Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 29 ta' April 2015 - Strasburgu
Il-prefinanzjament inizjali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ***I
 Tħassir tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi ***I
 Miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim man-Norveġja ***I
 Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Albanija ***I
 Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ mal-Bożnija-Ħerzegovina***I
 Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ma' l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ***I
 Applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 TFUE għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali *
 Regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE *
 Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenziji Eżekuttivi
 Rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni 2013
 Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - It-8, id-9 u l-10 FEŻ
 Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
 Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
 Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
 Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja
 Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Awdituri
 Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
 Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat tar-Reġjuni
 Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew
 Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
 Kwittanza 2013: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll tal-aġenziji tal-UE
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
 Kwittanza 2013: L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC)
 Kwittanza 2013: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT)
 Kwittanza 2013: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)
 Kwittanza 2013: Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)
 Kwittanza 2013: L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
 Kwittanza 2013: L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)
 Kwittanza 2013: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA)
 Kwittanza 2013: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
 Kwittanza 2013: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)
 Kwittanza 2013: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)
 Kwittanza 2013: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
 Kwittanza 2013: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA)
 Kwittanza 2013: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
 Kwittanza 2013: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA)
 Kwittanza 2013: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)
 Kwittanza 2013: L-Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)
 Kwittanza 2013: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)
 Kwittanza 2013: L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA)
 Kwittanza 2013: L-impriża konġunta ARTEMIS
 Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta Clean Sky
 Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta ENIAC
 Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunti dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu
 Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta dwar l-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi
 Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta għall-ITER u l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni
 Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta SESAR
 Fondi tas-suq monetarju ***I
 Importazzjoni ta' prodotti tessili minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti minn regoli tal-importazzjoni speċifiċi tal-Unjoni ***I
 L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016 - Sezzjoni I - Parlament
 L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
 Strateġija dwar l-Alkoħol
 It-tieni anniversarju tat-tiġrif tal-bini Rana Plaza u l-progress tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà tal-Bangladexx
 Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (23 ta' April 2015) - L-aħħar traġedji fil-Mediterran u l-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-asil

Il-prefinanzjament inizjali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ***I
PDF 339kWORD 65k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward ta' żieda tal-ammont ta' prefinanzjament inizjali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (COM(2015)0046 – C8-0036/2015 – 2015/0026(COD))
P8_TA(2015)0110A8-0134/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0046),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 164 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0036/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Marzu 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits dwar il-kompatibilità finanzjarja tal-proposta,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' April 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 41 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0134/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013, fir-rigward ta' ammont ta’ prefinanzjament inizjali addizzjonali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

P8_TC1-COD(2015)0026


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/779.)

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Tħassir tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi ***I
PDF 336kWORD 64k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (COM(2014)0707 – C8-0271/2014 – 2014/0334(COD))
P8_TA(2015)0111A8-0026/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0707),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0271/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-11 ta' Marzu 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0026/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

P8_TC1-COD(2014)0334


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/937.)


Miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim man-Norveġja ***I
PDF 339kWORD 64k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0304 – C8-0010/2014 – 2014/0159(COD))
P8_TA(2015)0112A8-0046/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0304),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0010/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0046/2015),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (kodifikazzjoni)

P8_TC1-COD(2014)0159


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/938.)

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Albanija ***I
PDF 339kWORD 66k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (test kodifikat) (COM(2014)0375 – C8-0034/2014 – 2014/0191(COD))
P8_TA(2015)0113A8-0047/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0375),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0034/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0047/2015),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r‑Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)

P8_TC1-COD(2014)0191


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/939.)

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ mal-Bożnija-Ħerzegovina***I
PDF 342kWORD 67k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (test kodifikat) (COM(2014)0443 – C8-0087/2014 – 2014/0206(COD))
P8_TA(2015)0114A8-0017/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0443),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C0087/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 - Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0017/2015),

A.  billi, fil-fehma tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata fiha kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil fis-sostanza tagħhom;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bożinja u l-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożinja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)

P8_TC1-COD(2014)0206


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/940.)

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ma' l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ***I
PDF 338kWORD 67k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0394 – C8-0041/2014 – 2014/0199(COD))
P8_TA(2015)0115A8-0132/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja - kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0394),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0041/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8‑0132/2015),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)

P8_TC1-COD(2014)0199


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/941.)

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 TFUE għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali *
PDF 249kWORD 62k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (test kodifikat) (COM(2014)0377 – C8-0139/2014 – 2014/0192(NLE))
P8_TA(2015)0116A8-0029/2014

(Konsultazzjoni - kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0377),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0139/2014),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0029/2014),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE *
PDF 250kWORD 64k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) (COM(2014)0534 – C8-0212/2014 – 2014/0246(NLE))
P8_TA(2015)0117A8-0047/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0534),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0212/2014),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0047/2014),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil sostanzjali;

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenziji Eżekuttivi
PDF 1039kWORD 650k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u Aġenziji Eżekuttivi (2014/2075(DEC))
P8_TA(2015)0118A8-0101/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0140/2014)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2014 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2013” (COM(2014)0342),

–  wara li kkunsidra r-rapport ta’ evalwazzjoni annwali tal-Kummissjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni fuq il-bażi tar-riżultati miksuba (COM(2014)0383) u d-dokumenti ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD (2014) 0200, SWD (2014) 0201),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-diversi deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman rigward il-Kummissjoni, flimkien mal-implimentazzjoni, min-naħa tal-istituzzjonijiet, ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet fl-interessi taċ-ċittadini;

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05303/2015 – C8-0053/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6) ,u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.  billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi, u r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza tal-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2013(7);

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' verifika tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(8),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0140/2014)(9),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2013(10),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(11),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(12) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05305/2015 – C8-0048/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(14), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(16), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/336/KE tal-20 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-ġestjoni tal-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(17),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/776/UE tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE(18),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.  billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III — Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minn dawk id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni l-Awdjoviżiv u l-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(19),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0140/2014)(20),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għas-sena finanzjarja 2013(21),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(22),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(23) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05305/2015 – C8-0048/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(24),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(25), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(26), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(27), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/20/KE tat-23 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi aġenzija eżekuttiva, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti, biex timmaniġġja l-azzjoni tal-Komunità fis-settur tal-enerġija bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(28),

–  wara li kkunsidra d- Deċiżjoni 2013/771/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l- “Aġenzija Eżekuttiva għall-intrapriżi żgħar u medji” u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE(29),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.  billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenżija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (preċedentement l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III — Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minn dawk id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

4.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi) għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(30),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0140/2014)(31),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi) għas-sena finanzjarja 2013(32),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi) għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(33),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(34) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05305/2015 – C8-0048/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(35),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(36), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(37), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(38), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE tal-15 ta’ Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva bl-isem "Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika" għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika — b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(39),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/770/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel” u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/858/KE(40),

–  wara li kkunsidra d- Deċiżjoni 2014/927/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/770/UE sabiex tittrasforma “L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel” f’ “Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel(41),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.  billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenżija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel (preċedentement l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III — Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minn dawk id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

5.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(42),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0140/2014)(43),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għa-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(44),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(45) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05305/2015 – C8-0048/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(46),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(47), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(48), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(49), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka” għall-ġestjoni tal-programm speċifiku Komunitarju “Ideat” fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(50),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/779/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka” u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/37/KE(51),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.  billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenżija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III — Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minn dawk id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

6.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(52),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0140/2014)(53),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013(54),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(55),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(56) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05305/2015 – C8-0048/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(57),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(58), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(59), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(60), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka” għall-ġestjoni ta’ ċerti oqsma tal-programm speċifiċi Komunitarji msejħin “In-Nies”, “Il-Kapaċitajiet” u “Il-Kooperazzjoni” fil-qasam tar-riċerka b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(61),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/778/UE tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/46/KE(62),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.  billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenżija Eżekuttiva għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III — Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minn dawk id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

7.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport) għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(63),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0140/2014)(64),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport) għas-sena finanzjarja 2013(65),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport) għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(66),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(67) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05305/2015 – C8-0048/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(68),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(69), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(70), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(71), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE tas-26 ta’ Ottubru 2006, li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(72),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE(73),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.  billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenżija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (preċedentement l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III — Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minn dawk id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

8.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(74),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8-0140/2014)(75),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2014 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl- 2013” (COM(2014)0342)

–  wara li kkunsidra r-rapport ta’ evalwazzjoni annwali tal-Kummissjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni fuq il-bażi tar-riżultati miksuba (COM(2014)0383) u d-dokumenti ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD (2014) 0200, SWD (2014) 0201),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(76), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(77) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013(05303/2015 – C8-0053/2015),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05305/2015 – C8-0048/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(78),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(79), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(80), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' verifika tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

9.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi (2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-aġenzija eżekuttivi għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.  billi, għall-20-il darba konsekuttiva, il-Qorti tal-Awdituri ma setgħetx tagħti dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni pożittiva rigward il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet, li tirriskja li tgħawwar l-leġittimità tal-infiq u l-politiki tal-Unjoni;

B.  billi, speċjalment f’sitwazzjoni ta’ riżorsi skarsi, il-Kummissjoni għandha tagħti l-eżempju billi turi l-valur miżjud Ewropew tal-infiq tagħha u billi tiżgura li l-li għalihom hija responsabbli parzjalment jew totalment jintefqu bi qbil mar-regoli u regolamenti finanzjarji applikabbli;

C.  billi l-Kummissjoni għandha r-responsabilità aħħarija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni filwaqt li l-Istati Membri għandhom jikkooperaw b’mod sinċier mal-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-approprjazzjonijiet jintużaw skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; billi l-Istati Membri, speċjalment dawk taħt ġestjoni kondiviża tal-fondi, għandhom responsabilità speċjali fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

D.  billi huwa kruċjali li, taħt il-ġestjoni kondiviża tal-fondi, id-data kkomunikata mill-Istati Membri rigward kemm l-introjtu u kemm in-nefqa taħt il-ġestjoni kondiviża tal-fondi tkun ġusta u preċiża; billi huwa kruċjali li l-Istati Membri jifhmu r-responsabilità tagħhom stess fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża;

E.  billi d-djalogu interistituzzjonali stabbilit fl-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti opportunità biex titqanqal kultura ġdida ta' prestazzjoni fi ħdan il-Kummissjoni;

Ġestjoni kondiviża u deċentralizzata: Nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri

Riżervi f’agrikoltura u żvilupp rurali

1.  Ma tistax politikament tiżgura li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ fil-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità ta’ transazzjonijiet sottostanti kollha fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali kif urew ir-riżervi li ġejjin maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI fir-Rapport ta’ Attività Annwali tiegħu tal- 31 ta’ Marzu 2014:

   ABB02 - Miżuri tas-Suq: EUR 198,3 miljun f’riskju; seba' skemi ta' għajnuna f'disa' Stati Membri bi 11-il element ta' riżerva: Il-Polonja EUR 77,6 miljun, Spanja EUR 54 miljun, Franza EUR 32,4 miljun, il-Pajjiżi l-Baxxi EUR 16,4 miljuni, ir-Renju Unit EUR 8,5 miljun, l-Italja EUR 5 miljun, ir-Repubblika Ċeka EUR 2-il miljun, l-Awstrija EUR 1,9 miljun, l-Isvezja EUR 0,5 miljun;
   ABB 03 - Pagamenti diretti: EUR 652 miljun f’riskju; 20 aġenzija ta' pagament li jinkludu 6-il Stat Membru kkonċernati: Spanja (15 minn 17-il aġenzija ta' pagament) EUR 153 miljun, Franza EUR 203.4 miljun, UK PRA England EUR 118 miljun, il-Greċja EUR 117.8 miljun, l-Ungerija EUR 36.6 miljun, il-Portugall EUR 28 miljun;
   ABB 04 - in-nefqa għall-iżvilupp rurali: EUR 599 miljun f’riskju; 31 aġenzija ta' pagament li jinkludu 19-il Stat Membru kkonċernati: Il-Belġju, il-Bulgarija (EUR 56.8 miljun), Ċipru, il-Ġermanja (Bayern, Brandenburg), id-Danimarka, Spanja (Andalucia, Asturias, Castilla la Mancha, Castilla y Léon, fogga Galicia, Madrid), il-Finlandja, Franza (ODARC u ASP (EUR 70.3 miljun)), ir-Renju Unit (SGRPID l-Iskozja, RPA l-Ingilterra), fil-Greċja, l-Irlanda, l-Italja (AGEA (EUR 52.6 miljun), AGREA Emilia-Romagna, Lombardia, tad-DIB oppab Bolzano, ARCEA Calabria), il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Polonja (EUR 56.7 miljun), Portugall (EUR 51.7 miljun), ir-Rumanija (EUR 138.9 miljun) u l-Isvezja;
   EUR 2.6 miljun f’riskju - in-nefqa IPARD għat-Turkija;

Riżervi f’politika reġjonali

2.  Ma jistax politikament jiżgura li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ fil-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità ta’ transazzjonijiet sottostanti kollha fil-politika reġjonali kif urew ir-riżervi maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ REGIO fir-Rapport ta’ Attività Annwali tiegħu tal-31 ta’ Marzu 2014: jinnota li 73 minn 322 programm ġew magħmula b’riżervi bħala konsegwenza ta’ parzjalment affidabbli ta’ ġestjoni u kontroll (meta mqabbla ma’ 85 minn 317-il PO fl-2012); jinnota li l-pagamenti interim magħmula għal dawk il-programmi tal-2007-2013 taħt riżerva għandhom valur ta’ EUR 6 035,5 miljun; jinnota li l-Kummissjoni stmat li l-ammont li kien jinsab f’riskju kien ta' EUR 440,2 miljun;

3.  Jagħraf li filwaqt li dawn ir-riżervi huma indikazzjoni ta' nuqqasijiet fis-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri, huma wkoll strument effettiv użat mill-Kummissjoni biex taċċelera l-azzjoni mill-Istati Membri biex jirrimedjaw dawn in-nuqqasijiet u b'hekk il-baġit tal-Unjoni jiġi protett;

Riżervi f’impjiegi u affarijiet soċjali

4.  Ma tistax politikament tiżgura li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ fil-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità ta’ transazzjonijiet sottostanti kollha fl-impjieg u l-ffarijiet soċjali kif urew ir-riżervi li ġejjin maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ EMPL fir-Rapport ta’ Attività Annwali tiegħu tal-31 ta’ Marzu 2014; jinnota li r-Rapport ta' Attività Annwali tiegħu fih riżerva relatata ma' pagamenti li saru għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għal ammont f’riskju ta’ EUR 123,2 miljun fl-2013; jinnota li dawn ir-riżervi koprew 36 mill-118 Programm Operattiv (PO) tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) (meta mqabbla ma’ 27 minn 117-il PO fl-2012):

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri

Il-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tad-dħul — opinjonijiet pożittivi

5.  Jilqa’ l-fatt li l-kontijiet annwali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2013 jippreżentaw b’mod ġust, u f’kull aspett materjali, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-31 ta’ Diċembru 2013 u jinnota b’sodisfazzjon li d-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

Riżerva dwar il-kontribuzzjonijiet mid-Dħul Nazzjonali Gross (DNG)

6.  Joħroġ riżerva rigward il-mod kif il-kontribuzzjonijiet DNG tal-Istati Membri ġew ikkalkulati minħabba nuqqasijiet(81) dwar il-verifikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ data(82); ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri tikkonkludi li l-verifika mill-Kummissjoni tad-data tad-DNG ma kinitx strutturata u ffukata b'mod suffiċjenti;

Il-legalità u r-regolarità tal-impenji — opinjoni pożittiva

7.  Jinnota b'sodisfazzjoni li l-impenji li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

Il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti — opinjoni negattiva

8.  Jemmen li huwa inaċċettabbli li l-pagamenti għadhom, għall-għoxrin sena konsekuttiva, materjalment milquta minn żbalji;

9.  Jifhem li l-bażi għal din l-opinjoni avversa tal-Qorti tal-Awdituri hija l-konklużjoni li s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll huma biss parzjalment effikaċi u li, b’riżultat ta’ dan, il-pagamenti huma milqutin minn rata ta’ żball tal-ogħla probabilità ta’ 4,7 %;

10.  Ifakkar li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli għall-pagamenti fis-sena finanzjarja 2012 kienet stmata li kienet ta' 4,8 %, fis-sena finanzjarja 2011 ta' 3,9 %, fis-sena finanazjarja 2010 ta' 3,7 %, fis-sena finanzjarja 2009 ta' 3,3 %, fis-sena finanzjarja 2008 ta' 5,2 % u fis-sena finanzjarja 2007 ta' 6,9 %, li b'hekk iffurmat livell medju ta' madwar 4,6 % fuq il-perjodu kopert mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) preċedenti 2007-2013; jinnota li r-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri għalhekk juru stabbilizzazzjoni tar-rata ta' żball fl-2013 fil-livell tal-medja għall-QFP tal-2007-2013, li madankollu juri tendenza kostanti 'l fuq u negattiva mill-2009 'l hawn;

11.  Jirrimarka li skont ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013, l-oqsma ta' ġestjoni kondiviża għandhom rata ta' żball stmata li hi ta' 5,2 %; jinnota li n-nefqa operazzjonali l-oħra kollha (li hija fil-biċċa l-kbira mmaniġġjata direttament mill-Kummissjoni) għandha rata ta’ żball stmata ta’ 3,7 %. jenfasizza li ż-żewġ rati tal-iżball huma ogħla mil-limitu ta' materjalità ta' 2 %; jenfasizza li l-oqsma ta' ġestjoni kondiviża għandhom rata ta' żball li hija sostanzjalment ogħla minn dik għan-nefqa operattiva l-oħra kollha;

12.  Jinnota li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ REGIO fir-rapport ta' attività annwali tiegħu tal-31 ta' Marzu 2014 qiegħed taħt riżervi, bħala konsegwenza tas-sistema ta' mmaniġġjar u kontroll li hija parzjalment affidabbli, 73 mit-322 programm għall-2013, liema ċifra tirrappreżenta sehem iżgħar meta mqabbel mal-2012 (87 minn 317 PO); jinnota li l-ammont stmat li jinsab f'riskju huwa ta' EUR 1 135,3 miljun u li dawn ir-riżervi u l-ammont korrispondenti jikkonċernaw iż-żewġ perjodi ta' programmazzjoni 2007-2013 u 2000-2006;

13.  Jinnota li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ RTD ħareġ riżerva waħda rigward is-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka (PK7) fir-rapporta ta' attività annwali tiegħi tal-31 ta' Marzu 2014 u li l-impatt stmat fl-2013 huwa ta' bejn EUR 105,5  miljuni u EUR 109,5 miljuni.

14.  Jinnota li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ MARE ħareġ riżerva waħda rigward il-Fond Ewropew għas-Sajd fir-rapporta ta' attività annwali tiegħi tal-31 ta' Marzu 2014 u li l-ammont stmat li hu f'riskju fl-2013 huwa ta' EUR 10,77 miljuni.

15.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa ta' titjib kontinwu tas-sistemi tal-immaniġġjar u l-kontroll fl-Istati Membri bil-għan li jiġu ggarantiti l-immaniġġjar finanzjarju aħjar tal-fondi tal-Unjoni u tnaqqis fir-rata ta' żball fis-setturi ta' politika rispettivi matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;

Korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri

16.  Jinnota li l-korrezzjonijiet finanzjarji li ġew rappurtati bħala implimentati fl- 2013 niżel minn EUR 3,7 biljun fl-2012 għal EUR 2,5 biljun fl-2013 u jfakkar li korrezzjoni finanzjarja għolja fl-2012 kien prinċipalment dovut għal ġabra unika ta’ EUR 1,8 biljun korrezzjoni fi Spanja li jirrettifika l-infiq tal-Fondi Strutturali matul il-perjodu 2000-2006; jinnota li fl-2013, il-Kummissjoni implimentat korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri li jammontaw għal EUR 3 362 miljun, li jirrappreżentaw 2,3 % tal-pagamenti mill-baġit tal-Unjoni;

17.  Jirrimarka li l-akkumulazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji magħmula meta jsir is-saldu tal-bilanċi tal-programmi hija kultant waħda artifiċjali u mhijiex sinifikanti, kemm-il darba tidher snin wara li tkun saret; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza jekk il-bidla fil-metodoloġija minn korrezzjonijiet ikkonfermati għal korrezzjonijiet implimentati, li saret fl-2012 hijiex adattata aħjar biex tiġi riflessa r-realtà tas-sistemi ta' kontroll u mmaniġġjar f'sena finanzjarja partikolari;

18.  Jinnota li t-tnaqqis ta' 34 % li rriżulta fil-korrezzjonijiet finanzjarji li ġew implimentati fl-2013 (minn EUR 3,7 biljun għal EUR 2,5 biljun) ġie parzjalment ikkumpensat minn żieda ta' 27 % fl-irkupri implimentati fl-2013 (minn EUR 0,7 biljun għal EUR 0,9 biljun);

19.  Jiddispjaċih li minħabba l-qafas ġuridiku għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-kumplessità tal-proċeduri relatati u l-għadd ta' saffi ta' kontroll involuti f'ħafna oqsma, l-iżbalji jistgħu jiġu kkoreġuti biss għadd ta' snin wara li jkunu seħħew;

20.  Jindika li l-ammont medju ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri implimentati għall-perjodu 2009-2013 kien ta’ EUR 2,7 biljuni li jirrappreżenta 2,1 % tal-ammont medju ta’ pagamenti mill-baġit tal-Unjoni f’dak il-perjodu; jinnota li skont il-Kummissjoni, din it-tendenza msemmija hawn fuq tista’ tiġi spjegata permezz tal-għeluq tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006(83); Jinnota b’mod partikolari li fir-rigward tal-politika ta’ koeżjoni, erbgħa minn kull ħames korrezzjonijiet magħmula matul is-snin 2007 sa 2013 jirrigwardaw il-programmi operattivi għal perjodi preċedenti(84); ifakkar li l-Istati Membri għandhom il-jedd li l-infiq ineliġibbli li jinstab jissostitwixxuh b'infiq legali u regolari skont il-qafas ġuridiku li hemm fis-seħħ għall-fondi strutturali;

21.  Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li huma għandhom id-dmir li jieħdu miżuri korrettivi sabiex jipproteġu l-baġit tal-Unjoni f'każijiet ta' sistemi ta' kontroll li ma jkunux effettivi jew f'każijiet ta' nefqiet irregolari; jirrimarka li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jużaw tali miżuri korrettivi u jinnota li li kieku tali miżuri korrettivi ma kinux ġew applikati għall-pagamenti tal-2013 li ġew awditjati mill-Qorti tal-Awdituri, ir-rata ta' żball stmata ġenerali kienet tkun ta' 6,3 %, u mhux ta' 4,7 %; jenfasizza li l-Qorti tal-Awdituri sabet li f'għadd ta' tranżazzjonijiet milquta mill-iżball, speċjalment fl-oqsma ta' ġestjoni kondiviża, l-awtoritajiet kellhom tagħrif suffiċjenti għad-dispożizzjoni tagħhom biex isibu u jikkoreġu l-iżbalji; jitlob b'insistenza li l-Qorti tal-Awdituri għalhekk tistma fir-rapporti annwali futuri tagħha l-livell ta' żball f'każ li jkunu ttieħdu l-miżuri korrettivi kollha;

22.  Jiddispjaċih barra minn hekk mill-fatt li dawk il-miżuri xorta għad għandhom impatt limitat fuq il-baġit tal-Unjoni peress li aktar minn 40 % tal-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fl- 2013 ma jitqisux bħala dħul assenjat(85) iżda jista’ jintuża mill-istess Stati Membri wara li jkunu kkawżaw dawn il-korrezzjonijiet fil-politika ta’ koeżjoni, u b'hekk jiġi mdgħajjef l-effett preventiv tal-korrezzjonijiet finanzjarji;

23.  Jinnota li madwar 28 % tal-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fl- 2013 involvew tnaqqis nett tal-finanzjament tal-Unjoni għall-programm u l-Istat Membru kkonċernat fil-politika ta’ koeżjoni;

24.  Jinnota bi tħassib li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tad-29 ta’ Settembru 2014 mhux neċessarjament informazzjoni ta’ min jorbot fuqha dwar l-irtirar, l-irkupri u l-irkupri pendenti tal-fondi strutturali li jsiru mill-Istati Membri peress li l-Kummissjoni tindika li hija kellha tadotta approċċ prudenti minħabba ċerti nuqqasijiet fl-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li l-ammonti ta’ hawn fuq ma jkunux sopravalutati(86);

25.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu proċeduri sodi biex jiġu kkonfermati l-għażla taż-żmien, l-oriġini u l-ammont ta’ miżuri korrettivi u biex tingħata informazzjoni li tirrikonċilja, kemm jista' jkun, is-sena meta jsir il-pagament, is-sena meta jinstab l-iżball relatat u s-sena meta l-irkurpi jew il-korrezzjonijiet finanzjarji jiġu żvelati fin-noti tal-kontijiet, filwaqt li titqies il-pluriennalità tal-proċedura kollha kemm hi; iqis li huwa essenzjali, barra minn hekk, li tingħata informazzjoni komprensiva dwar l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji u sabiex ikun hemm trasparenza sħiħa fir-rigward tad-data dwar id-diżimpenn tal-approprjazzjonijiet u l-proċeduri ta' ksur għas-sena in kwistjoni;

Ir-rapport ta’ sinteżi u r-rapporti annwali tal-attività

26.  Jieħu nota li d-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni għamlu total ta’ 17-il riżerva kwantifikata relatati mal-infiq; Jirrimarka li l-għadd aktar baxx ta’ riżerva kwantifikata fl- 2013 (21 fl- 2012) ma għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas l-ambitu tal-ammont f’riskju u li l-ammont massimu totali f’riskju imħabbra mill-Kummissjoni fir-Rapport ta’ Sinteżi (87) tagħha huwa taħt EUR 4 179 miljun, li jikkorrispondi għal 2,8 % tal-infiq kollu mogħti;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiċċara l-kalkolu tal-ammont f’riskju(88) meta wieħed jispjega stima tal-impatt tal-mekkaniżmi korrettivi fuq din iċ-ċifra u li toħroġ fir-rapport ta’ sinteżi tagħha ta’ “dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni” xieraq ibbażati fuq ir-rapporti ta’ attività annwali tad-Diretturi Ġenerali;

28.  Ifakkar li ċ-ċifri kumulattivi użati mill-Kummissjoni jikkonċernaw mekkaniżmi korrettivi applikati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri (korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri) bosta snin wara l-iżborżament tal-fondi (b’mod partikolari matul il-perjodi 1994-1999 u 2000-2006) u jinnota li f’dan iż-żmien la l-Qorti tal-Awdituri u lanqas il-Kummissjoni ma ħarġu rati ta’ żbalji preċiżi;

Pressjoni fuq il-baġit

29.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li minħabba l-pożizzjoni inaċċettabbli tal-Kunsill matul in-negozjati tal-baġit annwali tal-Unjoni u minkejja l-livell għoli ta’ pagamenti, il-kontijiet juru li l-impenji finanzjarji pendenti (fl-Intestatura 1b, prinċipalment politika reġjonali, il-livell ta' impenji pendenti fi tmiem l-2013 huwa stmat li hu ta' EUR 23,4 biljun wara EUR 5 biljuni fi tmiem l-2010, EUR 11-il biljun fi tmiem l-2011 u EUR 16-il biljun fi tmiem l-2012) u passiv ieħor komplew jiżdiedu fl-2013; jinnota li fi tmiem is-sena, kienu jammontaw għal EUR 322 biljun(89) u din iċ-ċifra x’aktarx li se tiżdied fl- 2014;

30.  Jirrimarka li fi tmiem l-2013, l-impenji pendenti kienu stmati li jammontaw għal EUR 322 biljun u li dan l-ammont kien imbassar li jiżdied fl-2014; iqis li dan ma jaqbilx mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, kif stabbilit fl-Artikolu 310 tat-TFUE, u b'hekk tintefa' f'dubju l-legalità tal-baġit;

31.  Jenfasizza li dawn l-obbligi finanzjarji “pendenti” huma kwistjoni ta’ tħassib partikolari minħabba li, għall-ewwel darba, il-limiti massimi tal-pagamenti huma mistennija li jibqgħu ġeneralment stabbli f’termini reali għal għadd ta’ snin(90);

32.  Jinnota li fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika, ir-riżorsi finanzjarji huma skarsi; jinnota, madankollu, li għal partijiet kbar tal-baġit, il-livell massimu ta’ nfiq taħt l-intestaturi tal-QFP huwa maqsum f’allokazzjonijiet annwali għal kull Stat Membru għalih; Josserva li l-mod li bih il-fondi jiġu assorbiti minn Stati Membri spiss isir l-objettiv politiku ewlieni (“use it or lose it”)(91); jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu bidla mill-infiq għal kultura tal-prestazzjoni li tiffoka fuq ir-riżultati miksuba abbażi tal-prinċipji tal-effiċjenza, l-effettività u l-ekonomija;

33.  Jirrimarka li l-prefinanzjament gross ammonta għal EUR 79,4 biljun fl-aħħar tal-2013 u jinsisti li perjodi ta’ prefinanzjament estiżi jistgħu jwasslu għal riskju akbar ta’ żball jew telf; jenfasizza li dan ir-riskju jeżisti speċjalment għall-Intestatura 4 tal-baġit (L-UE bħala attur globali), fejn għal operazzjoni tipika, jgħaddu erba’ snin bejn meta jsir l-impenn u meta l-Kummissjoni tirreġistra n-nefqa finali relatata;

34.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni għal darb’ oħra tipprepara u tippubblika “previżjoni fit-tul tal-fluss tal-flus”, li tkun tipproġetta t-talbiet futuri għal pagament, biex b’hekk jiġi żgurat li l-pagamenti meħtieġa jistgħu jintlaħqu bl-allokazzjonijiet finanzjarji annwali pprovduti; jitlob b'insistenza li l-Kummissjoni tippreżenti, jekk ikun meħtieġ, modifiki għar-regolamenti eżistenti fil-każ li l-baġits annwali ma jkunux jistgħu jipprovdu approprjazzjonijiet biżżejjed biex jissodisfaw il-livell ta' pagamenti meħtieġ;

35.  Itenni l-ħtieġa li ssir ħidma biex jinstabu soluzzjonijiet fit-tul li jkunu jistgħu jippermettu lill-Kummissjoni terġa' tieħu l-kontroll tal-baġit tagħha; jinnota li hemm ħtieġa partikolari ta' enfażi akbar fuq l-obbligu ta' rendikont u li tintefa' attenzjoni partikolari fuq il-prestazzjoni u l-eżiti tal-infiq; jenfasizza, għal dan il-għan, il-ħtieġa li l-Parlament iwettaq rwol ikbar fl-iskrutinju tan-nefqa u tal-prestazzjoni;

Strumenti finanzjarji

36.  Josserva li, sa tmiem l-2013, twaqqfu 941 strument ta’ inġinerija finanzjarja (SIF) taħt 176 PO tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) f'25 Stat Membru; jinsab partikolarment imħasseb dwar il-fatt li 47 % biss tal-EUR 14,3-il biljun (EUR 6,7 biljun) li kienu tħallsu għas-SIF kienu ġew effettivament imħallsa lill-benefiċjarji finali, għalkemm din il-figura tirrappreżenta żieda meta mqabbla mal-EUR 4,7 biljun mħallsa sa tmiem l-2012; josserva li r-rata medja ta' żborż ta' 47 % fi tmiem l-2013 taħbi ċerta varjazzjoni bejn il-fondi u l-Istati Membri; jinnota li l-iżborż medju jkopri d-900 fond kollha kemm huma: dawk stabbiliti fl-2008 kif ukoll dawk li kienu għadhom kif ġew stabbiliti fl-2013 li għalihom l-implimentazzjoni kienet għadha qed tibda; iqis li filwaqt li xi fondi mhumiex jagħtu prestazzjoni biżżejjed, hemm oħrajn li diġà laħqu l-100 % tal-assorbiment u issa qed jinvestu mill-ġdid fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw;

37.  Josserva li 14-il SIF ġew stabbiliti fl-Istati Membri taħt il-Fond għall-Iżvilupp Rurali; Josserva li EUR 443,77 miljun ġew imħallsa lil banek fir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Greċja, l-Italja u l-Litwanja mill-baġit tal-Unjoni sa tmiem l-2013; jesprimi tħassib li minn dan l-ammont, lanqas euro wieħed biss ma wasal għand il-benefiċjarji finali; josserva li għal sitt SIF finanzjarji stabbiliti taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd, EUR 72,37 miljun tħallsu lil banek fil-Greċja, ir-Rumanija, il-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja u lin-Netherlands; jinnota li kien fil-Latvja biss li l-ammonti disponibbli ġew kompletament żborżati lill-benefiċjarji finali filwaqt li fir-Rumanija 28 % biss tal-fondi kienu żborżati lill-benefiċjarju finali, 77 % fil-Bulgarija, 91 % fl-Estonja u xejn fin-Netherlands u fil-Greċja(92);

38.  Jiddispjaċih barra minn hekk li dawn l-istrumenti huma kumplessi u diffiċli biex jiġu rappreżentati b’mod korrett, li wkoll jagħmel l-iskrutinju pubbliku aktar diffiċli; jistieden lill-Kummissjoni tkun aktar trasparenti u tirrapporta regolarment dwar l-ingranaġġ, it-telfiet u r-riskji bħalma huma l-bżieżaq ta’ investiment; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti deskrizzjoni ġenerali kompleta tal-punti ewlenin tal-proġetti ffinanzjati taħt kull wieħed mill-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja u r-riżultati miksuba, u tindika b’mod ċar kemm intużaw allokazzjonijiet tal-baġit tal-Unjoni biex jiġu ffinanzjati dawn tal-proġetti SIF u tippreżenta analiżi komprensiv tal-kost imqabbel mal-benefiċċji tal-istrumenti tal-SIF imqabbla ma' suriet aktar diretti ta' finanzjament tal-proġetti;

39.  Jilqa' l-fatt li matul il-laqgħat tar-Rieżami Annwali, l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji qed tiġi sistematikament inkluża fl-aġenda u li n-nuqqasijiet imbagħad qed jiġu analizzati u jiġu proposti azzjonijiet ta' rimedju; jagħraf b'sodisfazzjoni li għall-perjodu li jmiss tal-2014-2020, in-nuqqasijiet fil-qasam ġew ikkoreġuti, jiġifieri l-pagamenti se jiġu ttrasferiti biss lill-fondi li jkunu qed jimmaniġġjaw strumenti finanzjarji meta l-iżborż attwali lill-benefiċjarji finali jkun laħaq ċertu persentaġġ;

40.  Jirrakkomanda, fid-dawl tal-pressjoni fuq il-baġit għall-pagamenti u l-fatt li l-Artikolu 140(7) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ir-Regolament Finanzjarju) jirrikjedi li għandhom jiġu evitati bilanċi eċċessivi fuq l-istrumenti finanzjarji, li l-Kummissjoni tiżgura li l-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Unjoni għal strumenti bħal dawn jirriflettu bżonn reali ta’ likwidità;

41.  Jinsab partikolarment imħasseb b’xi sejbiet li għamlet il-Qorti tal-Awdituri rigward l-effettività ta’ taħlit tal-għotjiet tal-faċilità ta’ investiment reġjonali mas-self minn istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jingħata appoġġ għall-politiki esterni tal-Unjoni(93);

42.  Jirrimarka li, filwaqt li l-faċilitajiet kienu stabbiliti kif xieraq, il-benefiċċji potenzjali tat-taħlit ma twettqux għalkollox minħabba nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżborsa l-fondi biss meta l-fondi huma fil-fatt meħtieġa mill-benefiċjarju u biex ittejjeb il-monitoraġġ tagħha tal-implimentazzjoni tal-għotjiet tal-Unjoni;

Responsabbilità tal-Kummissjoni u l-Istati Membri f’ġestjoni kondiviża

43.  Jenfasizza l-fatt li skont l-Artikolu 317 TFUE, fl-aħħar mill-aħħar hija l-Kummissjoni li hi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jindika li meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ġestjoni kondiviża, il-kompiti ta’ implimentazzjoni jiġu ddelegati lill-Istati Membri skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju u b’hekk jinvolvu r-responsabbiltà politika u finanzjarja tagħhom; jenfasizza għalhekk il-fatt li l-Istati Membri għandhom jaġixxu strettament skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u ma għandhomx idgħajfu r-responsabilità tagħhom stess fl-immaniġġjar tal-fondi tal-Unjoni;

44.  Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2014, intitolata ‘Dwar l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali għall-istabbiliment u l-użu tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali” (COM(2014)0688); jirrimarka li t-tressiq tad-dikjarazzjonijiet hija volontarja, u għalhekk jilqa' l-fatt li erba' Stati Membri - id-Danimarka, in-Netherlands, l-Isvezja u r-Renju Unit - iddeċidew li jressquhom; jiddispjaċih, madankollu, li dawk id-dikjarazzjonijiet jiddifferixxu fil-forma, il-kamp ta’ applikazzjoni, il-komprensività u l-perjodu ta’ rappurtar u jinnota li b'riżultat ta' dan, huma għalhekk ta' ftit li xejn użu;

45.  Jirrimarka li skont għadd kbir ta' dikjarazzjonijiet mill-Qorti tal-Awdituri, id-dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni nazzjonali kif mogħtija mill-erba' Stati Membri msemmija hawn fuq għandhom valur limitat ħafna fil-proċess ta' awditjar tal-Qorti tal-Awdituri u ma jistgħux jitqiesu bħala għajn affidabbli ta' informazzjoni għall-ħruġ ta' dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni;

46.  Jiddispjaċih, barra minn hekk, fir-rigward tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2014, imsemmija hawn fuq, dwar in-nuqqas ta’ progress sostanzjali biex tittejjeb il-ġestjoni finanzjarja li jista’ jwassal għal telf kontinwu tal-flus tal-Unjoni minħabba deċiżjonijiet ħżiena fil-livell politiku u dak maniġerjali; jitlob li jkun hemm sistema ta’ sanzjonijiet jekk l-Istati Membri jittrażmettu informazzjoni tal-programmi u dikjarazzjonijiet inkorretti;

47.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu passi konkreti u sinifikanti biex jippermettu li jsir progress fil-ġestjoni finanzjarja tajba, inkluż l-użu akbar tal-istrument tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali li fil-prattika ma jeħtiġux wisq ta' sforz akbar (jingħad li inqas mill-ekwivalenti ta' 1 full-time fuq bażi annwali għal kull Stat Membru), filwaqt li jinnota wkoll li hu ta' importanza kbira li l-Istati Membri jieħdu responsabilità politika għall-użu tal-fondi tal-Unjoni permezz ta' dokument pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippubblikaw mhux biss id-dikjarazzjonijiet nazzjonali iżda wkoll is-sommarji annwali u d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni bil-għan li jingħata aktar għarfien fil-fond ta' titjib reali tal-ġestjoni finanzjarja u li dan it-titjib reali jitwettaq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq rakkomandazzjoni lill-Parlament u lill-Kunsill biex jippromwovu l-użu tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' ħidma interistituzzjonali għall-istabbiliment u l-użu tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali;

48.  Iqis li hu essenzjali li tkun promossa trasparenza totali fl-użu tal-fondi strutturali permezz tal-pubblikazzjoni tad-dokumentazzjoni tal-kontabilità tal-proġetti assenjati;

L-affidabbiltà tad-data kkomunikata mill-Istati Membri

49.  Jindika li n-nuqqas ta’ affidabbiltà tal-kontrolli tal-ewwel livell imwettqa mill-Istati Membri f’ġestjoni kondiviża jdgħajfu l-kredibbiltà tar-rapporti annwali ta’ attività żviluppati mis-servizzi tal-Kummissjoni u tar-Rapport ta’ Sinteżi adottat mill-Kummissjoni, billi dawn huma parzjalment ibbażati fuq ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali; itenni t-talba preċedenti tiegħu li l-Kummissjoni tevalwa u, jekk ikun hemm bżonn, tikkoreġi d-data tal-Istati Membri sabiex tistabbilixxi rapporti ta’ attività annwali li jkunu affidabbli u oġġettivi;

50.  Jitlob li d-Diretturi Ġenerali jirrappurtaw fid-dettall fir-rapporti ta’ attività annwali tagħhom fuq ir-rati ta’ żball irrapportati mill-Istati Membri u dwar il-korrezzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, fejn xieraq, fil-livell ta’ programmi operattivi;

Stati Membri li għandhom l-agħar prestazzjoni

51.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħarsa ġenerali lejn l-infiq tal-Unjoni ta' fondi mmaniġġjati b’ġestjoni kondiviża fl-agrikoltura u l-koeżjoni matul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali mill-2009 sal-2013, ippubblikata mill-Qorti tal-Awdituri flimkien mar-rapport annwali tagħha għall- 2013, li tindirizza parzjalment it-talba tal-Parlament espressa fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-2012 għal informazzjoni speċifika skont il-pajjiż f’ġestjoni kondiviża;

52.  Jinnota li skont iċ-ċifri pprovduti mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-ammonti u tal-perċentwali ta’ fondi f’riskju fir-rigward tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fondi Soċjali Ewropej u l-Fondi ta’ Koeżjoni (sors tad-data inkluż fir-Rapporti ta’ Annwali ta' Attività għall-2013 tad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni u d-DĠ Politika Reġjonali u Urbana), is-Slovakkja, ir-Renju Unit u Spanja għandhom l-ogħla rati ta’ żbalji;

53.  Jinnota li skont iċ-ċifri pprovduti mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-ammonti u tal-perċentwali ta’ fondi f’riskju b'rabta mal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (sors tad-data inkluż fir-Rapport Annwali ta’ Attività għall-2013 tad-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali) ir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Portugall għandhom l-ogħla rati ta’ żbalji;

54.  Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex tiżviluppa metodi proprji speċifiċi skont il-pajjiżi filwaqt li żżomm f’moħħha mhux biss l-ammonti fir-riskju, iżda wkoll is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, flimkien mal-mekkaniżmi korrettivi applikati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex tevalwa b’mod adegwat l-evoluzzjoni tal-ġestjoni fl-Istati Membri li għandhom l-agħar prestazzjoni, u tirrakkomanda l-aħjar soluzzjonijiet possibbli;

55.  Ifakkar li l-korruzzjoni tagħmel ħsara serja lill-fondi tal-Unjoni; jinsab imħasseb dwar id-data li turi li xi Stati Membri huma milquta b'mod partikolari minn dan il-fenomenu u jfakkar, f'dan ir-rigward, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-programm nazzjonali ta' riforma tal-Italja għall-2013 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' stabbiltà tal-Italja għall-2012-2017(94); jitlob l-adozzjoni bikrija tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi fil-konfront tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tad-dritt kriminali;

Kunflitti ta' interessi

56.  Jiddispjaċih għall-fatt li f'xi Stati Membri, il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-konflitti tal-interessi tal-membri tal-parlament, il-membri tal-gvern u l-membri tal-kunsilli lokali hija vaga u insuffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni teżamina bir-reqqa s-sitwazzjoni attwali u r-rakkomandazzjonijiet preżenti jew anke soluzzjonijiet li jkunu ġuridikament vinkolanti jekk ikun hemm bżonn; iqis li l-istess għandu japplika għall-membri kandidati u l-membri tal-Kummissjoni;

Dħul: Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

57.  Jinnota li l-verifika tal-Qorti tal-Awdituri (ara r-Rapport Annwali tal-2013, punt 2.27) ma sabet ebda żball sostanzjali fil-kalkoli li saru mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-pagament tagħhom, li fil-parti l-kbira huma bbażati fuq tbassir tad-data dwar l-introjtu nazzjonali gross (ING) għall-2013;

58.  Jitlob b'insistenza li l-Kummissjoni tiżgura li data tal-Eurostat u tal-Istati Membri tkun identika, peress li l-indikatur tad-ING jirrappreżenta l-punt ta' riferiment ewlieni mhux biss għad-dħul tal-Unjoni iżda wkoll għan-nefqa;

