Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/2251(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0235/2015

Testi mressqa :

A8-0235/2015

Dibattiti :

PV 08/09/2015 - 18
CRE 08/09/2015 - 18

Votazzjonijiet :

PV 09/09/2015 - 8.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0311

Testi adottati
PDF 394kWORD 126k
L-Erbgħa, 9 ta' Settembru 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Karrieri tan-nisa fl-ambitu xjentifiku u akkademiku
P8_TA(2015)0311A8-0235/2015

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Settembru 2015 dwar il-karrieri tan-nisa fix-Xjenza u l-Università u s-soqfa tal-ħġieġ li jiltaqgħu magħhom (2014/2251(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 8, 10, 19 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 bit-titolu "Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015" (COM(2010)0491),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2010 bit-titolu "Impenn Imsaħħaħ għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel: Karta f'Isem il-Mara" (COM(2010)0078),

–  wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020) adottat mill-Kunsill fis-7 ta' Marzu 2011;

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2014 bit-titolu "Rapport ta' Progress dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka 2014" (COM(2014)0575),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Frar 1999 bit-titolu "In-Nisa u x-Xjenza: Il-mobbilizzazzjoni tan-nisa għall-arrikkiment tar-riċerka Ewropea" (COM(1999)0076),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju 2012 bit-titolu "Sħubija Rinfurzata taż-Żona Ewropea tar-Riċerka għall-Eċċellenza u għat-Tkabbir" (COM(2012)0392),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta' Settembru 2014 bit-titolu "Politiki dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fir-Riċerka Pubblika" u abbażi ta' stħarriġ tal-membri tal-Grupp ta' Ħelsinki (il-grupp konsultattiv tal-Kummissjoni dwar is-sessi, ir-riċerka u l-innovazzjoni),

–  wara li kkunsidra x-"She Figures 2012 - Is-Sessi fl-Istatistika tar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Indikaturi", ippubblikat mill-Kummissjoni fl-2013,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2014 dwar "Iż-żona Ewropea ta' riċerka - Rapport ta' Progress 2014",

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 2015 dwar il-Pjan Direzzjonali 2015-2020 għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2015 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 40 tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2008 dwar in-nisa u x-xjenza(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2000 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "In-Nisa u x-Xjenza - Il-mobbilizzazzjoni tan-nisa għall-arrikkiment tar-riċerka Ewropea"(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0235/2015),

A.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea, imnaqqax fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u wieħed mill-objettivi u l-kompiti tagħha;

B.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija prekundizzjoni bażika għat-tgawdija bis-sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem min-nisa u l-bniet u hija essenzjali għall-emanċipazzjoni tagħhom u l-kisba ta' soċjetà sostenibbli u inklużiva; billi l-użu insuffiċjenti tal-kapital uman inaqqas vantaġġ potenzjali għan-negozju li għandu x'jaqsam mar-riċerka u l-innovazzjoni u għall-iżvilupp ekonomiku ġenerali, filwaqt li għandu konsegwenzi soċjali devastanti;

C.  billi huwa importanti ferm li jiġi żgurat li n-nisa u l-irġiel ikunu sħab indaqs u li jkollhom l-istess drittijiet u responsabbiltajiet u l-istess opportunitajiet ta’ xogħol u li l-kontribut tagħhom lis-soċjetà jkun daqstant valutat u rispettat;

D.  billi skont l-istatistiċi u l-istħarriġ disponibbli, in-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed fil-karigi xjentifiċi, tal-inġinerija u maniġerjali u fil-livelli ġerarkiċi ogħla, anke f'setturi fejn jiffurmaw maġġoranza, bħal fis-settur tal-edukazzjoni; billi n-nisa huma ferm sottorappreżentati f’oqsma edukattivi u karrieri relatati max-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM), li jammontaw għal 24 % biss ta’ professjonisti tax-xjenza u tal-inġinerija; billi r-rappreżentanza femminili tvarja u tiddependi fuq l-ispeċjalizzazzjoni ta' STEM, pereżempju, l-ispeċjalizzazzjoni tal-kimika qed tiffaċċja problema ta’ retenzjoni filwaqt li l-ispeċjalizzazzjoni tal-inġinerija u tal-fiżika jħabbtu wiċċhom ma’ problemi ta’ reklutaġġ;

E.  billi x-xjenza hija ta’ importanza ewlenija għall-Ewropa f’termini ekonomiċi u teħtieġ timijiet li qed jikbru b'mod kostanti li jkunu kapaċi, inter alia, iwettqu riċerka rivoluzzjonarja essenzjali għal żieda fil-produttività u l-kompetittività, u l-eżistenza ta’ għadd suffiċjenti ta’ individwi b’ħiliet STEM hija prekundizzjoni essenzjali għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għat-Tkabbir u l-Impjiegi u l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; billi d-domanda għal professjonisti STEM hija mistennija li tiżdied sal-2025, filwaqt li l-istatistika disponibbli l-aktar reċenti turi settur tar-riċerka li qed jixjieħ; billi ispirazzjoni reċiproka pożittiva bejn is-suġġetti STEM u l-arti u l-istudji umanistiċi (STEAM) għandha potenzjal ekonomiku, soċjali u kulturali enormi u n-nisa riċerkaturi u innovaturi huma fl-aħjar pożizzjoni biex jiġu żviluppati rabtiet minn STEM għal STEAM; billi r-riċerkaturi nisa huma ta’ siwi għall-UE, li teħtieġ ir-riżorsi kollha disponibbli sabiex tirkupra b’mod definittiv mill-kriżi ekonomika u finanzjarja u tkun kapaċi tiffaċċja l-bidliet fis-soċjetà kollha kemm hi; billi jeħtieġ li jiġu promossi u faċilitati l-iżvilupp tal-karriera tan-nisa u l-preżenza għolja ta’ żgħażagħ, speċjalment in-nisa studenti u akkademiċi, fl-oqsma STEM;

F.  billi kien hemm xi żviluppi pożittivi dwar ir-riċerkaturi nisa u s-sehem tagħhom qed jikber b'rata aktar mgħaġġla minn dak tal-irġiel fis-snin reċenti, iżda l-għadd ta' riċerkaturi nisa għadu inqas b'mod sinifikattiv minn dak tal-irġiel, bl-akbar qabża tkun fis-settur tan-negozju;

G.  billi l-karrieri tal-akkademiċi għan-nisa jibqgħu karatterizzati minn segregazzjoni qawwija vertikali, bi proporzjon baxx ħafna ta' nisa biss jokkupaw l-ogħla postijiet akkademiċi; billi skont ix-She Figures 2012, in-nisa jammontaw għal 10 % biss tar-retturi tal-universitajiet;

H.  billi ftit Stati Membri jidhru li għandhom dispożizzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qafas legali tagħhom li jirregolaw ir-riċerka, u tingħata ftit attenzjoni lill-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi fil-programmi tar-riċerka nazzjonali;

I.  billi n-nisa għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli biex iwaqqfu n-negozju tagħhom stess minħabba l-persistenza tal-preġudizzji u l-isterjotipi; billi jeħtieġ li tiġi promossa u appoġġjata aktar l-intraprenditorija fost in-nisa u jiġi żviluppat ambjent li fih l-imprendituri nisa u n-negozji tal-familji jistgħu jirnexxu u fejn l-intrapriża tkun ippremjata billi tieħu l-miżuri meħtieġa bbażati