjun milqut mid-diżastri;

3.  Ifakkar li fil-qafas tan-negozjati baġitarji tal-2015, il-Kunsill insista li jittrasferixxi l-pagamenti relatati mal-mobilizzazzjoni tal-FSUE li jinsabu fl-abbozz ta' baġits emendatorji Nru 5/2014 u Nru 7/2014 għall-baġit 2015 għal ammont totali ta' EUR 126,7 miljun;

4.  Iqis li meta jikkunsidra s-surplus kif preżentat fl-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2015 preżenti, dawk iż-żewġ abbozzi ta' baġits emendatorji tal-2014, li jkopru kumplessivament seba' każijiet tal-FSUE, setgħu faċilment tħallsu mill-baġit 2014, filwaqt li jitqies li l-FSUE jimmira li jippermetti risposta rapida, effiċjenti u flessibbli għal tali sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

5.  Jiddispjaċih, b'mod ġenerali, għat-tendenza fil-Kunsill li ma jonorax l-impenji tiegħu lill-pajjiżi li għaddew minn diżastru kbir u għalhekk jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE, billi ma jimmobilizzawx ir-riżorsi addizzjonali kif previst mill-istrumenti speċjali, iżda pjuttost billi jieħu l-flus mill-programmi l-oħra; jilqa' pożittivament madankollu l-fatt li l-Kunsill ma segwix dan l-approċċ għall-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015;

6.  Jenfasizza, b'mod partikolari, li s-sitwazzjoni kritika preżenti dwar il-pagamenti teskludi l-għażla li jintuża kwalunkwe sors ieħor ta' finanzjament minn dak propost mill-Kummissjoni kif deskritt fl-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015; ifakkar li l-FSUE huwa strument speċjali li għalih l-approprjazzjonijiet korrispondenti għandhom jiġu bbaġitjati barra mil-limiti massimi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali korrispondenti;

7.  Ifakkar li l-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2015 se jnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjonijiet tal-ING mill-Istati Membri lill-baġit tal-Unjoni b'EUR 1 435 miljun u għalhekk altru milli se tikkumpensa għall-kontribuzzjoni tagħhom lill-finanzjament tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015; jenfasizza għaldaqstant li ż-żewġ dossiers ikunu suġġetti għal kalendarju komuni għall-adozzjoni, billi huma marbutin strettament ma' xulxin mill-perspettiva politika;

8.  Jissottolinja r-rieda tiegħu li jadotta ż-żewġ abbozzi ta' baġits emendatorji kemm jista' jkun malajr kif ippreżentati mill-Kummissjoni;

9.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 4/2015 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 69, 13.3.2015.
(3) ĠU L 190, 17.7.2015.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(5) ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.
(6) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(7) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

Avviż legali - Politika tal-privatezza