Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0185(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0225/2015

Testi mressqa :

A8-0225/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/11/2015 - 16.1
CRE 11/11/2015 - 16.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0393

Testi adottati
PDF 339kWORD 74k
L-Erbgħa, 11 ta' Novembru 2015 - Brussell Verżjoni finali
Programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (ISA2) ***I
P8_TA(2015)0393A8-0225/2015
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (ISA2)L-interoperabbiltà bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (COM(2014)0367 – C8-0037/2014 – 2014/0185(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0367),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0037/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ottubru 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Frar 2015(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Settembru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0225/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 12, 15.1.2015, p. 99.
(2) ĠU C 140, 28.4.2015, p. 47.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Novembru 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċizjoni (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku
P8_TC1-COD(2014)0185

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni UE 2015/2240.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza