Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0390(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0127/2015

Testi mressqa :

A8-0127/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/07/2015 - 4.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0259

Testi adottati
PDF 336kWORD 64k
L-Erbgħa, 8 ta' Lulju 2015 - Strasburgu
Il-baħħara ***I
P8_TA(2015)0259A8-0127/2015
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-baħħara li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE, 2002/14/KE, 98/59/KE u 2001/23/KE (COM(2013)0798 – C7-0409/2013 – 2013/0390(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0798),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0409/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-25 ta’ Marzu 2014 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tat-3 ta' April 2014 tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Mejju 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0127/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 226, 16.7.2014, p. 35.
(2) ĠU C 174, 7.6.2014, p. 50.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari 8 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ▌li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE u 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi tal-Kunsill 98/59/KE u 2001/23/KE fir-rigward tal-baħħara
P8_TC1-COD(2013)0390

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2015/1794.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza