Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0329(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0201/2015

Testi mressqa :

A8-0201/2015

Dibattiti :

PV 08/09/2015 - 15
CRE 08/09/2015 - 15

Votazzjonijiet :

PV 09/09/2015 - 8.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0300

Testi adottati
PDF 330kWORD 63k
L-Erbgħa, 9 ta' Settembru 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Ftehim ta' sħubija dwar is-sajd mal-Kap Verde: l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja (approvazzjoni) ***
P8_TA(2015)0300A8-0201/2015

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (15848/2014 – C8-0003/2015 – 2014/0329(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta ' deċiżjoni tal-Kunsill (15848/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (15849/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0003/2015),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0201/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kap Verde.

(1) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0301.

Avviż legali - Politika tal-privatezza