Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0028(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0186/2015

Testi mressqa :

A8-0186/2015

Dibattiti :

PV 07/09/2015 - 20
CRE 07/09/2015 - 20

Votazzjonijiet :

PV 08/09/2015 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0284

Testi adottati
PDF 337kWORD 65k
It-Tlieta, 8 ta' Settembru 2015 - Strasburgu
Kummerċ tal-prodotti mill-foki ***I
P8_TA(2015)0284A8-0186/2015
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1007/2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (COM(2015)0045 – C8-0037/2015 – 2015/0028(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0045),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni preżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0037/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta’ Mejju 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-30 ta' Ġunju 2015 sabiex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, f'konformità mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali kif ukoll tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0186/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Settembru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1007/2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2010
P8_TC1-COD(2015)0028

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/1775.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza