Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0118(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0254/2015

Testi mressqa :

A8-0254/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/10/2015 - 10.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0337

Testi adottati
PDF 251kWORD 62k
L-Erbgħa, 7 ta' Ottubru 2015 - Strasburgu
Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar il-prinċipji ġenerali tal-parteċipazjzoni tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni ***
P8_TA(2015)0337A8-0254/2015

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Tuneżija, min-naħa l-oħra, rigward Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni (16160/2014 – C8-0080/2015 – 2014/0118(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16160/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni (16159/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0080/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0254/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tat-Tuneżija.

Avviż legali - Politika tal-privatezza