Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (07134/2015 – C8-0323/2015 – 2015/0036(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07134/2015),
– wara li kkunsidra l-Iskambju ta’ Ittri biex jinkiseb l-istatus ta’ Membru tal-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar,
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0323/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0318/2015),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni għall Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar.