Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja lill-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (05662/2015 – C8-0056/2015 – 2014/0304(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta ' deċiżjoni tal-Kunsill (05662/2015),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja lill-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (15369/2014),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), l-Artikolu 218(7) u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0056/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), l-Artikolu 108(7) u l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0181/2015),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u l-Konfederazzjoni Svizzera.