Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0213(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0295/2015

Testi mressqa :

A8-0295/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/10/2015 - 7.4
CRE 28/10/2015 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0378

Testi adottati
PDF 405kWORD 66k
L-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2015 - Strasburgu
Dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) ***II
P8_TA(2015)0378A8-0295/2015
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (08806/1/2015 – C8-0260/2015 – 2014/0213(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (08806/1/2015– C8-0260/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2014)0457),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0295/2015),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar dan, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 12, 15.1.2015, p.116.
(2) Test adottat, 13.1.2015, P8_TA(2015)0005.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għoti ta' derogi għall-użu ta' xbieki tat-tkarkir u għeżula fis-sajd fil-Baħar l-Iswed

"Il-Parlament Ewropew jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15a għandhom jiddaħħlu fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011, rigward derogi għall-projbizzjoni fuq l-użu ta' ċertu rkaptu fl-ilmijiet tal-kosta tal-Baħar l-Iswed, huma ta' natura eċċezzjonali. Dawn iqisu s-sitwazzjoni prevalenti fir-reġjun, fejn l-Istati Membri stabbilixxew miżuri biex jippermettu l-użu tal-irkaptu konċernat skont ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-GFCM. Dik l-informazzjoni diġà kienet disponibbli għall-Parlament qabel it-tressiq tal-proposta attwali tal-Kummissjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Parlament jaċċetta, fil-kuntest attwali, l-arranġament li jawtorizza lill-Istati Membri konċernati jikkonċedu d-derogi inkwistjoni. Jenfasizza, madankollu, li dawk id-dispożizzjonijiet m’għandhomx jittieħdu jew jintużaw bħala preċedent f'atti legali ġejjiena."

Avviż legali - Politika tal-privatezza