Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0160(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0260/2015

Testi mressqa :

A8-0260/2015

Dibattiti :

PV 05/10/2015 - 10
CRE 05/10/2015 - 10

Votazzjonijiet :

PV 06/10/2015 - 7.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0332

Testi adottati
PDF 342kWORD 67k
It-Tlieta, 6 ta' Ottubru 2015 - Strasburgu Verżjoni finali
Dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej: miżuri speċifiċi għall-Greċja ***I
P8_TA(2015)0332A8-0260/2015
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fejn jikkonċerna miżuri speċifiċi għall-Greċja (COM(2015)0365 – C8-0192/2015 – 2015/0160(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0365),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0192/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits dwar il-kompatibilità finanzjarja tal-proposta,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Settembru 2015, li approva l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għas-Sajd,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59, l-Artikolu 50(1) u l-Artikolu 41 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0260/2015),

A.  Billi r-Regolament emendatorju propost huwa miżura eċċezzjonali, bl-għan li jipprovdi appoġġ immedjat lill-Greċja billi jippermettilha aċċess u użu qabel it-tmiem tal-2015 għall-fondi tal-Unjoni għall-politika ta' koeżjoni li jkun għad hemm disponibbli mill-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, u għaldaqstant l-adozzjoni tiegħu hija urġenti;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-Greċja
P8_TC1-COD(2015)0160

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/1839.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza