Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/2132(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0283/2015

Testi mressqa :

A8-0283/2015

Dibattiti :

PV 26/10/2015 - 18
CRE 26/10/2015 - 18

Votazzjonijiet :

PV 27/10/2015 - 5.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0370

Testi adottati
PDF 433kWORD 98k
It-Tlieta, 27 ta' Ottubru 2015 - Strasburgu
Kwittanza 2013: l-impriża konġunta ARTEMIS
P8_TA(2015)0370A8-0283/2015
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2132(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(3) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, kif ukoll it-tweġibiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal- Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0283/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 8.
(2) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 9.
(3) ĠU L 255, 30.9.2015, p. 416.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(7) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(8) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(9) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2132(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS) għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(3) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, u t-tweġibiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0283/2015),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 8.
(2) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 9.
(3) ĠU L 255, 30.9.2015, p. 416.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(7) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(8) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(9) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2132(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0283/2015),

A.  billi l-Impriża Konġunta ARTEMIS (l-"Impriża Konġunta") twaqqfet f'Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tiddefinixxi u timplimenta "Aġenda ta' Riċerka" għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ewlenin għal f'sistemi inkorporati tal-kompjuter f'oqsma differenti ta' applikazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-Unjoni, u biex tippermetti l-ħolqien ta' swieq u applikazzjonijiet għas-soċjetà ġodda;

B.  billi l-Impriża Konġunta bdiet topera b'mod awtonomu f'Ottubru 2009,

C.  billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri tal-ARTEMIS għandhom jammontaw għal 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni filwaqt li l-kontribuzzjoni in natura mill-organizzazzjonijiet ta' riċerka u żvilupp li jipparteċipaw fi proġetti matul il-perjodu tal-Impriża Konġunta għandha tkun daqs jew akbar il-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi,

D.  billi l-Impriża Konġunta ingħaqdet mal-Impriża Konġunta ENIAC sabiex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (ECSEL ITK) li bdiet l-attività tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' topera għal 10 snin,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2013 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għal tmiem is-sena, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji tagħha;

2.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li ġew stabbiliti l-arranġamenti prattiċi għall-awditi ex post fir-rigward tal-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali; jieħu nota li l-arranġamenti prattiċi jinkludu l-introduzzjoni ta' formola speċifika ta' rappurtar, rinfurzata bil-valutazzjoni tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali mill-Impriża Konġunta u żjarat lill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali mill-Qorti;

3.  Ifakkar li l-istrateġija ex post adottata mill-Impriża Konġunta tiddikjara li hija għandha tivvaluta minn tal-inqas darba fis-sena jekk l-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali tipprovdix biżżejjed assigurazzjoni fir-rigward tar-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet eżegwiti;

4.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li t-23 awtorità ta' finanzjament nazzjonali li qasmu l-informazzjoni dwar l-istrateġija tal-awditu tagħhom jirrappreżentaw 93 % tat-total tal-għotjiet li ngħataw; jilqa' l-fatt li sabiex tikkomplementa l-informazzjoni li ngħatat mill-Impriża Konġunta, il-Qorti kisbet informazzjoni addizzjonali direttament mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali sabiex tesprimi opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet;

5.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li hija għamlet progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni li għandu l-għan li jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti fl-opinjoni kwalifikata tagħha; josserva li l-assigurazzjonijiet li ngħataw mis-sistemi nazzjonali kienu vvalutati b'mod pożittiv mill-pajjiżi li jirrappreżentaw 54 % tat-total tal-għotjiet, filwaqt li l-valutazzjonijiet għal pajjiżi oħra qegħdin f'fażi ta' eżekuzzjoni avvanzata li se ġġib il-kopertura ta' għotjiet ivvalutati għal 84 %; jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli tivvaluta sabiex tilħaq kopertura ta' 100 % tat-total tal-għotjiet;

6.  Jieħu nota li ġiet organizzata sessjoni ta' ħidma dwar l-assigurazzjoni, li laqqgħet flimkien r-rappreżentanti tal-Qorti, tal-Kummissjoni u tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, kif ukoll rappreżentanti tal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali attivi fl-Impriża Konġunta; josserva li s-sessjoni ta' ħidma enfasizzat ir-rekwiżiti tal-programmi Ewropej u tat lok għal skambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali;

7.  Josserva li l-Impriża Konġunta żviluppat metodoloġija ġdida għal stima tar-rata tal-iżball residwu, simili għal dik użata mis-servizzi tal-Kummissjoni li huma inkarigati mill-finanzjament koġestit; jirrikonoxxi li l-ewwel evalwazzjoni tar-rata tal-iżball residwu bbażata fuq 157 tranżazzjoni awditjata kienet 0,73 %, filwaqt li aġġornament reċenti bbażat fuq 331 tranżazzjoni rriżulta f'rata tal-iżball ta' 0,66 %, li huwa taħt is-soll ta' materjalità ta' 2 %;

8.  Ifakkar li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament wara l-emenda tal-baġit tal-aħħar tas-sena kienet 69 %; jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li d-dewmin fil-ħruġ taċ-ċertifikati ta' pagament mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali kien wieħed mir-raġunijiet ewlenin għar-rata ta' użu baxxa peress li l-pagamenti kienu eżegwiti mingħajr dewmien malli ġew irċevuti ċ-ċeritifkati nazzjonali; jirrikonoxxi, barra minn hekk li, r-ritmu tal-ħlasijiet aktar bil-mod ma affettwax l-eżekuzzjoni teknika tal-proġetti;

9.  Jaċċerta ruħu, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li l-kontribuzzjonijiet impenjati mill-Istati Membri kienu fil-livell ta' 1,8 drabi l-impenji tal-Unjoni; jirrikonoxxi li l-impenji mill-Istati Membri kellhom jitnaqqsu taħt is-soll ta' 1,8 meta jagħtu l-għotjiet sabiex jikkonformaw mal-limitazzjonijiet imposti mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; jieħu nota li l-kontribuzzjonijiet li jirriżultaw lill-Impriża Konġunta mill-Unjoni kienu EUR 181 454 844, filwaqt li kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri kienu EUR 341 842 261, li jirriżulta f'livell ta' 1,88;

10.  Jieħu nota li l-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta l-attività tal-ARTEMIS sad-data tal-ħolqien tal-ECSEL JTI, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ARTEMIS, li għandha tiġi kkunsidrata għall-kwittanza tas-sena finanzjarja 2014;

Sistemi ta' kontroll intern

11.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li apparti r-rekwiżiti tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament li jwaqqafha, il-Kapaċità tal-Awditjar Intern li twaqqaf fl-Impriża Konġunta ENIAC, issa huwa mwaqqaf bħala l-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Impriża Konġunta minħabba il-fużjoni taż-żewġ Impriżi Konġunti;

12.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li l-Pjan ta' Rkupru minn Diżastru għall-infrastruttura komuni tal-IT tal-Impriża Konġunta huwa approvat;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

13.  Josserva li minħabba l-fużjoni mal-Impriża Konġunta ENIAC, il-politika komprensiva għall-prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess tal-Impriża Konġunta ENIAC hija applikabbli wkoll għall-Impriża Konġunta; josserva, barra minn hekk, li l-proċeduri għall-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess, kif ukoll il-mekkaniżmi tal-proċedimenti fl-eventwalità ta' vjolazzjoni tar-regoli, huma parti mill-politika adottata;

14.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li nġabru u ttellgħu fuq is-sit web tal-Impriża Konġunta s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur Eżekuttiv u tal-maniġers tagħha kif mitlub mir-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli ta' implimentazzjoni; josserva li ġiet stabbilita bażi ta' data komprensiva li tinkludi kull informazzjoni identifikata fir-rigward ta' kunflitti ta' interessi kif ukoll il-miżuri li ttieħdu, u hija miżmuma fuq bażi regolari;

Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati tar-riċerka

15.  Ifakkar li d-Deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru (FP7)(1) tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar li tkopri l-protezzjoni, it-tixrid u t-trasferiment ta' riżultati tar-riċerka; jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li 211,5 pubblikazzjoni u 16,6 privattiva għal kull EUR 10 000 000 f'għotjiet tal-Unjoni juru produttività għolja tar-riżultati tar-riċerka tagħha u li hija konformi mat-talbiet kollha mitluba s'issa mill-koordinaturi tal-FP7.

(1) Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 6).

Avviż legali - Politika tal-privatezza