59.  Ifakkar il-kritika fformulata mill-Qorti tal-Awdituri fir-rapport annwali tagħha għall-2012 fir-rigward tan-nuqqas ta' effettività tal-verifika mill-Kummissjoni ta’ data tal-ING (ara r-Rapport Annwali tal-2012, punt 2.41); jenfasizza li l-użu fit-tul ta’ riżervi ġenerali u t-tul taż-żmien eċċessiv taċ-ċiklu tal-verifika ta’ data tal-ING użata għar-riżorsi proprji jistgħu jwasslu għal inċertezza baġitarja, kif ġie enfasizzat minn diskussjonijiet bejn l-Istati Membri dwar l-abbozz ta’ baġit ta' emenda Nru 6 għall-baġit ġenerali tal-2014(95);

60.  Jiddispjaċihgħall-fatt li xi Stati Membri ma antiċipawx li se tirriżulta f’żieda fil-kontribuzzjoni baġitarja tagħhom, minkejja l-fatt li kienu konxji mill-bidliet fil-metodoloġija tal-istatistika użata biex tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni tal-ING mir-rebbiegħa tal-2014 'il quddiem;

61.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-Kummissjoni, insistiet fuq it-trattament ta’ dan il-fajl bħala wieħed purament tekniku(96), minkejja l-fatt li kienet taf mir-rebbiegħa tal-2013 li t-tibdil f’din il-metodoloġija statistika biex tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni tal-ING kien se joħloq żieda kbira fil-kontribuzzjonijiet ta’ ċerti Stati Membri,

62.  Recalls that the Court of Auditors concluded in its opinion No 7/2014(97) that the Commission's proposal to allow the deferred payments of value added tax (VAT) and GNI balances and adjustments in case of exceptional circumstances may increase the complexity of the system of own resources and the Member States budgetary uncertainty;

63.  Jirrimarka b’mod partikolari li l-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (COM (2014)0704), tirreferi biss għal posponiment tad-data ta’ skadenza għall-Istati Membri biex jagħmlu r-riżorsi disponibbli fil-każ ta’ ammonti sinifikanti jirriżulta minn bilanċi u aġġustamenti pożittivi tal-VAT u l-ING u jinnota li jekk l-Istati Membri jkollhom bilanċi u aġġustamenti tal-VAT u tal-ING negattivi, il-Kummissjoni tista’ tkun obbligata li tiġbor dħul addizzjonali permezz ta’ baġit ta' emenda;

64.  Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu ma seta' jagħmel l-ebda progress s'issa fuq ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji abbażi ta' dawk il-proposti leġiżlattivi, minkejja l-fatt li l-Kummissjoni pproponiet riforma globali tas-sistema tar-riżorsi proprji li ġiet milqugħa b'sodisfazzjoni mill-Parlament(98) li kellu l-għan li jagħmel is-sistema tar-riżorsi proprji waħda aktar ġusta, aktar tinftiehem, aktar trasparenti, aktar effiċjenti u bil-għan li jitnaqqsu il-kontribuzzjonijiet nazzjonali;

Miżuri li għandhom jittieħdu

65.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni:

   tqassar id-durata taċ-ċiklu tal-verifika tagħha tad-data tal-ING użata għar-riżorsi proprji għal massimu ta’ erba’ snin, f’każ ta’ bżonn fil-ftuħ ta’ proċedimenti ta' ksur u/jew l-imponiment ta' skadenzi stretti dewmien biex jitneħħew ir-riżervi;
   tillimita l-użu ta’ riżervi ġenerali għal każijiet eċċezzjonali fejn hemm riskji sinifikanti li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ma jiġux imħarsa: jiġifieri meta Stat Membru jwettaq reviżjoni maġġuri matul iċ-ċiklu tal-verifika jew f’intervalli regolari;
   tabbozza pjan ta’ azzjoni biex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet misjuba mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 11/2013 u biex tirrapporta dwar dan lill-Parlament u lill-Qorti tal-Awdituri sa tmiem Ġunju 2015;
   tistabbilixxi u timmonitorja mill-qrib pjan ta’ azzjoni dettaljat b'miri ċari biex tindirizza l-problemi fil-kompilazzjoni tal-kontijiet nazzjonali tal-Greċja,
   tintroduċi modifika għall-proposta tal-Kummissjoni, imsemmija hawn fuq, COM(2014)0704 biex il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tipposponi r-rimbors tal-ammonti f’każ ta’ bilanċi u aġġustamenti "negattivi";

66.  Jiġbed l-attenzjoni għad-dgħufijiet li nstabu mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali Nru 2/2014 tagħha bit-titolu "L-Arranġamenti Kummerċjali Preferenzjali huma ġestiti b’mod xieraq?" fl-istrateġija ta' kontroll u l-ġestjoni tar-riskju fil-Ġermanja, Franza u r-Renju Unit li jwasslu għal telfiet potenzjali għall-baġit tal-Unjoni; jinnota li dawn id-dgħufijiet ġew ikkonfermati mill-ammont ta' dħul potenzjalment mitluf f'dawn it-tliet Stati Membri; josserva li permezz tal-estrapolazzjoni tal-iżbalji misjuba fil-kampjun tagħha tal-2009, il-Qorti tal-Awdituri stmat li l-ammont ta' dazji f'riskju f'dawn l-Istati Membri minħabba l-preskrizzjoni huwa ta' EUR 655 miljun; jinnota li dan jirrappreżenta madwar 6 % tal-ammont gross tad-dazji fuq l-importazzjoni miġbura fil-ħames Stati Membri dik is-sena, magħmula minn EUR 167 miljun fir-rigward tal-Ġermanja, EUR 176 miljun fir-rigward ta' Franza u EUR 312 miljun fir-rigward tar-Renju Unit;

Agrikoltura

Agrikoltura: Sfidi demografiċi u fl-istruttura tal-benefiċjarji

67.  Ifakkar li t-tibdil demografiku jaffettwa l-politika agrikola komuni (PAK) aktar minn kwalunkwe politika oħra tal-Unjoni peress li kważi terz tat-12-il miljun bidwi tal-Unjoni li jaqsmu aktar minn 45 % tal-baġit tal-Unjoni għandhom aktar minn 65 sena u li 6 % biss huma taħt il-35 sena(99); jilqa' l-programmi ta' għajnuna għall-bdiewa żgħażagħ għalhekk li ġew varati bħala parti mir-riforma tal-PAK;

68.  Jiddispjaċih li l-miżuri li nbdew mill-Kummissjoni fil-politika agrikola sa issa naqsu milli jikkoreġu l-iżbilanċ demografiku, u jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid l-appoġġ mill-baġit għall-agrikoltura għal dan l-għan;

69.  Jenfasizza l-fatt li inqas minn 2 % tal-bdiewa tal-Unjoni jirċievu 31 % tal-pagamenti diretti tal-PAK; jirrimarka li l-PAK għandha tkun immirata b'mod speċjali lejn il-bdiewa żgħażagħ u jemmen li l-prattika attwali tkompli ddgħajjef l-aċċettazzjoni politika tal-PAK;

70.  Itenni li bil-għan li l-PAK issir aktar ġusta, il-Parlament u l-Kunsill daħħlu(100) tnaqqis tal-pagamenti ogħla minn EUR 150 000 u limitu possibbli tal-pagamenti diretti; jitlob b'insistenza għalhekk li l-Qorti tal-Awdituri tawditja l-effiċjenza u l-effettività ta' din il-miżura b'antiċipazzjoni tar-rapporti annwali tagħha li jmiss;

71.  Jinnota li r-Repubblika Ċeka, u mbagħad warajha s-Slovakkja, l-Ungerija, il-Ġermanja u l-Bulgarija għandhom l-inqas sistemi agrikoli ekwi(101); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex tibbilanċjaw aħjar l-istruttura tal-benefiċjarji tagħhom u jitlob li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI jehmeż kull sena fir-rapport ta’ attività annwali tiegħu ċifri indikattivi dwar it-tqassim tal-għajnuniet diretti tal-PAK skont l-Istati Membri u l-kategorija ta’ benefiċjarji;

Agrikoltura: Rata ta’ żball fl-ewwel pilastru

72.  Jiddispjaċih li l-pagamenti tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) mhumiex ħielsa minn żbalji materjali fl-2013, u r-rata ta’ żbalji l-aktar probabbli hija stmata mill-Qorti tal-Awdituri li tilħaq it-3,6 % (3,8 % fl- 2012)(102) u li mill-ħames sistemi ta’ kontroll għall-pagamenti eżaminati, tnejn instabu li ma kinux effettivi, tnejn parzjalment effettivi u waħda biss kienet meqjusa bħala effettiva;

73.  Jenfasizza li fi 33 minn 101 żball kwantifikabbli identifikati mill-Qorti tal-Awdituri, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu, jikxfu u jikkoreġu dawn l-iżbalji tal-anqas parzjalment, u li kieku din l-informazzjoni kollha ġiet użata kif suppost, ir-rata ta' żball l-aktar probabbli għal dan il-qasam kienet tkun ta' 1,1 % anqas u għalhekk relattivament qrib il-limitu minimu ta’ materjalità ta’ 2 %; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom responsabilità importanti li jimplimentaw b'mod korrett u leċitu l-baġit tal-Unjoni meta huma responsabbli għall-ġestjoni ta' fondi tal-Unjoni;

Kundizzjonalità

74.  Jirrimarka li l-awditjar mill-Qorti tal-Awdituri kopra r-rekwiżiti tal-kundizzjonalità u li l-każijiet fejn l-obbligi tal-kundizzjonalità ma ġewx issodisfati ġew ittrattati bħala żball fejn ġie stabbilit li l-ksur eżista fis-sena li fiha l-bidwi applika għall-għajnuna; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tinkludi nuqqasijiet fil-qasam tal-kundizzjonalità fil-kalkolu tar-rata ta’ żball filwaqt li jinnota li, fil-fehma tal-Kummissjoni, il-kundizzjonalità ma tikkonċernax l-eliġibbiltà għal pagamenti iżda twassal biss għal penali amministrattivi;

75.  Jinnota li l-Kummissjoni tiddikjara fit-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri li għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-qafas ġuridiku ġie ssimplifikat u li talbet li sa tmiem l-2015, il-Kummissjoni tirrapporta dwar kif dawn il-miżuri ta' simplifikazzjoni ħadmu fil-prattika, u liema miżuri addizzjonali jistgħu jittieħdu fir-rigward ta' kwalunkwe regola kumplessa u kundizzjoni ta' eliġibilità li jkun fadal;

Ir-rati ta’ żball f’miżuri tas-suq

76.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-rata ta’ żball fir-rigward tal-miżuri agrikoli tas-suq hija ta’ 7,44 %, kif ikkalkulat mill-Kummissjoni stess; jiddeplora l-fatt li hija t-tieni l-ogħla rata ta’ żball f’qasam ta’ politika għall-2013;

77.  Jenfasizza li r-riżervi mdaħħla mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI fir-Rapport ta’ Attività Annwali 2013 jikkonfermaw l-istat allarmanti attwali tal-miżuri tas-suq, billi 7 skemi ta’ għajnuna minn f'disa' Stati Membri huma mmirati, b’mod partikolari s-setturi tal-frott u l-ħaxix, ir-ristrutturazzjoni tal-oqsma tad-dwieli, l-investiment fl-inbid, ir-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni tat-tjur u l-iskema ta’ ħalib fl-iskejjel;

78.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li ħafna programmi li huma iżgħar, bħalma huma l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel u l-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel, mhumiex faċli biex wieħed jużaha, u dan huwa parzjalment dovut għall-burokrazija assoċjata u, għal din ir-raġuni, il-parteċipazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom iħallu ħafna lok ta' titjib;

79.  Jiddeplora n-nuqqasijiet sinifikanti fil-proċeduri ta’ kontroll applikati meta jingħata rikonoxximent lil gruppi ta’ produtturi(103) għal frott u ħaxix fil-Polonja, l-Awstrija, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit, kif żvelat mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Annwali tagħha għall-2013 u u kif ikkonfermat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI, li fir-rapport ta’ attività annwali tiegħu għall-2013 ħareġ riżerva bbażata fuq l-istima li madwar 25 % tan-nefqa totali taħt din il-miżura tkun f’riskju, jiġifieri EUR 102,7 miljun;

80.  Jiddispjaċih b’mod partikolari dwar in-nuqqasijiet misjuba mill-Kummissjoni rigward il-miżuri li jikkonċernaw “ristrutturar tal-vinji” fi Spanja li ġġustifikaw ir-riżerva maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI dwar il-bażi ta’ korrezzjonijiet tar-rata ta’ żball ta’ 33 % u ammont f’riskju ta’ EUR 54 miljun, u l-miżura “esportazzjoni tat-tjur fi Franza” fuq il-bażi ta’ korrezzjonijiet tar-rata ta’ żball ta’ 69,6 % u ammont f’riskju ta’ EUR 29,3 miljun;

L-affidabbiltà tad-data tal-Istati Membri f'pagamenti diretti

81.  Jilqa' l-fatt li, billi r-rati ta' żball ikkomunikati mill-Istati Membri fl-istatistiċi ta' spezzjoni tagħhom ma jkoprux il-komponenti kollha tar-rata ta' żball residwu, u mhumiex dejjem affidabbli, id-DĠ AGRI wettaq valutazzjoni individwali għal kull aġenzija tal-pagamenti, ibbażata fuq l-informazzjoni kollha disponibbli – inklużi s-sejbiet tal-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri;

82.  Itenni d-dikjarazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri(104) li r-riżultati ta' dan l-approċċ ġdid juru li jista' jinkiseb aċċertament limitat biss mill-istatistika tal-ispezzjonijiet tal-Istati Membri, mid-dikjarazzjonijiet tad-diretturi tal-aġenziji tal-pagamenti u mix-xogħol imwettaq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

83.  Jirrimarka li minkejja l-fatt li kważi l-aġenziji kollha tal-ħlas tal-pagamenti diretti kienu taħt akkreditazzjoni u ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni, u minkejja l-fatt li 79 mit-82 dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti rċevew opinjoni mhux kwalifikata mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni fl-2013, biex b’hekk jikkonfermaw il-preċiżjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni ppreżentati mid-diretturi tal-aġenziji tal-pagamenti, il-Kummissjoni kellha tikkoreġi ‘l fuq ir-rati ta' żball ikkomunikati f' 42 minn 68 aġenzija tal-pagamenti b’rata ta’ żball residwali ‘l fuq minn 2 %;

84.  Jirrimarka li l-5 aġenziji tal-pagament bl-ogħla rata ta’ żball kienu:

1.  Ir-Renju Unit, RPA

5,66 % (Notifika tal-Istati Membri (SM): 0,67 %)

2.  Il-Greċja, OKEPE

5,17 % (Notifika tal-SM: 0,83 %)

2.  Spanja, AVGA

4,71 % (Notifika tal-SM: 1,93 %)

5.  Ir-Rumanija, PIAA4,37 % (Notifika tal-SM: 0,82 %)

4.  Il-Portugall, IFAP

4,27 % (Notifika tal-SM: 1,77 %)

85.  Jiddispjaċih li l-qafas leġiżlattiv attwali ma jipprovdix sanzjonijiet għal rappurtar żbaljat jew falz(105) mill-aġenziji ta’ pagament;

86.  Jitlob li l-uffiċjali tal-Unjoni jżidu s-superviżjoni u jimmoniterjaw u jikkoordinaw aktar mill-qrib lill-aġenziji tal-pagamenti nazzjonali fi ħdan l-Istati Membri rilevanti, bil-għan li jiġu riżolti n-nuqqasijiet li jkunu qed jesperjenzaw, b’mod partikolari għal dawk l-aġenziji tal-pagamenti li l-livell ta' prestazzjoni tagħhom tul l-aħħar tliet snin kienet kontinwament baxxa aktar milli suppost, bil-ħsieb li l-ġestjoni tal-pagamenti ssir aktar effiċjenti;

SIAK u LPIS

87.  Jaqbel mal-fehma espressa mill-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri li b'mod ġenerali s-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) taqdi rwol fundamentali fil-prevenzjoni u t-tnaqqis ta’ żbalji fit-talbiet minn bdiewa, u jenfasizza li l-funzjonament tajjeb tagħha kellu tiżgura li l-pagamenti diretti agrikoli huma ħielsa minn żbalji materjali;

88.  Jiddeplora l-fatt li nuqqasijiet persistenti fl-esklużjoni ta' art mhux eliġibbli mis-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ u mit-talbiet ta' trattament amministrattiv mingħand il-bdiewa jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għal-livell materjali ta’ żball f’pagamenti tal-FAEG;

89.  Jerġa' jenfasizza għal dara oħra d-dimensjoni orizzontali tan-nuqqasijiet identifikati fil-LPIS; jinnota li sa mill-2007, il-Qorti tal-Awdituri eżaminat is-SIAK fi 38 aġenzija tal-pagamenti fi 28 Stat Membru u jiddispjaċih ħafna li sebgħa biss mis-sistemi ta’ kontroll ġew ivvalutati bħala effettivi, 22 instabu li kienu parzjalment effettivi u 9 sistemi ta’ kontroll kienu kkunsidrati bħala mhux effettivi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-riskji finanzjarji għall-baġit huma koperti minn korrezzjonijiet finanzjarji netti;

Proċeduri biex jiġi żgurat l-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti

90.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt irrapportat mill-Qorti tal-Awdituri(106) li somom mitlufa b’riżultat ta’ irregolaritajiet jew negliġenza fir-rigward ta’ klejms għas-sena 2008 jew qabel kienu nġiebu għall-attenzjoni tad-debituri fl-Irlanda wara dewmien konsiderevoli u ma kienu soġġetti għall-ebda proċedura ta’ rkupru jew ta’ infurzar għal għadd ta’ snin;

91.  Jiddikjara li sal-aħħar tal-2012, minn EUR 6,7 miljun dejn relatati ma’ dawn is-snin ta’ talba EUR 2,3 miljun iġġarrbu mill-Unjoni taħt ir-regola ta’ 50/50 minkejja d-dewmien osservat mill-Qorti tal-Awdituri fil-proċedura ta’ notifika u jibża’ li l-flus ikunu definittivament mitlufa għall-baġit tal-Unjoni;

92.  Jinsab imħasseb ukoll dwar is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-fatt li l-awtoritajiet Taljani ma rreġistrawx jekk id-djun kienu minħabba irregolaritajiet jew żbalji amministrattivi li potenzjalment jistgħu jwasslu biex jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel analiżi dettaljata ta' din is-sitwazzjoni u tirrapporta lura qabel tmiem is-sean;

93.  Jinnota li skont id-data mogħtija fir-rapport annwali tal-attività 2013 tad-DĠ AGRI(107), l-Istati Membri li għandhom l-agħar prestazzjoni fir-rigward tal-irkupri tal-ħlasijiet mhux dovuti huma l-Bulgarija b’rata ta’ rkupru ta’ 4 %, 21 % fil-Greċja, 25 % fi Franza, 25 % fis-Slovenja, 27 % fis-Slovakkja u 33 % fl-Ungerija; jinsab imħasseb dwar il-livelli ta' rkupri li huma baxxi b'mod allarmanti f'ċerti oqsma u jitlob li jingħata rapport mill-Kummissjoni dwar il-kawżi u l-possibilitajiet li jsiru titjibiet;

Proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet

94.  Jinnota li l-Kummissjoni ħadet erba’ deċiżjonijiet ta’ konformità fl-2013 li wasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji ta’ EUR 1 116,8-il-miljun (EUR 861,9 miljun relatati mal-FAEG u EUR 236,2 miljun għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)) li jirrappreżentaw madwar 2 % tal-baġit tal-Unjoni tal-2013 għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (1,4 % fil-perjodu 2008-2012);

95.  Jirrimarka li dan l-ammont ma jistax jiġi mqabbel mar-rata tal-iżball l-aktar probabbli maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri minħabba li l-verifiki ta’ konformità tal-Kummissjoni huma bbażati fuq is-sistemi, ma jivverifikawx ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ikopru nefqiet relatati ma’ għadd ta’ snin baġitarji, iwasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji magħmula għal 65 % fuq bażi ta’ rata fissa u b’konsegwenza ta’ dan ma jippermettux li tiġi kkalkolata(108) rata ta’ żball annwali;

96.  Jenfasizza li ż-żieda tal-2013 tal-livell medju ta’ korrezzjoni finanzjarja meta mqabbla mal-perjodu 2008-2012 hija skont is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri(109) prinċipalment spjegata mit-tnaqqis tal-ammont pendenti ta’ fajls tal-verifika miftuħa minn 553 fi tmiem l-2012 għal 516 fi tmiem l-2013 u li r-riżoluzzjoni ta’ dawn il-fajls li kienu jikkonċernaw is-snin finanzjarji ta’ qabel l-2010 rriżultat f’korrezzjonijiet finanzjarji ta’ EUR 881 miljun (79 % tat-total);

97.  Jinsab imħasseb li l-indipendenza tal-korp ta’ konċiljazzjoni li jista’ jiġi involut fil-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità mhijiex iggarantita mid-dispożizzjonijiet li hemm fis-seħħ bħalissa(110);

Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa

98.  Jiddispjaċih li l-pagamenti fil-qasam tal-iżvilupp rurali, l-ambjent, is-sajd u s-saħħa ma humiex ħielsa mill-iżball materjali fl-2013, bi tnaqqis fir-rata tal-iżball l-aktar probabbli għal 6,7 % minn 7,9 % fl-2012 u li sebgħa mit-13-il sistema ta’ superviżjoni u kontroll li ġew eżaminati għall-pagamenti mġarrba fl-Istati Membri ġew ivvalutati bħala li kienu parzjalment effettivi u sitta bħala ineffettivi;

99.  Jaqbel mal-fehma espressa mill-Qorti tal-Awdituri li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli kienet titnaqqas għal 2 % li kieku l-awtoritajiet nazzjonali kienu wżaw l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom responsabilità importanti fir-rigwar tal-implimentazzjoni korretta u leċita tal-baġit tal-Unjoni meta huma responsabbli għall-ġestjoni ta' fondi tal-Unjoni;

100.  Jiddeplora l-fatt li r-rata medja ta’ żball ikkalkulata mill-Qorti tal-Awdituri għall-iżvilupp rurali sostnuta matul l-aħħar tliet snin kienet ta’ 8,2 % u li fl-2013 kienet ta’ 7,9 %(111); jiddeplora bil-qawwa l-fatt li hija l-ogħla rata ta’ żball f’qasam ta’ politika għall-2013;

101.  Jinnota li l-iżbalji li nstabu mill-Qorti tal-Awdituri seħħew prinċipalment minħabba li l-benefiċjarji ma rrispettawx ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà, ir-regoli tal-akkwist ma ġewx applikati b’mod korrett u l-impenji agroambjentali ma ġewx rispettati;

102.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li suspettat ksur intenzjonat minn benefiċjarji privati ikkontribwew għal wieħed minn kull tmienja tar-rata ta’ żball fl-iżvilupp rurali u jiddeplora l-fatt li l-miżura tal-iżvilupp rurali speċifika “li żżid il-valur lill-prodotti agrikoli u tal-forestrija” għamlet l-aktar kontribuzzjoni sinifikanti għar-rata ta’ żball għall-investiment privat(112), li wasslet biex il-Qorti tal-Awdituri esprimiet tħassib serju fir-rigward ta' “l-effiċjenza u l-effikaċja tal-miżura biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tagħha”;

103.  Jaqbel mal-fehma espressa mill-Qorti tal-Awdituri(113) li l-iżbalji huma parzjalment ikkawżati mill-kumplessità tar-regoli u l-varjetà kbira ta’ skemi ta’ għajnuna taħt il-programmi tal-2007-2013: total ta’ 46 miżura għall-iżvilupp rurali, kull waħda bir-regoli u r-rekwiżiti tagħha proprji;

104.  Jirrikonoxxi l-livell li qed jiżdied ta' sospensjoni u interruzzjoni ta' pagamenti mill-Kummissjoni, fatt li jiżgura li qed jittieħdu b'mod sistematiku azzjonijiet korrettivi fil-każijiet fejn jiġu identifikati nuqqasijiet;

105.  Jilqa’ b’sodisfazzjon l-approċċ rivedut tal-Kummissjoni biex tiġi kkalkulata r-rata tal-iżball residwu, filwaqt li jitqiesu l-awditi u l-informazzjoni rilevanti kollha bil-ħsieb li tiġi aġġustata r-rata ta’ żball irrapportata mill-Istati Membri;

106.  Jiddeplora n-nuqqas ta’ affidabbiltà tad-data kkomunikata mill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-kontrolli tagħhom; jinnota li l-korpi ta’ ċertifikazzjoni ħarġu opinjoni kwalifikata li tiddikjara rata ta’ żball ogħla minn 2 % għal disa’ aġenziji tal-pagamenti biss minn 74(114) filwaqt li l-Kummissjoni ħarġet opinjoni kwalifikata għal 31 aġenzija f’24 Stat Membru(115);

107.  Jiddispjaċih minħabba n-nuqqas azzjonijiet ta’ rimedju ta’ kwalità min-naħa ta’ xi Stati Membri u n-nuqqas għalkollox ta’ approċċ sistematiku biex jinqerdu l-kawżi tal-iżbalji fl-Istati Membri kollha; jenfasizza li hemm nuqqas ta’ azzjoni preventiva kontra d-dgħufija mifruxa fil-livell tal-Unjoni;

108.  Jirrikonoxxi li l-fatturi ewlenin li wasslu għas-sottoimplimentazzjoni ta' EUR 4 300 000 fil-Kapitolu 17 04 – Sikurezza tal-ikel u tal-għalf, saħħa u benesseri tal-annimali u saħħa tal-pjanti – huma fil-fatt id-EUR 900 000 marbuta mad-dħul assenjat għall-programmi differenti li jistgħu jintużaw fl-2014 u ż-EUR 2 000 000 marbuta mal-Fond ta' Emerġenza; jinnota li, mill-ammont tal-aħħar, 50 % jew EUR 1 000 000 ġew riportati għall-2014 (biex tiġi indirizzata l-marda tal-ilsien blu fil-Ġermanja) u ġew implimentati f'dik is-sena;

Talbiet lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Qorti tal-Awdituri dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

109.  Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri tikkalkula rati ta’ żball separati għall-miżuri tas-suq u l-pagamenti diretti fl-ewwel pilastru tal-PAK;

110.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni timmonitorja b’mod attiv l-applikazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ rimedju fir-rigward tan-nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll applikabbli għall-għajnuna mill-Unjoni għar-rikonoxximent tal-gruppi tal-produtturi għall-frott u l-ħaxix fil-Polonja, u fil-programmi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-Awstrija, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit;

111.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni turi l-valur miżjud tal-Unjoni tal-miżuri tas-suq agrikolu filwaqt li żżomm quddiem għajnejha r-riskju ta’ telfiet potenzjali li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni u jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra s-soppressjoni tagħhom jekk dan ir-riskju huwa għoli wisq; jitlob lill-Kummissjoni biex fir-rapport ta’ segwitu għall-kwittanza tal-Kummissjoni 2013 tirrapporta dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fid-dawl tal-missjoni ta’ awditu għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni tat-tjur fi Franza;

112.  Jitlob lill-Kummissjoni tfassal proposti bil-ħsieb li jiġi sanzjonat ir-rappurtar falz jew inkorrett li jsir mill-aġenziji tal-pagamenti inklużi t-tliet dimensjonijiet li ġejjin, jiġifieri l-istatistika tal-ispezzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet mill-aġenziji tal-pagamenti, u x-xogħol imwettaq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni; jitlob li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li jirtira l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti f’każijiet ta’ dikjarazzjonijiet foloz gravi;

113.  Iħeġġeġ lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI jikkunsidra l-valur miżjud reali tad-dewmien sena wara sena tar-riżervi ġġustifikat min-nuqqasijiet fis-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħburla tar-Raba’ (LPIS) filwaqt li dawk in-nuqqasijiet għandhom dimensjoni orizzontali ċara;

114.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-SIAK tintuża sal-potenzjal kollu tagħha, u b’mod partikolari jiżguraw li l-eliġibbiltà u d-daqs tal-ħbula agrikoli jiġu vvalutati b’mod korrett u rreġistrati mill-Istati Membri, u li tittieħed azzjoni ta’ rimedju immedjata mill-Istati Membri fejn is-SIAK tinstab li tkun affettwata minn żbalji sistemiċi;

115.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni titfa’ dawl fuq il-fatti rrappurtati mill-Qorti tal-Awdituri fl-Irlanda u l-Italja fil-punti 3.24 u 3.25 tar-Rapport Annwali tagħha għall- 2013 rigward l-irregolaritajiet fl-irkupru tal-pagamenti mhux dovuti, biex tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa u tirrapporta dwarhom lill-Parlament sa Ġunju 2015;

116.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu passi biex tkompli tnaqqas aktar l-ammont ta’ fajls tal-awditjar miftuħa li huma pendenti fil-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet biex b'hekk tippermetti li l-awditi kollha mwettqa qabel l-2012 jingħalqu sa tmiem l-2015;

117.  Jitlob b’mod partikolari li l-mandat tal-Membri tal-korp ta’ konċiljazzjoni involuti fil-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet jiġi limitat fiż-żmien għal term inizjali ta’ tliet snin u possibilment jiġi estiż għal massimu ta’ sena waħda; jitlob barra minn hekk li kwalunkwe kunflitt possibbli ta’ interess jiġi evitat fil-ġestjoni ta’ dawk il-fajls u li l-Istati Membri ma jkunux irrappreżentati fil-korp ta’ konċiljazzjoni meta huma direttament konċernati minn korrezzjonijiet finanzjarji;

118.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti rapport fid-dettall lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-iffissar ta' limitu massimu fil-pagamenti diretti tal-PAK skont kull Stat Membru għalih;

119.  Jitlob li l-PAK issir anqas burokratika bil-ħsieb li jitnaqqsu r-rati ta' żball; jilqa’ għalhekk l-impenn li ħadet il-Kummissjoni li s-simplifikazzjoni u s-sussidjarjetà tagħmilhom waħda mill-ogħla prijoritajiet fil-ħames snin li ġejjin; jitlob li l-aġenziji tal-pagamenti li għandhom prestazzjoni li b’mod persistenti mhix tajba biżżejjed titneħħielhom l-akkreditazzjoni tagħhom f’każijiet estremi;

120.  Jistieden lill-Kummissjoni biex meta jkun il-waqt tippreżenta pjan dettaljat għat-tnaqqis tal-burokrazija fil-PAK b’25 % tul il-ħames snin ta’ wara;

121.  Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri teżamina l-qasam ta’ politika dwar l-iżvilupp rurali f’kapitolu wieħed separat tar-rapport annwali tagħha jew ta-inqas, li tikkalkula rati ta' żball separati għall-qasam ta' politika tal-iżvilupp rurali, il-qasam politiku tas-sajd u l-programm LIFE +;

122.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżgura li l-pjanijiet ta’ azzjoni tal-Istati Membri fl-iżvilupp rurali jkunu kompluti għalkollox billi jiddaħħlu r-reġjuni u l-miżuri kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, b’mod partikolari l-miżuri ta’ investiment, u li jqisu l-awditu tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Awdituri;

123.  Jistaqsi lill-Kummissjoni dwar is-segwitu mogħti lill-każijiet ta’ suspett ta’ ksur intenzjonat irrapportati mill-Qorti tal-Awdituri lill-OLAF, b’mod partikolari, fir-rigward tal-miżura tal-iżvilupp rurali “li żżid il-valur lill-prodotti agrikoli u tal-forestrija” u jitlobha teżamina mill-ġdid kompletament id-disinn ta’ din il-miżura fid-dawl tar-rimarki kritiċi maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri dwar “l-effiċjenza u l-effikaċja tagħha” fir-rapport ta’ segwitu għall-kwittanza tal-Kummissjoni 2013;

124.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali u fl-awditi tal-konformità tagħha tieħu kont tar-regoli applikabbli inklużi dawk adottati fil-livell nazzjonali fejn rilevanti, sabiex jitnaqqas ir-riskju li jiġu ripetuti d-dgħufijiet u l-iżbalji ġew iffaċċjati matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013;

Sajd

125.  Jinnota r-riżerva mid-DĠ MARE dwar rata ta' żball ogħla minn 2 % fir-rigward ta' ċertu nfiq iddikjarat minn ċerti Stati Membri, u fil-każ ta' Stat Membru wieħed, rapport ikkunsidrat mhux affidabbli u n-nuqqas li jitressaq rapport; jiddeplora s-sitwazzjoni relatata mal-Istati Membri kkonċernati; madankollu jinnota li s-sitwazzjoni tjiebet wara li l-Kummissjoni tat ordnijiet lil dan l-Istat Membru;

126.  Jiddispjaċih li, apparti dawn ir-rimarki, il-Qorti tal-Awdituri ma tatx dettalji aktar preċiżi dwar ir-riżultat tal-awditjar tagħha għall-qasam speċifiku tas-sajd u tal-affarijiet marittimi u jitlob li dik l-informazzjoni ssir magħrufa, fl-interessi tat-trasparenza;

127.  Jirrikonoxxi li 92,31 % tal-pagamenti li saru mid-DĠ MARE saru fil-ħin; minkejja dan, jinnota bi tħassib li l-għadd ta' pagamenti tardivi żdied meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti; josserva b'sodisfazzjon li l-interessi b'lura mħallsa fl-2013 qegħdin jonqsu u għaldaqstant iħeġġeġ lid-DĠ MARE jżomm żmien għall-ħlas skont ir-regoli rilevanti;

Politika reġjonali, trasport uenerġija

UE 2020

128.  Jenfasizza li mill-ammont totali tal-pagamenti fl-2013 taħt dan il-grupp ta' politika (EUR 45 311 miljun), 96 % (EUR 43 494 miljun) huma għall-politika reġjonali, fil-parti l-kbira implimentata permezz tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK), EUR 1 059 miljun huma għall-mobilità u t-trasport u EUR 758 miljun huma għall-enerġija;

129.  Jirrikonoxxi r-rwol determinanti tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni biex jitnaqqsu d-disparitiajiet reġjonali, għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fost ir-reġjuni tal-Istati Membri u bejn l-Istati Membri; jirrikonoxxi l-fatt li din il-politika hija l-politika ta' investiment fit-tul prinċipali fl-Unjoni kollha, li tirrappreżenta 29 % tal-infiq tal-baġit totali tal-Unjoni fl-2013 u hija għodda stabbilita għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi fl-Unjoni, li tappoġġja l-ilħuq tal-għanijiet tal-istrateġija Europa 2020;

130.  Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-politiki tat-trasport u l-enerġija biex jiġu stabbiliti sistemi u servizzi siguri, sostenibbli u kompetittivi għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għan-negozji tal-Unjoni u jenfasizza li l-kontribuzzjoni ta' dawn il-politiki fl-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-istrateġija Europa 2020;

131.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni tivvaluta l-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud Ewropew tal-politika reġjonali permezz ta’ valutazzjoni ex post; jistenna li jirċievi aġġornamenti reoglari tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni;

132.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tiżgura li tottjeni informazzjoni konsistenti u affidabbli mill-Istati Membri dwar l-użu tal-finanzjament tal-FEŻR; iqis li din l-informazzjoni għandha tindika l-progress tal-Programmi Operattivi, mhux biss mil-lat finanzjarju iżda wkoll mil-lat ta' prestazzjoni;(116)

133.  Jiġbed l-attenzjoni għall-multiannwalità tas-sistema ta' ġestjoni tal-politika ta' koeżjoni u jenfasizza li l-valutazzjoni finali tal-irregolaritajiet relatati mal-implimentazzjoni tal-politika se tkun possibbli biss mal-għeluq tal-perjodu ta' programmazzjoni;

Żbalji

134.  Jinnota li mill-180 tranżazzjoni awditjata mill-Qorti tal-Awdituri, 102 (57 %) kienu mimsusa minn żball; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri għandha fiduċja ta’ 95 % li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni tinsab bejn 3,7 % u 10,1 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament), u hija tistma, abbażi tal-40 żball li hija kkwantifikat, li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli hija ta’ 6,9 % (2012: 6,8 %);

135.  Jenfasizza li fi 17-il każ ta’ żbalji kwantifikabbli magħmula mill-benefiċjarji finali, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma ddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni; jinnota li, li kieku din l-informazzjoni kollha kienet intużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata għal dan il-kapitolu kienet tkun ta’ tliet punti perċentwali aktar baxxa; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom responsabilità importanti li jimplimentaw b'mod korrett u leċitu l-baġit tal-Unjoni meta huma responsabbli għall-ġestjoni ta' fondi tal-Unjoni;

136.  Jirrimarka li għan-nefqa tal-FEŻR u l-FK, kif ukoll għan-nefqa għall-mobilità, it-trasport u l-enerġija, ir-riskji ta’ konformità prinċipali huma marbuta ma’: żbalji fl-akkwist pubbliku (39 %), proġetti/attivitajiet jew benefiċjarji ineliġibbli (22 %), spejjeż ineliġibbli inklużi fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa (21 %) u n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-FEŻR u għall-FK; jilqa’ l-azzjonijiet li ħadet il-Kummissjoni biex ittaffi dawk ir-riskji u jinkoraġġiha tkompli tiggwida u tagħti taħriġ lill-awtoritajiet ta' ġestjoni rigward ir-riskji identifikati; jistenna li r-regolamenti u r-regoli l-ġodda għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 se jikkontribwixxu biex jitnaqqas ir-riskju ta’ żbalji u għal prestazzjoni aħjar permezz ta’ aktar semplifikazzjoni u kjarifika tal-proċeduri;

Affidabbiltà tar-rappurtar tal-Istati Membri

137.  Jinnota li l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkomunikaw 322 opinjoni nazzjonali tal-awditjar fuq il-programmi operattivi tagħhom u li l-opinjonijiet tal-awditjar iddikjaraw f’209 każ (65 %) rata ta’ żball ta’ inqas minn 2 %; jinnota li meta l-Kummissjoni analizzat id-data setgħet tikkonferma biss in-notifika dwar ir-rati ta’ żball tal-Istati Membri għall-78 opinjoni nazzjonali tal-awditjar; jinnota li 244 opinjoni tal-awditjar kellhom bżonn jiġu koreġuti mill-Kummissjoni(117); jitlob lill-Kummissjoni biex fil-ġejjieni tirrapporta d-dettalji kollha fil-bidliet tar-rati ta’ żball magħmul mid-DĠ REGIO;

138.  Josserva li l-Kummissjoni kkunsidrat ir-rati ta’ żball kollha li ġew awditjati nazzjonalment fir-rapporti tas-Slovakkja bħala li mhumiex affidabbli, 10 minn 15-il rata ta’ żball fir-rapporti tal-Ungerija, tnejn minn sebgħa fir-rapporti tal-Bulgarija u wieħed minn kull erba’ fir-rapporti tal-Belġju; jitlob lill-Kummissjoni turi jekk u kif il-korrezzjonijiet tagħhom b’rata fissa imposti biex jiġi protett il-baġit tal-Unjoni (25 % għal programm wieħed u 10 % għal disa’ programmi fis-Slovakkja, 2 għall-Bulgarija u l-Italja u wieħed għall-Belġju(118)) irrimedjaw is-sitwazzjoni;

139.  Jenfasizza li r-rappurtar tal-iżbalji għall-programmi operattivi li ġejjin kienu partikolarment affidabbli:

Stat Membru

Programm

Titolu

Ammont deċiż EUR miljun

Rata ta' żball tal-Istati Membri fir-Rapporti ta' Kontroll Annwali

Żball tal-KUM/rata fissa

BE

2007BE162PO001

Brussell, Kompetittività Reġjonali

56,93

6,23 %

10 %

BG

2007BG161PO002

Għajnuna teknika

1 466,43

4,10 %

10 %

DE

2007DE162PO006

FEŻR Bremen

142,01

0,31 %

5 %

DE

2007DE161PO003

FEŻR Mecklenburg-Pomerania tal-Punent

1 252,42

0,81 %

5 %

DE

2007DE162PO005

FEŻR Hesse

263,45

0,04 %

5 %

ETC

2007CB063PO052

INTERREG IV l-Italja/l-Awstrija

60,07

2,77 %

10 %

ETC

2007CG163PO030

Is-Slovakkja/Ir-Repubblika Ċeka

92,74

0,96 %

10 %

ETC

2007CB163PO019

Mecklenburg/WP - il-Polonja

132,81

0,02 %

5 %

HU

2007HU161PO001

Żvilupp Ekonomiku

2 858,82

0,71 %

5 %

HU

2007HU161PO007

Trasport

5 684,24

0,54 %

5 %

HU

2007HU161PO003

Pannon tal-Lvant

463,75

1,30 %

5 %

HU

2007HU161PO004

Il-Pjanura l Kbira tan-Nofsinhar

748,71

1,30 %

5 %

HU

2007HU161PO005

It-Transdanubju Ċentrali

507,92

130 %

5 %

HU

2007HU161PO006

l-Ungerija tat-Tramuntana

903,72

1,30 %

5 %

HU

2007HU161PO009

Il-Pjanura’ l Kbira tat-Tramuntana

975,07

1,30 %

5%

HU

2007HU161PO011

It-Transdanubju tan-Nofsinhar

705,14

1,30 %

5 %

HU

2007HU161PO001

L-Ungerija Ċentrali

1 467,20

0,10 %

5 %

IT

2007IT161PO007

L-iiżvilupp Mezzogiorno

579,04

0,63 %

10 %

IT

2007IT161PO008

Calabria

1 499,12

2,45 %

10 %

SL

2007SL161PO001

Il-potenzjal ta’ żvilupp reġjonali

1 783,29

2,80 %

5 %

SL

2007SL161PO002

Infrastruttura

1 562,06

2,80 %

5 %

SK

2007SK161PO006

Kompetittività u tkabbir ekonomiku

968,25

0 %

25 %

SK

2007SK161PO005

Saħħa

250,00

1,79 %

25 %

SK

2007SK161PO001

Soċjetà tal-informazzjoni

843,60

1,79 %

10 %

SK

2007SK16UPO001

Riċerka u Żvilupp

1 209,42

1,30 %

10 %

SK

2007SK161PO002

Ambjent

1 820,00

0,33 %

10 %

SK

2007SK161PO004

Trasport

3 160,15

0,74 %

10 %

SK

2007SK161PO003

Programm Operattiv Reġjonali

1 554,50

0,32 %

10 %

SK

2007SK161PO007

Għajnuna teknika

97,60

1,79 %

10 %

SK

2007SK162PO001

Bratislava

95,21

1,79 %

10 %

UK

2007UK162PO001

Lowlands & Uplands Skozja

375,96

5,98 %

8,42 %

UK

2007UK161PO002

Wales tal-Punent u the Valleys

1 250,38

0,36 %

5 %

UK

2007UK162PO012

Wales tal-Lvant

72,45

0,36 %

5 %

140.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta fil-ġejjieni dwar ir-rati ta’ żball għal kull programm, kif ikkomunikat mill-Istati Membri u aċċettati/ikkoreġuti mill-Kummissjoni fir-rapport annwali tal-attività;

141.  Jieħu nota li l-Kummissjoni kkunsidrat, abbażi tar-rieżami li wettqet hi stess, li x-xogħol ta’ 40 awtorità tal-awditjar nazzjonali responsabbli mill-awditjar ta’ 90 % tal-allokazzjonijiet tal-FEŻR/FK għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, kienu b'mod ġenerali affidabbli;

Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll (SĠK)

142.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar gwida u għajnuna teknika lill-Istati Membri; jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lis-semplifikar tal-proċeduri, inklużi dawk għall-benefiċjarji, li jistgħu jkollhom benefiċċji kemm għall-awditjar u kemm għat-tnaqqis tar-rati ta' errur, filwaqt li fl-istess ħin iżidu l-effikaċja tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll;

143.  Jilqa’ t-titjib fil-ġestjoni tal-fondi mill- 2011 ’l hawn fl-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka u r-Rumanija; jinsab imħasseb dwar l-aggravar tal-ġestjoni FEŻR fis-Slovakkja, Spanja, l-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit(119);

144.  Jirrimarka li f’50 minn 75 każ, ir-riżervi baqgħu fis-seħħ għal sena jew aktar; jistieden lill-Kummissjoni tagħti informazzjoni sabiex jiġi vvalutat jekk id-dgħufijiet u r-reġjuni baqgħux l-istess u sabiex isir magħruf għala l-awtoritajiet maniġerjali nazzjonali ma rnexxilhomx jikkoreġu l-iżbalji b’mod effettiv; Am 1

145.  Jappoġġja bil-qawwa l-interruzzjoni u s-sospensjoni tal-pagamenti li l-Kummissjoni tużahom bħala għodda effikaċi u preventiva biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

146.  Huwa konxju tad-dispożizzjonijiet fil-qafas regolatorju ġdid għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 li jistipula li nuqqasijiet serji skont it-tifsira tar- Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014(120), identifikati mill-Kummissjoni jew il-Qorti tal-Awdituri wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet, se jwasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji netti għall-programmi kkonċernati; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lista ta’ dawn il-każijiet fil-ħin għall-proċedura ta’ kwittanza tal-Kummissjoni 2014;

147.  Jilqa' l-proċeduri msaħħa ta' kontroll u ta' awditjar li jipprovdi għalihom il-qafas regolatorju għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, u b'mod partikolari fir-rigward tal-verifiki u l-kontrolli tal-ġestjoni qabel iċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet annwali tal-programmi u t-tressiq tad-dikjarazzjoniijiet tal-ġestjoni mill-awtoritajiet maniġerjali lill-Kummissjoni; jinnota li l-kapaċità korrettiva tal-Kummissjoni kompliet tittejjeb bit-tneħħija tal-possibilità li l-Istati Membri jużaw mill-ġdid il-fondi, u dan wassal għal korrezzjonijiet finanzjarji netti; jilqa’ l-istabbiliment ta’ Ċentru ta’ Kompetenza dwar il-bini tal-kapaċità amministrattiva f'rabta mal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej; jappoġġa t-tisħiħ tal-orjentament lejn ir-riżultati u l-konċentrazzjoni tematika tal-politika ta’ koeżjoni li għandhom jiżguraw bidla mill-kriterji tal-assorbiment tal-fondi lejn il-kwalità tal-infiq u valur miżjud għoli tal-operazzjonijiet kofinanzjati;

148.  Ifakkar fil-paragrafu 165 tar-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja l-kwittanza tal-Kummissjoni 2012 li fih il-Parlament talab li t-trattament tal-iżbalji relatati mal-akkwist pubbliku fil-ġestjoni kondiviża jiġi armonizzat; jilqa’ l-armonizzazzjoni magħmula mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha C(2013)9527 tad-19 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom isiru mill-Kummissjoni lin-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku; jirrimarka li d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(121) għandha tiġi implimentata mill-Istati Membri sat-18 ta’ April 2016; iqis li dan ser iġib bidliet konsiderevoli fil-proċeduri ta’ akkwist u jistgħu joħolqu l-ħtieġa li jsiru aktar bidliet metodoloġiċi;

149.  Jieħu nota li l-metodoloġija tal-Qorti tal-Awdituri għandha tkun konsistenti u applikata lill-oqsma kollha ta’ ġestjoni; jifhem li allinjament ulterjuri jista’ jwassal għal inkonsistenzi fid-definizzjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri ta’ tranżazzjoni illegali f’ġestjoni diretta u konġunta;

Korrezzjonijiet finanzjarji

150.  Jinnota li fl-2013 il-Kummissjoni ddeċidiet dwar korrezzjonijiet finanzjarji li jammontaw għal EUR 912 371 222 fuq programmi operazzjonali tal-Istati Membri, li minnhom EUR 239,50 miljun kienu jaqgħu fuq ir-Repubblika Ċeka, EUR 147,21 miljun kienu jaqgħu fuq l-Ungerija u EUR 95,47 miljun kienu jaqgħu fuq il-Greċja;

151.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet progressivi tal-prestazzjoni waqt l-implimentazzjoni tal-proġetti mressqa mill-Istati Membri għall-finanzjament mill-Fondi Strutturali u wara li jkunu tlestew, bil-ħsieb li tissaħħaħ l-effettività tal-proġetti u jiżdiedu l-kontrollu fuq l-użu tal-fondi pubbliċi u b'hekk ikunu jistgħu jinstabu l-abbużi u l-imġibu frodulenti li jseħħu waqt l-implimentazzjoni tal-proġetti;

152.  Jisiteden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-awditjar nazzjonali ħalli l-entrati tal-kontijiet għat-tranżazzjonijiet li jsiru bejn żewġ Stati Membri jew aktar ikunu jistgħu jiġu kkontrollati għal darba tnejn, bil-għan li ssir ġlieda lill-frodi transfruntieri li jaffettwaw lill-Fondi Strutturali, fid-dawl tal-arranġamenti ġodda li japplikaw taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, il-fondi tal-Inizjattiva Ewropea ta' Stabbiltà (il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta' Koeżjoni (KF), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)) f'daqqa, bil-għan li jittieħed approċċ trasversali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

153.  Jinnota barra minn hekk li matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, sitt Stati Membri (ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, Spanja, l-Ungerija, il-Polonja u r-Rumanija) kienu responsabbli għal 75 % (li jammontaw għal EUR 1 342 miljun) tal-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati tal-FEŻR/FK u tal-FSE;

Diżimpenji

154.  Jiddispjaċih li fl-2013 EUR 397,8 miljun kellhom jiġu diżimpenjati, EUR 296,7 miljun biss mir-Repubblika Ċeka; iqis li d-diżimpenji jmorru kontra l-ġestjoni finanzjarja soda; jinsab imħasseb dwar il-fatt li xi reġjuni għadhom qed ikomplu jkunu inkapaċi li jutilizzaw il-finanzjament disponibbli u jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-problemi li huma l-għerq ta' din is-sitwazzjoni f'dawk ir-reġjuni; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tfassal u tressaq pjan dettaljat biex jissaħħaħ il-kapaċità tal-utilizzazzjoni min-naħa tar-reġjuni li għandhom rata baxxa ħafna ta' utilizzazzjoni;

155.  Jirrimarka li ġie introdott l-iffissar ta' perjodu ta' eliġibilità fir-regolament il-ġdid għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, bil-għan li jiġi stabbilit qafas ta' żmien li fih isiru l-investimenti u jiġu inċentivizzati l-awtoritajiet tal-programmi sabiex jagħmlu investimenti f'waqthom għall-impjiegi u t-tkabbir fl-Unjoni, dan se jnaqqas ir-riskju li ma jsirx użu fi żmien il-perjodu ta' eliġibilità u b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' diżimpenji;

Strumenti ta’ inġinerija finanzjarja

156.  Jinnota li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-Istati Membri rrapportaw total ta’941 SIF li kienu qed jaħdmu fi tmiem l-2013 f’25 Stat Membru: 91 % jiffurmaw is-SIF għall-intrapriżi, 6 % għall-proġetti ta’ żvilupp urban u 3 5 għall-fondi għall-effiċjenza enerġetika/enerġiji rinnovabbli; jinnota li l-valur totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programmi operattivi (PO) imħallsa lill-iSIF ammontaw għal EUR 14 278,20 miljun, inklużi EUR 9 597,62 miljun ta’ fondi strutturali; jinnota li meta baqa’ biss sentejn sal-għeluq, 47 % biss tal-kontribuzzjonijiet tal-PO, jew EUR 6 678,20 miljun, ġew żburżati lir-riċevituri finali;

157.  Jinsab imħasseb dwar is-sejbiet li għamlet il-Kummissjoni fir-rapport annwali konsolidat 2013 tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-iSIF - skont il-punt (j) tal-Artikolu 67(2) tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006(122) - li l-awtoritajiet maniġerjali fl-Istati Membri ma tawx stampa sħiħa tal-implimentazzjoni tal-ISF u li ċerta data wriet “ineżattezzi” fir-rigward tad-data għall-iSIF fl-Ungerija u fl-Italja;

Il-Greċja

158.  Jinsab imħasseb dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ prijorità fil-Greċja taħt il-ġestjoni tat-Task Force; jinnota li 48 proġett ta’ prijorità għandhom jiġu aċċelerati; jinnota li l-problemi prinċipali, skont il-Kummissjoni, huma: (a) dewmien fl-istadju tal-maturazzjoni, (b) dewmien fil-ħruġ tal-liċenzji, (c) ix-xoljiment ta' kuntratti minħabba n-nuqqas ta' likwidità tal-kuntratturi u (d) appelli tal-qorti li jieħdu fit-tul waqt il-proċeduri tal-għoti; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tagħti aġġornament dwar il-proġetti ta’ prijorità għar- rapport ta’ segwitu 2013;

Lago Trasimeno

159.  Jinnota li f'Diċembru 2014 tmexxiet missjoni tat-tiftix tal-fatti tal-OLAF bil-għan li jiġu diskussi l-irregolaritajiet potenzjali b'rabta mal-għajnuna tal-Unjoni għall-passaġġ taċ-ċikliżmu madwar il-Lago Trasimeno fl-Italia; jistieden lill-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament dwar żviluppi ulterjuri fir-rapport ta' segwitu dwar il-kwittanza għall-2013;

Privatizzazzjoni ta’ proġetti ta’ infrastruttura ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni

160.  Jinnota li l-Unjoni ffinanzjat il-modernizzazzjoni ta’ netwerk tad-distribuzzjoni tal-ilma fi Skorkov (CZ) għall-ammont ta' EUR 1,1 miljun; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-awtoritajiet komunali krew l-isfruttament tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma lil kumpanija li diġà timmaniġġja s-sistema tad-drenaġġ lokali; jinnota li din tal-aħħar ukoll ġiet ikkofinanzjata b’EUR 1,4 miljun mill-fondi tal-Unjoni u li l-prezz għall-provvista tal-ilma tax-xorb żdied b’ 45 %; iqis li l-ilma tax-xorb huwa wieħed mill-beni pubbliċi u li ċ-ċittadini kollha jeħtieġ li jkollhom aċċess għal ilma tax-xorb ta' kwalità għolja bi prezz raġonevoli;

161.  Jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-każijiet kollha li fihom proġetti li minnhom l-Unjoni għandha sehem ta’ mill-inqas 30 % wara ġew privatizzati;

Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

162.  Jieħu nota tar-Rapport 2013 tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea 2013 li sar mill-Kummissjoni(123); jinsab sorpriż li t-tħassib li ġie espress fir-Rapport Speċjali Nru 24/2012 tal-Qorti tal-Awdituri u appoġġjat mir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza tal-Kummissjoni tal-2012(124) ma ġewx indirizzati; jistieden lill-Kummissjoni tispjega kif in-nuqqasijiet fit-twassil tal-għajnuna ta’ emerġenza lir-reġjun tal-Abruzzo, kif instabu mill-Qorti tal-Awdituri, ġew rimedjati fir-regolament rivedut tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea li daħal fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2014, b'mod partikolari fir-rigward tal-istabbiliment ta' pjanijiet aġġornati tal-immaniġġjar tad-diżastri nazzjonali, l-istabbiliment ta’ arranġamenti għall-akkwist ta’ emerġenza, l-istabbiliment ta’ akkomodazzjoni temporanja f’żoni milquta minn diżastru u t-trasferiment ta’ kwalunkwe dħul iġġenerat mill-proġetti tal-fond ta’ solidarjetà lura għal ġol-baġit tal-Unjoni;

Miżuri li għandhom jittieħdu

163.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b’mod dettaljat dwar il-progress li sar fir-rigward tas-SĠK kkunsidrati bħala SĠK parzjalment effettivi fl-2013 fil-ħin għall-proċedura ta’ kwittanza 2014(125);

164.  Jistieden lill-Kummissjoni, skont ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, twettaq valutazzjoni tal-"kontrolli tal-ewwel livell" imwettqa matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament Finanzjarju; jistieden lill-Kummissjoni biex mar-Rapport tal-Attività Annwali tad-DĠ REGIO żżid valutazzjoni tal-affidabbiltà tal-informazzjoni mibgħuta mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni fl-Istati Membri; jilqa' l-valutazzjonijiet li saru mill-2010 'l hawn permezz ta' awditi mmirati dwar il-programmi ta' riskju għoli fil-qafas tal-inkjesta tal-awditjar tagħha "Nagħlqu d-distakk tal-assigurazzjoni";

165.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tagħti lill-Parlament rapport dettaljat dwar l-evoluzzjoni tar-rata tal-iżball (sena sena, skont kull politika settorjali għaliha u skont kull Stat Membru għalih) matul il-perjodu kollu kemm hu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennal preċedenti (2007-2013);

166.  Jistieden lill-Kummissjoni titlob li l-awtoritajiet tal-awditjar jiċċertifikaw l-eżattezza tad-data dwar korrezzjonijiet finanzjarji rrappurtati mill-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni għal kull programm operazzjonali; Iqis li dan it-tagħrif iddettaljat għandu jiġi ppubblikat f’anness tar-rapport ta’ attività annwalili tad-DĠ REGIO;

167.  Jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod konsistenti tiżvela fir-rapport annwali tal-attività tagħha r-raġunijiet għalfejn ma tkunx għamlet riżervi (jew tkun għamlet riżervi b'impatt finanzjarju aktar baxx) f'dawk il-każijiet fejn dan ikun dovut għal eċċezzjonijiet għal gwida tal-Kummissjoni applikabbli jew strateġiji tal-awditjar approvati.

168.  Jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni għandha tirrikjedi mill-Istati Membri li fid-dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni tagħhom (skont il-punt (a) tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju ) jagħtu konferma espliċita fir-rigward tal-effettività tal-kontrolli tal-ewwel livell imwettqa mill-awtoritajiet maniġerjali u taċ-ċertifikazzjoni;

169.  Jistieden lill-Kummissjoni titlob lill-awtoritajiet nazzjonali jagħtu rispons dwar jekk l-objettivi stabbiliti tal-proġetti fil-qasam tal-FEŻR/il-FK u l-FSE intlaħqux; iqis li dan għandu jsir b’tali mod li d-dati reġistrati huma komparabbli fil-livell tal-Unjoni; iqis li ċ-ċittadini kkonċernati mit-twettiq tal-objettivi tal-proġetti għandhom jitħallew jevalwaw il-proġett ladarba jkun tlesta;

170.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika l-“ineżattezzi” li jinsabu fl-iSIF u tivvaluta r-riżultati fid-dettall fir-rapport annwali tal-attività 2014 tad-DĠ REGIO;

171.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex timxi lejn kultura ta’ prestazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni (DĠ REGIO), għalhekk, tinkludi fil-Pjan ta’ Ġestjoni tagħha u fir-Rapport Annwali tal-Attività tagħha valutazzjoni ta’ xogħolha fir-rigward tat-tiżjid tal-effiċjenza, l-effettività u l-impatt tal-politika ta’ koeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-approċċ mil-lat tal-eżekuzzjoni tal-baġit, tikkontrolla l-prestazzjoni billi tqabbilha mal-objettivi u tuża aħjar l-valutazzjonijiet, kif ukoll tappoġġja lill-Istati Membri u lill-Awtoritajiet Amministrattivi tagħhom biex ikabbru sal-massimu l-kwalità tar-rapporti ta’ valutazzjoni tagħhom; jenfasizza f’dan il-kuntest il-ħtieġa li fil-futur jiġu kkunsidrati u vvalutati r-riżultati tal-proġetti, ir-redditi fuq l-investimenti u l-valur miżjud reali għall-ekonomija, l-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali;

Impjiegi u affarijiet soċjali

UE 2020

172.  Jenfasizza li r-riżorsi FSE qed jikkontribwixxu b'mod sostanzjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-impjiegi u tal-politika soċjali; jinnota li għas-sena ta’ rappurtar saru disponibbli selfiet għall-pagamenti għall-valur ta’ EUR 14,1-il biljun, li minnhom 98 % saru permezz tal-FSE; iqis, madankollu, li jeħtieġ titwettaq valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-fond biex titkejjel mhux daqstant ir-rata ta' utilizzazzjoni fir-rigward tal-fond iżda l-effettività tal-fond fil-ħolqien tal-impjiegi u f'li l-persuni qiegħda jinġiebu lura fis-suq tax-xogħol; jitlob għal analiżi dettaljata tal-prestazzjoni tal-fond, li fuqha għandha tiġi bbażata l-valutazzjoni politika tal-FSE min-naħa tal-Parlament, li għandha titressaq sa tmiem is-sena;

173.  Jenfasizza l-importanza tal-FSE għall-investienti f'miżuri fil-ħolqien ta’ mpjiegi u l-ġlieda kontra l-qgħad, fil-kapital uman, fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fl-inklużjoni soċjali u l-aċċess għas-servizzi soċjali; Am 24

174.  Jissottolinja l-fatt li taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, fondi mill-FSE ma jistgħux jintużaw biex jirrilokaw impjiegi minn Stat Membru għal ieħor; jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli xierqa biex jiżguraw li l-fondi tal-Unjoni bl-ebda mod ma jiġu miżapproprjati;

175.  Jinnota li l-intenzjoni tal-Istati Membri li jassorbu l-fondi tal-Unjoni għandha tfittex li tikseb ir-riżultati u l-għanijiet tal-FSE u m'għandhiex tikkomprometti l-applikazzjoni konsistenti ta' kontrolli effettivi, li, partikolarment lejn it-tmiem tal-perjodu ta' eliġibilità, tista' twassal għan-nuqqas ta' identifikazzjoni ta' regoli miskura, b'iffinanzjar sussegwenti ta' proġetti li jiswew wisq, implimentati ħażin jew improbabbli li jiksbu r-riżultat maħsub;

176.  Jenfasizza li t-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa partikolarment urġenti; jilqa’ l-fatt li aktar minn EUR 12,4-il biljun mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ġew allokati għall-ġlieda lill-qgħad fost iż-żgħażagħ matul il-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni u tiżgura li dawn il-flus se jintefqu għall-iskop indikat tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema, għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, li tippermetti li jsiru rapporti dwar il-progress li jkun sar fl-integrar tal-persuni żvantaġġjati jew ta’ gruppi ta’ persuni żvantaġġjati (jiġifieri ż-żgħażagħ, l-anzjani, il-persuni qiegħda fit-tul, ir-Rom) f’impjieg;

Ir-Rom

177.  Jirrimarka li l-fondi disponibbli għall-integrazzjoni tar-Rom mhux dejjem ġew minfuqa għal dan l-għan; jinsab imħasseb li ħafna Rom jiffaċċjaw diskriminazzjoni u esklużjoni soċjali u jgħixu f’kundizzjonijiet soċjoekonomiċi ħżiena ħafna; jinsab imħasseb b’mod partikolari wkoll minħabba l-informazzjoni li, wara l-istħarriġ li sar mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali fl- 2012(126), f’90 % tal-unitajiet domestiċi Rom id-dħul medju kien inqas mil-limiti tal-faqar nazzjonali, u li bħala medja,madwar 45 % tar-Roma jgħixu f’kundizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni ta’ għaks sever;

178.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom fil-livell lokali u dak reġjonali u tiżgura li l-infiq tal-baġit jimmira għall-objettivi tal-politiki regolari;

Żbalji

179.  Josserva li, mill-182 tranżazzjoni awditjata mill-Qorti tal-Awdituri, 50 (27 %) kienu mimsusa minn żball; jinnota li abbażi tat-30 żball li hija kkwantifikat, il-Qorti tistma li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli hija ta' 3,1 %(3,2 % fl-2012); jinnota li fi 13-il każ ta’ żbalji kwantifikabbli magħmula mill-benefiċjarji finali, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma ddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni; iqis li, li kieku din l-informazzjoni kollha kienet intużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata għal dan il-kapitolu kienet tkun 1,3 punti perċentwali aktar baxxa; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom responsabilità importanti li jimplimentaw korrettamenti u b'mod leċitu l-baġit tal-Unjoni meta jkunu responsabbli għall-ġestjoni ta' fondi tal-Unjoni;

180.  Jinnota li r-rapport annawli tal-Qorti tal-Awdituri juri tnaqqis żgħir fl-istima tar-rata ta' żball għall-qasam tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, li fl-2013 kienet 3,1 % meta mqabbla ma' 3,2 % fis-sena preċedenti; jinnota li din ir-rata ta' żball xorta kienet it-tieni l-iktar baxxa fost l-oqsma ta' politika kollha u jistenna tnaqqis ulterjuri fir-rata ta' żball matul il-ftit snin li ġejjin;

181.  Jinnota li l-iżbalji f’dan il-qasam ta’ politika kkonċernaw, bħal fis-snin preċedenti, nefqa ineliġibbli (93 % kkonċernaw iċċarġjar żejjed tal-ispejjeż ġenerali, dikjarazzjoni żejda tal-ispejjeż tal-persunal u spejjeż ikkalkulati b’mod żbaljat) u każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku (7 %);

182.  Jieħu nota tar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni għandha ssewgi mal-Istati Membri d-dgħufijiet identifikati fl-awditjar tematiku bbażat fuq ir-riskju tad-DĠ EMPL fir-rigward tal-verifiki tal-ġestjoni u jilqa' l-gwida l-ġdida żviluppata mill-Kummissjoni għat-tisħiħ ulterjuri tal-affidabilità tal-verifiki tal-ġestjoni fil-perjodu ta' programmar 2014-2020; jinnota li din il-gwida, li tislet it-tagħlimiet meħuda mill-perjodu ta' pprogrammazzjoni preċedenti, ġiet ippreżentata lill-Istati Membri u se tinħareġ fl-ewwel nofs tal-2015; jenfasizza li huwa importanti ħafna li l-awtoritajiet fl-Istati Membri jużaw l-informazzjoni disponibbli għalihom biex isibu u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma' jitolbu rimborżi mill-Kummissjoni, li jnaqqas b'mod sinifikanti r-rata ta' zball fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali;

183.  Iħeġeġġ lid-DĠ EMPL biex ifittex jikseb l-għanijiet tiegħu fir-rigward tal-FSE biex jitbiegħed mill-bżonn li jikkoreġi żbalji għal sitwazzjoni fejn l-iżbalji jiġu evitati u jappoġġja l-isforzi tad-DĠ EMPL biex jgħin lill-Istati Membri bl-ogħla rati ta' żbalji għall-FSE biex itejbu s-sistemi tagħhom billi jużaw l-aħjar prattiki disponibbli; jinnota f'dan ir-rigward li l-kapaċità amministrattiva u l-organizzazzjoni tad-DĠ EMPL għandhom jikkorrispondu mal-ħidma u r-responsabbiltajiet tiegħu lejn l-Istati Membri;

Affidabbiltà tar-rappurtar tal-Istati Membri

184.  Jiddispjaċih li kontrolli tal-ewwel livell difettużi li saru mis-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll baqgħu għajn ewlenija ta’ żbalji; jinsab imħasseb serjament minħabba l-fatt li l-Istati Membri jidhru li huma anqas kuxjentużi meta jkunu qed jonfqu fondi tal-Unjoni meta mqabbel mal-mod kif jonfqu l-baġit nazzjonali tagħhom filwaqt li għandhom responsabilità importanti fir-rigward tal-implimentazzjoni korretta u leċita tal-baġit tal-Unjoni meta huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni; jinnota li l-programmi li ġejjin urew dgħufijiet sistemiċi partikolari: il-Polonja, Spanja (Castilla y León), ir-Rumanija, il-Portugall, l-Italja (Sqallija), il-Ġermanja (Bund), il-Ġermanja (Thüringen), ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija; jinnota li barra minn hekk, l-awditi tematiċi tal-Kummissjoni żvelaw dgħufijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-programmi operattivi għall-Irlanda (Kapital ta’ Investiment Uman), is-Slovakkja (edukazzjoni) u Spanja (Comunidad Valenciana);

185.  Jirrimarka li, hi u teżimina mill-ġdid ir-rati ta’ żball ikkomunikati mill-Istati Membri (SM) fir-Rapport Annwali ta’ Kontroll tagħhom (RAK) il-Kummissjoni żiedet ir-rata ta’ żball b’aktar minn 2 % għal dawn il-Programmi Operazzjonali (PO) li ġejjin:

Stat Membru

Numru tal-PO

Pagamenti interim 2013 EUR

Rata ta’ żball tar-RAK tal-iSM

Korrezzjoni tal-KUM

Differenza

IT

2007IT052PO009

Bolzano

934 530

4,95%

7,11 %

2,16 %

CZ

2007CZ052PO001

Praha Adapabilita

3,58%

6,45 %

2,87 %

SK

2007SK05UPO002

PO impjiegi u inklużjoni soċjali

86 718 231

1,65%

4,66 %

3,01 %

UK

2007UK052PO002

Lowlands & Uplands Skozja

74 251 497

1,95%

10,59 %

8,64 %

IT

2007IT052PO001

Abruzzi

0,2%

15,9 %

15,88 %

ES

2007ES052PO011

La Rioja

0,38%

37,76 %

37,38 %

Barra minn hekk il-Kummissjoni kkunsidrat l-RAK għall-OP li ġejjin bħala kompletament affidabbli, u b’hekk saret korrezzjoni b’rata fissa:

Stat Membru

Numru tal-PO

Pagamenti interim 2013 EUR

Rata tal-iżball tar-RAK tal-iSM

korrezzjoni

tar-rata fissa

tal-KUM

Differenza

LU

2007LU052PO001

Programm Operazzjonali FSE

4 285 659

0,46%

2,0 %

1,54 %

IT

2007IT051PO001

Campania

77 486 332

0,38%

2,0 %

1,62 %

BE

2007BE052PO001

Il-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż

0,0%

2,0 %

2 %

ES

2007ES052PO002

Castillia y Leon

10 607 012

0,0%

2,0 %

2,0 %

BE

2007BE052PO003

Stat federali

3,66%

5,0 %

1,34 %

IT

2007IT051PO007

Pon istruzione

78 589 393

0,4%

5,0 %

4,6 %

BE

2007BE052PO005

Il-Fjandri

118 201 220

1,61%

10,0 %

8,39 %

UK

2007UK051PO002

Wales tal-Punent u the Valleys

149 600 091

0,36%

10,0 %

9,64 %

UK

2007UK052PO001

Wales tal-Lvant

9 476 602

0,36%

10,0 %

9,64 %

IT

2007IT052PO012

It-Toskana

185.978.561

1,11%

25 %

23,89 %

IT

2007IT052PO016

Sardinja

186.478.530

0,13%

25 %

24,87 %

186.  Jilqa', f'dan ir-rigward, l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni speċifiċi meħuda mill-Kummissjoni, inklużi kemm il-miżuri preventivi kif ukoll dawk korrettivi u l-awditi bbażati fuq ir-riskju li twettqu mid-DĠ EMPL;

187.  Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni kompliet bil-politika stretta tagħha dwar l-interruzzjoni u s-sospensjoni fl-2013; iqis f’dan il-kuntest li ta’ min jinnota li l-Kummissjoni implimentat korrezzjonijiet finanzjarji fl-2013 li jammontaw għal EUR 842 miljun li minnhom EUR 153 miljun għall-1994-1999, EUR 472 miljun għall-2000-2006 u EUR 217 miljun għall-2007-2013; jinnota li tul it-tliet perjodi ta’ programmazzjoni l-Istati Membri li ġejjin urew l-ogħla korrezzjoni finanzjarja:

Stat Membru

Korrezzjoni finanzjarja aċċettata/deċiża kumulattiva (EUR miljun)

Korrezzjoni finanzjarja implimentata kumulattiva (EUR miljun)

L-Italja

497,7

497,7

Ir-Rumanija

312,1

299,1

Spanja

1 070,1

1 064,3

188.  Jinnota barra minn hekk li r-rapport annwali dwar l-attività fih riżerva rigward pagamenti magħmula għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 għal ammont ta' riskju ta' EUR 123,2 miljun fl-2013; jinnota li dik ir-riżerva kopriet 36 minn 118-il Programm Operazzjonali tal-FSE (meta mqabbla ma’ 27 minn 117-il PO fl-2012).

Perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013

Stat Membru

Numru tal-PO

Isem

Riżerva

IL-BELĠJU

2007BE051PO001

Konverġenza Hainaut

Sħiħ

2007BE052PO002

Trojka Wallonja-Brussell

Sħiħ

2007BE052PO003

Federali

Reputazzjonali

2007BE052PO004

Brussell-Kapitali : Impjiegi u koeżjoni soċjali

Reputazzjonali

2007BE052PO005

Vlanderen

Sħiħ;

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

2007CZ052PO001

Praha Adaptabilita

Reputazzjonali

2007CZ05UPO001

Lidské zdroje a zaměstnanost

Reputazzjonali Parzjali

FRANZA

2007FR052PO001

Programme opérationnel national FSE

Parzjali

IL-ĠERMANJA

2007DE051PO002

Mecklemburg-Vorpommern

Sħiħ

2007DE052PO003

Berlin

Sħiħ

L-IRLANDA

2007IE052PO001

Investiment fil-Kapital Uman

Reputazzjonali Parzjali

L-ITALJA

2007IT051PO001

Campania

Sħiħ

2007IT051PO007

PON Istruzione

Sħiħ

2007IT052PO001

Abruzzo

Reputazzjonali Parzjali

2007IT052PO009

Bolzano

Sħiħ

2007IT052PO012

Toscana

Sħiħ

2007IT052PO016

Sardegna

Sħiħ

IL-POLONJA

2007PL051PO001

Program Operacyjny Kapitał Ludzki

Parzjali

IR-RUMANIJA

2007RO051PO001

L-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani

Sħiħ

IS-SLOVAKKJA

2007SK05UPO001

PO Edukazzjoni

Parzjali

2007SK05UPO002

PO impjiegi u inklużjoni soċjali

Reputazzjonali Parzjali

SPANJA

2007ES051PO003

Extremadura

Parzjali

2007ES051PO005

Andalucia

Sħiħ

2007ES052PO003

Comunidad Valenciana

Reputazzjonali

2007ES052PO004

Aragon

Sħiħ

2007ES052PO005

Baleares

Sħiħ

2007ES052PO007

Cataluña

Reputazzjonali

2007ES052PO008

Madrid

Reputazzjonali Parzjali

2007ES052PO011

La Rioja

Reputazzjonali

2007ES05UPO001

Adaptabilidad Y Empleo

Parzjali

2007ES05UPO002

Lucha contra la discriminacion

Parzjali

2007ES05UPO003

Asistencia tecnica

Parzjali

IR-RENJU

UNIT

2007UK051PO002

Wales tal-Punent u the Valleys

Sħiħ

2007UK052PO001

Wales tal-Lvant

Sħiħ

2007UK052PO002

Lowlands u Uplands ta' Skozja

Sħiħ

2007UK052PO003

l-Irlanda ta’ Fuq

Parzjali

Perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006

Stat Membru

Numru tal-PO

Isem

Riżerva

FRANZA

1999FR053DO001

Objectif 3 national

Reputazzjonali

2000FR162DO021

Nord-Pas-de-Calais

L-ITALJA

1999IT161PO006

Calabria

L-ISVEZJA

1999SE161DO001

Norbotten & Vasterbotten

IR-RENJU

UNIT

1999GB161DO005

Highlands u Gżejjer ta' Skozja

2000GB162DO013

Skozja tal-Punent

189.  Jirrimarka li fi 30 minn 79 każ, ir-riżervi baqgħu fis-seħħ għal sena jew aktar, mingħajr ma nsemmu r-riżervi rikorrenti maħruġa għall-istess programmi; jistieden lill-Kummissjoni tagħti informazzjoni bil-għan li jiġi vvalutat jekk id-dgħufijiet u r-reġjuni baqgħux l-istess u sabiex jiġi vvalutat għala l-awtoritajiet maniġerjali nazzjonali ma rnexxilhomx jikkoreġu l-iżbalji b’mod effettiv; jieħu nota tar-riżervi rikorrenti fil-Belġju (kompetittività reġjonali u impjiegi, impjiegi u koeżjoni soċjali), fil-Ġermanja (Thuringia u Berlin), fl-Irlanda (investiment ta’ kapital uman), fl-Italja (Campania; ħiliet u żvilupp), fis-Slovakkja (edukazzjoni), fi Spanja (Extremadura, l-Andalusia, il-Gżejjer Baleariċi, il-Katalunja, Rioja; adattabilità u impjiegi, il-ġlieda lid-diskriminazzjoni, għajnuna teknika), u fir-Renju Unit (Highlands u Gżejjer – Skozja), Lowlands u Uplands – Skozja); jistaqsi lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, il-għala dawn ir-riżervi seħħew b'mod ripetut u x'miżuri ħadet il-Kummissjoni biex tirrimedja s-sitwazzjoni; Am 4

190.  Jenfasizza l-fatt li l-pagamenti interim għall-PO tal-2007-2013 għall-valur ta’ EUR 2 159,4 miljun huma affettwati mir-riżervi; jinnota li l-Kummissjoni stmat li l-ammont li kien jinsab f’riskju fl-2013 kien ta' EUR 123,3 miljun;

191.  Jappoġġja lill-Qorti tal-Awdituri meta titlob lill-Kummissjoni biex b'mod konsistenti tiżvela fir-rapport annwali tal-attività tagħha r-raġunijiet għalfejn ma tkunx għamlet riżervi (jew tkun għamlet riżervi b'impatt finanzjarju aktar baxx) f'dawk il-każijiet fejn dan ikun dovut għal eċċezzjonijiet għal gwida tal-Kummissjoni applikabbli jew strateġiji tal-awditjar approvati;

192.  Jibqa’ mħasseb dwar dgħufijiet sistemiċi fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll Spanjoli u Taljani aggravati bi strutturi tal-istat deċentralizzati u devolvuti;

193.  Jitlob lid-DĠ EMPL jinkludi tabella dwar ir-RAK nazzjonali, mogħtija bħala risposta għad-domanda Nru 19 tal-kwestjonarju tal-kwittanza, fir-rapport annwali tal-attività tagħha;

194.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-Fondi Strutturali jittrattaw il-problema tal-ispejjeż tal-persunal li qed jiġu ċċarġjati b'rati ogħla għall-proġetti tal-Unjoni meta mqabbla ma' dawk iffinanzjati fuq livell nazzjonali;

195.  Jieħu nota kif xieraq tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, b'mod partikolari fir-rigward tal-impjieg u l-affarijiet soċjali, iżda jiddispjaċih dwar ir-referenzi limitati għall-ugwaljanza bejn is-sessi f'dan il-qasam, kif ukoll dwar fokus insuffiċjenti fuq l-impjieg, is-solidarjetà soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi fir-Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri ta' din is-sena;

196.  Itenni t-talba tiegħu għal żvilupp ulterjuri tal-indikaturi u d-data skont is-sessi, sabiex ikunu jistgħu jseħħu evalwazzjonijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni minn perspettiva tal-ġeneru u jiġu mmonitorjati l-isforzi b'rabta mal-ibbaġitjar tal-ġeneru;

Diżimpenji

197.  Jinsab imħasseb li sa tmiem l-2014, EUR 129 miljun jista’ jkollhom jiġu diżimpenjati f’sitt Stati Membri (BE, CZ, DE, ES, IT u UK);

Mikrofinanzjament Progress

198.  Josserva li l-Unjoni kkontribwixxiet EUR 100 miljun għall-Mikrofinanzjament Progress; ifakkar li l-Fond Ewropew tal-Investiment li jimplimenta l-Mikrofinanzjament Progress f’isem il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment irrapporta li 52 fornitur tal-mikrokreditu f’20 Stat Membru kienu ffirmaw ftehimiet skont il-Mikrofinanzjament Progress u 31 895 mikroselfa għall-valur ta’ EUR 260,78 miljun kienu diġà ġew żburżati lil mikrointraprendituri; jinsab ikkonċernat f’dan il-kuntest li mhix tingħata attenzjoni biżżejjed lill-kwistjoni tar-responsabbiltà demokratika meta jiġu stabbiliti strumenti finanzjarji;

Miżuri li għandhom jittieħdu

199.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, meta tkun qed tapprova l-PO għall-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid, li l-Istati Membri jkunu kkunsidraw il-possibbiltajiet kollha ta' simplifikazzjoni permessi mir-regolamenti tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020;

200.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress li jkun sar fil-ġestjoni tal-PO imsemmija hawn fuq taħt riżervi u fuq ir-rimedjar tad-dgħufijiet li jkunu ġew skoperti fir-rapport ta’ segwitu għall-kwittanza 2013 tagħha;

201.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet tal-Istati Membri inkarigati mill-immaniġġjar tal-fondi strutturali jindirizzaw il-kwistjoni dwar id-debitar tal-ispejjeż għall-persunal b’rati ogħla għal proġetti tal-UE meta mqabbla ma’ dawk iffinanzjati minn fondi nazzjonali;

202.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel pressjoni fuq l-Istati Membri u tħeġġiġhom jimplimentaw l-istrateġija li tirrigwarda r-Rom u jiżguraw l-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni mmirata għar-Rom;

203.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel pressjoni fuq l-Istati Membri u tħeġġiġhom jiġġieldu b'mod attiv u konkret kontra l-qgħad, b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ;

Relazzjonijiet esterni

Pressjoni fuq il-baġit

204.  Jilqa' pożittivament iż-żieda fl-attenzjoni mogħtija mill-proċess ta' kwittanza fuq it-titjib tar-rendiment biex jinkisbu kemm jista' jkun l-aħjar riżultati bi flus il-kontribwenti tal-Unjoni; jinkoraġġixxi l-Kummissjoni tirdoppja l-isforzi tagħha f'dan ir-rigward biex ittejjeb il-feedback kontinwu taċ-ċiklu tal-evalwazzjonijiet, b'tali mod li t-tagħlimiet mill-prassi tal-imgħoddi u mir-rakkomandazzjonijiet għal evalwazzjoni jikkontribwixxu sa punt saħansitra akbar għat-titjib fit-tfassil tad-deċiżjonijiet, fil-programmazzjoni u fl-implimentazzjoni aħjar tal-għajnuna tal-Unjoni fil-ġejjieni;

205.  Jinsab imħasseb bis-serjetà dwar il-fatt li fil-baġit 2013, lill-approprjazzjonijiet ta' pagament amministrati mid-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni (DĠ DEVCO) tal-Kummissjoni kien jonqsilhom EUR 293 miljun, u li l-approvazzjoni tardiva tar-rinforzi neċessarji kkawżat riport fis-sena suċċessiva, b'hekk tqiegħdet aktar pressjoni fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2014 li diġà huma ristretti;

206.  Jinnota bi tħassib id-diskrepanza dejjem akbar li hemm bejn l-impenji internazzjonali tal-Unjni, il-qofsa ta' politika ambizzjużi tagħha u l-għodod ġodda tagħha (bħalma huma l-aġenda ta' żvilupp ta' wara l-2015 u l-Istrumenti ta' Finanzjament Estern għall-perjodu 2014-2020) minn naħa waħda, u min-naħa l-oħra l-inabilità tagħha li tonora l-impenji li ħadet fil-konfront tas-sħab globali tagħha u korpi oħra, b'mod partikolari fir-rigward tal-għajnuna umanitarja minħabba d-disponibilità ta' krediti ta' pagament insuffiċjenti;

207.  Iqis li din is-sitwazzjoni tinvolvi mhux biss riskju politiku u għar-reputazzjoni għoli f'dik li hija l-kredibilità tal-Unjoni bħala l-ewwel donatur tad-dinja iżda wkoll tista' tipperikola l-istabilità fiskali tal-pajjiżi sħab, billi tħalli lakuni finanzjarji fil-baġits tagħhom; jibża' li din id-diskrepanza taf issir ferm evidenti fl-2015, meta l-livell kumplessiv tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) ikun taħt sew l-objettiv kollettiv ta' 0,7 % tal-ING tal-Unjoni sal-aħħar tas-sena;

208.  Jenfasizza li s-sena 2013 kienet it-tieni waħda konsekuttiva li fiha l-għajnuna umanitarja permezz tal-baġit tal-Unjoni skorriet il-EUR 1,3 biljun f'impenji minħabba li nqalgħu numru kbir ta' kriżijiet umanitarji li kkawżaw tbatija immensa fost in-nies; jiddeplora l-impatt li n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ħalla f'din is-sena ta' kriżi fuq l-attivitajiet tad-DĠ ECHO, li setgħu jinżammu biss bis-saħħa ta' riprogrammazzjoni tal-pjanijiet ta' pagament, bir-riport konsegwenti ta' EUR 160 miljun f'arretrati ta' pagamenti fi tmiem is-sena; jistieden lill-Kunsill jikkonforma mal-pjan ta' pagament maqbul mal-Parlament;

209.  Jiddispjaċih bid-dannu għar-reputazzjoni diġà mġarrab minħabba dawn il-miżuri ad hoc u jindika l-paradoss bejn iż-żieda tal-kriżijiet umanitarji fid-dinja kollha f'dawn l-aħħar snin u l-miżuri operattivi li adottat l-Unjoni biex taffronta b'mod effikaċi l-kriżijiet li jfaqqgħu f'daqqa (bħall-ftuħ taċ-Ċentru ta' Koordinament tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza f'Mejju 2013) minn naħa u n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament min-naħa l-oħra; jinsab allarmat li din is-sitwazzjoni tista' tiġi aggravata jekk ma jiġix żgurat rinforz baġitarju adegwat;

Rati ta' żball

210.  Jinnota li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli tal-Qorti tal-Awdituri hija ta’ 2,6 % u li r-rata tal-iżball residwu kif determinata mit-tieni studju li sar mill-EuropeAid huwa stmat li hu ta’ 3,35 %; jiddispjaċih li s-sistemi eżaminati mill-Qorti tal-Awdituri fil-EuropeAid huma vvalutati bħala parzjalment effettivi;

211.  Jinnota li n-natura tal-istrumenti u l-kundizzjonijiet ta’ pagament f'appoġġ baġitarju u kontribuzzjonijiet tal-Unjoni lil proġetti b’donaturi multipli mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali tillimita sa fejn it-tranżazzjonijiet ikollhom tendenza għall-iżbalji;

212.  Jitlob lill-Kummissjoni tressaq rapport dwar il-valur miżjud tal-appoġġ mill-baġit u, b'mod partikolari, dwar il-mod li bih huwa għin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jilħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju; jitlob f'dan ir-rigwar li jsir stħarriġ tal-miżuri li ttieħdu sabiex jiġi evita li parti mill-finanzjament jinħela b'riżultat tal-korruzzjoni u l-frodi u b'riżultat tas-sistemi ta' mmaniġġjar finanzjarju f'dan ir-rigward;

213.  Jikkondividi l-kritika tal-Qorti tal-Awdituri tal-hekk imsejjaħ "approċċ nazzjonali" fil-każ tal-proġetti b'ħafna donaturi u jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-għażla li tippreżenta, fil-kontijiet tagħha stess, analiżi ta' dawn il-proġetti f'daqqa, minflok ma tillimita lilha nfisha għall-kunsiderazzjoni ta' jekk l-ammont miġbur flimkien jinkludix nefqa eliġibbli suffiċjenti biex tkopri l-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

214.  Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri tikkalkula rata ta’ żball separata fir-relazzjonijiet esterni għan-nefqiet li mhumiex inklużi fl-appoġġ baġitarju jew fil-kontribuzzjonijiet għal proġetti b’ħafna donaturi mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali;

Rapporti annwali tal-attività

215.  Jiddispjaċih mill-fatt li għal disa' tranżazzjonijiet relatati mal-programm nazzjonali għall-preadeżjoni, il-Kummissjoni użat proċedura tal-kontabilità biex tikklerja ammonti ta' EUR 150 miljun abbażi ta' stimi u mhux abbażi tal-kosti mġarrba, imħallsa u aċċettati ippruvati minn dokumenti ġustifikattivi; jenfasizza li din il-prattika sistematika tad-DĠ Tkabbir mhijiex skont l-Artikolu 88 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 100 tar-Regoli ta' Applikazzjoni tiegħu; jirrimarka li din il-proċedura li ilha żmien tintuża u li affettwat u qed taffettwa d-dikjarazzjonijiet tal-assigurazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir għal ħafna snin, li jfisser li għall-2013, 20 % tal-infiq kollu minfuq minn dak id-DĠ kien ibbażat fuq stimi; jilqa' l-fatt li fl-2014 il-Kummissjoni stabbilixxiet sistema, u implimentatha mingħajr dewmien, sabiex tiżgura li l-ikklerjar tal-prefinanzjament isir fil-ġejjieni abbażi ta' kosti li jkunu ġġarrbu u ġew irrappurtati b'mod korrett; jagħraf li l-Kummissjoni b'mod konsistenti ġibdet l-attenzjoni lejn il-fatt li l-ebda nefqa ma ġiet ivvalidata u aċċettata b'mod uffiċjali mid-DĠ Tkabbir taħt il-proċedura tal-ikklerjar tal-kontijiet, u għalhekk li ma tista' tiġi assunta l-ebda komunikazzjoni lill-benefiċjarju li tindika aċċettazzjoni;

216.  Ifakkar li fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni(127) tiegħu, id-Direttur Ġenerali ta’ EuropeAid iddikjara li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. iqis madankollu li din id-dikjarazzjoni hija kontradetta mill-fatt li huwa kien ħareġ riżerva globali rigward li r-rata ta’ żball kienet ogħla minn 2 %, li juri li l-proċeduri ta’ kontroll jonqsu milli jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżball materjali;

217.  Jitlob lill-Kummissjoni tiċċara l-istruzzjonijiet permanenti mogħtija mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni sabiex tagħmilha possibbli li tingħata opinjoni avversa meta l-impatt finanzjarju jaqbeż il-limitu ta’ materjalità għall-baġit sħiħ taħt ir-responsabilità tad-DĠ;

218.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ sanzjonijiet f’każ ta’ dikjarazzjoni irregolari ta’ assigurazzjoni intenzjonata magħmula minn uffiċjal awtorizzanti fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 66(9) tar-Regolament Finanzjarju;

Il-kummerċ internazzjonali

219.  Jitlob lill-Kummissjoni tqassam mill-ġdid ir-riżorsi tal-persunal minn Direttorati Ġenerali oħra lid-DĠ Kummerċ biex jiġi żgurat li d-DĠ Kummerċ ikun jista' jissodisfa d-domanda ġustifikata taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-Parlament għal trasparenza akbar u għal aċċess akbar għall-informazzjoni fil-kuntest tan-negozjati kummerċjali tal-Unjoni li għaddejjin bħalissa u l-proċess ta' ratifika li se jsir dalwaqt, b'mod partikolari fir-rigward tat-TTIP, is-CEP u t-TISA, b'mod effettiv, effiċjenti u f'waqtu mingħajr ma jkun imġiegħel jittraskura kompiti importanti oħra assenjati lill-Kummissjoni;

220.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn li jiġu żgurati kontrolli u awditi xierqa tal-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni;

221.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri osservat li, minkejja kien hemm ukoll żviluppi pożittivi, l-iskema ġeneralizzata ta' preferenzi (SĠP) għadha ma rnexxilhiex tilħaq bis-sħiħ l-għanijiet maħsuba tagħha; jinnota wkoll li din is-sistema ilha fis-seħħ biss għal żmien qasir;

222.  Jenfasizza li l-valutazzjoni u l-kontroll tal-ftehimiet kummerċjali mhumiex biss kwistjoni baġitarja, iżda li huma essenzjali wkoll meta niġu għall-iżgurar li s-sħab jonoraw l-impenji li jkunu għamlu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istandards tax-xogħol u tal-istandards ambjentali;

223.  Jitlob li jiġu żgurati kontrolli suffiċjenti dwar id-diversi attivitajiet li jappoġġjaw l-internazzjonalizzazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji tal-Unjoni kif ukoll l-aċċess tagħhom għal swieq terzi; itenni l-ħtieġa li jiġi vvalutat il-livell ta' effettività u li jiġu mfittxija modi li bihom jistgħu jiġu mtejba l-koordinazzjoni ta' bejn iċ-ċentri tan-negozju tal-Unjoni, iċ-ċentri tan-negozju nazzjonali u l-kmamar tal-kummerċ f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari fl-Asja;

Ħaiti

224.  Jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 13/2014 bit-titolu "Appoġġ mill-UE għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti", partikolarment dwar l-adozzjoni ta' strateġija komuni DEVCO-ECHO għall-garanzija ta' rabta u ta' sinerġija aktar effikaċi bejn l-attivitajiet rispettivi tagħhom u jħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta tali rakkomandazzjonijiet fl-operazzjonijiet attwali u futuri kollha tagħha fis-sitwazzjoni ta' wara li jkun seħħ diżastru jew f'sitwazzjoni ta' fraġilità; jistieden lill-Kummissjoin tinforma lill-koleġiżlaturi bi kwalunkwe restrizzjoni mil-lat baġitarju jew ġuridiku li ostakolat l-implimentazzjoni effikaċi tal-appoġġ mill-Unjoni għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti;

Taħlit

225.  Josserva bi tħassib li l-użu tat-taħlit fis-settur enerġetiku jikkonċentra l-aktar fuq proġetti kbar b'anqas enfasi fuq soluzzjonijiet enerġetiċi lokali; iħeġġeġ lill-Unjoni tastjeni milli tiżviluppa approċċ minn fuq għal isfel fl-iżvilupp ta' infrastrutturi tal-enerġija biex jiġi ggarantit aċċess universali għall-enerġija għal kulħadd sal-2030, filwaqt li żżomm quddiem għajnejha l-fatt li l-infrastrutturi ta' skala kbira jistgħu ma jkunux adatti għall-istruttura ekonomika u soċjali tal-pajjiż u ma jirnexxilhomx jagħtu aċċess għall-enerġija lill-foqra, li għalihom normalment is-sorsi enerġetiċi iżgħar, deċentrati u mhux konnessi mal-grilja huma aktar xierqa u effikaċi;

Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)

226.  Jilqa' l-progress tal-Kummissjoni fl-akkreditament tal-missjonijiet kollha tal-PESK skont il-'valutazzjoni fuq sitt pilastri' u t-tbassir tagħha li l-ikbar erba' missjonijiet dalwaqt se jsiru konformi; jissottolinja l-ħtieġa li l-Kummissjoni takkredita l-missjonijiet kollha skont ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri;

227.  Jinsab profondament imħasseb dwar l-allegazzjonijiet serji ta' korruzzjoni kontra l-missjoni EULEX Kosovo li, jekk jiġu kkonfermati, se jqajmu dubji rigward l-integrità tar-reputazzjoni tal-Unjoni u l-assistenza li tagħti lill-pajjiżi li jimplimentaw riformi fil-qasam tal-istat tad-dritt; u jinsab ukoll imħasseb b'mod speċjali dwar kif ġew trattati l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u dwar il-fatt li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna rreaġixxa bil-mod għalihom jieħu nota tal-investigazzjoni li ġiet varata biex tiġi eżaminata l-missjoni EULEX Kosovo; jistenna li jiġi informat dwar ir-riżultati tagħha malajr kemm jista' jkun u jisħaq fuq il-fatt li jrid ikun hemm politika ta' tolleranza żero fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' korruzzjoni u li se jkollhom jiġu applikati l-lezzjonijiet misluta;

228.  Jiddispjaċih għad-dewmien sinifikanti fl-akkwist tat-tagħmir u s-servizzi essenzjali għall-missjonijiet taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) u, bħala konsegwenza, l-effett negattiv fuq il-funzjonament tal-missjonijiet; ifakkar li fir-Rapport Speċjali Nru 18/2-012 bit-titolu "Assistenza tal-Unjoni Ewropea lill-Kosovo marbuta mal-istat ta' dritt", il-Qorti tal-Awdituri ddenunzjat din l-ineffiċjenza u kkonkludiet li r-regoli dwar l-akkwist stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju" mhumiex imfassla għall-missjonijiet tal-PSDK fejn reazzjonijiet ta' malajr u flessibbli huma xi kultant meħtieġa"; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra reviżjoni tar-regoli rilevanti;

Rapport dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna (RĠAE)

229.  Jinnota li maġġoranza tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni ma laħqux il-punti ta’ referenza stabbiliti mill-Kummissjoni għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (IEP)(128) inklużi fil-119-il Rapporti ta’ Monitoraġġ tal-Assistenza Esterna dwar l-ippjanar finanzjarju u l-allokazzjoni tar-riżorsi, l-amministrazzjoni finanzjarja u l-awditjar;

230.  Jinnota li fid-dawl tal-IEP stabbiliti mill-Kummissjoni id-delegazzjonijiet tal-Unjoni bl-aħjar prestazzjoni huma dawk għan-Nepal u għan-Namibja peress li laħqu l-punti ta’ riferiment stabbiliti mill-Kummissjoni għal 23 mis-26 indikatur ewlenin ta’ prestazzjoni; jiddispjaċih li d-delegazzjoni bl-agħar prestazzjoni hija d-delegazzjoni tal-Unjoni għal-Libja li laħqet il-punti ta’ riferiment għal tlieta biss minn 26 IEP, u warajha d-delegazzjoni bi prestazzjoni similarment fqira għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, li laħqet biss erba’ mill-punti ta’ riferiment;

231.  Jiddispjaċih li d-delegazzjonijiet taħt is-sorveljanza tad-DĠ Tkabbir, jiġifieri d-delegazzjonijiet għall-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Montenegro, il-Maċedonja, it-Turkija, il-Kosovo u s-Serbja, ftit jagħtu data u informazzjoni fir-RMAE;

232.  Jiddispjaċih li r-riżultati, ir-rendimenti jew l-impatti tal-azzjonijiet immexxija mis-servizzi tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni ma jitkejlux b’mod adegwat fil-qafas tal-IEP eżistenti, u li l-indikaturi jagħtu ċarezza limitata ħafna dwar il-kwantità u speċjalment tal-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet kif ukoll tal-livell ta’ “sodisfazzjon tal-partijiet ikkonċernati” dwar is-servizzi mogħtija mid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni f’dawn il-pajjiżi;

233.  Jitlob lill-Kummissjoni:

   tippreżenta lill-Parlament il-miżuri meħuda sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-ippjanar finanzjarja u l-allokazzjoni tar-riżorsi, l-amministrazzjoni finanzjarja u l-awditjar b’mod partikolari fir-rigward tad-delegazzjonijiet bl-agħar prestazzjoni;
   tiddokumenta aħjar ta’ kull sena l-konklużjonijiet li waslet għalihom mir-RMEA u mill-IEP u tagħti dawn il-konklużjonijiet flimkien mar-rapporti dwar il-monitoraġġ tal-assistenza esterna (RMAE) lill-Parlament;
   tinkludi karta tal-bilanċ mad-data tal-kontabbiltà tad-delegazzjoni fir-RMAE;
   ittejjeb il-kwalità u l-kompletezza totali tad-data mogħtija fir-RMAE u r-rilevanza tar-rapporti wkoll, b’mod partikolari fir-rigward tad-delegazzjonijiet sorveljati mid-DĠ Tkabbar; u
   tagħmel l-assistenza esterna kontinġenti mill-isforzi li jkunu qed isiru biex issir il-ġlieda lill-korruzzjoni;

Il-Grupp ta’ Ġestjoni Internazzjonali (GĠI)

234.  Jieħu nota li ġiet iċċirkolata verżjoni żvelata segretament tar-rapport finali tal-OLAF dwar il-Grupp ta’ Ġestjoni Internazzjonali (GĠI); jitlob lill-Kummissjoni u lill-kumitat superviżorju tal-OLAF jinvestigaw għaliex u kif ġie żvelat segretament ir-rapport tal-OLAF u minn min, filwaqt li l-GĠI għadu ma ġiex mgħarraf dwar il-kontenut tar-rapport;

235.  Jinnota li l-GĠI rċieva, direttament jew indirettament taħt ġestjoni konġunta, aktar minn EUR 130 miljun mill-Kummissjoni minn mindu nħoloq fl-1994; jinnota li minħabba l-interruzzjoni tal-pagamenti mill-Kummissjoni, il-GĠI ħa l-kawża l-qorti u li l-istatus ta' din l-organizzazzjoni huwa suġġett għall-kontroversja ġuridika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni ċara f'dan ir-rigward u jitlob lill-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament dwar is-segwitu li jsir tal-inkjesta tal-OLAF li nfetħet fl-2011; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti lill-Parlament lista li telenka l-organizzazzjonijiet, il-kumpaniji, il-korpi jew persuni l-oħra kollha, fejn jingħataw dettallji tal-istatus ġuridiku tagħhom, li jkunu rċevew kuntratti mill-Kummissjoni mingħajr sejħa għall-proposti;

L-Ukraina

236.  Jinnota li fl- 2013 il-pagamenti tal-assistenza bilaterali lill-Ukraina, iffinanzjata mill-baġit tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI), kienu jammontaw għal EUR 152,8 miljun; jinnota li 42,5 % minn dawn il-pagamenti (EUR 64,9 miljun) għandhom rabta ma’ kuntratti li huma direttament ġestiti mid-delegazzjoni tal-Unjoni għall-Ukraina; jinnota li l-57,5 % li jifdal (EUR 87,9 miljun) ġew żburżati fis-sura ta’ appoġġ baġitarju;

237.  Jenfasizza li l-pagamenti ta’ appoġġ baġitarju huma kundizzjonali fuq il-kisba ta’ riżultati u punti ta’ riferiment li jkun sar qbil konġunt dwarhom; jinnota li l-gvern benefiċjarju jimpenja ruħu għal dawn ir-riżultati u punti ta’ riferiment billi jiffirma ftehim ta’ finanzjament bilaterali u jekk ir-riżultati u l-punti ta’ riferiment ma jintlaħqux, il-pagamenti ma jiġux żburżati;

238.  Japprezza l-fatt li l-Ukraina attwalment qed issib ruħha f'sitwazzjoni partikolarment diffiċli iżda jsostni li dan ma għandux ikun skuża biex ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li taħthom jingħata l-appoġġ baġitarju u, b'mod partikolari, biex ma tiġix indirizzata l-korruzzjoni mifruxa ħafna li hemm fil-pajjiż;

239.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lid-delegazzjoni tal-Unjoni għall-Ukraina jkunu partikolarment viġilanti meta jkunu qed jiżburżaw il-fondi u jassiguraw ruħhom li l-fondi jiġu investiti fil-proġetti li għalihom kienu ddestinati;

Kosti amministrattivi tat-twassil tal-għajnuna

240.  Jinsab imħasseb dwar il-kosti amministrattivi għolja tat-twassil tal-għajnuna lejn l-Asja Ċentrali ikkalkolati mill-Qorti tal-Awdituri; jitlob lill-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament dwar il-kosti amministrattivi tat-twassil tal-għajnuna esterna jekk jaqbżu l-10 % tal-baġit previst;

Possibilità ta’ approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Unjoni għall-għajnuna umanitarja u ta’ żvilupp

241.  Jieħu nota li l-OLAF abbozzat rapport dwar l-għajnuna umanitarja mogħtija lill-kamp tar-rifuġjati Sahrawi ta' Tindouf fl-Alġerija (OF 2003/526); jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-miżuri li ttieħdu b'reazzjoni għas-sejbiet li għamel dak ir-rapport; jinnota li skont rapport ta' inkjesta tal-UNHCR(129) in-nonreġistrazzjoni ta' popolazzjoni ta' rifuġjati għal perjodu daqshekk imtawwal (jiġifieri kważi 30 sena wara li waslu) tikkostitwixxi "sitwazzjoni anormali u unika fl-istorja tal-UNHCR"; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-individwi Alġerini jew Sahrawi inkriminati mir-rapport tal-OLAF ma jibqgħalhomx aċċess għall-għajnuna ffinanzjata mill-kontributuri tat-taxxa tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-għajnuna tal-Unjoni u tadattaha għall-ħtiġijiet attwali tal-popolazzjoni kkonċernata u tiżgura li l-interessi u l-ħtiġijiet tar-rifuġjati mhux se jsofru danni għax huma l-aktar vulnerabbli għal kwalunkwe irregolarità possibbli;

242.  Jinsab imħasseb dwar il-frodi tal-lista tal-pagi pubbliċi tal-Gana fejn la l-Bank Dinji u lanqas ir-Renju Unit bħala sħab fil-proġett ma wissew lill-Kummissjoni dwar il-preokkupazzjonijiet serji li kellhom dwar id-dgħufijiet fil-kontrolli u r-riskju ta' żbalji tal-kontabilità u ta' frodi li dawn ippreżentaw;

Riċerka u politiki interni oħra

UE 2020

243.  Jenfasizza li s-Seba' Programm Kwadu (7PK) kien il-programm prinċipli ffinanzjat mill-Kummissjoni; jinnota li ġew iffirmati 809 ftehimiet ta’ għotja, li involvew 10 345 parteċipant għal total ta’ EUR 3 439 miljun f’kontribuzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li s-7PK jikkontribwixxi għall-isforzi tal-Unjoni biex tinvesti f'kompetittività sostenibbli iżda jirrimarka li l-Unjoni fit-totalità tagħha għadha 'l bogħod mill-objettiv tagħha li jkollha tal-inqas 3 % tal-PDG li jintefaq fuq ir-R&Ż; jinnota li sar xi ftit progress fl-issodisfar tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (nefqa grossa fir-Riċerka u l-Iżvilupp (R &Ż), sehem tal-infiq pubbliku fir-R &Ż, progress fl-implimentazzjoni tal-Unjoni ta’ Innovazzjoni, sehem tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, tnaqqis fiż-żmien li jittieħed sa ma tingħata għotja);

Żbalji

244.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri awditjat 150 tranżazzjoni, jiġifieri 89 tranżazzjoni relatata mar-riċerka (86 għas-Seba’ Programm Kwadru (FP7) u 3 għas-Sitt Programm Kwadru (FP6)), 25 tranżazzjoni għall-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u 36 tranżazzjoni għal programmi oħra; jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri stmat li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli kienet ta’ 4,6 % (2012: 3,9%);

245.  Josserva li l-infiq f’dan il-grupp ta’ politika kien ikopri firxa wiesgħa ta' objettivi ta’ politika, bħalma huma r-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, is-sigurtà, il-migrazzjoni u miżuri għall-ġlieda kontra l-effetti tal-kriżi finanzjarja; jinnota li l-Kummissjoni nefqet aktar minn 50 % (EUR 5 771 miljun) tal-ammont disponibbli fir-riċerka; jinnota li 45 % tal-baġit tar-riċerka tal-Kummissjoni ġie implimentat minn korpi (jiġifieri aġenziji, impriżi konġunti) barra mid-Direttorat Ġenerali; jinnota li kważi 90 % tal-infiq ħadu s-sura ta’ għotjiet lil benefiċjarji li kienu qed jipparteċipaw fil-proġetti u li fl-2013 il-Kummissjoni kkonkludiet 809 ftehimiet ta’ għotja;

246.  Jinnota li r-riskju prinċipali għar-regolarità baqa’ l-fatt li fid-dikjarazzjonijiet tal-kosti tagħhom il-benefiċjarji inkludew kosti ineliġibbli jew mhux sostanzjati, li la kienu nstabu u lanqas ma ġew ikkoreġuti mis-sistemi ta' kontroll tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri.

247.  Jiddispjaċih li 35 % mir-rata ta' żball stmata huma kkawżati minn kosti tal-persunal li jiġu kkalkulati b'mod skorrett jew inkella jkunu ineliġibbli. jinnota li dan jinkludi d-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għall-persunal li jkunu bbaġitjati u mhux l-ispejjiż reali, kif ukoll id-debitar ta' ħin li ma kienx tqatta’ fuq il-proġetti.

248.  Jiddispjaċih li 23 % tar-rata ta' żball stmat huma kkawżati minn kosti ineliġibbli indiretti, 25 % minn kosti diretti ineliġibbli oħra (VAT, vjaġġar, eċċ.), u 17 % min-nonkonformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku;

249.  Josserva li l-applikanti tal-ewwel darba, b'mod partikolari l-SMEs, għandhom profil li fil-biċċa l-kbira tiegħu jkun ta' riskju/żball mhux magħruf; jistieden lill-Kummissjoni biex ma ddgħajjifx l-isforzi li jsiru biex dawn il-parteċipanti jiġu inkoraġġiti jipparteċipaw fil-programmi, billi sistematikament iżżid fuqhom il-livell ta' kontroll jew piż amministrattiv;

Sistemi ta’ Ġestjoni u Kontroll (SĠK)

250.  Jinsab maħsud għall-fatt li f’disgħa minn 32 dikjarazzjoni tal-kosti ċċertifikati minn awdituri indipendenti l-Qorti tal-Awdituri sabet livell sinifikanti ta’ żball; iqis li livell ta’ żball bħal dan mhuwiex aċċettabbli peress li l-awdituri jaħdmu fil-qasam ta’ kompetenza professjonali tagħhom;

251.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-kuxjenza tal-awdituri biex iwettqu r-rwol tagħhom;

252.  Jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni wettqet, fl-2013, 500 awditu ex-post u l-azzjoni ta’ rkupru u korrettiva assoċjata, u kontrolli ex-ante bbażati fuq ir-riskju;

253.  Jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, aċċettata mill-Kummissjoni, li l-kontrolli għal dan il-grupp ta' politika jsir aktar misjuq mir-riskji, filwaqt li l-kontrolli jiġu ffukati fuq il-benefiċjarji b'riskju għoli (pereżempju, l-entitajiet b'inqas esperjenza tal-finanzjament tal-Unjoni) u jsir tnaqqas tal-piż tal-kontrolli minn fuq dawk il-benefiċjarji li għalihom ir-riskji huma inqas;

254.  Itenni l-ħtieġa li jintlaħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn inqas piżijiet amministrattivi u kontroll finanzjarju effettiv;

255.  Jilqa’ l-fatt li, fl-2014, iż-żmien li jittieħed sa ma tingħata l-għotja naqas minn 249 jum għal 209 ijiem għal 94 % tal-ftehimiet ta’ għotja;

256.  Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni kompliet bil-kampanja ta’ komunikazzjoni tagħha bbażata fuq dokument li jelenka l-10 kawżi l-aktar komuni tal-iżbalji, li tqassam lill-parteċipanti tal-programm fl-2012;

257.  Josserva li sa tmiem l-2013, l-ammonti mitluba mhux dovuti li ġew irkuprati kienu laħqu d-EUR 29,6 miljun, filwaqt li l-ammonti rikoverabbli pendenti kienu żdiedu minn EUR 12-il miljun fi tmiem l-2012 għal kważi EUR 17-il miljun;

258.  Jinnota li l-partijiet ikkonċernati tal-proġett (l-Organizzazzjoni ITER u l-aġenziji nazzjonali – inkluż Fusion for Europe) irrikonoxxew li l-iskeda attwali u l-baġit attwali mhumiex realistiċi, kif ġie kkonfermat minn għadd ta’ valutazzjonijiet indipendenti fl-aħħar sentejn (2013-2014); jitlob li jirċievi kopja tal-iskeda u tal-baġit riveduti li ser jitressqu quddiem il-Kunsill tal-ITER f’Ġunju 2015; jinsab imħasseb minħabba d-dewmien regolari fil-programm tal-ITER li jitfa' dubju fuq l-effiċjenza u l-effikaċja tiegħu; jinsab serjament imħasseb minħabba l-kosti żejda, li kellhom impatt fuq il-kosteffikaċja tal-programm u tefgħu programmi oħra fil-periklu, prinċipalment fil-qasam tal-politika tar-riċerka;

259.  Jinsab sodisfatt li l-Fond għall-Fruntieri Esterni kkontribwixxa favur is-solidarjetà finanzjarja; jikkritika l-fatt, minkejja dan, li l-valur miżjud ulterjuri tal-Unjoni kien limitat u li r-riżultat ġenerali ma setax jitkejjel minħabba dgħufijiet fil-monitoraġġ tal-awtoritajiet responsabbli u defiċjenzi serji fil-valutazzjonijiet ex-post immexxija mill-Kummissjoni u l-Istati Membri;

Galileo

260.  Jinnota t-tweġibiet tal-Kummissjoni dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-proġett Galileo: erba’ satelliti ta’ Validazzjoni fl-Orbita (IOV) tal-GALILEO ġew varati b’suċċess fl-2011 u fl-2012, il-fażi tal-Validazzjoni fl-Orbita tal-Galileo ġiet konkluża b’suċċess fl- 2014, id-disinn tas-sistema, il-miri tal-prestazzjoni u l-linja bażi għall-operazzjoni tas-sistema ġew ikkonfermati b’suċċess, l-infrastruttura fl-art, b’ħafna stazzjonijiet fuq l-art madwar id-dinja, tlestiet għalkollox għall-operazzjonijiet inizjali, il-kapaċità ta’ Tiftix u Salvataġġ Galileo tas-satelliti IOV intweriet b’suċċess, il-varar ta’ żewġ satelliti (Nru 5 u Nru 6) fit- 22 ta’ Awwissu 2014 irriżulta fl-injezzjoni ta’ dawn is-satelliti f’orbita żbaljata, u minn Diċembru 2014 ’l hawn is-satelliti ġew gradwalment imċaqilqa lejn orbita aktar favorevoli biex ikun jista’ jsir l-aħjar użu tagħhom, u l-ittestjar tat-tagħmir tan-navigazzjoni tas-satelliti għadu għaddej; jistenna li jiġi mgħarraf dwar il-kosti addizzjonali għal dawn il-miżuri mhux previsti;

261.  Jinnota li fl-2013, il-Qorti tal-Awdituri awditjat tmien tranżazzjonijiet fis-settur tat-trasport u sabet li ħamsa minnhom kienu affettwati minn żball wieħed jew aktar; jiġbed l-attenzjoni lejn iż-żieda tal-persentaġġ tat-tranżazzjonijiet affettwati fl-2013 (62 %) meta mqabbel mal-2012 (49 %) u jinsab imħasseb li, kif ġara fi snin preċedenti, il-Qorti tal-Awdituri sabet għadd ta' żbalji fir-rigward tan-nonkonformità mar-regoli tal-akkwist tal-Unjoni u dawk nazzjonali għall-proġetti tat-TEN-T li ġew eżaminati; jieħu nota li kif ġara fis-sena preċedenti tal-2012, għal darba oħra fl-2013 id-DĠ MOVE ma ħariġx riserva relatata mal-iżbalji tal-akkwist pubbliku; jinsisti, għalhekk, li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa bil-għan li fil-ġejjieni teskludi tali żbalji. jinnota li huwa tal-akbar importanza li l-kontroll ex ante u ex post tal-benefiċjarji tal-għotjiet, il-fondi u l-finanzjament tal-Kummissjoni jiġi estiż bil-għan li jiġi evitat l-użu ħażin tal-allokazzjoni Komunitarja tar-riżorsi u sabiex tiġi żgurata l-verifika tal-prestazzjoni; jenfasizza li anke jekk il-perjodu tal-finanzjament 2007-2013 formalment għadda, hemm prinċipju N+2 għall-finanzjament ta' koeżjoni, jiġifieri ħafna proġetti għadhom qiegħdin jinbnew sa tmiem din is-sena;

262.  Jistieden lill-Kummissjoni, f'ġieħ it-trasparenza, tippubblika lista annwali li tkun faċilment aċċessibbli tal-proġetti tat-trasport ikkofinanzjati mill-Unjoni, inkluż l-ammont eżatt ta' finanzjament għal kull proġett individwali; jinnota li din il-lista ta' proġetti għandha tinkludi l-għejun kollha ta' finanzjament mill-Unjoni bħalma huma t-TEN-T, Orizzont 2020, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Reġjonali;

263.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrapporta ta' kull sena kif ir-rimarki dwar l-intestaturi baġitarji rispettivi jkun ittieħed kont tagħhom;

264.  Ifakkar li l-proġetti tat-trasport fil-perjodu ta' bejn l-2007-2013 u l-2014-2020 ġew u se jiġu ffinanzjati minn għadd ta' għejun, inklużi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni tfittex li jkun hemm aktar sinerġija bejn l-għejun differenti ta' finanzjament sabiex tfittex allokazzjoni aktar effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni;

L-ambjent u s-saħħa pubblika

265.  Jinsab sodisfatt bl-implimentazzjoni ġenerali tal-intestaturi baġitarji għall-ambjent, l-azzjoni klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel fl-2013; ifakkar għal darb'oħra li anqas minn 0,5 % tal-baġit tal-Unjoni hu ddedikat għal dawk l-istrumenti politiċi, waqt li jżomm f'moħħu l-valur miżjud ċar għall-Unjoni f'dawn l-oqsma u l-appoġġ miċ-ċittadini tal-Unjoni għall-politiki ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni, kif ukoll għas-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel; jiddispjaċih li dan il-persentaġġ naqas għal 0,5 % minn 0,8 % fl-2012;

266.  Jieħu nota tal-preżentazzjoni tal-oqsma ta' politika dwar l-ambjent u s-saħħa fir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013; huwa preokkupat li ż-żewġ oqsma ta' politika jidhru wkoll fil-kapitolu ddedikat għall-iżvilupp rurali u għas-sajd; itenni l-kritika tiegħu ta' din il-kompożizzjoni tal-oqsma ta' politika, u jħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri tirrevedi l-approċċ tagħha fir-rapport annwali li jmiss; jirreferi f'dan ir-rigward għar-Rapport Speċjali Nru 12/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-FEŻR huwa effettiv biex jiffinanzja proġetti li jippromwovu direttament il-bijodiversità taħt l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020?", li jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni żżomm rekord eżatt tal-infiq dirett u indirett fuq il-bijodiversità, inkluż in-netwerk Natura 2000; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw dan il-proċess billi jipprovdu data eżatta;

267.  Jirrikonoxxi li l-Qorti tal-Awdituri twettaq kontrolli bl-addoċċ fl-Istati Membri b'mod sistematiku ħafna u tistabbilixxi r-rata ta' żball abbażi tagħhom; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ma tindikax f'liema Stati Membri jew f'liema żoni jinqalgħu l-akbar problemi; jenfasizza għalhekk il-ħtieġa ta' katina ċara tal-obbligu ta' rendikont u, f'dan il-kuntest, jagħti importanza kbira lill-kwalità tas-sistemi ta' kontroll fl-Istati Membri;

268.  Iqis il-progress fl-implimentazzjoni ta' 14-il Proġett Pilota (PP) u ta' sitt Azzjonijiet Preparatorji (AP) li flimkien jammontaw għal EUR 5 983 607 bħala sodisfaċenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli timplimenta l-PP u l-AP kif propost mill-Parlament;

269.  Jinnota li d-DĠ SANCO kien responsabbli għall-implimentazzjoni ta' EUR 233 928 461 fl-intestaturi baġitarji fil-qasam tas-saħħa pubblika fl-2013, li minnhom 98,1 % ġew impenjati b'mod sodisfaċenti; huwa konxju mill-fatt li bejn wieħed u ieħor 77 % ta' dak il-baġit jiġi ttrasferit direttament lil tliet aġenziji deċentralizzati (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)) u li l-krediti kollha ġew implimentati bir-rata ta' 100 % bl-eċċezzjoni tal-EMA u l-EFSA u li din is-sottoimplimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' impenn tal-EMA u l-EFSA tikkorrispondi għall-eżitu tal-2012;

Il-kultura

270.  Jilqa' l-fatt li fl-2013, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit għall-programmi 2007-2013, b'mod partikolari l-programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja, dak tal-Kultura, dak tal-Media u l-programm "Żgħażagħ fl-Azzjoni" kienet ta' 100 %; jitlob li l-baġit fil-qafas tal-programmi tal-Edukazzjoni u l-Kultura 2014-2020 jiġi msaħħaħ u miżjud; jinsab partikolarment imħasseb li fi tmiem is-sena, id-diskrepanza bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u dawk ta' pagament adottati rriżultat fi skarsezza ta' pagamenti (li ammontaw, per eżempju fil-programm Erasmus+ għal nuqqas ta' EUR 202 miljun) b'riperkussjonijiet negattivi gravi s-sena ta' wara; jinsab imħasseb sew u jiddispjaċih ukoll li sitwazzjoni simili taf tiżviluppa fil-kuntest tal-programmi l-ġodda, speċjalment Erasmus+ u Ewropa Kreattiva, li minn naħa tagħha tkun tiddetermina telf perikoluż ta' kredibilità mill-Unjoni u ddgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jkollha konsegwenzi diżastrużi fuq il-parteċipanti tal-programmi;

271.  Jilqa' l-fatt li sa mill-varar tiegħu fl-1987, il-programm Erasmus laħaq u qabeż il-punt ta' riferiment ta' 3 miljun student; jinnota s-suċċess sostnut li gawda sa mill-bidu tiegħu dan il-programm emblematiku tal-Unjoni – wieħed li kkontribwixxa għall-integrazzjoni Ewropea u s-sensibilizzazzjoni li qed tikber ta' ċittadinanza Ewropea komuni u s-sens ta' appartenenza għaliha;

272.  Jinsab imħasseb li fil-livell Ewropew – kif ġie rrappurtat fir-Rapport Speċjali 399 tal-Ewrobarometru dwar l-aċċess u l-parteċipazzjoni kulturali mill-2013 'il quddiem – il-baġits pubbliċi ddedikati biex jipproteġu u jippromwovu l-wirt kulturali qegħdin jonqsu b'mod viżibbli, kif qed tonqos ukoll il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kulturali tradizzjonali; iqis għalhekk li l-istrumenti l-ġodda tal-Unjoni li għandhom l-għan li jappoġġjaw l-Aġenda Ewropea għall-Kultura – bħalma huna l-programmi Ewropa Kreattiva u Orizzont 2020, jew il-pjattaforma kulturali Ewropea – iridu jissaħħu;

Miżuri li għandhom jittieħdu

273.  Jieħu nota li d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ħa reġ riżerva ġenerali rigward il-preċiżjoni tat-talbiet għall-ispejjeż (EUR 3 664 miljun) għas-Seba’ Programm Kwadru fir-rapport annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali, għalkemm huwa stess jistenna li “l-impatt finanzjarju nett tal-iżbalji”, abbażi tal-1552 proġetti magħluqa, ikun ta’ madwar 2,09 %, jiġifieri qrib il-limitu tal-materjalità; jikkunsidra li tali riżervi jirrendu l-frażi “ġestjoni finanzjarja tajba” bla sens; jistieden għalhekk lid-Direttur Ġenerali juża r-riżervi, fil-ġejjieni, b’mod aktar speċifiku u immirat;

274.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti informazzjoni, fil-ħin għar-rapport ta’ segwitu għall-kwittanza 2013 tal-Kummissjoni, dwar it-tul medju tal-proċeduri kontradittorji qabel l-irkupru f’dan il-grupp ta’ politika;

275.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma bagħtitx il-lista tal-benefiċjarji skont il-pajjiż; jistenna li jirċievi risposta fir-rapport ta’ segwitu għall-kwittanza 2013 tal-Kummissjoni;

276.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni fl-aħħar tat lir-rapporteur aċċess għar-rapport tal-awditu dwar il-kosti operazzjonali għal żewġ programmi (It-Tagħlim Tul il-Ħajja EUR 6,9 miljun, Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni EUR 1,65 miljun) li kienu qed jitwettqu fit-Turkija fl-2012 u fl-2013; jinnota li r-rapport ġie trażmess taħt il-Ftehim Qafas; jinsab imħasseb dwar id-dgħufijiet importanti li nstabu iżda jilqa' l-miżuri li ttieħdu mill-awtoritajiet Torok biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk hux se jkollha tiġi imposta xi korrezzjon finanzjarja;

277.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti informazzjoni supplimentari dwar l-infiq għall-Programm ta’ Appoġġ tal-Politika tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni fil-ħin għar-rapport ta’ segwitu għall-kwittanza 2013 tal-Kummissjoni; jinnota li għal dan il-programm l-ammont ta’ pagamenti f’riskju jista’ jitla’ sa EUR 3,4 miljun fl- 2013 li jirriżulta f’rata tal-iżball residwu ta’ 2,8 %; jinnota li minkejja dawn iċ-ċirkustanzi d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija (DĠ CONNECT) ma ħariġx riżerva;

278.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b’mod komprensiv, fil-ħin għall-proċedura ta’ kwittanza 2014, dwar l-“orjentament tal-politika” li qiegħed jiżdiet tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li seħħ permezz tal-esternalizzazzjoni tal-ġestjoni ta’ żewġ terzi tal-kosti operattivi tas-Seba’ Programm Kwadru lil korpi li mhumiex tal-Kummissjoni;

279.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi, fil-ħin għall-proċedura ta’ kwittanza 2014, ħarsa ġenerali li telenka l-progress tal-politika bejn is-Seba’ Programm Kwadru u Orizzonlt 2020 għar- riċerkaturi u l-SMEs;

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

280.  Jilqa' d-diskussjonijiet li għaddejjin bejn l-OLAF u l-Kumitat ta' Sorveljanza tiegħu dwar l-Arranġamenti dwar ix-Xogħol, u jitlob lil dawn l-entitatjiet jirsistu biex jilħqu qbil komuni sodisfaċenti; jieħu nota tal-isforzi li l-OLAF qiegħed jagħmel biex jimplimenta l-Arranġamenti dwar ix-Xogħol; jenfasizza li, fid-dawl tar-riżorsi limitati għad-dispożizzjoni tal-Uffiċċju, dawn l-isforzi m'għandhomx ikunu sproporzjonati;

281.  Jinnota li r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil(130) fis-seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2013 jobbliga lill-OLAF jiggarantixxi l-funzjonament indipendenti tas-Segretarjat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza (KS-OLAF) (Premessa 40 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013); mhuwiex konxju, f’dan l-istadju, ta' miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ dan l-obbligu legali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu passi immedjati biex tirrimedja s-sitwazzjoni;

282.  Jistieden lill-OLAF jikkonsulta fi żmien xieraq lill-Kumitat ta' Sorvejanza tal-OLAF (KS-OLAF) qabel ma jimmodifika l-istruzzjonijiet lill-persunal dwar proċeduri ta’ investigazzjoni u qabel ma’ jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-politika ta' investigazzjoni;

283.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-OLAF mhux neċessarjament jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF, xi kultant anke mingħajr ma jagħti ġustifikazzjoni; jistieden lid-Direttur Ġenerali biex itejjeb il-kooperazzjoni tiegħu f’dan ir-rigward;

284.  Ifakkar li l-OLAF fetaħ 423 investigazzjoni fil-31 ta’ Jannar 2012; huwa mħasseb dwar il-legalità ta’ tali proċedura; jistieden lill-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF jevalwa l-legalità tal-423 investigazzjoni miftuħa matul il-lejl u l-eżitu ta’ dawk l-investigazzjonijiet; jitlob ukoll lill-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF jevalwa l-istatistika dwar it-tul tal-investigazzjonijiet, biex janalizza l-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni ta’ każijiet u jirrapporta lura lill-Parlament;

285.  Jistieden ukoll lill-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF biex jivvaluta l-istatistika dwar it-tul tal-investigazzjonijiet, biex janalizza l-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet u jirrapporta lura lill-Parlament;

286.  Jitlob lill-OLAF jagħti aktar statistika dettaljata dwar il-frekwenza tal-ftuħ u l-għeluq tal-investigazzjonijiet fir-Rapport Annwali tiegħu;

287.  Jitlob lill-OLAF jagħti aktar informazzjoni lill-Parlament dwar il-prattikalitajiet tal-proċedura tal-proċess tal-għażla tal-każijiet, u t-tul u l-linji gwida interni tal-proċess;

Amministrazzjoni

288.  Jinnota li matul l-aħħar erba’ snin (2011-2014), waslu 336 145 applikazzjoni għall-proċeduri tal-għażla kollha mibdija mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, fejn l-ispiża medja tal-ipproċessar ta' applikazzjoni waħda tista’ tiġi stmata għal EUR 238 u li inqas minn 10 % ta’ dawn il-kandidati finalment jitpoġġew fuq lista ta’ riżerva; jitlob li jiġu ffrankati l-flus mit-taxxi tal-Unjoni billi titnaqqas il-burokrazija u tittawwal il-validità tal-listi ta' riżerva stabbiliti għal mill-inqas sentejn; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar din il-kwistjoni sa Ġunju 2015;

289.  Jitlob li l-Kummissjoni tagħti lill-Parlament informazzjoni dwar l-ogħla pensjoni mħallsa fl-2013 għall-uffiċjali tal-Kummissjoni;

290.  Jinsab imħasseb dwar dak li sabet il-Qorti tal-Awdituri, li d-dispożizzjonijiet biex jiġi indirizzat persunal bi prestazzjoni fqira rarament jintużaw; jistieden lill-Kummissjoni tapplika bis-sħiħ ir-Regolamenti tal-Persunal;

291.  Jitlob informazzjoni dwar persunal barra mill-pjan stabbilit u dwar spejjeż tal-persunal iffinanzjati minn intestaturi oħrajn minbarra “amministrazzjoni”; jiddispjaċih li l-ebda informazzjoni konsolidata ma hija pprovduta lill-awtorità baġitarja dwar l-għadd totali ta’ tali persunal u lanqas dwar l-infiq assoċjat tal-persunal fil-Kummissjoni;

292.  Ifakkar li r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004(131) introduċa fl-Anness 1.A żewġ gradi ġodda, AD13 u AD14, aċċessibbli għal persunal mingħajr responsabbiltajiet ta’ ġestjoni, li qabel kien limitat għal A4 (ekwivalenti għal AD12); jistieden lill-Kummissjoni biex taġġorna r-rapport tal-2011 dwar ekwivalenza tal-karrieri u tirrapporta dwar in-nefqa fuq il-persunal iġġenerata fl-2013 minn persunal non-management AD13 u AD14;

293.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti informazzjoni dwar il-finanzjament tal-miżuri soċjali, sportivi u kulturali għall-persunal tagħha, inklużi l-benefiċċji ta' dawk il-miżuri fuq il-prestazzjoni u l-integrazzjoni tal-espatrijati u l-familji tagħhom;

294.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-użu tal-flexitime fis-segwitu tal-kwittanza tal-2013 tal-Kummissjoni;

295.  Jinsab imħasseb dwar iż-żieda sostanzjali fil-għadd ta' uffiċċjali għolja bil-gradi AD 13 sa AD 16; jara li jeżisti riskju għar-reputazzjoni tal-Unjoni peress li huwa diffiċli li tispjega li s-sahra ma tidhirx li hi inkluża f'salarji daqshekk għoljin;

296.  Jinnota li d-differenzi fil-livelli tal-pagi għall-impjegati tas-servizz ċivili li qed jaħdmu għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għal dawk li jaħdmu għall-amministrazjonijiet nazzjonali, għadhom għolja ħafna, li jwasslu, inter alia, għal nuqqas ta' mobilità bejn il-persunali f'livell tal-Unjoni u dak f'livelli nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju fil-fond dwar ir-raġunijiet għal dawn id-differenzi u tiżviluppa strateġija fit-tul biex dawn id-differenzi jitnaqqsu, filwaqt li tagħti attenzjoni partikoari lill-allowances differenti (tal-familja, tal-espatrijazzjoni, tal-installazzjoni u tas-sistematizzazzjoni mill-ġdid), il-liv annwali, il-vaganzi, il-ġranet tal-ivvjaġġar, u l-kumpens għas-sahra;

297.  Jiġbed l-attenzjoni lejn in-notifika li nħarġet mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni dwar li t-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari jiġu limitati, li tistabbilixxi limitu ta' 20 linja; jistieden lill-Kummissarji jerfgħu r-responsabilità politika tagħhom u jieqfu milli jippermettu lilhom infushom jiġu limitati mis-Segretarjat Ġenerali fit-tweġibiet tagħhom;

298.  Jinsab imħasseb dwar il-protezzjoni mogħtija lill-informaturi u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-drittijiet tagħhom jiġu difiżi bis-sħiħ;

299.  Jirrimarka li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) irċevew fl-2013 kważi EUR 9 miljuni mid-DĠ Ambjent, kważi EUR 4 miljuni mid-DĠ Saħħa u Konsumaturi u EUR 5,7 miljuni mid-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni; jieħu nota ta' esternalizzazzjoni permanenti tal-kompiti tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament il-valur miżjud tal-Unjoni tal-flus li għaddew permezz ta' dawn l-NGOs;

300.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-Kummissarji li ilhom fil-kariga għal anqas minn sentejn allowance tranżizzjonali għal perjodu li ma jaqbiżx it-term tal-kariga tagħhom bħala Kummissarji;

301.  Iqis li fi żminijiet ta' kriżi u tnaqqis baġitarju ġenerali, l-infiq fil-ġranet li l-persunal tal-Unjoni jqattgħu 'l bogħod mill-post tax-xogħol għandu jitnaqqas u li tali attivitajiet, kemm jista' jkun, għandhom jiġu ristretti għall-postijiet tax-xogħol tal-istituzzjonijiet, peress li l-valur miżjud li jirriżulta ma jiġġustifikax tali kostijiet għolja;

302.  Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' nisa fil-pożizzjonijiet ta' responsabilità fil-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tvara skema ta' opportunitajiet indaqs imfassla biex tirrimedja dan l-iżbilanċ malajr kemm jista' jkun, b'mod partikolari fil-livell maniġerjali;

Kisba ta' riżultati mill-baġit tal-Unjoni

303.  Jiddispjaċih għall-fatt li minkejja xi progress irrappurtat mill-Qorti tal-Awdituri(132) r-raba’ rapport ta’ valutazzjoni kif previst fl-Artikolu 318 TFUE għadu mhux kontribut siewi għall-attività ta’ kwittanza, filwaqt li skont it-TFUE għandu jkun parti mill-evidenza meta l-Parlament jagħti kwittanza kull sena lill-Kummissjoni fir-rigward tal-baġit; jinsab imħasseb li n-nuqqas ta' ffukar fuq il-prestazzjoni huwa problema maġġuri tal-baġit tal-Unjoni;

304.  Jinnota li fir-rapport tagħha tal-2013, il-Qorti tal-Awdituri tikkonkludi li l-Istati Membri, meta kienu qed jagħżlu l-proġetti taħt ġestjoni kondiviża, iffukaw l-ewwel fuq il-ħtieġa li jonfqu l-flus tal-Unjoni li kienu disponibbli, u mhux fuq il-prestazzjoni mistennija tagħhom; jitlob li bil-għan li dan l-inċentiv jinqaleb u ssir bidla għal kultura ta' prestazzjoni tajba, jitlaqqa' grupp ta' ħidma (inklużi persuni akkademiċi) ta' livell għoli indipendenti dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni bil-għan li jagħmel rakkomandazzjonijiet biex strutturalment iċaqlaq l-inċentiv mill-infiq għall-prestazzjoni tajba, abbażi ta' valutazzjoni tal-valur miżjud tal-Unjoni, filwaqt li tiġi rrispettata l-konformità mar-regoli; huwa tal-fehma li dak li jsib dan il-grupp ta' ħidma ta' livell għoli għandu jkun disponibbli meta jkun il-waqt qabel ma jsir ir-rieżami ta' nofs it-term tal-QFP attwali u jifforma l-bażi għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-QFP l-ġdid;

305.  Itenni t-talba tiegħu li d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni jiddefinixxu fil-Pjan ta’ Ġestjoni tagħhom għadd limitat ta’ miri sempliċi, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Qorti tal-Awdituri f’dawk li huma rilevanza, komparabilità u affidabilità u li jkunu marbuta mal-għanijiet ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 li dawn jirrappurtaw dwar il-kisbiet tagħhom fir-rapport ta’ attività annwali tagħhom f’kapitolu intitolat “Kisbiet tal-politika” u li l-Kummissjoni tadotta, fuq din il-bażi, rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 318 tat-TFUE;

306.  Jitlob li l-Kummissjoni tinkludi fir-rapporti ta’ valutazzjoni li jmiss li jipprovdi għalihom l-Artikolu 318 TFUE analiżi tal-effiċjenza, tal-effikaċja u tar-riżultati miksuba f'dawk li huma tkabbir u impjiegi mill-pjan ta’ investiment ta’ EUR 315-il biljun imħabbra mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker fis-26 ta’ Novembru 2014 fis-sessjoni plenarja tal-Parlament;

307.  Jitlob li fir-rapport ta’ valutazzjoni li jmiss li jipprovdi għalih l-Artikolu 318 TFUE, il-Kummissjoni tinkludi analiżi magħmula b’kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment dwar l-effiċjenza, l-effikaċja u r-riżultati miksuba mill-pjan għat-Tkabbir u l-Impjiegi ta’ EUR 120 biljun adottat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tat-28 u d-29 ta’ Ġunju 2012;

308.  Jinsisti li l-organizzazzjoni interna tal-Kummissjoni, ippreseduta minn Jean-Claude Juncker, għandha tikkunsidra l-fatt li l-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi mhijiex ibbażata fuq attivitajiet immexxija minn kull DĠ individwali imma tħaddan seba’ inizjattivi emblematiċi trasversali li kull darba jiġu implimentati minn bosta Direttorati Ġenerali; jinsisti li l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni għalhekk meħtieġa fi ħdan il-Kummissjoni ma għandhomx joħolqu forom ġodda ta’ burokrazija;

309.  Jistieden lill-Kummissjoni timmaniġġja l-baġit tagħha b'tali mod li ma jkun hemm l-ebda rduppjar u duplikazzjonijiet ta' politiki tematiċi fost id-diversi Direttorati Ġenerali tagħha b'kompetenzi simili jew kważi identiċi;

310.  Iqis li l-kunċett/l-idea ta' Studji ta' Valutazzjoni tal-Impatt tas-Sostenibilità għandu jiġi applikat għat-tipi kollha ta' appoġġ finanzjarju, mhux biss fin-nefqa tal-Kummissjoni, iżda fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni; iqis li n-nefqa li ma tkunx tirrispetta studju/analiżi ta' valutazzjoni tal-impatt ma għandhiex tkun permessa;

311.  Jitlob lill-Kummissjoni tressaq rapport komprensiv dwar l-attivitajiet tagħha lill-kumita kompetenti tal-Parlament sa Settembru 2015 bil-għan li tinkoraġġixxi l-informar mill-pubbliku in ġenerali;

Aġenziji eżekuttivi

312.  Jiddispjaċih li skont ir-rapport tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport(133), l-Aġenzija ma twettaqx il-verifika ex-ante sodisfaċenti dwar it-tariffi għall-post tagħha fatturati mill-maniġer tal-bini li jirriżultaw f’EUR 113 513 ta' VAT imħallsa indebitament u li ma ġewx irkuprati fl-2013 mill-Aġenzija Eżekuttiva; jinnota li l-parti l-kbira tal-kuntratti, il-fatturi u l-irċevuti ta' bażi ma kinux għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija. jinnota li r-rata għolja ta’ riport għat-Titolu II (27 % ekwivalenti għal EUR 666 119) li tqajjem mistoqsijiet dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba ta’ din l-Aġenzija Eżekuttiva;

Il-kuntrabandu tat-tabakk

313.  Ifakkar li l-Parlament, fir-riżoluzzjoni li takkumpanja l-kwittanza tal-Kummissjoni tal-2012, kien talab valutazzjoni tal-ftehimiet eżistenti mal-4 gruppi tat-tabakk (Philip Morris International Corporation Inc. (PMI), Japan Tobacco International Corporation, British American Tobacco Corporation u Imperial Tobacco Corporation); jinnota li matul is-smigħ bil-magħluq dwar din il-kwistjoni, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tippreżenta, sa Mejju 2015, valutazzjoni tal-esperjenzi li saru fir-rigward tal-ftehim ma' PMI li jiskadi dalwaqt.

(1) ĠU L 66, 8.3.2013.
(2) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(3) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(4) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0119.
(8) ĠU L 66, 8.3.2013.
(9) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(10) ĠU C 408, 15.11.2014, p. 39.
(11) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 67.
(12) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128..
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(14) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(15) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(16) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(17) ĠU L 101, 21.4.2009, p. 26.
(18) ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.
(19) ĠU L 66, 8.3.2013.
(20) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(21) ĠU C 408, 15.11.2014, p. 6.
(22) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 74.
(23) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(24) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(25) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(26) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(27) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(28) ĠU L 5, 9.1.2004, p. 85.
(29) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.
(30) ĠU L 66, 8.3.2013.
(31) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(32) ĠU C 408, 15.11.2014, p. 5.
(33) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 83.
(34) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(35) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(36) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(37) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(38) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(39) ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.
(40) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69.
(41) ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183.
(42) ĠU L 66, 8.3.2013.
(43) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(44) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 240.
(45) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(46) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(47) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(48) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(49) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(50) ĠU L 9, 12.1.2008, p. 15.
(51) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.
(52) ĠU L 66, 8.3.2013.
(53) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(54) ĠU C 408, 15.11.2014, p. 40.
(55) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 351.
(56) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(57) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(58) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(59) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(60) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(61) ĠU L 11, 15.1.2008, p. 9.
(62) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.
(63) ĠU L 66, 8.3.2013.
(64) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(65) ĠU C 408, 15.11.2014, p. 41.
(66) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 358.
(67) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(68) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(69) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(70) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(71) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(72) ĠU L 32, 6.2.2007, p. 88.
(73) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.
(74) ĠU L 66, 8.3.2013.
(75) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(76) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1..
(77) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(78) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(79) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(80) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(81) Ara r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 11/2013, p. 93 sa 97.
(82) Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-29 ta' April 2015, imsemmija hawn fuq, dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti ta' Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza tal-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2013 Parti I.
(83) Ara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2014 dwar il-protezzjoni tal-baġit Ewropew sa tmiem l-2013 (COM (2014)0618), p. 11.
(84) Ara r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013, punt 1.14.
(85) Ara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2014)0618, msemmija hawn fuq, Tabella 5.2: l-irtirar fil-koeżjoni (EUR 775 miljun), Irkupri tal-iżvilupp rurali (EUR 129 miljun) u korrezzjonijiet finanzjarji implimentati permezz ta’ diżimpenn/tnaqqis fl-għeluq kemm fil-Politika ta’ Koeżjoni (EUR 494 miljun) jew f’oqsma oħra ta’ politika apparti l-oqsma tal-agrikoltura u l-politiki ta’ koeżjoni (EUR 1 miljun).
(86) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2014)0618, msemmija hawn fuq, Tabella 7.2:
(87) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2014 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl- 2013” (COM(2014)0342), p. 14: Ammont totali massimu f’riskju matul il-perjodu kollu ta’ 2013 'infiq (baġit tal-UE u l-FEŻ).
(88) L-Anness 1 tar-rapport ta' sinteżi jispjega “ammonti f'riskju” bħala l-valur tal-frazzjon tat-tranżazzjonijiet li huwa stmat li mhuwiex f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti regolatorji ukuntrattwali applikabbli wara l-applikazzjoni tal-kontrolli kollha (miżuri korrettivi) intenzjonati biex jimmitigaw ir-riskji ta' konformità.
(89) Mill-EUR 322 biljun, EUR 222 biljun jirrappreżentaw impenji baġitarji pendenti u EUR 99 biljun huma relatati ma' obbligazzjonijiet tal-karta tal-bilanċ li mhumiex koperti minn impenji pendenti.
(90) Preżentazzjoni tar-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri mill-President Vítor Manuel da Silva Caldeira f’laqgħa regolari tal-Kumitat CONT tal-5 ta’ Novembru 2014.
(91) Ibid.
(92) Informazzjoni mogħtija minn Kristalina Georgieva, Viċi President tal-Kummissjoni matul il-proċedura ta’ kwittanza.
(93) Ara r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 16/2014.
(94) COM(2013)0362.
(95) Ara r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013, punt 2.11, u r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 11/2013 (Kwittanza 2013) ‘Kisba ta' data korretta dwar l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING): approċċ aktar strutturat u ffukat aħjar itejjeb l-effettività tal-verifikazzjoni mill-Kummissjoni.”
(96) L-aħħar frażi tad-dikjarazzjoni ta' Jacek DOMINIK dwar ir-reviżjoni tal-introjtu nazzjonali gross tal-Istati Membri, Stqarrija għall-Istampa, Brussell 27 ta’ Ottubru 2014.
(97) Opinjoni Nru 7/2014 dwar proposta ta' Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplementa d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 459, 19.12.2014, p. 1).
(98) Testi adottati, P7_TA(2013)0078.
(99) Ara l-Qorti tal-Awdituri l-pajsaġġ reviżjoni ‘Nagħmlu l-aħjar użu mill-flus tal-UE: Reviżjoni tal-pajsaġġ tar-riskji għall-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-UE”, 2014, p. 67.
(100) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p.608).
(101) Ċifri indikattivi dwar it-tqassim tal-għajnuna, skont kemm tingħata għajnuna, li tingħata fil-kuntest ta’ għajnuna diretta mħallsa lill-produtturi skont ir-Regolament tal-Kunsill KE 1782/2003 u r-Regolament tal-Kunsill 73/2009, mibgħuta mill-Kummissarju Hogan fit- 8 ta’ Diċembru 2014.
(102) Il-frekwenza żdiedet b’mod pjuttost sinifikanti: minn 41 % fl- 2012 għal 61 % fl-2013.
(103) Skont ir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1), f’ċerti reġjuni, appoġġ tranżitorju jista’ jingħata biex jinkoraġġixxu lill-produtturi li jixtiequ jiksbu l-istatus ta’ organizzazzjoni tal-produtturi (OP) biex jiffurmaw gruppi ta’ produtturi; Dan il-finanzjament jista’ jiġi parzjalment rimborżat mill-UE u jieqaf ġaladarba l-grupp tal-produtturi jiġi magħruf bħala PO.
(104) Ara r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013, punt 43.
(105) Ara t-tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub tal-Kummissjoni Nru 11, smigħ ta’ CONT mal-Kummissarju Phil Hogan tal-1 ta’ Diċembru 2014.
(106) Ara r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall- 2013, punt 3.23 u ta’ wara.
(107) Ara r-rapport annwali tal-attività 2013 tad-DĠ AGRI, Anness 10, Tabella 51: “każijiet ġodda miftuħa mill-2007”.
(108) Ara r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013, punt 4.25.
(109) Ara r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013, punt 4.27.
(110) Ara t-tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub Nru 29, smigħ ta’ CONT mal-Kummissarju Phil Hogan fl-1 ta’ Diċembru 2014.
(111) Ara r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 23/2014 intitolat 'Żbalji finnefqa għalliżvilupp rurali: x’jikkawżahom, u kif qed jiġu indirizzati?', p. 10: it-8,2 % huma medja tat-tliet snin b’limitu inferjuri ta’ 6,1 % u limitu superjuri ta’ 10,3 %. Il-medja hija komposta minn 8,4 % għall-2011, 8,3 % għall-2012 u 7,9 % għall-2013.
(112) Ara r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 23/2014, p. 22 sa 24.
(113) Dikjarazzjoni mill-Membru tal-Qorti tal-Awdituri, Rasa Budbergyte, smigħ ta’ CONT mal-Kummissarju Phil Hogan fl-1 ta’ Diċembru 2014.
(114)Ara t-tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub Nru 12, smigħ ta’ CONT mal-Kummissarju Phil Hogan fl-1 ta’ Diċembru 2014.
(115) Ara r-rapport annwali tal-attività 2013 tad-DĠ AGRI, Tabella 2.1.24.
(116) Ara r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 20/2014, punt 68.
(117) Ara r-rapport annwali tal-attività 2013 tad-DĠ REGIO, Anness, p. 41.
(118) Ara r-rapport annwali tal-attività 2013 tad-DĠ REGIO, Anness, p. 42.
(119) Ara r-rapport annwali tal-attività 2013 tad-DĠ REGIO, Anness, p. 43.
(120) Ir- Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).
(121) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(122) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).
(123) COM(2015)0118
(124) ĠU L 266, 5.9.2014, p. 69, paragrafu 139 et seq.
(125) Jiddispjaċih li t-73 SĠK li ġejjin fl-Istati Membri kienu kkunsidrati, fl-aħjar sitwazzjoni, parzjalment affidabbli (immarkat b’kulur oranġjo minnfirxa tal-kuluri aħdar, isfar, oranġjo u aħmar): Vorarlberg (AT), Vjenna (AT), Styria (AT), Tirol (AT), Brussell (BE), żvilupp reġjonali (BG), ambjent (BG), Negozju u Innovazzjoni (CZ), ROP NUTSII tal-Grigal (CZ), ROP NUTS II Silesia (CZ), OP Integrata (CZ), Thuringia (DE), Mecklenburg Pomeranja tal-Punent (DE), Saxony-Anhalt, Bremen (DE), Rheine Westphalia tat-Tramuntana (DE), EC ENV (EE), Attica (EL), il-Greċja tal-Punent (EL), Macedonia-Thrace (EL), Thessaly-il-Greċja kontinentali-Epirus (EL), Kreta u l-Gżejjer Eġej (EL), Murcia (ES), Melilla (ES),Ceuta (ES), Asturias (ES), Galicia (ES), Extremadura (ES), Castalia La Mancha (ES), Andalucía (ES), Fond ta’ Koeżjoni (ES), Cantabria (ES), ir-reġjun Bask (ES), Navarra (ES), Madrid (ES), Rioja (ES), Cataluña (ES), Il-Gżejjer Baleariċi (ES), Aragon (ES), Castalia y Leon (ES), ir-reġjun ta’ Valenzja (ES), Il-Gżejjer Kanarji (ES), Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għan-negozju (ES), Żvilupp ekonomiku (HU), Enerġija ambjentali (HU), Pannon tal-Punent (HU), Il-Pjanura l Kbira tan-Nofsinhar (HU), It-Transdanubju Ċentrali (HU), L-Ungerija tat-Tramuntana (HU), Trasport (HU), Il-Pjanura l Kbira tat-Tramuntana (HU), Transdanubju tan-Nofsinhar (HU), L-Ungerija Ċentrali (HU), L-Adrijatiku (Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni - IPA), Mecklenburg Pomeranja tal-Punent/Brandenburg-il-Polonja (Kooperazzjoni Territorjali Ewropea - ETC), Il-Fjandri - il-Pajjiżi l-Baxxi r-reġjun tal-fruntiera (ETC), Networks u Mobilità (IT), Riċerka (IT), Sigurtà (IT), Calabria (IT), Puglia (IT), Sqallija (IT), Basilicata (IT), Sardinja (IT), Infrastruttura u ambjent (PL), Żvilupp il-Polonja tal-Lvant (PL), Soċjetà tal-informazzjoni (SK), Ambjent (SK), PO Reġjonali (SK), Trasport (SK), Saħħa (SK), Kompetittività u tkabbir ekonomiku (SK), Assistenza teknika (SK), Riċerka u żvilupp (SK).
(126) L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, Is-sitwazzjoni tar-Rom fi 11-il Stat Membru tal-UE, il-Lussemburgu 2012
(127) Ara r-Rapport Annwali tal-Attività tal-EuropeAid 2013, p. 197.
(128)a.b.c.d.e.f.g.h.i.IEP “20 Ammont Ineliġibbli Ex Ante”IEP 1 “Eżekuzzjoni tal-Previżjonijiet Finanzjarji: Pagamenti”IEP 2 “Eżekuzzjoni tal-Previżjonijiet Finanzjarji: Kuntratti”.IEP 4 “Kapaċità ta’ Assorbiment tal-RAL”,IEP 18 “Persentaġġ ta’ Proġetti li Saritilhom Żjara fil-Perjodu tal-RMAE”IEP 21 “Implimentazzjoni tal-Pjan Annwali tal-Awditjar: Sena N (2013)”IEP 22 “Implimentazzjoni tal-Pjan Annwali tal-Awditjar: Sena N - 1 (2012)”IEP 23 “Implimentazzjoni tal-Pjan Annwali tal-Awditjar: Sena N - 2 (2011)”IEP 26 “Rkupru jew Ġustifikazzjoni ta’ Ammonti Ineliġibbli għall-Awditjar”.
(129) UNHCR Inspector General's Office, Inquiry Report INQ/04/005, Geneva, 12 May 2005.
(130) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(131) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat- 22 ta’ Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1).
(132) Ara r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013, punt 10.24.
(133) Ara r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport) għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (ĠU C 442, 10.12.2014, p. 358), punti 11 sa 13.


Rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni 2013
PDF 785kWORD 325k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni 2013 (2014/2140(DEC))
P8_TA(2015)0119A8-0067/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510 – C8‑0140/2014)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3) u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni(5) u r-riżoluzzjoni tiegħu bl-osservazzjonijiet li jifformaw parti integrali minn dik id-deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri mfassla skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05303/2015 – C8‑0053/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0067/2015),

A.  billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni timplimenta l-baġit u tieħu ħsieb il-ġestjoni tal-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din tipproċedi bl-implimentazzjoni tal-baġit b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipji tal-amministrazzjoni finanzjarja tajba;

B.  billi r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri jipprovdu tagħrif dwar kwistjonijiet ta' tħassib marbuta mal-implimentazzjoni tal-fondi, u għalhekk huma utli għall-Parlament fl-eżerċizzju tar-rwol tiegħu ta' awtorità ta' kwittanza,

C.  billi l-osservazzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri jifformaw parti integrali mid-deċiżjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni;

Parti I – Rapport Speċjali Nru 11/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Kisba ta' data korretta dwar l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING): approċċ aktar strutturat u ffukat aħjar itejjeb l-effettività tal-verifikazzjoni mill-Kummissjoni"

1.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi strutturata u formalizzata li tqis il-kostijiet u l-benefiċċji u li tippermettilha tippjana u tipprijoritizza l-verifikazzjoni tagħha fir-rigward ta' oqsma speċifiċi jew (sotto)proċessi ta' kompilazzjoni; huwa tal-fehma li tali analiżi għandha tqis ir-riskji relatati mal-kompilazzjoni tal-Istati Membri tal-kontijiet nazzjonali tagħhom u d-daqs relattiv tal-komponenti ING fl-ekonomija totali; iqis li din il-valutazzjoni tar-riskji għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni kollha kwalitattiva u kwantitattiva disponibbli fid-dipartimenti kollha tal-Eurostat u għandha tikkonċentra fuq il-proċeduri ta' kompilazzjoni deskritti fl-inventarji tal-ING u fir-rapporti reċenti ta' kwalità tal-ING tal-Istati Membri;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tqassar iż-żmien taċ-ċiklu tal-verifikazzjoni tagħha sabiex tillimita l-użu ta' riżervi ġenerali; iqis li tali riżervi għandhom ikunu limitati għal każijiet eċċezzjonali fejn hemm riskji sinifikanti li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ma jkunux protetti, pereżempju meta Stat Membru jwettaq reviżjoni maġġuri matul iċ-ċiklu tal-verifika jew f'intervalli irregolari;

3.  Jistieden lill-Eurostat jirrapporta b'mod ċar u fil-mument opportun lill-Kumitat ING dwar każijiet fejn il-prinċipju tal-kostijiet-benefiċċji jitqies li japplika;

4.  Jistenna li l-proċess ta' verifika mill-Kummissjoni jinvolvi valutazzjoni tar-riskji kwalitattiva, li tkun strutturata u formalizzata, tal-proċeduri ta' kompilazzjoni deskritti fl-inventarji tal-ING u verifika fil-fond ta' komponenti materjali u riskjużi tal-ING; jemmen li l-għażla tal-komponenti tal-ING għal verifika fil-fond għandha ssir skont l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji deskritta fir-Rakkomandazzjoni 1; huwa tal-fehma li l-ambitu u l-objettivi ta' verifika fil-fond għandhom ikunu usa' minn dawk ta' verifika diretta mwettqa mill-Eurostat fiċ-ċiklu reċenti tal-verifika;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari fil-verifika tagħha għall-eżawrjenza tal-ING tal-Istati Membri u l-użu ta' proċeduri kumparabbli ta' stima biex tiġi koperta l-ekonomija sotterranja fil-kontijiet nazzjonali; jistieden lill-Eurostat jiċċekkja jekk il-linji gwida tal-Kummissjoni jiġux segwiti mill-Istati Membri kollha u jieħu azzjonijiet xierqa li jiżguraw trattament kumparabbli ta' din il-kwistjoni bejn l-Istati Membri;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tiddokumenta x-xogħol tagħha li jinkludi ġabra kompluta ta' informazzjoni relatata mal-verifika tal-Eurostat imwettqa abbażi ta' kontrolli fl-uffiċċju u/jew ta' żjarat fl-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs); iqis li l-fajls ta' kontroll tal-Eurostat għandhom jippermettu lill-maniġment jidentifika b'mod ċar ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fuq il-komponenti ING magħżula, f'konformità mal-istandards ta' kontroll intern (ICS);

7.  Jistieden lill-Eurostat sabiex, fejn hu possibbli, jivvaluta l-impatt potenzjali (għall-osservazzjonijiet kwantifikabbli) u/jew l-ammont f'riskju (għall-osservazzjonijiet mhux kwantifikabbli) tal-punti ta' azzjoni u jistabbilixxi kriterji ċari ta' materjalità sabiex jistabbilixxi riżervi speċifiċi; iqis li dawn il-kriterji għandhom ikunu kwalitattivi jew kwantitattivi; huwa tal-fehma li, bħala regola ġenerali, għandu jkun hemm riżervi dwar komponenti ING speċifiċi li huma relatati ma' punti ta' azzjoni mhux indirizzati mill-NSIs fl-iskadenzi stabbiliti u li l-impatt tagħhom jista' jkun materjali;

8.  Jistieden lill-Eurostat itejjeb il-koordinazzjoni bejn id-dipartiment tiegħu inkarigat mill-verifika tal-ING għal skopijiet tar-riżorsi proprji u d-dipartimenti l-oħra tiegħu, b'mod partikolari dawk li jittrattaw il-kontijiet nazzjonali; iqis li, fejn azzjonijiet possibbli mwettqa minn dipartimenti oħra tal-Eurostat jista' jkollhom impatt fuq il-kompilazzjoni tal-prodott domestiku gross (PDG) u/jew tal-ING, il-Kumitat ING għandu jiġi kkonsultat u d-deċiżjoni finali dwar dawn il-miżuri għandha tittieħed f'livell ġerarkiku xieraq fl-Eurostat;

9.  Jistieden lill-Eurostat itejjeb ir-rapporti ta' valutazzjoni tiegħu biex jipprovdi evalwazzjoni kompluta, trasparenti u konsistenti tad-data tal-ING tal-Istati Membri; iqis li l-opinjonijiet annwali tal-Kumitat ING għandhom jinkludu valutazzjoni ċara dwar jekk id-data tal-ING tal-Istati Membri hijiex xierqa (jew le) għal dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi proprji, jekk il-kontenut tagħhom huwiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003(8) (Regolament dwar l-ING) u jekk dawn jintużawx b'mod xieraq fil-proċedura baġitarja kif prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000(9) (Regolament dwar ir-riżorsi proprji);

10.  Huwa tal-fehma li r-Rapporti Annwali tal-Attività tad-DĠ Baġit u l-Eurostat għandhom jipprovdu stampa reali u ġusta tal-verifikazzjoni tad-data dwar l-ING tal-Istati Membri, u tal-ġestjoni tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti għall-Eurostat biex jirrapporta b'mod regolari dwar ir-riżultati tal-verifika tiegħu tad-data tal-ING, u b'hekk id-DĠ Baġit ikun jista' jislet il-garanziji meħtieġa biex dawn jintużaw fil-kuntest tar-RAA tiegħu;

Parti II – Rapport Speċjali Nru 13/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Assistenza għall-Iżvilupp mill-UE lill-Asja Ċentrali"

11.  Jilqa' r-rapport speċjali li jivvaluta l-assistenza għall-iżvilupp mill-UE lill-Asja Ċentrali; jieħu nota tas-sejbiet, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet u jressaq l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

Rimarki ġenerali

12.  Jilqa' l-osservazzjonijiet tar-rapport li juri li l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għamlu sforzi sinifikanti f'kuntest ġeografiku u politiku pjuttost impenjattiv;

13.  Jinnota, madankollu, li għad hemm lok għal titjib biex l-istrateġiji għall-iżvilupp tal-Unjoni jkunu mmirati u mfassla aħjar permezz ta' mudelli adegwati ta' assistenza biex jitjiebu l-viżibbiltà u l-impatt tal-objettivi politiċi tal-Unjoni fil-livell reġjonali;

14.  Jenfasizza l-fatt li l-livell u n-natura tal-impenn tal-Unjoni għandhom ikunu ddifferenzjati u kondizzjonali, skont il-progress kwantifikabbli fl-oqsma tad-demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, l-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, billi toffri l-assistenza tagħha fejn tkun meħtieġa għat-trawwim ta' dan il-progress, billi jkunu segwiti linji simili għall-prinċipji tal-politika tal-viċinat tal-Unjoni;

15.  Iqis li l-promozzjoni kontinwa tal-programmi mmirati lejn il-pajjiżi tal-Asja Ċentrali min-naħa tal-Unjoni hija għodda transkonfinali importanti biex jitrawmu l-fehim u l-kooperazzjoni fost il-pajjiżi fir-reġjun;

16.  Jindika li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali tista' biss trendi r-riżultati jekk kemm-il darba dawn il-pajjiżi jkunu konformi mal-istandards internazzjonali tad-demokrazija, il-governanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; bl-istess mod jenfasizza li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni m'għandhiex tkun subordinata għal interessi ekonomiċi, tal-enerġija jew dawk ta' sigurtà;

Żviluppi futuri fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-assistenza futura għall-iżvilupp

17.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tfassal kull programm reġjonali futur b'mod li dan ikun probabbli li jikseb dimensjoni reġjonali ġenwina;

18.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkonċentra l-assistenza kollha pprovduta fuq għadd żgħir ta' setturi;

19.  Jindika li l-assistenza futura għall-iżvilupp għandha tissaħħaħ, minn naħa, permezz ta' koordinazzjoni interna msaħħa tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, permezz ta' impenn intensifikat ma' donaturi internazzjonali u partijiet interessati reġjonali oħra;

20.  Jappoġġa bil-qawwa l-ftuħ ta' delegazzjonijiet kompletament funzjonanti tal-Unjoni fil-pajjiżi kollha tal-Asja Ċentrali bħala mezz għat-tkabbir tal-preżenza u l-viżibilità tal-Unjoni fir-reġjun u tal-kooperazzjoni u l-impenn fit-tul mas-setturi kollha tas-soċjetà u għat-tkattir tal-progress għal komprensjoni aħjar u biex ifiġġu l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; iqis li l-preżenza ta' dawn id-delegazzjonijiet se tikkontribwixxi bil-kbir għall-kisba tal-objettivi tal-assistenza għall-iżvilupp;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema għall-kalkolu u r-rappurtar dwar l-ispiża amministrattiva kumplessiva involuta fit-twassil tal-assistenza tagħha għall-iżvilupp;

22.  Jitlob lill-Kummissjoni tiddefinixxi u tapplika kundizzjonijiet rigorużi u verifikabbli b'mod oġġettiv għal kwalunkwe programm ta' appoġġ baġitarju li għaddej, b'mod partikolari bl-għoti ta' attenzjoni suffiċjenti lill-appoġġ għal mekkaniżmi kontra l-korruzzjoni;

23.  Ifakkar li l-korruzzjoni hija problema serja fil-pajjiżi tal-Asja Ċentrali; jirrimarka li skont l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni maħruġa minn Transparency International, il-pajjiżi kollha tal-Asja Ċentrali ġew klassifikati b'indiċi ta' anqas minn 28 minn massimu ta' 100 fl-2011, filwaqt li l-Kirgiżistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan jinsabu fl-aħħar 10 % tal-182 pajjiż mistħarreġ;

24.  Iqis li tali korruzzjoni mifruxa tista' taffettwa r-reputazzjoni tal-Kummissjoni u tnaqqas l-effikaċja tal-programmi ta' appoġġ;

25.  Huwa tal-fehma li d-deċiżjonijiet dwar l-iżborż għandhom ikunu bbażati fuq il-progress ta' pajjiżi sħab aktar milli fuq l-impenn tagħhom li jagħmlu riforma; jenfasizza l-importanza li tkun żgurata politika xierqa ta' djalogu bbażata fuq approċċ ibbażat fuq inċentivi u monitoraġġ kontinwu ta' riformi u programmi settorjali li jkejlu r-rendiment u s-sostenibbiltà tar-riżultati;

26.  Jappella għal trasparenza akbar fl-allokazzjoni tal-fondi mill-ambaxxati tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jappoġġaw b'mod ġenwin lis-sħab indipendenti mhux governattivi sabiex jgħinu biex ikollhom rwol effettiv fl-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tas-soċjetà ċivili;

27.  Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb it-tfassil u t-twassil tal-programmi fid-dawl tat-tagħlimiet meħuda u ta' ċirkustanzi li jinbidlu;

28.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar ir-riżultati u l-impatt b'mod li jippermetti li jsir tqabbil mal-pjanijiet u l-objettivi;

Parti III – Rapport Speċjali Nru 15/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-komponent "Ambjent" tal-Programm LIFE kien effettiv?"

29.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Programm LIFE jaġixxi bħala katalist għall-bidliet fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika; jenfasizza l-ħtieġa li, għall-proġetti li se jiġu ffinanzjati, il-Kummissjoni tistabbilixxi objettivi ċari, speċifiċi, kwantifikabbli u li jistgħu jintlaħqu;

30.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi ta' aktar minn wieħed mill-oqsma prijoritarji tal-Programm; jenfasizza l-ħtieġa li l-proġetti ffinanzjati jevitaw l-iżolament u, għall-kuntrarju, ikunu ta' natura transnazzjonali u jikkontribwixxu, b'mod kwantifikabbli, għad-diffużjoni, is-sostenibbiltà u r-riproduzzjoni tar-riżultati tagħhom fi Stati Membri oħrajn;

31.  Jinnota li, xi drabi, l-allokazzjonijiet nazzjonali jistgħu jfixklu l-għażla tal-aħjar proġetti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżommu bilanċ ġeografiku billi jipproponu aktar proġetti integrati, iżda jtenni li qabelxejn il-fondi għandhom jitqassmu skont il-merti tal-proġetti u mhux b'mod li jkun ta' detriment għall-kwalità tal-proġetti;

32.  Jinnota li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-potenzjal tal-proġetti li jiġu diffużi, sostnuti u riprodotti; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi indikaturi ċari biex jiġi vvalutat il-potenzjal ta' diffużjoni, sostenibbiltà u riproduzzjoni tal-proġetti vvalutati sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq segwitu għal dawn l-objettivi;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-għodod ġestjonali tal-programmi tagħha sabiex jiġu evitati proċeduri ta' selezzjoni mhux trasparenti; iqis li dan jinkludi t-titjib tal-formoli ta' evalwazzjoni tas-selezzjoni tal-proġetti, l-introduzzjoni ta' formoli dettaljati għall-valutazzjoni tal-ispejjeż mitluba, monitoraġġ xieraq tal-proġetti, l-introduzzjoni ta' indikaturi komuni ta' prestazzjoni u riżultat adegwati, u monitoraġġ bir-reqqa tas-segwitu mogħti lill-proġetti;

Parti IV – Rapport Speċjali Nru 16/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Valutazzjoni ta' awditu uniku (single audit) u d-dipendenza tal-Kummissjoni fuq ix-xogħol tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar fil-koeżjoni"

34.  Jenfasizza l-gwadanni potenzjali ta' effiċjenza minn katina ta' awditu uniku bbażata fuq prinċipji u standards komuni; iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri jkomplu bl-isforzi tagħhom f'dan ir-rigward; iqis li tali sistema ta' awditu uniku għandha tikkunsidra wkoll iċ-ċikli ta' programmi pluriennali;

35.  Ifakkar lill-Kummissjoni dwar ir-rimarki tal-Parlament(10) fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Annwali tagħha għall-2012: "jenfasizza li r-riżultati tal-awditu tal-Qorti tal-Awdituri ta' nuqqasijiet jinsabu fil-"kontrolli primarji" tal-infiq [fl-Istati Membri]; josserva li, għal 56 % tat-tranżazzjonijiet tal-politika reġjonali milquta minn żball (kwantifikabbli u/jew mhux kwantifikabbli), il-Qorti tqis li kien hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli biex l-awtoritajiet tal-Istati Membri jaqbdu u jikkoreġu wieħed jew iktar mill-iżbalji qabel ma ċċertifikaw l-infiq lill-Kummissjoni"; jinnota li din hi r-raġuni għalfejn il-Parlament approva r-riżerva maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ REGIO rigward is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll FEŻR/Fond ta' Koeżjoni/IPA għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 fi 17-il Stat Membru (72 programm) u talab biex jittieħdu azzjonijiet rapidi;

36.  Jibqa' konvint, għaldaqstant, li l-Istati Membri jridu jsiru aktar viġilanti fil-ġestjoni tal-fondi strutturali;

37.  Jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-introduzzjoni tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali, iffirmati fil-livell xieraq, preferibbilment wieħed politiku, u mibnija fuq id-dikjarazzjonijiet annwali tal-ġestjoni (l-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju);

38.  Jilqa' l-fatt li mill-2009 l-Kummissjoni wettqet awditi estensivi fil-post biex teżamina l-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar; jinnota li wettqet 269 missjoni tal-awditjar u eżaminat 47  u 84  Awtorità tal-Awditjar għall-FEŻR u għall-FSE, rispettivament; jinnota li l-missjonijiet koprew bejn wieħed u ieħor 96 % u 99 % tal-allokazzjonijiet totali, rispettivament; huwa tal-opinjoni li matul perjodu ta' finanzjament il-Kummissjoni għandha tawditja l-programmi operazzjonali (PO) kollha minn tal-anqas darba;

39.  Jilqa' l-użu ta' interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta' pagamenti min-naħa tal-Kummissjoni meta l-iżbalji jaqbżu l-limitu minimu ta' materjalità ta' 2 %; iqis li dawn huma għodod utli għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jinsab konvint li l-Kummissjoni għandha tikkonċentra fuq l-isforzi tal-awditjar tagħha stess fuq "min ikollu prestazzjoni ħażina";

40.  Hu tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dettaljata biżżejjed dwar l-awditi tagħhom;

41.  Jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l -Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet tal-awditjar ikunu jistgħu jużaw qafas metodoloġiku stabbli u vinkolanti li jiżgura li l-infiq tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha huwa ċċekkjat skont l-istess standards u li r-riżultati huma rrappurtati b' mod preċiż;

42.  Jinnota b'sodisfazzjoni li, fit-13 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni għal korrezzjonijiet finanzjarji netti fuq l-Istati Membri għall-Politika tal-Agrikoltura u l-Koeżjoni (COM(2013)0934); jenfasizza madankollu li l-kwistjoni dwar jekk l-istrument il-ġdid hux se jwassal għal żieda fil-korrezzjonijiet netti u għaldaqstant għal kwota ta' żbalji aktar baxxa fil-politika ta' koeżjoni, se tkun tiddependi minn bosta fatturi;

43.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw strument ta' awditu li, minn naħa waħda, jirreġistra żbalji u irregolaritajiet annwali filwaqt li, min-naħa l-oħra, iqis il-korrezzjoni finanzjarja matul il-perjodu ta' programmazzjoni;

44.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni aġġornat il-pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni korretta tal-prinċipju tal-'awditu uniku' f'Settembru 2013, li konformità miegħu tqiegħed lill-awtoritajiet nazzjonali f'pożizzjoni fejn ikunu jistgħu jiksbu l-"istatus ta' awditu uniku"; jitlob kopja ta' dan id-dokument;

45.  Jinsab imħasseb dwar l-idea li l-kontroll tal-infiq jista' jirrappreżenta piż amministrattiv; iqis li l-obbligu tar-reponsabbiltà m'għandux jiskoraġġixxi lil benefiċjarji potenzjali milli japplikaw għal assistenza finanzjarja;

Parti V – Rapport Speċjali Nru 17/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Finanzjament għall-klima mill-UE fil-kuntest ta' għajnuna esterna"

46.  Jilqa' r-rapport speċjali li jeżamina l-finanzjament tal-Unjoni b'rabta mal-klima fil-kuntest tal-għajnuna esterna bħala kontribut importanti għad-dibattitu politiku u finanzjarju ġenerali dwar il-politika u d-diplomazija tal-Unjoni dwar il-klima; jieħu nota tas-sejbiet, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet u jressaq l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

Rimarki ġenerali

47.  Jilqa' s-sejbiet tar-rapport li juru li l-Kummissjoni mmaniġġjat tajjeb l-infiq tal-UE relatat mal-klima mill-baġit tal-Unjoni u mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ);

48.  Jilqa' wkoll il-ħidma mibdija mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri dwar standard komuni tal-Unjoni għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-finanzjament pubbliku b'rabta mal-klima;

49.  Itenni l-pożizzjoni tal-Parlament, li l-Qorti tal-Awdituri ħadet nota tagħha fir-rapport speċjali, li jinsisti li l-finanzjament għall-klima għandu jkun addizzjonali għall-mira ta' 0,7 %; jiddeplora l-fatt li l-kunċett ta' addizzjonalità tal-Parlament naqas milli jiġi kkonfermat fin-negozjati dwar l-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (DCI);

50.  Jirrimarka, madankollu, li hemm bżonn li l-Kummissjoni teżerċita biżżejjed tmexxija biex timmassimizza l-impatt internazzjonali tagħha u tikkonsolida l-għodod għat-tiswir tal-kundizzjonijiet għad-diplomazija klimatika u ekoloġika tal-Unjoni fis-snin li ġejjin, b'mod partikolari biex jintlaħqu l-parametri relatati mal-klima fi ħdan id-DCI kif adottati f'Diċembru 2013, li jgħidu li r-Regolament għandu "jikkontribwixxi għall-objettiv li mill-inqas 20 % tal-baġit tal-Unjoni jkun indirizzat lejn soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għall-klima, u li l-programm Beni Pubbliċi u Sfidi Globali previst f'dan ir-Regolament għandu juża mill-inqas 25 % tal-fondi tiegħu biex ikopri t-tibdil fil-klima u l-ambjent (il-Premessa 20 tad-DCI)"; jirrimarka li l-Anness IV tad-DCI jispeċifika wkoll li skont il-programm Beni Pubbliċi u Sfidi Globali (GPGC), 27 % tal-fondi huma allokati għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima u tal-inqas 50 % tal-programm tal-GPGC se jservi għal azzjoni relatata mal-klima u għall-objettivi relatati mal-ambjent;

51.  Jilqa' l-fatt li mill-2011 sar impenn f'madwar 40 pajjiż biex jitjieb il-Programm Konġunt tal-UE, jirrimarka, madankollu, li l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-finanzjament għall-klima għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw xorta teħtieġ li titjieb b'mod konsiderevoli, mhux biss biex jintlaħaq l-impenn għall-2020 iżda wkoll biex l-Unjoni tkun tista' tibqa' fuq quddiem fir-rigward tal-azzjonijiet b'rabta mal-klima u tiġġieled il-korruzzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

52.  Itenni l-appoġġ tal-Parlament għall-ipprogrammar konġunt u l-għarfien tiegħu tal-progress sinifikanti li twettaq dwar dan; jistenna b'ħeġġa li jiġi kkonsultat mill-ġdid, kif imwiegħed mill-Kummissjoni, jekk dan l-ipprogrammar iwassal għal bidliet fl-ipprogrammar tad-DCI;

53.  Jinnota l-ispjegazzjonijiet dwar id-diffikultajiet fl-intraċċar u r-rappurtar, minħabba l-prattiki diverġenti tar-rappurtar tal-Istati Membri, mogħtija fir-Rapport ta' Responsabilità tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, ippubblikat fit-3 ta' Lulju 2014 fil-forma ta' Dokument ta' Ħidma tal-Persunal, inkluża taqsima fil-Volum I dwar il-Finanzjament għall-Klima li tipprovdi tagħrif dwar il-finanzjament għall-klima tal-Unjoni; jinnota li r-rapport jtenni ċ-ċifra ta' EUR 7,3 biljun ta' Finanzjament Rapidu li sar disponibbli mill-Unjoni u mill-Istati Membri, u jħeġġeġ titjib ulterjuri fir-rapportar dwar l-impatt u r-riżultati tal-għajnuna dwar l-iżvilupp;

Żviluppi futuri

54.  Jitlob aktar allokazzjoni ta' fondi għal setturi speċifiċi, inklużi l-finanzjament għall-klima, meta mogħtija permezz tal-appoġġ tal-baġit, u aktar trasparenza dwar l-użu tal-fondi b'mod ġenerali;

55.  Iqis li l-Kummissjoni u s-SEAE għandhom isaħħu l-politika ta' komunikazzjoni tagħhom, kemm rigward l-appoġġ mogħti b'mod globali jew lil pajjiżi destinatarji individwali kif ukoll biex jipproġettaw il-valuri tal-Unjoni;

56.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-korruzzjoni għadha xkiel sinifikanti għall-finanzjament effettiv tal-klima u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha fir-rigward tal-ħidma ma' sħab għall-iżvilupp dwar kwistjonijiet kontra l-korruzzjoni;

57.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi pjan direzzjonali lill-Kunsill biex jiżdied il-finanzjament għall-klima sabiex tinkiseb il-mira tal-Qbil ta' Kopenħagen 2020, inkluża definizzjoni ta' finanzjament privat;

58.  Jitlob lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni indipendenti tal-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima, inkluż li tiġi eżaminata r-raġuni għalfejn il-parti l-kbira tal-Istati Membri ma għażlux li jikkofinanzjawha;

59.  Jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jirrappurtaw dwar il-punt sa fejn il-mira tal-UE tal-infiq ta' 20 % tal-baġit tal-UE u tal-FEŻ bejn l-2014 u l-2020 dwar azzjoni relatata mal-klima tiġi implimentata fl-għajnuna għall-iżvilupp, u jispeċifikaw x'ġie impenjat u zborżat;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) (ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu għall-Monitoraġġ), jaqblu dwar standards komuni għall-monitoraġġ, għar-rappurtar u għall-verifikazzjoni, notevolment fir-rigward tad-definizzjoni ta' 'ġodda u addizzjonali', l-applikazzjoni tal-Markaturi ta' Rio u r-rappurtar dwar l-iżborż tal-finanzjament tal-klima;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom biex jimplimentaw il-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar it-Tqassim tax-Xogħol fil-qasam tal-finanzjament tal-klima, notevolment fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar allokazzjonijiet minn pajjiżi, programmazzjoni konġunta u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-finanzjament għall-klima;

Parti VI – Rapport Speċjali Nru 18/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-affidabbiltà tar-riżultati tal-kontrolli mill-Istati Membri tal-infiq agrikolu"

62.  Jirrikonoxxi li s-sistemi eżaminati fir-Rapport Speċjali Nru 18/2013 inbidlu bir-regolamenti l-ġodda tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), b'aktar responsabilitajiet mogħtija lill-korpi ta' ċertifikazzjoni fl-Istati Membri fil-qasam tal-verifika tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa u l-verifika tar-riżultati ta' kontroll ikkomunikati lill-Kummissjoni;

63.  Jilqa' l-isforzi attwali tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni tal-PAK; jistenna li s-simplifikazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà twassal għas-simplifikazzjoni tar-regoli tal-kontroll u tista' tikkontribwixxi għal rata ta' żball aktar baxxa;

64.  Ifakkar lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-problemi li ġew iffaċċjati ma jiġux ripetuti; ifakkar li l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Annwali tagħha tal-2012 kienu kif ġej:

   (a) li s-sistemi superviżorji u ta' kontroll tal-Istati Membri għall-ħlas ta' spejjeż u għall-iżvilupp rurali kienu parzjalment effikaċi u li, għal għadd sinifikanti ta' tranżazzjonijiet affetwati minn żball, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji kkonċernati;
   (b) li l-effikaċja tas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) hi affetwata b'mod negattiv primarjament minn bażijiet tad-data mhux preċiżi użati għall-kontroverifiki;

65.  Jenfasizza li fit-3 ta' April 2014 il-Parlament approva r-riżerva tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI fir-Rapport ta' Ħidma Annwali tiegħu għall-2012 rigward in-nuqqasijiet li nstabu mill-Kummissjoni u mill-Qorti tal-Awdituri fl-eliġibbiltà tal-art; ifakkar li l-Parlament talab, b'mod partikolari, li l-mergħat permanenti għandhom jiġu rreġistrata kif xieraq fis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba' (LPIS) u li għandu jiġi infurmat mill-Kummissjoni kull sitt xhur dwar il-progress li jkun sar;

66.  Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu azzjoni ta' rimedju immedjata meta jirriżulta li s-sistemi amministrattivi u ta' kontroll u/jew il-bażijiet tad-data ma jkunux biżżejjed jew ma jkunux aġġornati;

67.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħlasijiet ikunu bbażati fuq ir-riżultati tal-kontrolli u li dawk il-kontrolli ikunu tal-kwalità meħtieġa, sabiex iż-żoni eliġibbli jkunu jistgħu jiġu ddeterminati b'mod affidabbli u konsistenti;

68.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li d-disinn u l-kwalità tal-ħidma mwettqa mill-aġenziji tal-pagament u tal-postijiet ta' ċertifikazzjoni jipprovdu bażi affidabbli għall-valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti; jemmen li sabiex dan jintlaħaq, il-Kummissjoni għandha taħdem lejn l-objettiv ta' strateġija ta' awditu uniku għas-sistema ta' kontroll tal-PAK;

69.  Jilqa' l-bidla fl-approċċ użat mid-DĠ AGRI biex jikkalkula r-rata ta' żball residwu għall-għajnuna diżakkoppjata skont l-erja fl-2012, peress li dan jikkunsidra l-fatt li l-istatistika dwar l-ispezzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet tad-diretturi tal-aġenziji tal-pagamenti u l-ħidma mwettqa mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jintlaqtu minn nuqqasijiet li jaffettwaw l-affidabbiltà tagħhom; jappella biex dan l-approċċ il-ġdid jiġi estiż għan-nefqa kollha tal-PAK fir-Rapport ta' Attività Annwali tad-DĠ AGRI fil-perjodu ta' finanzjament il-ġdid;

70.  Ifakkar lill-Kummissjoni li huwa approva r-riżerva inkluża fir-rapport annwali ta' ħidma tad-DĠ AGRI għan-nefqa totali tal-FAEŻR għall-2012 u li din ir-riżerva hija dovuta għat-tħassib dwar il-kwalità tal-kontrolli f'xi Stati Membri kif ukoll ir-rata ta' żball irrappurtata mill-Qorti tal-Awdituri;

71.  Jitlob lill-Istati Membri jwettqu l-kontrolli amministrattivi eżistenti tagħhom b' mod effikaċi billi jużaw l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għall-aġenziji ta' pagament, peress li b'dan il-mod jistgħu jinkixfu u jiġu kkorreġuti l-parti l-kbira tal-iżbalji;

72.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffukaw fuq il-kosteffiċjenza tal-kontrolli bħala qasam ta' importanza, speċifikament billi jiżviluppaw ulterjorment l-użu ta' kontrolli bbażati fuq ir-riskju;

73.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fil-qasam tal-iżvilupp rurali qed jiġu applikati standards u proċeduri uniformi bl-istess mod u li dawn qed jiġu osservati, kemm mill-korpi ta' approvazzjoni kif ukoll mill-korpi ta' awditjar tagħha;

Parti VII – Rapport Speċjali Nru 1/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-effettività tal-proġetti għat-trasport urban pubbliku appoġġati mill-UE"

74.  Jenfasizza li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ("Fondi ESI") huma l-aktar sors uniku importanti għall-finanzjament mill-Unjoni għall-proġetti ta' mobilità urbana, u li proġetti bħal dawn mhumiex biss kruċjali għall-aċċessibbiltà taż-żoni urbani f'reġjuni anqas żviluppati tal-Unjoni iżda li dawn għandhom aspetti soċjali u ambjentali importanti għall-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni;

75.  Jenfasizza ż-żieda fl-importanza tal-assistenza finanzjarja kontinwa tal-Unjoni, meta b'mod partikolari jitqiesu l-konsegwenzi negattivi ta' espansjoni urbana dejjem akbar u l-prospett ta' tkabbir kostanti ulterjuri fil-popolazzjoni urbana;

76.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li t-twettiq tal-proġetti ta' mobilità urbana kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri jrid għalhekk ikun responsabbli, effikaċi u effiċjenti, filwaqt li jfittex li jinkisbu riżultati konkreti aktar milli jassorbi l-fondi disponibbli;

77.  Itenni, waqt li jżomm quddiem għajnejh il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-appell li sar lill-Istati Membri fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 bit-titolu "Flimkien lejn mobilità urbana kompetittiva u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi" COM(2013)0913:

   (a) biex jiżguraw valutazzjonijiet dettaljati tal-prestazzjoni fil-preżent u fil-futur, il-koordinament u l-integrazzjoni ta' Pjanijiet ta' Mobilità Urbana Sostenibbli (SUMPs) fi strateġiji urbani u territorjali usa', u jemendaw, fejn meħtieġ, għodda tekniċi u ta' natura oħra għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-ippjanar;
   (b) biex jikkonċentraw fuq mezzi adegwati minbarra l-infrastruttura bħala għodda biex tintlaħaq il-mobilità urbana fil-loġistika urbana;

78.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet fl-Istati Membri, b'kunsiderazzjoni tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq l-użu tas-sistemi ta' trasport, biex jagħtu aktar attenzjoni lill-objettivi, il-miri u l-indikaturi, b'mod partikolari dawk fil-formoli ta' applikazzjoni għall-proġetti, sabiex jidentifikaw ir-riskji potenzjali u jħarsu kontra kull ottimiżmu żejjed fi proġetti futuri u jevitaw it-tip ta' dewmien u spejjeż imsemmija fir-rapport speċjali;

79.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq b'aktar reqqa analiżijiet dettaljati tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji ta' baġits indikattivi tal-proġetti ta' trasport urban u tikkondividi l-aħjar prattiki mal-Istati Membri, kif ukoll tħeġġeġ dan it-tip ta' skambji fosthom, u b'hekk tappoġġa l-awtoritajiet fl-iżvilupp, b'eżitu pożittiv, ta' proġetti li mhumiex soġġetti għal approvazzjoni mill-Kummissjoni;

80.  Jinsisti li l-Kummissjoni tħeġġeġ l-użu tal-istrument Jaspers (Assistenza Konġunta għall-Appoġġ ta' Proġetti fir-Reġjuni Ewropej) mill-Istati Membri u li tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tiegħu għall-assistenza fl-iżvilupp u fil-valutazzjoni tal-kwalità tal-proġetti ta' trasport urban iffinanzjati mill-Fondi ESI;

81.  Jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-fatt li t-trasport pubbliku urban mhuwiex sempliċiment attività li tiġġenera d-dħul iżda huwa wkoll element kruċjali, u kultant insostitwibbli, ta' sistemi ta' mobilità urbana għal ħafna bliet kbar anki f'reġjuni aktar żviluppati, peress li dawn ibagħtu mill-"paradoss urban" minħabba l-eżistenza ta' distretti soċjalment vulnerabbli;

82.  Jitlob għalhekk lill-awtoritajiet rilevanti biex iqisu bis-sħiħ id-dimensjoni soċjali tal-proġetti ta' trasport pubbliku urban, abbażi ta' ġustifikazzjonijiet adgewati inklużi fil-formola ta' applikazzjoni;

83.  Jitlob lill-Kummissjoni tadotta malajr l-atti ta' implimentazzjoni u delegati rilevanti sabiex jiġi evitat dewmien potenzjali, filwaqt li jirrikonoxxi li l-proġetti ta' trasport normalment jeħtieġu żmien konsiderevoli għall-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni;

84.  Jinsisti li jiġu implimentati l-elementi stabbiliti fl-Anness għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 msemmija hawn fuq, fosthom:

   (a) analiżi komprensiva tal-istatus u linja bażi permezz ta' "eżerċizzju ta' awditjar tal-prestazzjoni tal-mobilità urbana", li magħha tkun tista' titqabbel il-prestazzjoni futura;
   (b) l-identifikazzjoni ta' “hotspots” fiż-żoni urbani fejn il-prestazzjoni tas-sistema tat-trasport preżenti hi partikolarment dgħajfa;
   (c) indikaturi tal-prestazzjoni xierqa li jistgħu jiġu monitorjati sew;
   (d) għanijiet speċifiċi ta' prestazzjoni li huma realistikament ambizzjużi fir-rigward tal-objettivi ta' SUMP;
   (e) miri li jistgħu jitkejlu, ibbażati fuq valutazzjoni realistika tal-linja bażi u riżorsi disponibbli, biex jirriflettu l-għanijiet speċifiċi ta' SUMP;

85.  Jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta' indikaturi adegwati għat-tkejjil tal-effettività tal-proġetti ta' trasport urban elenkati fir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) (ir-Regolament FEŻR) u jinsisti li l-Kummissjoni tinkludi aktar indikaturi adegwati fl-atti ta' implimentazzjoni u delegati relatati ma' dawn it-tipi ta' proġetti, b'kunsiderazzjoni tal-indikaturi rakkomandati mill-Qorti tal-Awdituri;

Parti VIII – Rapport Speċjali Nru 2/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-Arranġamenti Kummerċjali Preferenzjali huma ġestiti b'mod xieraq?"

86.  Jilqa' r-rapport speċjali li jevalwa l-ġestjoni tal-ftehimiet ta' kummerċ preferenzjali, fil-kuntest tal-kompetenza esklussiva tal-Unjoni, bħala kontribut importanti għad-dibattitu politiku ġenerali dwar il-politiki tal-Unjoni fil-qasam tal-kummerċ estern u l-iżvilupp; jieħu nota tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet u jressaq l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

Rimarki ġenerali

87.  Jesprimi tħassib serju għall-fatt li l-Kummissjoni ma evalwatx kif xieraq l-effetti ekonomiċi kollha tal-Arranġamenti Kummerċjali Preferenzjali (PTAs) kif ukoll għall-fatt li l-integrità tad-dħul mhijiex garantita;

88.  Ifakkar li hija prijorità ewlenija li min ifassal il-politika, id-diversi partijiet interessati u ċ-ċittadini tal-Unjoni li jħallsu t-taxxa jkunu mgħarrfa dwar il-valur miżjud u l-iżvantaġġi ewlenin tal-għażliet u x-xenarji differenti tal-politika dwar il-kummerċ;

89.  Iqis li mhux aċċettabbli li l-istudji dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà (VIS) f'ċerti każijiet huma neqsin, mhux kompleti, ibbażati fuq tagħrif qadim jew li għadda żmienu jew, f'xi każijiet oħrajn (il-każ taċ-Ċilì), kienu disponibbli biss wara li ġie ffirmat il-ftehim;

90.  Jinsisti li qabel ma jiġi ffirmat xi ftehim ġdid, l-istudju tal-VIS rilevanti jrid jiġi ffinalizzat u ppubblikat;

91.  Jiddispjaċih li l-pajjiżi sħab fil-qafas tas-sistema ġeneralizzata tal-preferenzi (is-sistema tal-SĠP) mhux dejjem kienu firmatarji tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel aktar enfasi fuq l-ambjent u l-governanza tajba fil-PTAs;

92.  Jixtieq ikun mgħarraf bil-miżuri meħuda mill-Kummissjoni abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u l-osservazzjonijiet tal-Parlament u tal-Qorti tal-Awdituri sa Ottubru 2015;

Żviluppi futuri

93.  Huwa tal-fehma li, sabiex ittejjeb il-valutazzjoni tal-effetti ekonomiċi tal-PTAs, il-Kummissjoni għandha:

   (a) twettaq valutazzjoni tal-impatt (IA) u valutazzjoni tal-impatt għas-sostenibbiltà (VIS) għal kull PTA, li fiha tipprovdi analiżi bir-reqqa, komprensiva u kwantifikata tal-effetti ekonomiċi mistennija, inkluża stima preċiża tad-dħul li jintilef;
   (b) tinvolvi b'mod sistematiku lill-Eurostat fil-valutazzjoni tal-kwalità tas-sorsi tad-data statistika użati fil-VIS, u tiżgura l-puntwalità tal-analiżi mwettqa għan-negozjaturi;
   (c) twettaq evalwazzjonijiet interim u ex post tal-PTAs kollha sabiex tivvaluta l-punt sa fejn il-PTAs li jkollhom impatt sinifikanti jilħqu l-objettivi tal-politika tagħhom, kif il-prestazzjoni tagħhom tista' tittejjeb f'setturi ewlenin, u bl-inklużjoni ta' stima tad-dħul li jintilef;

94.  Jistieden lill-Kummissjoni, sabiex ittejjeb il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-UE:

   (a) toħloq profili tar-riskju tal-Unjoni dwar il-PTAs biex sabiex l-Istati Membri jkollhom approċċ komuni għall-analiżi tar-riskju sabiex jitnaqqas it-telf lill-baġit tal-Unjoni;
   (b) tivverifika li l-Istati Membri jtejbu l-effettività tas-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom u tal-istrateġija ta' kontroll tagħhom biex jitnaqqas it-telf lill-baġit tal-Unjoni;
   (c) tħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw miżuri xierqa ta' prekawzjoni hekk kif jirċievu komunikazzjoni ta' assistenza reċiproka;
   (d) tevalwa u twettaq żjarat ta' monitoraġġ fuq bażi ta' riskju lill-pajjiżi li jibbenefikaw mit-trattament preferenzjali, partikolarment fir-rigward tar-regoli tal-oriġini u tal-akkumulazzjoni;
   (e) tobbliga lill-Istati Membri jtejbu l-kwalità tal-informazzjoni provduta minnhom fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva;
   (f) ittejjeb is-segwitu finanzjarju għall-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) sabiex tipprevieni li jkun hemm telf lill-baġit tal-Unjoni minħabba preskrizzjoni;
   (g) issaħħaħ il-pożizzjoni tal-Unjoni f'PTAs reċiproċi u tagħmel aktar użu ta' miżuri ta' prekawzjoni u ta' salvagwardja, waqt li tinkludihom fil-ftehimiet futuri kollha ta' kummerċ;
   (h) tipprovdi mingħajr dewmien ħarsa ġenerali tal-irkupri mwettqa matul il-perjodu 2010-2014;
   (i) tgħarraf lill-Parlament dwar ir-riżultati tal-inizjattiva tal-Compact fil-Bangladexx;

Parti IX – Rapport Speċjali Nru 3/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Tagħlimiet mill-iżvilupp imwettaq mill-Kummissjoni Ewropea tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)"

95.  Jilqa' l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali Nru 3/2014 tal-Qorti tal-Awdituri;

96.  Jikkritika lill-Kummissjoni talli ma pprovdietx biżżejjed persunal espert sa mill-bidu tal-proġett la f'termini ta' implimentazzjoni teknika u lanqas f'dawk ta' valutazzjoni tal-kwalità relatati mal-proġett SIS II;

97.  Jirrakkomanda l-integrazzjoni ta' kull proġett informatiku kbir fil-proċedura ta' governanza informatika u l-inklużjoni mhux biss tal-esperti mid-Direttorat-Ġenerali għall-Informatika tal-Kummissjoni iżda wkoll esperti minn Direttorati-Ġenerali oħrajn, kif ukoll ta' esperti esterni, b'mod li jittieħed benefiċċju aħjar mill-għarfien espert intern;

98.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni jmissha tibbenefika mill-ħila esperta tal-Istati Membri sa mill-bidu nett ta' kull proġett kbir u twaqqaf grupp ta' esperti msawwar mir-rappreżentanti tal-Istati Membri responsabbli għall-proġett; iqis li l-missjoni tal-grupp u l-kompetenzi tal-membri tiegħu għandhom jiġu definiti b'mod ċar;

99.  Jikkritika l-fatt li kemm il-Kummissjoni, li kellha tirrappreżenta, fost l-oħrajn, l-interessi tal-utenti aħħarin tas-sistema SIS II, u kemm il-partijiet ikkonċernati ewlenin ma kinux konxji lanqas tar-rekwiżiti tekniċi u tal-utenti aħħarin sa mill-bidu tal-proġett;

100.  Jistenna li, għall-proġetti fil-ġejjieni, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tistabbilixxi sa mill-bidu tal-proġett profil preċiż tar-rekwiżiti tekniċi u tal-utenti aħħarin li għandhom jiġu sodisfatti;

101.  Jikkunsidra li l-fatt li l-Kummissjoni ppubblikat sejħa għal proposti ġenerali għall-proġett mingħajr ma ddefinixxiet b'mod ċar ir-rekwiżiti tiegħu bħala ħela ta' flus il-kontribwenti;

102.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni jmissha tistabbilixxi pjan kummerċjali realistiku u kalendarju għall-proġetti informatiċi fil-ġejjieni, abbażi ta' rekwiżiti definiti b'mod ċar fil-forma u l-kontenut, kif ukoll analiżi ċara tal-ispejjeż u l-programmazzjoni taż-żmien waqt li jitqiesu r-riskji u l-kumplessità tal-proġett;

103.  Jikkritika l-fatt li l-Kummissjoni ppruvat diversi drabi tgħatti għad-dewmien u l-ispejjeż li telgħu;

104.  Jitlob l-ikbar trasparenza possibbli fil-proġetti informatiċi tal-ġejjieni f'termini ta' ċiklu ta' informazzjoni kontinwu fil-konfront tal-kumitat kompetenti rispettiv tal-Parlament, speċjalment f'dak li jirrigwarda deċiżjonijiet vitali għall-attivazzjoni tal-fażijiet konsekuttivi tal-proġett jew bidliet imprevisti ta' spejjeż, programmazzjoni taż-żmien jew soluzzjonijiet alternattivi;

105.  Hu tal-opinjoni li l-kundizzjonijiet għall-infurzar tat-talbiet għal indennizz ma misshomx kienu limitati fil-kuntratt mal-aġent kuntrattur ewlieni; iqis li l-kuntratti fil-ġejjieni għandu jkollhom mekkaniżmu ta' penalitajiet effikaċi biex tiġi żgurata implimentazzjoni f'waqtha u li tissodisfa l-istandards mitluba;

106.  Jikkritika lill-Kummissjoni talli ma temmitx il-kuntratt mal-aġent kuntrattur ewlieni minkejja r-riżultati fqar fornuti fl-ewwel fażi tal-proġett;

107.  Jikkritika lill-Kummissjoni talli ma insistietx fuq sistema ta' żvilupp abbażi t al-komponenti għall-implimentazzjoni tas-sistema SIS II; iqis li kieku ġew introdotti moduli ta' xogħol li jistgħu jintrabtu bejniethom, setgħu jiġu mgħoddija elementi kompluti lil aġent kuntrattur ieħor b'mod li jiġi evitat l-rbit ma' aġent kuntrattur speċifiku wieħed;

108.  Jikkritika lill-Kummissjoni talli qabżet il-valur tal-kuntratt oriġinali bi tmien darbiet il-valur oriġinali billi nnegozjat il-kuntratt mill-ġdid, minkejja l-punt (e) tal-Artikolu 126(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002(13) li jipprevedi li l-valur tal-kuntratt m'għandux jaqbeż aktar minn 50 % tal-valur oriġinali tiegħu;

109.  Jinnota, f'dan ir-rigward, li l-punt (b) tal-Artikolu 134(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012(14) jista' jkollu jiġi rivedut peress li r-raġunijiet tekniċi jew artistiċi li jorbtu lill-awtoritajiet kontraenti ma' kuntrattur jew aġent speċifiku wieħed m'għandhomx jevitaw id-dispożizzjoni protettiva fil-punt (e) ta' dak l-istess paragrafu u jippermettu l-multiplikazzjoni tal-valur oriġinali tal-kuntratt ewlieni b'mod sproporzjonat;

110.  Jinnota li, fil-każ ta' multiplikazzjoni konsiderevoli tal-ispejjeż oriġinali tal-proġett jew bidliet kbar f'dak li għandu x'jaqsam mal-benefiċċji mistennijin, ir-riskji jew soluzzjonijiet alternattivi, l-awtorità baġitarja jkollha tagħti l-approvazzjoni tagħha minn qabel;

111.  Jiddeplora l-allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi baġitarji mingħajr l-approvazzjoni tal-awtorità baġitarja f'diversi każijiet;

112.  Jilqa' l-linji gwida għall-ġestjoni ta' proġetti, rakkomandati mid-Direttorat-Ġenerali għall-Informatika tal-Kummissjoni sa mill-2011; iqis li, abbażi ta' dawn il-linji gwida, il-kumitat ewlieni tal-proġett għandu japprova l-introduzzjoni tal-passi li jmiss li jittieħdu fil-proġett, magħrufa bħala "l-bibien ta' approvazzjoni";

113.  Jenfasizza l-ħtieġa li nħarsu 'l quddiem, peress li sa tmiem dan id-deċennju s-sistema SIS II tista' tilħaq il-punt ta' saturazzjoni u jkun hemm bżonn ta' SIS III; jittama f'dan ir-rigward li l-preparamenti tas-sistema SIS III jitmexxew b'mod sinifikattivament aħjar.

Parti X – Rapport Speċjali Nru 4/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma fi ħdan il-PAK: suċċess parzjali"

114.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi lil-leġiżlatur tal-Unjoni l-modifiki li meħtieġa jsiru lill-istrumenti attwali (il-kundizzjonalità u l-iżvilupp rurali) bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD)) jew, fejn xieraq, strumenti ġodda li huma kapaċi jissodisfaw l-għanijiet aktar ambizzjużi fir-rigward tal-integrazzjoni tal-objettivi tal-politika dwar l-ilma fil-PAK;

115.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex, f'konformità mad-WFD:

   (a) jindirizzaw id-dgħufijiet identifikati mill-awditu fit-twettiq tagħhom ta' kontrolli tal-kundizzjonalità;
   (b) jimponu b'mod sistematiku l-penali xierqa f'każijiet ta' ksur;
   (c) jinsistu aktar fuq l-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-problemi relatati mal-ilma permezz tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali (RDPs) tagħhom u l-iżgurar li huma konsistenti mal-Pjanijiet ta' Mmaniġġjar tal-Baċini tax-Xmajjar (RBMPs);
   (d) ifasslu u jimplimentaw b'mod rigoruż mekkaniżmi ta' salwagwardja biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq l-ilma minn attivitajiet iffinanzjati mill-iżvilupp rurali;
   (e) iqisu b'mod attiv u jippromwovu b'mod xieraq l-użu tal-fondi allokati għall-kwistjonijiet relatati mal-ilma, b'mod li huwa konsistenti ma' ġestjoni finanzjarja tajba;

116.  Jistenna lill-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmi xierqa li jistgħu jeżerċitaw b'mod effettiv influwenza pożittiva qawwija fuq il-kwalità tad-dokumenti ta' programmazzjoni tad-WFD tal-Istati Membri u li jevitaw in-nuqqas ta' rispett għaż-żmien iffissat mid-WFD; iqis, għal dan il-għan, li għandhom jiġu żgurati kundizzjonijiet minimi fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-WFD qabel ma jiġu impenjati l-fondi għall-iżvilupp rurali;

117.  Jistieden lill-Istati Membri jħaffu b'urġenza l-proċess tal-implimentazzjoni tad-WFD u jtejbu l-kwalità tal-RBMPs tagħhom għaċ-ċiklu tal-ġestjoni li jmiss (2015) billi jiddeskrivu miżuri individwali (eż. f'dawk li huma ambitu, żmien speċifikat, miri u spejjeż) u jagħmluhom ċari u konkreti biżżejjed f'livell operazzjonali, u sal-livell lokali/tal-azjendi agikoli;

118.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-għarfien tagħha tar-rabta bejn il-kwalità/kwantità tal-ilma u l-prattiki agrikoli billi ttejjeb is-sistemi eżistenti tagħha ta' monitoraġġ u tiżgura li huma kapaċi tal-anqas li jkejlu l-evoluzzjoni tal-pressjoni li ssir fuq l-ilma mill-prattiki agrikoli; iqis li dan kieku jgħin fl-identifikazzjoni tal-oqsma li fihom il-fondi tal-PAK huma l-aktar meħtieġa;

119.  Minħabba li l-kwalità tal-informazzjoni dwar l-ilma fl-Unjoni fl-intier tagħha tiddependi fuq il-kwalità tal-informazzjoni li l-Istati Membri jagħtu, l-Istati Membri huma mħeġġa jtejbu l-puntwalità, l-affidabbiltà u l-konsistenza tad-data li huma jipprovdu lill-Kummissjoni;

Parti XI – Rapport Speċjali Nru 5/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Is-superviżjoni bankarja Ewropea li qed tieħu forma - l-EBA u l-kuntest dejjem jinbidel tagħha"

120.  Jenfasizza l-ħtieġa għal analiżi transsettorjali tal-impatt kif ukoll l-importanza li jitqies iż-żmien li hemm bżonn għall-abbozzar tal-istandards tekniċi; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex ikun hemm skadenzi dwar setgħat għal standards tekniċi u jinnota li qed issir analiżi transsettorjali billi tiġi eżaminata l-leġiżlazzjoni finanzjarja tal-Unjoni adottata fis-snin preċedenti fir-rigward tal-miżuri tal-pakkett regolatorju;

121.  Jenfasizza li l-azzjonijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea ("l-Awtorità"), għandhom jibqgħu ikunu newtrali mil-lat politiku; jemmen, madankollu, li huwa essenzjali li titjieb il-konverġenza superviżorja malajr kemm jista' jkun sabiex din twettaq il-kompiti u r-rwol tagħha;

122.  Jemmen li sistema ta' kontroll indipendenti hija l-bażi għall-funzjonament xieraq tas-suq finanzjarju; għaldaqstant jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-deċiżjoni politika li tqis lill-Awtorità bħala awtorità kompetenti biss għall-koordinazzjoni u mhux għas-superviżjoni mikroprudenzjali f'perjodu storiku fejn il-fiduċja fl-istituzzjonijiet finanzjarji teħtieġ azzjonijiet b'saħħithom;

123.  Jinnota l-limitazzjonijiet tal-Awtorità fir-rigward tal-kulleġġi tas-superviżuri, kif ukoll l-impatt tagħha fuq il-konverġenza superviżorja; jilqa' l-progress li sar mill-Awtorità, bil-limitazzjonijiet li għandha, biex ittejjeb il-funzjonament tal-kulleġġi, b'mod partikolari b'rabta mat-twettiq ta' valutazzjonijiet tar-riskju konġunti u t-teħid ta' deċiżjonijiet konġunti;

124.  Jinnota bi tħassib li, minkejja li ssaħħaħ ir-rwol tal-Awtorità biex tibda u tikkoordina t-testijiet ta' stress bħala parti mill-pakkett tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, ir-responsabbiltà ġuridika għat-twettiq tal-eżerċizzji tat-testijiet tal-istress xorta tibqa' taħt il-qasam ta' attività tal-awtoritajiet kompetenti, fatt li jħalli lill-Awtorità mingħajr kontroll tar-riżultati tat-testijiet; .

125.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' ħila tal-Awtorità biex tissodisfa kompletament il-mandat tagħha fir-rigward tal-ħarsien tal-konsumatur minħabba nuqqas ta' strumenti ġuridiċi biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u kamp ta' applikazzjoni limitat għat-teħid ta' deċiżjonijiet legalment vinkolanti biex tipprojbixxi ċerti prodotti jew attivitajiet; jenfasizza, madankollu, ir-rwol tal-Kumitat Konġunt biex jiffaċilita u jtejjeb l-iskambju ta' fehmiet bejn settur u ieħor u jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li jinħtieġu miżuri aktar b'saħħithom għall-ħarsien tal-konsumatur fis-settur finanzjarju tal-Unjoni;

126.  Jemmen li koordinazzjoni akbar mal-awtoritajiet nazzjonali tal-ħarsien tal-konsumatur tista' żżid l-impatt tal-Awtorità f'dan il-qasam;

127.  Jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li t-twaqqif ta' sistema ta' kejl tal-prestazzjoni huwa essenzjali għal monitoraġġ effikaċi u jirrikonoxxi li l-Awtorità tinsab fil-proċess li timplimenta sistema ta' kejl tal-prestazzjoni;

128.  Jinnota li superviżjoni bankarja fl-Unjoni kollha teħtieġ diviżjoni ċara tar-rwoli u r-responsabbiltà bejn l-Awtorità, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, kemm fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku kif ukoll lil hinn minnu; jappella, għalhekk, għal kjarifika ulterjuri tar-rwoli u d-dmirijiet tagħhom sabiex ikun evitat ir-riskju ta' kompiti li jkopru l-istess ambitu, ta' lakuni possibbli u responsabbiltajiet mhux ċari;

129.  Iqis li jeħtieġ jittejbu r-regoli attwali ta' superviżjoni sabiex jinkludu superviżjoni aktar mill-qrib ta' banek nazzjonali f'dawk il-pajjiżi li adottaw l-euro li iżda mhumiex Stati Membri, bħall-Vatikan, Andorra, Monako u San Marino;

130.  Jemmen li jeħtieġ jiġu riveduti l-parametri għall-assi mwieżna għar-riskju (RWA) sabiex ma jiġux ippenalizzati l-banek l-aktar esposti għall-prodotti bankarji relatati mal-kreditu kif ukoll biex ma jiġux ippremjati l-banek bi prodotti finanzjarji foqra jew dubjużi bħad-derivattivi;

Parti XII – Rapport Speċjali Nru 6/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-appoġġ mill-fondi taħt il-politika ta' Koeżjoni għall-ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli ‒ inkisbu riżultati tajbin?"

131.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 6/2014 tal-Qorti tal-Awdituri u japprova r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

132.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-implimentazzjoni fil-proġetti ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli (SER) ma kinitx problematika u jqis li dan il-fatt jikkonferma l-maturità ta' teknoloġiji ewlenin fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

133.  Huwa tal-fehma li fir-rigward tal-proġetti SER, li ġeneralment jieħdu bosta snin sakemm ikunu kompletament operattivi, huwa diffiċli li wieħed jagħmel evalwazzjoni preċiża tal-prestazzjoni qabel ma jkunu għaddew dawk is-snin;

134.  Iqis li l-prinċipju ta' kosteffikaċja għandu jkun inkluż b'mod sħiħ fl-istrumenti tal-politika ta' koeżjoni kif ukoll fi strumenti oħra bħall-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru, u mhux biss fi proġetti SER, anke meta dawn iservu skopijiet usa'; jirrimarka li l-kunċett ta' kosteffettività jista' jkun definit b'diversi modi; jissuġġerixxi, għaldaqstant, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiddiskutu l-modi kif jissimplifikaw dik l-idea sabiex tingħata gwida aktar effiċjenti għall-implimentazzjoni tal-proġetti SER;

135.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-qafas regolatorju tal-Unjoni dwar is-SER ma jaqbilx totalment mar-rekwiżiti stabbiliti fl-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni ‒ il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni ‒ li huma l-aktar sorsi ta' finanzjament importanti għall-enerġija rinnovabbli; jistieden lill-Kummissjoni twettaq skrinjar fil-fond tal-leġiżlazzjoni u tikkoreġi l-inkonsistenzi eżistenti;

136.  Jemmen li l-finanzjament pubbliku f'dan il-qasam għandu jikkumplimenta u jkollu rwol ewlieni fl-istimolu tal-investiment privat; huwa tal-opinjoni, madankollu, li ċerti proġetti, speċjalment dawk ta' skala ikbar, jeħtieġu investiment pubbliku msaħħaħ;

137.  Iqis li inċentivi instabbli u imprevedibbli u skemi ta' appoġġ qed ifixklu l-investiment fl-enerġija rinnovabbli; jinsisti li inċertezzi eżistenti jfixklu wkoll il-proċess tal-għażla tat-teknoloġiji ta' produzzjoni li jkomplu jdgħajfu l-prinċipju ta' kosteffettività;

138.  Jenfasizza li d-diffikultajiet u l-inċertezzi għall-integrazzjoni tal-grilja tas-SER ma jirrappreżentawx biss ostaklu għall-investiment tas-settur privat fl-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli iżda jistgħu jxekklu wkoll is-sostenibbiltà ekonomika u finanzjarja tal-proġetti li għaddejjin bħalissa kif ukoll l-implimentazzjoni tal-programmi tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni fil-ġejjieni; jistieden lill-Kummissjoni twettaq skrinjar aġġornat ta' ostakli regolatorji u tekniċi fil-livell tal-Istati Membri sabiex proġetti SER, kemm fuq skala żgħira kif ukoll fuq skala kbira, ikollhom aċċess aħjar għall-grilja elettrika;

139.  Jinnota li l-Kummissjoni teħtieġ tissorvelja b'mod aktar rigoruż il-qafas regolatorju ġdid għall-2014-2020, inklużi l-objettivi tal-bidu tiegħu u l-indikaturi tal-prestazzjoni li jippermettu monitoraġġ u evalwazzjoni effikaċi;

140.  Jitlob lill-Istati Membri jagħmlu aktar sforzi biex jiskambjaw l-aħjar prattiki u jistabbilixxu proċeduri komuni sabiex jarmonizzaw is-sistemi amministrattivi nazzjonali tagħhom;

141.  Jinnota li l-kriterji tal-għażla dettaljati ħafna tas-SER jistgħu jsiru mod ta' kif ikunu esklużi l-kompetituri; jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-gwida f'dan ir-rigward u timmonitorja dawk il-każijiet bir-reqqa;

142.  Jieħu nota tat-tweġibiet tal-Kummissjoni filwaqt li jsostni li wħud mir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri diġà ġew implimentati permezz tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) (id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli);

Parti XIII – Rapport Speċjali Nru 7/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-FEŻR appoġġa b'suċċess l-iżvilupp ta' inkubaturi tan-negozju?"

143.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 7/2014 tal-Qorti tal-Awdituri u japprova r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

144.  Jinnota li l-inkubaturi tan-negozji jsostnu t-twaqqif u l-iżvilupp ulterjuri ta' negozji żgħażagħ li jistgħu jqiegħdu lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fil-qalba tat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi fl-Unjoni;

145.  Jemmen li l-programmi ta' finanzjament tal-politika ta' koeżjoni applikati għal dawn l-inkubaturi awditjati għandu jkollhom pjanifikazzjoni strutturata, sett ċar ta' objettivi u valutazzjoni effikaċi; huwa tal-opinjoni li l-inkubaturi awditjati kellhom dgħufijiet f'kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija hawn fuq;

146.  Ifakkar li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għamel kontribuzzjoni finanzjarja sinifikanti għall-ħolqien tal-infrastruttura tal-inkubaturi tan-negozji u li l-faċilitajiet ta' inkubaturi li ġew awditjati kienu stabbiliti kif xieraq, iżda li r-rendiment ta' dawn l-inkubaturi awditjati kien limitat;

147.  Jindika li l-għadd ta' pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju li nħolqu bl-appoġġ ta' inkubatur, l-għadd ta' negozji li kienu għadhom jiftħu u li ġew inkubati, kif ukoll l-għadd ta' impjiegi maħluqa, kien, bħala medja, ferm iżgħar miċ-ċifri mill-inkubaturi li ntużaw mill-Qorti tal-Awdituri bħala punt ta' riferiment biex jitqabblu magħhom;

148.  Jinnota li l-inkubaturi tal-FEŻR awditjati offrew firxa ta' servizzi aktar limitata mill-inkubaturi li ntużaw bħala punt ta' riferiment u li l-firxa ta' ħiliet u kompetenza esperta li kellhom il-persunal tal-inkubaturi tal-FEŻR kienet anqas estensiva;

149.  Jisħaq fuq il-fatt li katina ta' valur għall-appoġġ tan-negozji kompletament effettiv b'persunal kompetenti, prassi tajba u monitoraġġ regolari hi importanti għall-effikaċja tal-inkubaturi tan-negozji;

150.  Jieħu nota tal-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni li l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni fl-2004 u wara kienu nieqsa mill-infrastruttura, il-kompetenza u l-esperjenza fil-qasam tan-negozju u ma setgħux, għal dawn ir-raġunijiet, jilħqu riżultati aħjar; ifakkar, madankollu, li l-eżerċizzju ta' awditjar sar fuq inkubaturi f'4+2 Stati Membri u tnejn biss minnhom ingħaqdu mal-Unjoni fl-2004;

151.  Hu tal-opinjoni li l-Kummissjoni wriet, matul il-perjodi ta' programmazzjoni suċċessivi 2000-2006 u 2007-2013, nuqqas ta' involviment b'appoġġ għal dawn l-intrapriżi; jinnota li dan hu kkonfermat mill-vojt fil-gwida pprovduta mill-Kummissjoni f'dawk il-perjodi ta' programmazzjoni, b'mod speċjali bejn l-2006 u l-2010;

152.  Ifakkar li t-twaqqif u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika, b'mod partikolari fin-negozji li jkunu għadhom kif inħolqu, huma miżuri importanti għat-titjib tal-effikaċja; jiddeplora r-riżultati deludenti fornuti mill-inkubaturi awditjati; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-gwida għall-awtoritajiet maniġerjali tal-Istati Membri f'din il-kwistjoni u jistieden lil dawn tal-aħħar biex japplikaw dawk il-prinċipji ta' gwida b'mod effiċjenti;

153.  Jisħaq fuq il-fatt li l-investiment fit-taħriġ għall-persunal, b'mod li jiġi żgurat appoġġ effikaċi għall-kumpaniji inkubati u l-klijenti potenzjali, hu importanti għall-effikaċja tan-negozju; jiddispjaċih li anke dan l-element kien ġeneralment traskurat fl-inkubaturi awditjati;

154.  Jinnota li l-appoġġ għall-inkubaturi tan-negozji jista' jiġi bbażat fuq analiżi komprensiva u fil-fond, kif ukoll fuq sett ta' eżamijiet individwali, speċifiċi u mfassla apposta għall-proġetti b'appoġġ partikolari (bħal studju ta' fattibilità, pjan ta' direzzjoni tan-negozju, eċċ.); iqis li dawn l-eżamijiet jistgħu jippreżentaw raġunament ċar għat-tali appoġġ;

155.  Jemmen li ma jistax jiġi determinat minn qabel li l-użu ta' inkubaturi tan-negozju li huma maħsuba biex iġibu valur miżjud għall-iżvilupp reġjonali u ekonomiku se jkollu eżitu li jirnexxi f'kull lokalità; iqis li għandhom jiġu appoġġati biss dawk l-inkubaturi li jissodisfaw il-prekundizzjonijiet introduttorji;

156.  Jissottolinja l-fatt li l-appoġġ għall-inkubaturi tan-negozji jista' jiġi pprovdut permezz tal-użu ta' sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat, fejn ir-riskju ta' servizz pubbliku jiġi kondiviż mal-intrapriża privata li tkun id-destinatarja tal-appoġġ;

157.  Jinnota li l-inkubaturi tan-negozji għandhom jinħolqu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-iskejjel u l-faċilitajiet ta' riċerka;

158.  Jinnota li hu importanti li jinstabu elementi komplementarji u sinerġiji fl-appoġġ għall-inkubaturi tan-negozji mis-sorsi bħall-FEŻR, il-programm ORIZZONT 2020 u l-programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME) fil-perjodu 2014-2020;

Parti XIV – Rapport Speċjali Nru 8/2014 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "Il-Kummissjoni mmaniġġjat b'mod effettiv l-integrazzjoni ta' appoġġ akkoppjat fl-Iskema ta' Pagament Uniku?"

159.  Japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u jilqa' pożittivament il-pożizzjoni kostruttiva tal-Kummissjoni;

160.  Jiddispjaċih li xi Stati Membri, skont il-Qorti tal-Awdituri, mhux dejjem segwew il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba meta ddefinixxew il-kriterji għall-kalkolu tal-intitolamenti għal pagament;

161.  Jinnota li dan wassal biex f'ċertu setturi l-bdiewa rċevew benefiċċji imprevisti, li fihom infushom ma kisru ebda regola eżistenti:

   (a) fi Spanja, skont ir-regoli nazzjonali, l-intitolamenti għal pagament kellhom valur ogħla minn meta l-bdiewa rċevew appoġġ akkoppjat fil-passat;
   (b) fl-Italja, il-bdiewa rċevew intitolamenti għal pagament li jikkorrispondu għal-livell storiku ta' appoġġ tagħhom, anki jekk sadanittant kienu naqqsu b'mod sinifikanti ż-żoni li jaħdmu fihom;
   (c) għall-kuntrarju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux naqqsu l-valur tal-intitolamenti kollha għal pagament sabiex jiffinanzjaw l-appoġġ speċifiku għall-bdiewa (l-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009(17)); konsegwentement, il-valur tal-intitolamenti għal pagament kollha fi Franza kien iddikjarat b'mod eċċessiv b'4,61 %, li jikkorrispondi għal EUR 357,3 miljun; jinnota li EUR 74 miljun minn dan l-ammont kien jikkonċerna l-appoġġ integrat fl-Iskema ta' Pagament Uniku (SPU) fl-2010 u li l-Kummissjoni tgħid li l-pjan ta' azzjoni għal Franza jinkludi miżuri korrettivi;

162.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tissorvelja b'mod adegwat il-kalkolu ta' intitolamenti għal pagament għall-bdiewa mill-Istati Membri, inkluż ir-rispett għal-limiti massimi disponibbli għall-allokazzjoni ta' dawn l-intitolamenti;

163.  Jinnota bi tħassib li anke fejn il-Kummissjoni identifikat żbalji, l-intitolamenti għal pagament ma ġewx ikkoreġuti għaliex il-proċeduri amministrattivi jimxu bil-mod wisq;

164.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sorveljanza f'waqtha u tagħti aktar attenzjoni lir-riskji marbuta mal-intitolamenti;

165.  Jinnota li, mill-2015, l-SPU se tinbidel ma' "Skema ta' Pagament Bażiku" (SPB);

166.  Huwa tal-fehma li s-sistema l-ġdida għandha timmira li tnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-bdiewa;

167.  Jinsab konvint li l-kontrolli u l-awditi tal-Kummissjoni għandhom essenzjalment ikunu bbażati fuq ir-riskju;

168.  Jinsisti li s-sistema l-ġdida jeħtieġ tevita diskrepanzi mhux ġustifikati fil-kalkoli tal-intitolamenti għal pagament fid-diversi Stati Membri kif ukoll it-trattament inugwali tal-bdiewa, irrispettivament minn kwalunkwe livell ta' diskrezzjoni li r-regolament jista' joffri; jitlob lill-Kummissjoni sserraħ ras il-Parlament u l-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju tiegħu li l-miżuri xierqa biex jinkiseb dan l-objettiv huma fis-seħħ;

169.  Jinsab imħasseb li l-intitolamenti għal pagament mhux korretti jistgħu iwasslu għal pagamenti mhux korretti anki lil hinn mill-2014, peress li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jħallsu sal-2021 parti mill-għajnuna futura fuq il-bażi tal-livell attwali tal-appoġġ tal-SPU; iqis li għalkemm dawn il-pagamenti jistgħu jiġu kkoreġuti u rkuprati, qabelxejn għandhom jiġu evitati;

170.  Ifakkar lill-Kummisjsoni li l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li "[i]l-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit f'koperazzjoni mal-Istati Membri[...], fuq ir-responsabbiltà tagħha stess u fil-limiti tal-approprazzjonijiet, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba"; jistenna li l-Kummissjoni għalhekk tipprovdi biżżejjed direzzjoni lill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jimplimentaw l-SPB skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, u tqiegħed fis-seħħ l-istrutturi ta' monitoraġġ xierqa bil-għan li jieħdu responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-baġit;

Parti XV – Rapport Speċjali Nru 9/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-appoġġ tal-UE għal investiment u promozzjoni għas-settur tal-inbid huwa mmaniġġjat tajjeb u r-riżultati tiegħu dwar il-kompetittività tal-inbejjed tal-UE huma dimostrati?"

171.  Jilqa' l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali Nru 9/2014 tal-Qorti tal-Awdituri;

172.  Jinnota l-adozzjoni mill-Kunsill u mill-Parlament tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013(18) dwar l-organizzazzjoni komuni ġdida tas-swieq għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020;

173.  Ifakkar fir-Rapport Speċjali Nru 7/2012 tal-Qorti tal-Awdituri (Kwittanza 2011) intitolat 'Ir-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid: il-progress li sar s'issa' u r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit li segwa;

174.  Jappoġġa bis-sħiħ l-idea li l-iskema ta' għajnuna għandha tiġi razzjonalizzata u li l-Kummissjoni għandha tissorvelja perjodikament l-assorbiment tal-fondi; jinsisti fuq il-ħtieġa assoluta li l-miżuri ta' investiment għandhom ikunu orjentati lejn in-negozju u r-riżultati u li għandhom jiġu mħeġġa mudelli tal-aħjar prattiki u li għandna nitgħallmu minnhom;

175.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-isforzi li ma rnexxewx biex aktar intrapriżi żgħar u medji (SMEs) jiġu attratti għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-Unjoni għas-settur tal-inbid; iqis li r-rati ta' kofinanzjament għandhom jiġu riveduti biex b'hekk jibbenefikaw l-SMEs, b'mod li l-parteċipazzjoni tagħhom bħala benefiċjarji potenzjali, speċjalment b'kapaċitajiet amministrattivi u ta' finanzjament limitati, issir aktar faċli;

176.  Iqis li hemm bżonn li tkun implimentata sistema komuni ta' valutazzjoni tal-miżura ta' promozzjoni sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu janalizzaw il-punt sa fejn ikunu waslu l-progress u l-ksib tal-objettivi definiti u l-impatt tagħha fuq il-kompetittività tas-settur tal-inbid fil-livell tal-Istati Membri; jirrimarka li kwalunkwe żieda fis-sehem tas-suq globali tal-kumpanija tal-inbid rispettiva tista' tkun parti minn dik is-sistema komuni ta' valutazzjoni;

177.  Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-ispejjeż anċillari bħal spejjeż tal-korpi ta' implimentazzjoni u spejjeż ġenerali għandhom ikunu ġustifikati sew u jkunu limitati għal perċentwal massimu tal-ispejjeż totali;

178.  Jenfasizza l-importanza kruċjali li tkun disponibbli taħlita politika xierqa bejn l-investiment u l-promozzjoni; jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu aktar effiċjenti fl-applikazzjoni tal-miżuri; jinnota, b'mod partikolari fir-rigward tal-miżura ta' promozzjoni, li l-benefiċjarji għandhom ikunu obbligati jagħtu prova tal-ħtieġa li jirċievu għajnuna mill-Unjoni, li m'għandhomx jiġu ffinanzjati l-ispejjeż operattivi normali, u li għandu jiġi ristrett l-appoġġ għall-benefiċjarji li jippreżentaw, f'kull perjodu ta' programmazzjoni, programmi ta' promozzjoni fl-istess pajjiżi; jirrimarka ulterjorment li r-riżultati tal-azzjonijiet ta' promozzjoni għandhom jiġu vvalutati fil-livell tal-benefiċjarju aktar milli għas-settur tal-inbid tal-Unjoni kollu kemm hu;

179.  Jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni għandha tanalizza kif il-baġit allokat lill-programmi nazzjonali ta' appoġġ għall-perjodu 2014-2018 jaqbel mal-ħtiġijiet tas-settur tal-inbid tal-Unjoni, tanalizza l-kapaċità ta' assorbiment tal-Istati Membri u taġġusta l-baġit fejn ikun hemm bżonn; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra jekk hemmx il-bżonn ta' għodda finanzjarja addizzjonali għas-settur tal-inbid meta mqabbel ma' setturi agrikoli oħrajn;

180.  Jilqa' l-evoluzzjoni pożittiva tal-esportazzjoni ta' nbejjed ta' kwalità mill-Unjoni; jirrimarka li l-Unjoni għandha tidentifika u tisfrutta l-vantaġġ kompetittiv tagħha f'suq dinji tal-inbid multilaterali u dejjem aktar kompetittiv u għandha tinkoraġġixxi lill-produtturi tal-inbid tal-Unjoni jiżviluppaw inbejjed ta' kwalità fost l-aqwa fid-dinja li jkomplu jgħinu jissodisfaw il-bilanċ tal-Unjoni bejn il-provvista u d-domanda;

181.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkontribwixxi għal aktar trasparenza fil-promozzjoni tal-inbid f'pajjiżi terzi permezz ta' sistema aħjar ta' kontroll u monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati; jirrimarka li din il-miżura għandha tgħin ukoll biex jiġi evitat finanzjament doppju;

Parti VII – Rapport Speċjali Nru 10/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-effettività tal-appoġġ għall-akkwakultura mill-Fond Ewropew għas-Sajd"

182.  Japprova r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Qorti tal-Awdituri filwaqt li jinnota li l-Kummissjoni qed tiżviluppa l-gwida mitluba għad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) (id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina); Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ħadet nota tar-rakkomandazzjonijiet relatati mal-ġestjoni tat-territorju u l-ħtieġa ta' simplifikazzjoni amministrattiva;

183.  Jilqa' l-fatt li t-tagħlimiet li ħarġu mill-perjodu 2007-2013 ġew inkorporati fil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd il-ġdid għall-perjodu 2014-2020; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni, madankollu, tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha ġew u se jiġu implimentati;

184.  Jifhem li l-impatt tal-kriżi finanzjarja affettwa b'mod kritiku l-kisba tal-għanijiet għat-tkabbir u l-impjiegi fis-settur tal-akkwakultura; jenfasizza, madankollu, li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) – it-tkabbir u s-sostenibbiltà tal-akkwakultura – ma ntlaħaqx ukoll minħabba fatturi oħrajn; jenfasizza l-fatt li minflok ma kiber, is-settur tal-akkwakultura staġna għal ħafna snin b'differenza minn partijiet oħra fid-dinja;

185.  Jinsab iddiżappuntat bin-nuqqas ta' prijoritizzazzjoni fil-livell tal-proġetti u fl-ippjanar strateġiku fuq livell nazzjonali; iħeġġeġ għaldaqstant lill-Kummissjoni ttejjeb it-tfassil tal-programmi sabiex issaħħaħ il-miżuri li jappoġġaw l-akkwakultura u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni aħjar;

186.  Jirrimarka li, min-naħa l-waħda, akkwakultura aktar b'saħħitha u sostenibbli hi wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Kummissjoni, iżda min-naħa l-oħra, ftit li xejn sar biex dan l-għan jintlaħaq b'suċċess fil-qafas tal-FES; jinnota li dan hu żball sistematiku li jeżisti fi programmi oħrajn ukoll u għalhekk iħoss li l-Kummissjoni qed tonqos kontinwament milli tilħaq l-objettivi tagħha;

187.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti xejra ġdida lill-ġestjoni finanzjarja tagħha u tbiddel l-approċċ tagħha milli tuża s-sorsi kollha disponibbli għal li tikkonċentra fuq jekk l-infiq huwiex konformi mar-regoli, jekk hijiex qed trendi valur għall-flus minfuqa u jekk hijiex qed tipprovdi appoġġ effikaċi biex jintlaħqu l-objettivi ewlenin;

188.  Jinnota li l-Istati Membri jeħtieġ jindirizzaw l-għażla fqira ta' proġetti minflok ma jagħtu fondi għall-proġetti kollha u għandhom jiżguraw li l-proċedura tal-għażla tkun soġġetta għal regoli ta' evalwazzjoni dettaljati li jivvalutaw il-potenzjal tal-proġetti biex irendu riżultati u valur għall-flus minfuqa li b'mod ġenerali jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) bħalma huma t-tkabbir u l-impjiegi; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri fit-twettiq ta' dan, tinkoraġġixxi segwitu ta' monitoraġġ tar-riżultati tal-proġetti u tistabbilixxi evalwazzjoni ta' wara l-proġett aktar kumplessa li mbagħad jinsiltu tagħlimiet minnha;

189.  Jinsab konvint li l-Istati Membri għandhom itejbu l-għodda u l-mezzi ta' rappurtar tagħhom peress li d-data mressqa lill-Kummissjoni ħafna drabi ma tkunx eżatta; jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex: (a) tiżviluppa mezzi ta' pressjoni aktar b'saħħithom fuq l-Istati Membri biex iressqu data affidabbli, speċjalment f'każ ta' diskrepanzi ovvji, u, (b) tikkunsidra li tippenalizza lill-Istati Membri li jkunu suspettati li ressqu intenzjonalment data mhux korretta;

190.  Jirrimarka li l-Kummissjoni teħtieġ tiżviluppa qafas aktar b'saħħtu għall-programmi finanzjarji kollha tagħha, inklużi l-miżuri l-ġodda tal-FEMS għall-akkwakultura; jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra tkun aktar konsistenti fl-approċċ tagħha u għandha tiżviluppa integrità aktar b'saħħitha;

191.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jiċċaraw l-istrateġiji tagħhom stess u jimplimentawhom b'mod li jikkumplimenta l-objettivi tal-FEMS; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jagħmlu sforz akbar fl-evalwazzjoni tal-proġett u jinħelsu minn nuqqas ta' ħsieb strateġiku dwar il-proġetti; jenfasizza li hemm il-bżonn li jiġi garantit li l-evalwaturi jevalwaw il-proġetti b'għajnejhom miftuħin u b'aspettattivi ċari;

192.  Jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat mill-ġdid il-finanzjament tal-proġetti li diġà bdew peress li dan m'għandu l-ebda impatt addizzjonali; jiskoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri milli jwettqu "eżerċizzju ta' lista ta' kontroll" sabiex jiġi evitat nuqqas ta' valur addizzjonali;

193.  Jinkoraġġixxi s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi biex tiġi żgurata l-kwalità għolja tal-proġetti li japplikaw għall-finanzjament;

194.  Jilqa' l-proposta għal sistema ġdida ta' monitoraġġ fil-FEMS li tinkludi bażi tad-data fil-livell tal-Istati Membri li taħżen informazzjoni dwar kull operazzjoni u rapport aggregat b'informazzjoni kruċjali, iżda jinsisti fuq l-implimentazzjoni ta' din il-proposta u li din tibqa' ta' livell għoli;

Parti XVII – Rapport Speċjali Nru 11/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-istabbiliment tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna"

195.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 11/2014 tal-Qorti tal-Awdituri u japprova r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

196.  Huwa tal-fehma li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għadu mhuwiex servizz diplomatiku tal-Unjoni komplut minħabba nuqqas ta' riżorsi; iqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri huma l-atturi xierqa biex jagħfsu biex is-SEAE jiġi kkonsolidat;

197.  Jirrimarka li l-prinċipju tan-newtralità tal-baġit huwa apprezzat ħafna; iqis, madankollu, li dan m'għandux jitqies f'iżolament mill-iffrankar li l-Istati Membri għamlu bit-twaqqif tas-SEAE;

198.  Iqis li s-SEAE għad għandu amministrazzjoni b'ammont sproporzjonat ta' karigi tal-ogħla livell u li dan jeħtieġ jiġi indirizzat; huwa tal-fehma li l-miżuri diġà implimentati biex titranġa din is-sitwazzjoni huma passi fid-direzzjoni t-tajba u jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-impenn tagħha biex ittejjeb il-kooperazzjoni bejn is-servizzi;

199.  Iqis li r-responsabbiltajiet tar-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni ma huma ċari xejn, b'nuqqas ta' analiżi xierqa tal-monitoraġġ u tal-prestazzjoni; jissuġġerixxi li, sabiex tissolva din il-lakuna, dawn jiġu integrati fis-SEAE;

200.  Iqis bħala pożittivi l-iżviluppi li saru fil-qasam tar-riżorsi umani iżda minkejja dan jaqbel mal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kompetenza tematika fid-Delegazzjonijiet hija meħtieġa sew; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE joħolqu approċċ miftiehem flimkien li jottimizza l-profil tal-persunal tad-delegazzjoni;

201.  Jistieden lis-SEAE jkollu perspettiva ġenerali aħjar tal-ispejjeż imġarrba fil-proċeduri ta' reklutaġġ; jistieden lis-SEAE juża soluzzjonijiet innovattivi bħall-videoconferencing għall-intervisti tax-xogħol u, kemm jista' jkun, joħroġ bi proposti simili għat-taħriġ tal-persunal ukoll;

202.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri li jippromwovu koordinament u kooperazzjoni aħjar bejn is-servizzi tar-relazzjonjiet esterni tagħhom u s-SEAE mingħajr ma jitwarrbu l-kwistjonijiet tematiċi orizzontali;

203.  Jenfasizza l-ħtieġa li tkun żgurata flessibilità akbar fil-finanzjament tal-missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) biex tkun garantita s-sigurtà interna u esterna tal-Unjoni minħabba l-periklu maħluq minn kunflitti f'pajjiżi li jmissu magħha, kif ukoll iż-żieda fir-riskju ta' attivitajiet terroristiċi possibbli marbuta mal-IS;

204.  Iħeġġeġ lis-SEAE jimmassimizza l-benefiċċji tal-ekonomiji ta' skala billi joħloq sinerġiji ġodda fi ħdan is-sede ċentrali tas-SEAE u d-delegazzjonijiet kif ukoll b'kooperazzjoni mal-Istati Membri u s-servizzi diplomatiċi nazzjonali, fl-ispirtu ta' politika esterna u servizzi tal-Unjoni reali; jinnota b'sodisfazzjon li l-kolokazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u r-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Istati Membri qed tiżdied, anki jekk għadha limitata, u jifraħ lis-SEAE talli qed jagħti prijorità lil din il-materja fl-azzjonijiet tiegħu;

205.  Jirrikonoxxi li għad baqa' xogħol xi jsir fir-rigward tas-servizzi konsolari;

Parti XVIII – Rapport Speċjali Nru 12/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-FEŻR huwa effettiv biex jiffinanzja proġetti li jippromwovu direttament il-bijodiversità taħt l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020?"

206.  Jirrimarka li l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) tiddefinixxi l-bijodiversità bħala l-varjabbiltà fost organiżmi ħajjin mis-sorsi kollha, inklużi fost oħrajn, ekosistemi terrestri, tal-baħar u ekosistemi akkwatiċi oħra u l-kumplessi ekoloġiċi li jagħmlu parti minnhom; jirrimarka wkoll li s-CBD tirrikonoxxi bosta theddidiet importanti għall-bijodiversità, bħat-telf u l-frammentazzjoni tal-ħabitat, l-użu eċċessiv tal-foresti, l-oċeani, ix-xmajjar, il-lagi u l-ħamrija, it-tniġġis, it-tibdil fil-klima, u l-ispeċijiet introdotti li jikkompetu mal-flora u l-fawna indiġeni;

207.  Jenfasizza li l-bijodiversità hija essenzjali għall-ħajja umana u għall-benessri tas-soċjetàjiet; jenfasizza, barra minn hekk, li l-bidla fil-klima, it-telf tal-bijodiversità, it-theddidiet rappreżentati mill-ispeċijiet invażivi u l-konsum eċċessiv tar-riżorsi naturali huma sfidi kbar li jaffettwaw kull ċittadin tal-Unjoni;

208.  Jiddispjaċih li l-Unjoni ma rnexxilhiex tilħaq il-mira ewlenija tagħha li twaqqaf it-telf tal-bijodiversità fl-Unjoni sal-2010;

209.  Jinnota li t-telf tal-bijodiversità għandu spejjeż ekonomiċi devastanti għas-soċjetà, fatt li s'issa għadu ma ngħatax biżżejjed attenzjoni fil-politiki globali; L-istudju dwar l-ekonomija tal-ekosistemi u tal-bijodiversità stima li l-ispiża tan-nuqqqas ta' azzjoni u tad-degradazzjoni tas-servizzi ekoloġiċi tirrappreżenta sa 7 % tal-PDG globali kull sena fl-2050(20);

210.  Jinsab konvint li, għaldaqstant, hemm ħtieġa urġenti għal azzjoni u li tingħata importanza politika akbar lill-bijodiversità sabiex jiġu sodisfatti l-impenji rilevanti għall-2020;

211.  Jinnota li r-riżultati tal-proġetti ta' spiss idumu biex joħorġu, li jagħmilha diffiċli li jiġu evalwati r-riżultati tagħhom;

212.  Huwa tal-fehma li, minkejja l-limitazzjonijiet assoċjati mal-livell baxx ta' fondi allokati għall-bijodiversità u mad-diffikultajiet tal-valutazzjoni tal-użu ta' dawn il-fondi, f'dan l-istadju huwa essenzjali li l-finanzjament jibqa' hemm;

213.  Jenfasizza l-fatt li l-ħarsien tal-bijodiversità mhuwiex biss għan ambjentali nobbli, iżda li din il-politika toffri wkoll potenzjal sinifikanti li jinħolqu ħiliet, impjiegi u opportunitajiet kummerċjali ġodda;

214.  Jenfasizza l-importanza li l-ħarsien u l-konservazzjoni tal-bijodiversità jiġu integrati fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-politiki l-oħra kollha tal-Unjoni (inklużi l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, l-iżvilupp reġjonali, l-enerġija, l-industrija, it-trasport, it-turiżmu, il-kooperazzjoni u l-għajnuna għall-iżvilupp, u r-riċerka u l-iżvilupp) sabiex il-politiki settorjali u fiskali tal-Unjoni jkunu aktar koerenti u biex ikun żgurat li l-Unjoni tilħaq l-impenji vinkolanti tagħha dwar il-ħarsien tal-bijodiversità; jirrimarka, f'dan il-kuntest, li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni għandha tissaħħaħ;

215.  Jinnota li, minkejja l-gwida u l-impetu mogħtija mill-Kummissjoni, huwa f'idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu prijoritajiet ta' finanzjament ibbażati fuq il-bżonnijiet tagħhom u li l-maġġoranza kbira tal-Istati Membri ma tużax il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) bħala strument għall-ħarsien tal-bijodiversità;

216.  Huwa tal-fehma, għalhekk, li fid-dawl tal-użu baxx tagħhom (0,79 %), hemm bżonn jiġi kkunsidrat li parti mill-fondi tal-FEŻR (perċentwal li għad irid jiġi kkonfermat) jiġi allokat b'mod obbligatorju għall-promozzjoni tal-bijodiversità;

Parti XIX – Rapport Speċjali Nru 13/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Appoġġ mill-UE għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti"

217.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 13/2014 li jevalwa l-appoġġ tal-Unjoni għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti bħala kontribut importanti għad-dibattitu politiku globali dwar il-politiki umanitarji esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni; jieħu nota tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet;

218.  Jilqa' u jieħu nota tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tar-rapport finali dwar l-evalwazzjoni tal-kooperazzjoni tal-Unjoni mar-Repubblika ta' Ħaiti li twettqet mid-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp – EuropeAid tal-Kummissjoni fuq talba tal-Parlament u jistabbilixxi l-osservazzjonijet u r-rakkomandazzjonijet tiegħu hawn taħt;

Kummenti ġenerali

219.  Itenni s-sodisfazzjon ġenerali bil-ħidma u l-isforzi mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni b'reazzjoni għat-terremot f'Ħaiti fl-2010 u dan, f'sitwazzjoni estremament kritika għad-delegazzjoni tal-Unjoni u l-persunal tagħha; jilqa' f'dan ir-rigward l-abbiltà tal-Kummissjoni li żżomm il-pagamenti u l-ħlasijiet bħala konsegwenza għall-progress mhux sodisfaċenti fil-ġestjoni finanzjarja tal-Gvern u n-nuqqasijiet fil-proċeduri nazzjonali tal-akkwist;

220.  Jiddeplora d-dgħufijiet identifikati fil-koordinazzjoni bejn id-donaturi u fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni kif elaborat ukoll minn evalwazzjoni tal-kooperazzjoni tal-Unjoni mar-Repubblika ta' Ħaiti (2008-2012)(21), li nħarġet f'isem il-Kummissjoni; jitlob, f'dan ir-rigward, artikolazzjoni aħjar tal-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp b'rabta aktar b'saħħitha bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp permezz ta' qafas LRRD (kollegament bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp) permanenti; iqis li, fejn ikun possibbli, iridu jiġu stabbiliti approċċi integrati b'għanijiet ta' koordinazzjoni ddikjarati b'mod ċar u strateġija tal-pajjiż koerenti bejn id-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (ECHO) tal-Kummissjoni u l-EuropeAid flimkien mal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki; jilqa', f'dan ir-rigward, l-inklużjoni tal-integrazzjoni sistematika tal-approċċ LRRD fiċ-ċiklu ta' finanzjament li jkopri l-2014-20; jistieden, barra minn hekk, lis-servizzi tal-Kummissjoni biex itejbu t-tranżizzjoni minn attivitajiet umanitarji għal żmien qasir għal interventi ta' żvilupp fit-tul u jiżviluppaw koordinazzjoni koerenti mhux biss fost atturi differenti tal-Unjoni iżda wkoll bi prijoritajiet nazzjonali permezz ta' strateġija komuni ta' qafas umanitarju u ta' żvilupp konġunt; jistieden lill-Kummissjoni tidħol fi djalogu mal-Parlament jekk il-qafas legali eżistenti qed ifixkel il-koordinazzjoni effikaċi fost id-diversi strumenti finanzjarji fl-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp; jemmen, barra minn hekk, li l-involviment ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi tas-soċjetà ċivili lokali jista' jsaħħaħ l-użu tal-bażi ta' għarfien lokali sabiex jiġu identifikati aħjar il-bżonnijiet ta' riabilitazzjoni u biex jiġi sorveljat il-progress miksub mill-awtoritajiet nazzjonali;

221.  Ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet li segwew iż-żjara tad-delegazzjoni tal-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit f'Ħaiti fi Frar 2012 u jinsisti, bħala prinċipju kostanti, dwar il-kwistjoni importanti tat-traċċabilità u l-obbligu ta' rendikont tal-fondi tal-iżvilupp tal-Unjoni, b'mod partikolari billi l-appoġġ baġitarju jintrabat mal-prestazzjoni, partikolarment permezz ta' definizzjoni ċara tal-obbligi u d-dmirijiet fl-amministrazzjoni nazzjonali sabiex ikun żgurat li jkun hemm trasparenza, traċċabilità u obbligu ta' rendikont adegwati; itenni l-appell tiegħu biex titpoġġa aktar enfasi fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni endemika; jirrimarka li l-għajnuna umanitarja għandha tkun ibbażata fuq strateġija ta' ħruġ u jenfasizza li, kemm jista' jkun, il-fondi għandhom jingħaddu mill-istituzzjonijiet ta' Ħaiti, fil-qafas tal-Ftehim ta' Cotonou, sabiex tiġi żgurata s-sjieda u jiġi appoġġat it-tisħiħ tal-organi nazzjonali, inkluża l-Aġenzija tal-Kuntratti Pubbliċi, li għandha taġixxi bħala filtru ta' kontroll; jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jenfasizzaw in-natura kundizzjonali tal-appoġġ baġitarju settorjali;

222.  Ifakkar li "Bini tal-istat" huwa fiċ-ċentru tal-istrateġija ta' żvilupp tal-Unjoni u l-qofol ta' kull tali sitwazzjoni ta' kriżi, f'konformità mal-prinċipji għall-intervent f'kuntesti fraġli; jinnota li dan jinkludi l-appoġġ ta' bini istituzzjonali, it-trasparenza u l-effiċjenza tal-ġestjoni finanzjarja pubblika, l-allokazzjonijiet baġitarji u l-effikaċja tal-infiq pubbliku, bi djalogi politiċi u ta' politika rinforzati;

223.  Jitlob id-definizzjoni ta' taħlita ta' politika tajba fil-loġika tal-intervent tal-Unjoni permezz ta' approċċ komprensiv għall-partijiet interessati statali u mhux statali/mhux governattivi u għas-sostenn tas-setturi li jingħata permezz ta' valutazzjoni rapida tal-bżonnijiet settorjali u dan, għall-benefiċċju tal-vijabbilità, il-komplementarjetà u s-sostenibbiltà tal-proġetti;

Orjentazzjonijiet għall-ġejjieni

224.  Iqis li, lil hinn mis-sitwazzjoni ta' Ħaiti, jeħtieġ jiġu diskussi u mtejba l-miżuri sabiex jissaħħaħ il-qafas tal-politika ta' intervent u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri bl-iskop aħħari li jiġi limitat u jinżamm f'minimu r-riskju għall-ħajjiet umani u l-kundizzjonijiet tal-għajxien; jemmen li l-investiment fit-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri huwa kruċjali bħala komponent sħiħ tal-iżvilupp sostenibbli u huwa wkoll kosteffikaċi ħafna, peress li jippermetti l-użu ta' riżorsi ferm aktar effiċjenti u effikaċi mill-ħlas tal-ispiża għar-rispons għad-diżastri;

225.  Iqis li sitwazzjonijiet ta' kriżi u fraġilità jeħtieġu l-iżvilupp ta' politiki ii jitolbu approċċi ġodda, metodi ġodda u kompetenza, partikolarment fejn għandhom x'jaqsmu attivitajiet bħal (iii) l-identifikazzjoni tar-riskji fil-livelli operattivi differenti, (ii) l-istabbiliment ta' xenarju u projezzjonijiet tal-konsegwenzi possibbli u (iii) it-tfassil ta' strumenti biex jiġu evitati, jitnaqqsu u ssir preparazzjoni għar-riskji u d-diżastri potenzjali; jappella għal approċċ flessibbli sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tadatta l-miżuri u l-istrumenti tagħha għall-għajnuna adegwata u rapida għal sitwazzjoni ta' kriżi u ta' wara l-kriżi; jinnota, f'dan il-kuntest, li sadanittant il-Kummissjoni waqqfet sistema biex timmobilizza esperti f'diversi oqsma ta' kompetenza sabiex, anke bi preavviż qasir, ikun jista' jintbagħat persunal addizzjonali għal mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jew is-servizzi fis-sede ċentrali f'każ ta' nuqqas ta' ħaddiema;

226.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lis-SEAE jaħdmu b'mod sistematiku fuq l-erba' fażijiet taċ-ċiklu ta' ġestjoni tad-diżastri, jiġifieri l-mitigazzjoni u t-tħejjija, ir-rispons u l-irkupru lejn id-definizzjoni ta' qafas strateġiku għall-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri u l-bini ta' reżiljenza; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jinfurmaw lill-Parlament dwar l-iżviluppi b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju u t-tħejjija għall-implimentazzjoni u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm f'kuntest ta' wara diżastru;

227.  Ifakkar li fiċ-ċirkustanzi ta' kriżi bħal din, għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lis-solidità u l-effikaċja operattiva tal-qafas ta' governanza nazzjonali għall-ġestjoni tat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri bħala prekondizzjoni għas-suċċess tal-intervent tal-Unjoni; ifakkar li l-valutazzjoni ta' kwalunkwe qafas ta' governanza nazzjonali għandha tqis fost oħrajn il-qafas eżistenti ta' obbligu ta' rendikont għall-eżiti, id-definizzjoni eżistenti u d-deċiżjoni ta' responsabbilitajiet fuq livelli ċentrali u lokali, katina ċara ta' kmand u kontrolli, mezzi ta' informazzjoni fost diversi atturi/donaturi flimkien ma' mekkaniżmi ta' rispons dwar il-proġetti;

228.  Jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-appoġġ tal-Unjoni għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti u jilqa' t-tweġiba tal-Kummissjoni biex taċċetta wkoll ir-rakkomandazzjonijiet;

Parti XX – Rapport Speċjali Nru 14/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE kif jikkalkolaw, inaqqsu u jpaċu l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra?"

229.  Jemmen li l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni għandu jkollhom l-għan li jħaddnu approċċ komuni fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom u fir-rigward tat-tnaqqis possibbli tagħhom; iqis li sabiex jiksbu dan, huma jeħtieġ jikkalkulaw b'mod globali l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom u m'għandhomx joqogħdu lura milli jippubblikaw ir-riżultati tagħhom;

230.  Jemmen li l-Kummissjoni, sabiex iżżomm l-affidabilità tagħha fin-negozjati dwar l-ambjent ma' pajjiżi terzi, għandha tagħmel sforz akbar biex tiġbor aktar data dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħha;

231.  Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni li m'għandhomx ċertifikat tal-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS), jikkunsidraw japplikaw għal wieħed minnufih; jenfasizza, madankollu, li l-EMAS għandha titqies bħala għodda biex tagħti struttura, fost l-oħrajn, lill-emissjonijiet tal-gassijiet serra u m'għandhiex titqies bħala l-għan aħħari uniku tal-politika ekoloġika tal-istituzzjonijiet;

232.  Jirrimarka li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jagħmlu użu akbar tat-tpaċijiet għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex inaqqsu l-marka tal-karbonju tagħhom; jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li l-użu ta' tpaċijiet ta' kwalità għolja flimkien ma' miżuri ta' tnaqqis fl-emissjonijiet (u mhux minflok tali miżuri ta' tnaqqis) jindirizza dawn il-kwistjonijiet b'mod xieraq; jinnota, madankollu, li t-tpaċijiet għandhom ikunu sekondarji fir-rigward tal-investiment ta' dawn il-fondi għal għanijiet ta' titjib ulterjuri tal-politika ambjentali tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni;

233.  Jilqa' l-fatt li wħud mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni niedu proġetti pilota għall-akkwist ekoloġiku; jittama li r-riżultati jkunu promettenti u li l-akkwist ekoloġiku jsir proċedura standard tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni fil-ġejjieni;

234.  Jenfasizza li, fl-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki, il-fattur uman jibqa' aspett ewlieni; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-maniġment tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni responsabbli għal dawn il-politiki jħarrġu u jkomplu jtejbu l-ħiliet u l-fehim tagħhom tal-importanza tal-emissjonijiet tal-istituzzjonijiet tagħhom; jittama li l-ħatra tal-Kulleġġ tal-Kummissarji l-ġdid fl-2014 toffri opportunità ta' ftuħ ġdid fl-implimentazzjoni ta' standards ogħla fil-Kummissjoni u fl-aġenziji tagħha;

Parti XXI – Rapport Speċjali Nru 15/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-Fond għall-Fruntieri Esterni rawwem solidarjetà finanzjarja iżda jeħtieġ kejl aħjar tar-riżultati u jeħtieġ jipprovdi valur miżjud ulterjuri tal-UE''

235.  Jinnota bi tħassib li l-objettivi strateġiċi tal-Fond għall-Fruntieri Esterni (FFE) ma kinux ċari u li, b'mod partikolari, teżisti tensjoni bejn in-natura ġenerali tal-FFE bħala mekkaniżmu ta' solidarjetà u l-konċentrazzjoni tiegħu fuq objettivi konkreti għal kooperazzjoni aħjar fil-qasam tal-kontroll tal-fruntieri u l-viżi;

236.  Jinnota li, għall-Kummissjoni, is-suċċess tat-tnedija ta' SIS II, VIS u Eurosur fl-Istati Membri kollha huwa turija tal-kontribut tal-FFE; huwa tal-fehma, madankollu, li tali dikjarazzjoni ġenerali ma tista' qatt tintuża bħala risposta sodisfaċenti għall-kritika speċifika tal-Qorti tal-Awdituri dwar in-nuqqas ta' indikaturi tal-prestazzjoni;

237.  Jinnota li jistgħu jinqalgħu problemi simili fir-rigward tal-objettivi tal-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viżi bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF), billi għal darb'oħra dan l-istrument iservi kemm għas-solidarjetà bejn l-Istati Membri għall-ġestjoni tal-kontroll tal-fruntieri, u kemm għall-ħolqien ta' kontroll uniformi u ta' livell għoli tal-fruntieri esterni u l-ipproċessar effikaċi tal-viżi Schengen, f'konformità mal-impenn tal-Unjoni fir-rigward tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem;

238.  Jenfasizza li l-Istati Membri, filwaqt li jirrikonoxxu l-importanza ta' kontroll effikaċi tal-fruntieri fil-fruntieri esterni komuni bħala parti mill-acquis ta' Schengen, għadhom jikkunsidraw il-ġestjoni tal-kontroll tal-fruntieri u sa ċertu punt l-ipproċessar tal-viżi bħala kompetenzi essenzjalment nazzjonali;

239.  Jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, jinkludu l-ISF fl-istrateġiji nazzjonali għall-ġestjoni tal-fruntieri sabiex jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni konsolari, għall-operazzjonijiet tal-Frontex jew għall-azzjonijiet ta' emerġenza jew azzjonijiet speċifiċi li huma ta' importanza għaż-żona Schengen kollha kemm hi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-kooperazzjoni tagħhom f'dan ir-rigward;

240.  Jitlob li l-Kummissjoni teżamina jekk ikunx utli li l-kontroll tal-fruntieri u l-viżi li jagħmlu parti mill-ISF jinqasmu f'taqsimiet distinti differenti: waħda għas-solidarjetà, waħda għat-twettiq tal-kooperazzjoni konsolari, l-operazzjonijiet tal-Frontex u azzjonijiet speċifiċi u ta' emerġenza, u waħda għal azzjonijiet li huma partikolarment rilevanti minn perspettiva nazzjonali;

241.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżviluppaw u jużaw indikaturi rilevanti u kwantifikabbli għar-riżultat, l-eżitu u l-impatt tal-proġetti ffinanzjati; jenfasizza li għandhom jiġu implimentati verifiki ex ante ta' kwalità għolja biex jiġi żgurat li l-proġetti ffinanzjati kollha jservu għal objettivi konkreti u kwantifikabbli u jkollhom valur miżjud; jinnota li l-verifiki ex post ikunu ta' għajnuna billi jfornu mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità;

242.  Jirrimarka li jista' jinkiseb aktar valur miżjud tal-Unjoni permezz ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali għall-operazzjonijiet tal-Frontex min-naħa tal-Istati Membri billi jsir obbligatorju li tal-inqas parti mill-assi kofinanzjati mill-ISF jiddaħħlu bħala parti mit-tagħmir tekniku tal-Frontex;

243.  Jinsab imħasseb dwar l-irregolaritajiet li sabet il-Qorti tal-Awdituri fil-politiki nazzjonali differenti dwar l-akkwist u jiddikjara li l-klawsola ta' eżenzjoni għall-akkwisti fid-difiża u s-sigurtà ma tistax tintuża f'każijiet fejn setgħu jintużaw proċeduri anqas ristrettivi li ma jikkompromettux is-sigurtà; jirrakkomanda s-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f'waqtha tal-finanzjament;

244.  Ifaħħar lill-Kummissjoni talli ħadet miżuri finanzjarji korrettivi fil-każ ta' proġett li nstab li kien qed jikser il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, iżda jappella lill-Kummissjoni tidentifika kemm jista' jkun, b'mod ex ante, kwalunkwe riskji possibbli f'dan ir-rigward, speċjalment għal dak li jirrigwarda l-mod li bih jitwettqu l-kontrolli tal-fruntieri b'rabta mad-dritt li persuna tfittex asil;

245.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitjieb l-istandard tal-ġbir tad-data dwar il-proġetti ffinanzjati fil-livell nazzjonali sabiex jiżdied il-livell ta' trasparenza;

Parti XXII – Rapport Speċjali Nru 16/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-effettività tal-kombinament ta' għotjiet tal-faċilitajiet ta' investiment reġjonali ma' selfiet minn istituzzjonijiet finanzjarji għall-appoġġ ta' politiki esterni tal-UE"

246.  Jilqa' r-rapport speċjali ddedikat għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tat-taħlit ta' għotjiet ta' faċilitajiet ta' investiment reġjonali ma' self minn istituzzjonijiet finanzjarji għall-appoġġ tal-politiki esterni tal-UE u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

Kummenti ġenerali

247.  Jinkoraġġixxi lill-Qorti tal-Awdituri tkompli tapprofondixxi l-attivitajiet ta' awditjar f'dan il-qasam ta' kooperazzjoni emerġenti sabiex regolarment tipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika valutazzjoni komprensiva regolari tal-kwistjonijiet u r-riskji involuti;

248.  Jirrikonoxxi li ż-żieda ta' interess fit-taħlit u l-opportunitajiet offruti permezz tal-użu ta' faċilitajiet ġodda ta' investiment finanzjarju hija motivata prinċipalment mill-fatt li jeżistu sfidi importanti fil-qasam tal-iżvilupp filwaqt li l-fondi pubbliċi huma ristretti ħafna, għaldaqstant, iwassal għall-iżvilupp ta' riżorsi finanzjarji ġodda li jikkombinaw għotjiet mill-Unjoni ma' tipi ta' riżorsi oħrajn;

249.  Jenfasizza li l-istrumenti finanzjarji l-ġodda u t-taħlit iridu jibqgħu konformi mal-objettivi tal-politiki ta' żvilupp tal-Unjoni bbażati fuq il-kriterji tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) u stabbiliti fl-Aġenda għall-Bidla, jiġifieri t-titjib fil-kwalità, fl-effiċjenza, fis-sostenibbiltà u fil-veloċità tal-implimentazzjoni tal-interventi tal-Unjoni; jemmen li dawn l-istrumenti jridu jiffukaw fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni li fihom l-ogħla valur miżjud u l-ogħla impatt kemm fil-livell ekonomiku u kemm f'dak mhux ekonomiku u jqis li jridu jintużaw b'mod strateġiku f'setturi fejn l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni huwa kruċjali għall-vitalità tal-investiment u fejn it-taħlit jista' jitħaddem bl-aktar mod utli; jiddispjaċih, għalhekk, li r-rapport speċjali jiffoka primarjament fuq l-aspetti finanzjarji tat-taħlit li jinvolvi għotjiet tal-faċilitajiet ta' investiment reġjonali, filwaqt li l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom mhumiex ivvalutati b'mod suffiċjenti;

250.  Jitlob, bħala prinċipju fundamentali permanenti, li jiġi evitat ir-riskju li l-inċentivi finanzjarji jingħataw aktar importanza mill-prinċipji ta' żvilupp (l-objettivi finanzjarji jafu jieħdu preċedenza fuq il-kwistjonijiet ta' żvilupp) u jitlob li jiġu rispettati l-prinċipji ta' żvilupp sostenibbli, bħalma huma l-istandards soċjali u ambjentali u l-aċċess għall-beni pubbliċi bażiċi;

251.  Jieħu nota tar-riżultati tar-rieżami li sar fil-konfront tal-Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna bl-għan oriġinali li jiżdiedu l-effikaċja, l-effiċjenza u l-kwalità tal-mekkaniżmi u l-faċilitajiet ta' taħlit eżistenti, filwaqt li jqis li l-armonizzazzjoni tal-prinċipji ewlenin, li huma validi għall-faċilitajiet reġjonali u l-istrumenti finanzjarji kollha, se jkunu tal-ogħla importanza għall-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) l-ġdid; skont l-eżiti tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP, jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu djalogu strutturat/strateġiku dwar il-kwistjoni, b'mod partikolari dwar kif it-trasparenza u r-responsabilità jistgħu jiġu żgurati u mtejba kostantement;

252.  Ifakkar li matul il-fażi ta' ppjanar il-Kummissjoni għandha tikkonċentra fuq l-ilħuq ta' għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali sostenibbli u fit-tul fl-oqsma fejn l-investimenti jridu jiġu implimentati;

253.  Jitlob, bħala prinċipju fundamentali, li l-fondi Ewropej jiġu kkonċentrati fuq il-proġetti li ma jistgħux jiġu implimentati mingħajr il-flus tal-Unjoni, bħal proġetti bi profittabbiltà baxxa, iżda li jistgħu jwasslu għal titjib soċjali, ambjentali u fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

254.  Jitlob, bħala prinċipju fundamentali, li jiġu żgurati l-monitoraġġ u s-segwitu tar-riżultati u tal-effetti fuq perjodu medju/fit-tul tal-proġetti implimentati fl-oqsma soċjali u ambjentali u fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; iqis li r-riżultati ta' tali valutazzjonijiet ta' segwitu għandhom jintużaw direttament sabiex isir rappurtar dwar għanijiet fit-tul miksuba u sabiex jittejbu l-fażi ta' ppjanar/l-għażla tal-proġetti għall-finanzjament fil-futur;

255.  Jitlob li jissaħħaħ ir-rwol politiku tal-Kummissjoni, bħala korp politikament responsabbli f'dan il-qasam;

256.  Jitlob l-introduzzjoni ta' standards komuni ta' governanza għal tali attivitajiet finanzjarji, kif ukoll id-definizzjoni tal-aħjar prattiki u kriterji ta' eliġibbiltà u ta' evalwazzjoni definiti sew għall-użu ta' dawn l-għodod finanzjarji; jemmen li regoli koerenti ta' ġestjoni bħal rappurtar strutturat, oqfsa ta' monitoraġġ ċari u kundizzjonijiet ta' superviżjoni jwasslu għal tnaqqis fl-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet jew fid-duplikazzjoni possibbli tal-ispejjeż;

257.  Iqis bħala essenzjali li jitfasslu strutturi adegwati ta' governanza għall-faċilitajiet differenti sabiex tiġi promossa s-sjieda tal-pajjiżi destinatarji, tal-benefiċjarji jew tal-partijiet interessati fil-konfront ta' dawn l-istrumenti; ifakkar li l-iżvilupp ta' għajnuna pubblika mħallta għall-iżvilupp, mgħoddija permezz tal-faċilitajiet, jirrikjedi kooperazzjoni strutturata sew bejn il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), l-Istati Membri u l-Parlament; jappella biex id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkunu aktar involuti fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari fil-fażi ta' identifikazzjoni tal-proġetti permezz ta' kontributi għal evalwazzjonijiet ex ante jew għal valutazzjonijiet tal-impatt, u, b'mod aktar ġenerali, biex jikkonsolidaw il-pożizzjoni tal-Unjoni fid-djalogu politiku mal-pajjiżi sħab u biex iservu wkoll ta' interfaċċja mas-soċjetà ċivili lokali;

258.  Jinsisti fuq in-neċessità li jintlaħaq l-ogħla livell ta' trasparenza u responsabilità permezz tal-aċċess għal informazzjoni baġitarja u data finanzjarja eżawrjenti u sodi b'rabta mal-proġetti ffinanzjati minn dawn il-faċilitajiet ta' investiment biex il-Parlament tingħatalu s-setgħa ta' skrutinju u approvazzjoni; jappella biex il-Parlament jirċievi rapporti regolari dwar l-użu ta' dawn l-istrumenti finanzjarji u dwar ir-riżultati, b'mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ingranaġġ u l-valutazzjoni finanzjarji u mhux finanzjarji filwaqt li jfakkar fil-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 140 tar-Regolament Finanzjarju;

259.  Jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, bħala l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba, fir-rigward tal-effikaċja tat-taħlit ta' għotjiet ta' faċilitajiet ta' investiment reġjonali ma' self minn istituzzjonijiet finanzjarji għall-appoġġ ta' politiki esterni tal-Unjoni u jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni aċċettat ukoll dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

Parti XXIII – Rapport Speċjali Nru 17/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-inizjattiva tal-UE dwar iċ-Centri ta' Eċċellenza tista' tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-mitigazzjoni ta' riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari li jkunu ġejjin minn barra l-UE?

260.  Jilqa' l-inizjattiva taċ-Ċentri ta' Eċċellenza kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (CBRN); iqis li l-istruttura ta' governanza tagħha tenfasizza l-karattru ta' netwerk li għandha l-inizjattiva;

261.  Jilqa' d-direzzjoni pożittiva ġenerali tar-Rapport Speċjali Nru 17/2014 u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, li l-Kummissjoni aċċettathom kollha;

262.  Jinnota li l-inizjattiva tirrappreżenta approċċ innovattiv li jipprovdi għal netwerking, sħubijiet reġjonali u internazzjonali, konsolidazzjoni, koordinazzjoni u ottimizzazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti f'termini ta' kompetenza, taħriġ, assistenza teknika jew tagħmir;

263.  Jirrimarka l-fatt li strutturi bħal dawn huma neċessarjament kumplessi, u għalhekk it-twaqqif u t-tmexxija effikaċi tagħhom huma diffiċli;

264.  Ifakkar li din l-inizjattiva kellha EUR 100 miljun għad-dispożizzjoni tagħha għall-perjodu 2010-2013;

265.  Huwa tal-fehma li l-valur prinċipali ta' din l-inizjattiva jinsab fl-approċċ tagħha "minn isfel 'il fuq", li jibni fuq l-esperjenza tal-pajjiżi sħab; iqis li d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu infurmati regolarment u jimpenjaw ruħhom li jkollhom rwol aktar attiv b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet tal-pajjiż sieħeb rispettiv;

266.  Jixtieq jirrimarka, fl-istess ħin, li r-rispett tas-"sjieda" tal-pajjiżi sħab fir-rigward tal-proġetti m'għandux iżomm lill-Kummissjoni milli tagħmel proposti li jistgħu jibbenefikaw minn reazzjoni konġunta (eż. fil-ġlieda kontra l-epidemija tal-Ebola);

267.  Hu konvint li l-proġetti għandhom jintgħażlu b'tali mod li jippermettu li l-ammont limitat disponibbli jiġi kkonċentrat fuq l-oqsma l-aktar rilevanti għas-sigurtà tal-Unjoni; jemmen li, fl-għażla tal-proġetti, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jassumu funzjoni utli ta' kklerjar;

268.  Jinnota li l-għarfien espert tekniku tas-segretarjati reġjonali għandu jissaħħaħ sabiex jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati permezz ta' inizjattivi, kif ukoll biex itejjeb it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti individwali;

269.  Jilqa' l-fatt li minn Mejju 2013 'l hawn il-pajjiżi sħab jistgħu jipproponu proġetti fi kwalunkwe mument, ħaġa li tqawwi l-kapaċità ta' reazzjoni għat-theddidiet li jkunu qed jiżviluppaw;

270.  Jinnota li t-tul ta' żmien bejn meta ssir il-proposta tal-proġett u mbagħad l-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġett għandu jitnaqqas aktar;

271.  Jenfasizza li hemm bżonn ta' kooperazzjoni strateġika usa' biex jitjiebu l-koerenza u l-koordinazzjoni ta' diversi strumenti ta' finanzjament fil-qasam tas-sigurtà; jenfasizza li koordinazzjoni aħjar bejn l-atturi rilevanti fil-qasam tas-CBRN ikollha l-effett lil ssaħħaħ l-effikaċja ta' inizjattivi eżistenti;

272.  Huwa tal-fehma li l-inizjattiva taf tibbenefika minn distinzjoni aktar ċara bejn id-dimensjoni interna u esterna tal-azzjonijiet CBRN(22);

Parti XXIV – Rapport Speċjali Nru 19/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni tal-UE lis-Serbja"

273.  Jistieden lill-awtoritajiet Serbi jtejbu l-kwalità, u jkomplu jirrazzjonalizzaw, l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom, u jindirizzaw b'mod xieraq id-diversi kwistjonijiet politiċi u soċjoekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni, jekk ikun hemm bżonn, tagħmel lilha nfisha disponibbli biex tipprovdi l-appoġġ tekniku meħtieġ f'dan ir-rigward;

274.  Jisħaq fuq l-importanza li jitħejjew strateġiji nazzjonali f'oqsma politikament sensittivi; jitlob lill-awtoritajiet rilevanti jħejju strateġiji fl-oqsma prinċipali ta' governanza li ġejjin u jinkludu kalendarju realistiku għall-implimentazzjoni: id-deċentralizzazzjoni territorjali u strateġija għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tar-riforma tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi;

275.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lid-delegazzjoni tal-Unjoni fis-Serbja biex jevitaw il-problemi li nqalgħu fl-ewwel parti tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, jiġifieri l-għażla ta' proġetti problematiċi jew mhux żviluppati biżżejjed; jappoġġa l-kooperazzjoni tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet Serbi biex jiġu indirizzati l-problemi identifikati, inkluż in-nuqqas ta' appoġġ mill-awtoritajiet nazzjonali, nuqqas ta' koordinazzjoni interistituzzjonali, tfassil dgħajjef tal-proġetti, definizzjoni fqira fit-termini ta' referenza, soluzzjonijiet ta' finanzjament mhux sostenibbli u n-nuqqas li jinsiltu tagħlimiet mill-iżbalji tal-proġetti preċedenti;

276.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-proġetti relatati mal-governanza ġeneralment kisbu riżultati tajbin, iżda jqis l-implimentazzjoni u s-sistemi ta' kontroll tal-proġetti bħala dgħajfa jew mhux effiċjenti, speċjalment fejn il-Qorti tal-Awdituri identifikat nuqqasijiet materjali f'erbgħa mit-tmien proġetti awditjati relatati mal-governanza u ffinanzjati taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni;

277.  Jirrimarka li r-riforma tas-settur ġudizzjarju ftit li xejn irreġistrat progress mill-2007 'l hawn;

278.  Jinsisti fuq in-neċessità li tissaħħaħ il-protezzjoni attwali għall-informaturi hekk kif imniżżel fl-istrateġija nazzjonali kontra l-korruzzjoni għall-2013-2018; jinsisti li l-awtoritajiet Serbi għandhom javvanzaw fit-tħejjija ta' leġiżlazzjoni ġdida dwar żvelar ta' irregolaritajiet u tali leġiżlazzjoni għandha trawwem il-fiduċja u tinkoraġġixxi lill-informaturi biex jippreżentaw ruħhom;

279.  Japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u jitlob li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni xierqa biex tiddefinixxi l-objettivi, tevalwa l-ħtiġijiet u tislet tagħlimiet mill-proġetti tal-passat, kif ukoll biex tevita dewmien, u proċeduri ta' akkwist ineffiċjenti jew ineffikaċi; jisħaq fuq l-importanza tas-sostenibbiltà, peress li r-riżultati qajmu għadd ta' mistoqsijiet f'żewġ terzi tal-proġetti, b'mod partikolari f'dawk relatati mal-governanza;

Parti XXV – Rapport Speċjali Nru 20/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-appoġġ taħt il-FEŻR lill-SMEs fil-qasam tal-kummerċ elettroniku kien effettiv?"

280.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 20/2014 tal-Qorti tal-Awdituri u japprova l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

281.  Jilqa' pożittivament ukoll ir-reazzjoni kostruttiva tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri;

282.  Jinnota li t-teknoloġiji tal-kummerċ elettroniku huma kruċjali biex jitjiebu l-iżvilupp u l-kompetittività tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); jenfasizza l-importanza tal-SMEs għall-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni;

283.  Jirrikonoxxi l-fatt li r-rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri enfasizza l-importanza tal-kejl tal-prestazzjoni u l-valur miżjud Ewropew;

284.  Jinnota li minkejja l-fatt li d-disponibbiltà tan-negozji fuq l-internet żdiedet, il-proġetti li ntgħażlu għall-investiment kienu foqra; jinnota li n-nuqqas ta' għażla komparattiva tal-applikazzjonijiet u l-assenza ta' informazzjoni kummerċjali komprensiva rriżultaw biex f'aktar minn terz tal-każijiet il-valur meta mqabbel mal-flus minfuqa kien baxx jew ineżistenti;

285.  Jirrimarka li 10 mit-30 proġett kofinanzjat li ġew awditjati kienu se jitwettqu anke fin-nuqqas ta' kofinanzjament pubbliku, ħamsa minnhom kienu bdew qabel ġiet innotifikata l-għotja u tlieta minnhom kienu bdew meta l-impriża kienet lanqas għadha bagħtet applikazzjoni għall-kofinanzjament;

286.  Hu tal-fehma li għandu jkun obbligatorju li jiġi ppreżentat pjan ta' direzzjoni tan-negozju li juri l-valur Ewropew biex jiġi evitat il-fenomenu tal-effett deadweight;

287.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-kriterji u l-proċeduri tal-għażla li jiżguraw li l-proġetti magħżula jimmassimizzaw il-valur miżjud fir-rigward ta' dak li għandu x'jaqsam ma' kontribut lejn l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku fl-SMEs u l-ksib tal-objettivi tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (DAE);

288.  Jinnota li n-nuqqas ta' monitoraġġ mill-Kummissjoni għamilha impossibbli li jiġi evalwat sa liema punt l-appoġġ tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) kien ikkontribwixxa għall-ksib tal-objettivi nazzjonali u tal-UE fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni, kif ukoll għall-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju tal-SMEs stess;

289.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha tiżgura li tikseb informazzjoni konsistenti u affidabbli mill-Istati Membri dwar l-użu tal-finanzjament tal-FEŻR; huwa tal-fehma li din l-informazzjoni għandha tindika l-progress tal-Programmi Operazzjonali, mhux biss f'termini finanzjarji iżda anke f'termini ta' prestazzjoni;

290.  Jikkondividi l-fehma tal-Qorti tal-Awdituri li sett minimu ta' indikaturi robusti b'miri relatati għandhom jiġu ddefiniti fil-ftehimiet għall-għotjiet, jitkejlu u jiġu soġġetti għal monitoraġġ sussegwenti, kemm meta l-proġett ikun ġie implimentat u jkun operattiv u kemm fi stadju aktar tard bil-ħsieb li tiġi evalwata l-prestazzjoni;

Parti XXVI – Rapport Speċjali Nru 21/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Infrastrutturi tal-ajruporti ffinanzjati mill-UE: valur baxx għall-flus"

291.  Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni diġà implimentat il-bidliet li jindirizzaw ħafna mill-kwistjonijiet spjegati fir-rapport speċjali u b'mod ġenerali jappoġġa l-qafas regolatorju l-ġdid deskritt mill-Kummissjoni. fid-dawl ta' dan, jipproponi li l-Kummissjoni għandha tirrapporta lura lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fi żmien sena mill-adozzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni rigward il-progress fil-konfront ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

292.  Jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Istati Membri jkollhom pjanijiet koerenti għall-iżvilupp ta' ajruporti u jirrakkomanda li dawn il-pjanijiet jiġu approvati mill-Kummissjoni qabel ma jingħata finanzjament għal proġetti speċifiċi; jirrakkomanda, barra minn hekk, li dawn il-pjanijiet reġjonali, nazzjonali jew supranazzjonali għandhom iqisu mhux biss it-trasport bl-ajru iżda anke trasport pubbliku ieħor b'tul ta' ħin ta' vvjaġġar simili għat-tul tat-titjiriet, inklużi l-ferroviji u l-karozzi tal-linja, b'mod li tiġi evitata s-saturazzjoni tas-suq u tiżdied l-vijabbiltà tas-servizz;

293.  Jirrakkomanda li l-finanzjament jingħata biss lill-ajruporti finanzjarjament vijabbli;

294.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni teżamina l-proġetti ġodda kollha fid-dawl ta' analiżi taż-żona benefiċjarja biex tiżgura l-vijabbiltà, filwaqt li tqis f'kull każ l-importanza tal-ajruporti reġjonali għall-aċċessibbiltà u l-mobilità fl-Unjoni;

295.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tissorvelja mill-qrib, bħala prijorità, lill-Istati Membri identifikati fir-rapport li kellhom proġetti partikolarment problematiċi fl-imgħoddi.

o
o   o

296.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 66, 8.3.2013.
(2) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(3) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(4) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(5) Testi adottati, P8_TA(2015)0118.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta' Lulju 2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (Regolament GNI) (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1).
(10) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 266, 5.9.2014, p. 32).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rappurtar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).
(14) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(15) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(16) Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
(17) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).
(18) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2011 u (EC) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(19) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(20) Leon Braat, Patrick ten Brink (eds. et al.), The Cost of Policy Inaction: The case of not meeting the 2010 biodiversity target, Wageningen/Brussell, 2008, p. 28.
(21) Evalwazzjoni tal-kooperazzjoni tal-UE mar-Repubblika ta' Ħaiti (2008-2012), Particip GmbH, imwettqa f'isem il-Kummissjoni, Awwissu 2014
(22) Ara wkoll ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2010 dwar it-Tisħiħ tas-Sigurtà Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari fl-Unjoni Ewropea – Pjan ta' Azzjoni CBRN tal-UE (ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 8).


Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - It-8, id-9 u l-10 FEŻ
PDF 519kWORD 164k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2077(DEC))
P8_TA(2015)0120A8-0102/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0487 – C8-0146/2014),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2014 dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2014)0350),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa' u mill-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-17 ta' Frar 2015 rigward il-kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-baġit tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013 (05135/2015– C8-0050/2015, 05136/2015– C8-0051/2015, 05138/2015– C8-0052/2015),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2014)0285 u SWD(2014)0286),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(3) u rivedut f'Ouagadougou (Burkina Faso) fit-22 ta' Ġunju 2010(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea")(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja permezz tal-Kwadru Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu 2008-2013 skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 142 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0102/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2077(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapporti finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0487 – C8-0146/2014),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2014 dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-informazzjoni finanzjarja dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (COM(2014)0350),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mt-tmien, mid-disa' u mill-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni(12),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(13) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-17 ta' Frar 2015 rigward il-kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-baġit tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013 (05135/2015– C8-0050/2015, 05136/2015– C8-0051/2015, 05138/2015– C8-0052/2015),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2014)0285 u SWD(2014)0286),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(14) u rivedut f'Ouagadougou (Burkina Faso) fit-22 ta' Ġunju 2010(15),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea")(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern tal-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni AKP-KE(17),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità permezz tal-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li dwarhom il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE hija applikabbli(18),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Ftehim Intern tas-17 ta' Lulju 2006 bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqa' fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja permezz tal-Kwadru Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu 2008-2013 skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE(19),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba' Konvenzjoni AKP-KE(20),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp(21),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 142 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp(22),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0102/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp huma kif jidhru fit-Tabella 2 tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2077(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 93, l-Artikolu 94(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0102/2015),

A.  billi l-għan ewlieni tal-Ftehim ta' Cotonou bħala l-qafas tar-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) huwa li jnaqqas u eventwalment jeqred il-faqar, f'konformità mal-objettivi ta' żvilupp sostenibbli u l-integrazzjoni gradwali tal-Istati AKP u l-PTEE fl-ekonomija dinjija;

B.  billi l-objettivi speċifiċi fil-qasam tal-politika tal-iżvilupp iridu jkunu salvagwardati fl-ambitu tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE); jenfasizza li kunsiderazzjonijiet oħra bħall-politika kummerċjali u kunsiderazzjonijiet tal-politika barranija u ta' sigurtà ma għandhomx ikunu rilevanti għall-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp;

C.  billi l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ), iffinanzjati mill-Istati Membri, huma l-istrument finanzjarju prinċipali tal-Unjoni għall-forniment tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp lill-Istati AKP u billi l-Kummissjoni hija responsabbli għalihom fi ħdan il-proċedura ta' kwittanza;

D.  billi l-istrumenti ta' prefinanzjament imħallsa mill-Kummissjoni Ewropea jlaħħqu l-EUR 424 miljun u d-dħul operanti ammonta għal EUR 124 miljun għas-sena finanzjarja 2013;

E.  billi l-FEŻ iddefinixxa l-istrateġija u l-oqsma ta' prijorità tiegħu abbażi ta' preferenzi politiċi kif ukoll ta' kriterji ekonomiċi u finanzjarji marbutin ma' kriterji ta' effiċjenza ġenerali, u jaħdem bi strumenti finanzjarji adegwati biex jissodisfa dawn il-prijoritajiet definiti fuq bażi sostenibbli u fuq terminu twil;

F.  billi fil-kuntest tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jeżisti esponiment inerenti għal livell għoli ta' riskju, minħabba l-ambjent ġeopolitiku, istituzzjonali u amministrattiv li ta' spiss jiġi assoċjat mal-instabbiltà u ma' kuntest fraġli;

G.  billi l-livell u n-natura tal-impenn tal-Unjoni jridu jkunu differenzjati u kundizzjonati, skont il-progress li jkun jista' jitkejjel f'oqsma varji bħad-demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, l-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli, l-istat tad-dritt, it-trasparenza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

H.  billi l-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi bħall-mekkaniżmi ta' taħlit huwa meqjus bħala mezz wieħed kif jiġi estiż l-ambitu ta' għodod eżistenti bħall-għotjiet u s-selfiet u jinkludi wkoll sfidi f'termini ta' sorveljanza u governanza;

I.  billi huwa fundamentali li l-viżibbiltà tal-Unjoni tiġi żgurata u li l-valuri tal-Unjoni jiġu promossi fl-interventi kollha tal-Unjoni;

J.  billi l-"ibbaġitjar" tal-FEŻ, jiġifieri l-inkorporazzjoni u l-integrazzjoni tiegħu fl-istruttura baġitarja tal-Unjoni, jibqa' prijorità għall-Parlament; billi l-inklużjoni tal-FEŻ fil-baġit ġenerali taf tissarraf f'aktar sigurtà finanzjarja għall-pajjiżi benefiċjarji iżda wkoll f'titjib tal-koerenza politika u tal-iskrutinju demokratiku;

K.  billi l-appoġġ baġitarju jinvolvi riskju fiduċjarju konsiderevoli, partikolarment sensiela ta' sfidi f'termini ta' trasparenza, responsabbiltà u ġestjoni finanzjarja tajba; billi l-appoġġ baġitarju jesiġi kontroll attent u djalogu politiku bejn l-Unjoni u l-pajjiż sieħeb f'dawk li huma l-objettivi, il-progress li sar biex jinkisbu r-riżultati miftiehma u l-indikaturi tal-prestazzjoni kif ukoll analiżi tar-riskji sistematika u strateġija ta' mitigazzjoni tar-riskji li għandhom jissaħħew ulterjorment;

Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni

Affidabbiltà tal-kontijiet

1.  Jilqa' l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali finali tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena 2013 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ fil-31 ta' Diċembru 2013, u li r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom, il-flussi tal-flus tagħhom u l-bidliet fl-assi netti għas-sena jinstabu f'konformità mar-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ u mal-istandards kontabilistiċi għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment;

2.  Jinnota b'sodisfazzjon it-titjib li nkiseb fir-rigward tan-numru u l-valur ta' rkupri li juru żieda meta mqabbla mal-2012, b'24 irkupru li jammontaw għal EUR 4,7 miljun fl-2013 meta mqabbla ma' 13-il irkupru li jammontaw għal EUR 1,3 miljun fl-2012;

3.  Jinsab imħasseb bil-kbir, madankollu, dwar il-fatt li l-uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega xorta waħda għadhom ma jikkonformawx sistematikament mar-regola li għal pagamenti ta' prefinanzjament ta' aktar minn EUR 750 000 l-Kummissjoni hija obbligata tirkupra mgħax fuq bażi annwali u li l-ammont ta' dħul mill-imgħax żvelat fil-kontijiet huwa parzjalment ibbażat fuq stimi;

4.  Jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-imgħax gwadanjat fuq il-prefinanzjament bejn EUR 250 000 u EUR 750 000 kien għadu mhux rikonoxxut bħala dħul finanzjarju fir-rapporti finanzjarji minħabba li l-iżvilupp tas-Sistema Komuni ta' Informazzjoni RELEX (CRIS) kien għadu mhux komplut;

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

5.  Jilqa' l-opinjoni tal-Qorti, skont liema d-dħul u l-impenji li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

6.  Jesprimi tħassib, madankollu, dwar il-valutazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri relatata mal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet, skont liema s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll fis-sede ċentrali tal-EuropeAid u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni huma parzjalment effikaċi biss biex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti;

7.  Jiddispjaċih li skont l-istima tal-Qorti tal-Awdituri, ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli għat-tranżazzjonijiet ta' nfiq mit-tmien, mid-disa' u mill-għaxar FEŻ hija 3,4 %, rata li tindika tnaqqis żgħir meta mqabbla mal-2012 (3 %) iżda xorta tibqa' aktar baxxa mill-quċċata milħuqa fl-2011 (5,1 %);

8.  Jieħu nota tal-fatt li r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet tal-FEŻ għas-sena finanzjarja 2013 jindika li r-rata ta' żball żdiedet meta mqabbla mas-sena preċedenti u li għadha tinsab f'livell għoli wisq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem biex tilħaq ir-rata ta' żball miftiehma ta' 2 %;

9.  Jieħu nota u jiddispjaċih li l-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet huma dovuti għan-nuqqasijiet tas-sistema ta' sorveljanza u li l-pagamenti kienu materjalment milquta minn żball; jieħu nota li 27 % tal-pagamenti kienu milquta minn żball, jiġifieri 45 mill-165 tranżazzjoni ta' pagament ittestjata;

10.  Jieħu nota tar-riżultati tal-ikkampjunar fir-rigward ta' proġetti fejn 42 fost 130 pagament (32 %) kienu milquta minn żball, u b'mod partikolari l-fatt li 30 pagament minn dawn it-42 ġew ikklassifikati bħala żbalji kwantifikabbli, bi 17-il tranżazzjoni finali awtorizzata wara li kienu saru l-kontrolli ex ante kollha;

11.  Jiddispjaċih għall-fatt li minkejja l-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie stabbilit f'Mejju 2013, it-tipoloġija tal-iżbalji identifikati hija, fil-biċċa l-kbira, simili għal dik ta' snin preċedenti, jiġifieri nuqqas ta' dokumenti ta' sostenn, nuqqas ta' konformità mill-benefiċjarji mad-dispożizzjonijiet tal-akkwist u nfiq mhux eleġibbli; josserva li dawn l-iżbalji kienu wkoll relatati ma' tranżazzjonijiet marbutin mal-attivitajiet li ġejjin: (i) stimi ta' programmi, (ii) għotjiet u (iii) ftehimiet ta' kontribuzzjonijiet bejn il-Kummissjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali;

12.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha f'dawn l-oqsma speċifiċi ta' kooperazzjoni billi tirfina l-pjan eżistenti ta' azzjoni korrettiva li ġie stabbilit, speċjalment meta żbalji kwantifikabbli jindikaw nuqqasijiet fil-kontrolli minn organizzazzjonijiet internazzjonali dwar il-konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali bħala parti mill-isforz ġenerali biex jittejbu l-metodi ta' ġestjoni tar-riskju u s-sistemi kumplessivi ta' ġestjoni u kontroll;

Riskji relatati mar-regolarità u l-effikaċja tal-mekkaniżmi ta' kontroll

13.  Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-FEŻ, li tinvolvi l-użu ta' bosta modus operandi u diversi metodi ta' twassil (ġestjoni diretta ċentralizzata u ġestjoni indiretta) b'regoli u proċeduri kumplessi, bħall-offerta u l-għoti ta' kuntratti, u b'kopertura ġeografika wiesgħa, tippreżenta livell għoli ta' riskju inerenti li jagħmilha diffiċli biex tiġi ottimizzata s-sistema ta' kontroll u tissaħħaħ it-trasparenza ta' finanzjament tal-FEŻ;

14.  Huwa mħasseb ħafna li, skont l-evalwazzjoni tal-Qorti, il-kontrolli ex ante mwettqa qabel ma jkunu eżegwiti t-tranżazzjonijiet ta' pagament tal-proġetti għadhom jippreżentaw dgħufijiet konsiderevoli;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni toqgħod attenta b'mod regolari għall-kwalità u l-adegwatezza tal-kontrolli ex ante mwettqa mill-partijiet kollha (il-persunal tal-Kummissjoni u l-awdituri esterni) qabel ma jsiru l-pagamenti tal-proġetti u speċjalment minħabba l-ambjent ta' riskju politiku u operattiv għoli;

16.  Jieħu nota li kemm għall-appoġġ baġitarju (b'EUR 718 miljun f'pagamenti magħmula mill-FEŻ fl-2013) kif ukoll għall-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni lil proġetti multidonatur magħmula minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti (NU) (il-pagamenti mill-FEŻ kienu jammontaw għal EUR 458 miljun fl-2013), in-natura tal-istrument u l-kundizzjonijiet ta' pagament jillimitaw il-punt sa fejn it-tranżazzjonijiet huma suxxettibbli għal żbalji;

17.  Jinsab imħasseb dwar il-kwistjoni rikorrenti li nstabu kontinwament żbalji dwar id-dikjarazzjonijiet ta' spiża finali, minkejja l-awditi esterni u l-verifikazzjonijiet ta' nfiq;

18.  Iħeġġeġ lid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni (DĠ DEVCO) jintervjeni skont ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti fl-2011 biex isaħħaħ il-kapaċità tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern mill-aktar fis possibbli, bil-għan li jkun jista' jeżegwixxi l-kompiti tiegħu b'mod effikaċi;

Strateġija u prijoritajiet

19.  Jenfasizza li l-attivitajiet kollha tal-FEŻ iridu jsegwu b'mod preċiż l-istrateġija u l-oqsma ta' prijorità ġenerali bbażati fuq il-preferenzi politiċi, kif ukoll fuq kriterji ta' effiċjenza ekonomika u finanzjarja, li konsegwentement jiġu riflessi fil-prestazzjoni tal-ġestjoni, inklużi l-ġestjoni tar-riskju, l-attivitajiet ta' kontroll u l-forma konkreta tal-istrumenti finanzjarji għal dan il-għan;

20.  Jiġbed l-attenzjoni, fid-dawl tal-fatt li qed issir aktar enfasi fuq il-prestazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni, għall-fatt li l-Afrika Sub-Saħarjana hija r-reġjun li jinsab l-aktar lura fir-rigward tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) u hija l-uniku reġjun fid-dinja fejn, skont it-tbassir, il-faqar wisq probabbli mhux se titnaqqas bin-nofs sal-2015; jinsab imħasseb dwar il-fatt li t-tnaqqis fil-livelli ta' Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) għas-servizzi soċjali matul dawn l-aħħar snin, b'mod partikolari fis-settur tal-edukazzjoni u tas-saħħa riproduttiva, qed jhedded li jreġġa' lura l-progress li sar fil-qasam tal-iżvilupp tal-kapital uman;

21.  Jikkonkludi li l-intensifikazzjoni tal-isforzi hija meħtieġa sabiex titħaffef il-kisba tal-MDGs fl-Afrika sad-data mmirata tal-2015; jistieden lill-Kummissjoni tqis, bħala bażi għall-awditjar tal-prestazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, l-Aġenda għall-Iżvilupp ta' wara l-2015 u n-negozjati dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli ladarba adottati; jilqa' l-fatt li l-FEŻ, li huma l-istrument ewlieni li jipprovdu l-għajnuna tal-Unjoni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp lill-Istati AKP, kienu jammontaw għal madwar 45 % tal-valur totali ta' kuntratti ġodda konklużi mid-DĠ DEVCO fl-2013;

22.  Jinnota li fl-2013 intlaħaq ftehim dwar l-istabbiliment tal-11-il FEŻ b'valur totali ta' kważi EUR 27 biljun (fi prezzijiet tal-2011), b'tali mod li l-fondi huma ffriżati fil-livell tal-10 FEŻ, minflok ma jiżdiedu bi 13 % kif kienet ipproponiet il-Kummissjoni, minkejja l-impenn kontinwu tal-Unjoni li żżid il-finanzjament għall-iżvilupp fis-snin li ġejjin;

Monitoraġġ u superviżjoni

23.  Jinsab serjament imħasseb dwar in-nuqqasijiet li baqa' fis-sistema ta' informazzjoni għall-ġestjoni f'dak li jikkonċerna r-riżultati tal-awditi esterni u s-segwitu għal tali awditi, il-verifikazzjonijiet ta' nfiq u ż-żjarat ta' monitoraġġ, minkejja l-impenn tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-kwalità tad-data tal-CRIS f'dawn l-aħħar snin;

24.  Ifakkar li l-affidabbiltà u l-preċiżjoni tas-sistema ta' informazzjoni għall-ġestjoni tiżvolġi rwol ċentrali li jeħtieġ viġilanza persistenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżviluppa u tistabbilixxi funzjonijiet ġodda fil-modulu tal-awditjar tas-sistema ta' ġestjoni tagħha CRIS u, b'mod partikolari, is-segwitu għar-rapporti kollha tal-awditjar u għat-tipi kollha ta' evalwazzjoni; iqis li huwa fundamentali li jkun hemm sistemi ta' monitoraġġ konsistenti orjentati lejn ir-riżultati biex jipprovdu informazzjoni adegwata u affidabbli dwar ir-riżultati miksuba bil-għan li l-prijoritajiet strateġiċi jiġu aġġustati;

25.  Meta wieħed iqis li l-biċċa l-kbira tal-FEŻ huma implimentati b'mod devolut mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; jistieden lill-kwartieri ġenerali tad-DĠ DEVCO jagħtuhom appoġġ konsistenti fil-ġestjoni tal-portafoll tagħhom skont il-komponenti tar-riskju rispettivi permezz tal-CRIS; jinkoraġġixxi mill-ġdid li jsir l-aħjar użu mill-possibblitajiet ipprovduti mill-valutazzjoni tar-riskju fil-qafas tas-segwitu għall-operazzjonijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

26.  Jilqa' favorevolment il-fatt li l-introduzzjoni tal-istudju ta' kejl dwar ir-rata tal-iżball residwu għal tranżazzjonijiet magħluqa hija eżempju tal-operat tal-ambjent tal-ġestjoni tad-DĠ DEVCO;

27.  Jinnota li abbażi tat-tieni studju fl-2013, ir-rata ta' żball stmata mid-DĠ DEVCO kienet 3,35 % (jiġifieri madwar EUR 228,55 miljun) meta mqabbla mar-rata ta' 3,4 % stmata mill-Qorti tal-Awdituri; jinnota bi tħassib li l-kawżi ewlenin identifikati huma n-nuqqas ta' dokumentazzjoni sodisfaċenti pprovduta minn organizzazzjonijiet benefiċjarji, żbalji minħabba nuqqas ta' evidenza disponibbli għall-iċċekkjar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet, nuqqas ta' konformità mal-proċeduri ta' akkwist pubbliku u ammonti mhux irkuprati u mhux ikkoreġuti;

28.  Iqis li l-prijoritizzazzjoni għandha mnejn tiġi integrata fil-pjan ta' azzjoni żviluppat minn DEVCO għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' mitigazzjoni billi l-enfasi titqiegħed fuq oqsma ta' tħassib speċifiċi u mill-aktar kritiċi u fuq l-opportunitajiet għall-kosteffiċjenza; jistieden lid-DĠ DEVCO biex fir-rapport ta' attività annwali jindika l-progress li jkun għamel jew diffikultajiet speċifiċi li jkun iltaqa' magħhom fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni;

29.  Jemmen li se jkun utli li jiġu identifikati b'mod ċar liema attivitajiet ta' bbaġitjar ibbażat fuq l-attività jippreżentaw l-aktar nuqqasijiet u żbalji u l-ogħla livell ta' vulnerabbiltà; huwa tal-fehma li sabiex l-kost tal-kontrolli jinżamm f'livell raġonevoli, it-trattament u l-analiżi ta' dawn l-oqsma speċifiċi jista' jsir fuq bażi ta' rotazzjoni pluriennali;

30.  Jirrikonoxxi fir-rigward tal-kosteffiċjenza tal-mekkaniżmi ta' kontroll li l-kwistjoni mhijiex li jiżdiedu saffi oħrajn ta' kontroll iżda li ssir ħidma fuq l-effikaċja tal-qafas tal-attivitajiet ta' kontroll u l-komplementarjetà tagħhom skont il-prinċipji ta' governanza tajba;

31.  Jilqa' pożittivament l-inklużjoni tal-ħarsa ġenerali tal-kostijiet kollha fir-rapport annwali ta' attività, inklużi l-kostijiet tan-nefqa amministrattiva kif ukoll il-kostijiet tas-sistemi ta' monitoraġġ u kontroll;

32.  Jilqa' r-rieżami tar-Rapporti dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna, li issa jinkludi sommarju tal-miżuri korrettivi għal kwalunkwe żball identifikat u l-introduzzjoni tal-assigurazzjoni mill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet li se jżidu l-livell ta' responsabbiltà tagħhom fil-katina ta' assigurazzjoni globali u l-eżawrjenza tar-rappurtar tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

Appoġġ baġitarju

33.  Jikkonstata b'interess l-implimentazzjoni tal-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni għall-metodu tal-appoġġ baġitarju; josserva li fl-2013, ġie allokat total ta' EUR 660 miljun lill-operazzjonijiet il-ġodda ta' appoġġ baġitarju fl-Afrika, użat parzjalment għall-implimentazzjoni tal-"inizjattiva MDG" biex jingħata sostenn lil dawk il-pajjiżi li waqgħu lura f'setturi importanti bħas-saħħa, l-ilma, is-sanità, is-sigurtà fl-ikel u n-nutrizzjoni;

34.  Filwaqt li jikkunsidra l-għan tal-appoġġ baġitarju, b'kontribuzzjonijiet trasferiti direttament lejn il-baġit ġenerali tal-pajjiżi benefiċjarji jew lejn baġit dedikat għal politika ġenerali jew objettiv speċifiku, jinsisti li l-appoġġ baġitarju jirrispetta l-kundizzjonijiet ta' eleġibbiltà ġenerali u jorbothom strettament mat-twettiq ta' progress sostanzjali mill-pajjiżi sħab, b'mod partikolari fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi; jilqa' kieku favorevolment l-iżvilupp ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni vinkolanti bil-għan li jitnaqqsu r-riskji;

35.  Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta' sostenn lill-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni fis-setturi kollha tal-gvern koperti mill-istrateġija ta' kooperazzjoni tal-Unjoni; jenfasizza li għadu għoli r-riskju li r-riżorsi jkunu devjati u li r-riskji ta' korruzzjoni u ta' frodi huma marbuta mal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi;

36.  Itenni l-bżonn li jiġu applikati l-KPIs lill-programmi kollha ta' appoġġ baġitarju kontinwi; jissottolinja li għandha ssir enfasi fuq il-prinċipju ta' differenzjazzjoni, biex tkun evitata interpretazzjoni wiesgħa wisq tal-kundizzjonalità tal-iżborż tal-appoġġ baġitarju; jesiġi sostenn qawwi lill-mekkaniżmi antikorruzzjoni, peress li l-korruzzjoni tidher li hija waħda mill-kwistjonijiet ċentrali li tnaqqas l-effikaċja tal-programmi ta' appoġġ u għaldaqstant il-kawża tan-nuqqas ta' effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp Ewropea; jisħaq għalhekk fuq il-bżonn li tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar il-miżuri ta' governanza tajba u l-miżuri antikorruzzjoni;

37.  Jikkritika l-fatt li fl-użu finali l-fondi trasferiti huma magħquda mar-riżorsi tal-baġit tal-pajjiż sieħeb kif ukoll in-nuqqas ta' traċċabbiltà tal-fondi tal-Unjoni; jitlob rapport dettaljat pubbliku għal dak li għandu x'jaqsam mal-użu tal-fondi bil-għan li tiżdied it-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-fondi;

38.  Jistieden lill-Qorti, f'dan il-kuntest, telabora progressivament aktar dwar il-kwistjoni tal-korruzzjoni u tipprova tikkwantifika u tindika l-livell ta' korruzzjoni fir-rapporti speċjali tagħha kif ukoll fir-Rapport Annwali ta' Attività tal-Qorti tal-Awdituri;

39.  Jitlob li n-natura kundizzjonali tal-appoġġ baġitarju settorjali tintuża u tissaħħaħ b'mod sistematiku u jiġu definiti parametri adegwati għall-intervent tal-Unjoni; jilqa' kieku l-fatt li jekk il-programmi ġenerali ta' appoġġ baġitarju kollha jkunu gradwalment trasformati fi programmi ta' appoġġ baġitarju settorjali, bil-għan li jiżdied il-livell ta' kontroll u ta' obbligu ta' rendikont biex jitħarsu aktar l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

40.  Jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati djalogu politiku xieraq imsejjes fuq l-inċentivi, monitoraġġ kontinwu tar-riformi settorjali u tal-programmi li jkejlu l-prestazzjoni u sostenibbiltà tar-riżultati permezz tas-sistemi ta' ġestjoni finanzjarja tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-appoġġ baġitarju fil-pajjiżi sħab;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni ssostni enerġikament l-iżvilupp tal-korpi, tal-kompetenzi u tal-kapaċitajiet ta' kontroll parlamentari u ta' viġilanza fil-pajjiżi sħab, anki permezz tal-forniment kontinwu ta' assistenza teknika; jinsisti li korp nazzjonali indipendenti ta' awditjar għandu jkun kundizzjoni għall-għoti ta' appoġġ baġitarju;

42.  Isostni enerġikament il-kapaċità tal-Kummissjoni li twaqqaf it-trasferimenti tal-fondi fil-pajjiżi benefiċjarji meta l-kundizzjonalitajiet ex ante, partikolarment il-kundizzjonijiet makroekonomiċi rikjesti, ma jkunu sodisfatti; jistieden lill-Kummissjoni timblokka t-trasferiment tal-fondi fil-pajjiżi b'rata għolja ta' korruzzjoni u li ma adottawx politiki mmirati biex jikkumbattu l-fenomenu;

Kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

43.  Jissuġġerixxi li, matul il-leġiżlatura l-ġdida u bil-għan li tkun ottimizzata l-kooperazzjoni, jittieħdu aktar interventi għal skambju aħjar ta' informazzjoni mal-Bank Dinji u mal-istituzzjonijiet tan-NU;

44.  Itenni l-appoġġ tal-Parlament għad-definizzjoni u l-iskambju tal-prattiki tajba bil-għan li jiġu stabbiliti prinċipji simili u sostenibbli ta' assigurazzjoni u konformità mar-regolamenti finanzjarji tal-Unjoni;

45.  Jappoġġa l-iżvelar imsaħħaħ tar-rapporti ta' awditjar tal-istituzzjonijiet tan-NU sabiex tinkiseb tmexxija aħjar tal-finanzjament tal-Unjoni;

46.  Jemmen li ta' min jibqa' jressaq kontinwament lejn xulxin is-sistemi ta' governanza rispettivi u l-awditi interni u esterni biex jitqabblu d-data, il-metodoloġiji u l-eżiti tagħhom;

47.  Jappella li l-viżibbiltà tal-finanzjamenti tal-Unjoni tkun rispettata b'mod strett fl-inizjattivi multidonatur, partikolarment meta l-finanzjamenti tal-Unjoni jkunu żburżati f'kuntest riskjuż;

48.  Jilqa' l-approfondiment tar-relazzjoni tal-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal (UNICEF) u tal-Bank Dinji mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) permezz tal-adozzjoni tal-linji gwida tal-OLAF dwar l-iskambju ta' informazzjoni u strateġiji;

49.  Itenni t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-11-il FEŻ li entitajiet fdati jistgħu jafdaw ulterjorment il-kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit f'idejn organizzazzjonijiet oħrajn irregolati mid-dritt privat b'kuntratt ta' servizzi, b'tali mod li tinħoloq katina ta' relazzjonijiet fiduċjarji; jistieden lill-Kummissjoni tapplika kundizzjonijiet stretti ta' sottokuntrattar u jfakkar li dawk l-entitajiet fdati għandhom jiggarantixxu livell sod ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni għal dan il-mod ta' implimentazzjoni;

50.  Jitlob li tingħata malajr kjarifika ulterjuri dwar il-finanzjament kollettiv (inklużi l-fondi fiduċjarji) u r-riskji relatati fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet, jiġifieri meta l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni għal proġetti multidonatur jingħaqdu ma' fondi minn donaturi oħrajn, mingħajr ma jiġu assenjati għal elementi speċifiċi u identifikabbli ta' nfiq eleġibbli;

51.  Jitlob li jiġi infurmat dwar l-istħarriġ preliminari tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll imwettaq mill-Kummissjoni dwar organizzazzjonijiet internazzjonali assoċjati oħrajn; jitlob ukoll informazzjoni dwar il-livell ta' komparabbiltà u konsistenza tas-sistemi diġà eżistenti;

52.  Jitlob li jiġi infurmat dwar il-miżuri ta' prevenzjoni u mitigazzjoni jew miżuri oħra li jistgħu jiġu attivati f'każ ta' fehma diverġenti dwar il-livell ta' assigurazzjoni li jrid jintlaħaq u r-riskju korrelattiv involut għall-infiq kollu;

Faċilità ta' Investiment tal-Bank Ewropew tal-Investiment

53.  Itenni u huwa konvint li l-Faċilità ta' Investiment ġestita mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) f'isem l-Unjoni għandha tkun suġġetta anki għall-proċedura ta' kwittanza tal-Parlament, peress li hija ffinanzjata bi flus il-kontribwenti Ewropej;

54.  Jinnota li l-Ftehim Tripartitiku msemmi fl-Artikolu 287(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jirregola l-kooperazzjoni bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri rigward il-modalitajiet għall-kontrolli eżerċitati mill-Qorti dwar l-attività tal-BEI fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni u tal-Istati Membri se jiġġedded fl-2015; jistieden lill-BEI jaġġorna l-kompetenzi tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri f'dan ir-rigward billi jinkludi kwalunkwe strument finanzjarju ġdid tal-BEI li jinvolvi fondi pubbliċi mill-Unjoni jew mill-FEŻ;

55.  Jilqa' l-inklużjoni, fil-pjan ta' ħidma tal-Qorti tal-Awdituri, ta' awditu dwar il-faċilità ta' investiment tal-FEŻ, wara t-talba fformulata mill-Parlament fil-kwittanza 2012, u jistenna l-eżitu ta' dan ir-rapport speċjali fl-2015;

56.  Jirrikonoxxi li l-BEI jappoġġa proġetti f'kuntesti b'riskju għoli, b'mod partikolari riskju politiku, b'rabta mal-instabbiltà tal-pajjiżi benefiċjarji;

57.  Jilqa' l-approċċ tal-BEI orjentat lejn ir-riżultati, notevolment bl-introduzzjoni ta' Qafas għall-Kejl tar-Riżultati li jippermetti l-valutazzjoni tas-solidità tal-proġetti, is-sostenibbiltà finanzjarja u ekonomika tagħhom u l-valur miżjud tal-BEI stess; jitlob li jiġi żgurat djalogu permanenti dwar l-indikaturi tal-kejl u dwar il-konverġenza tar-riżultati miksuba mas-sħab assoċjati;

58.  Jisħaq fuq l-importanza tal-politika ta' tolleranza żero tal-BEI fil-konfront tal-frodi u tal-korruzzjoni; ifakkar fl-importanza li ma jiġux iffinanzjati dawk l-impriżi involuti fi frodi u każijiet ta' korruzzjoni murija bil-provi; iqis inadegwata l-politika attwali tal-BEI dwar il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx, inkluż l-aħħar addendum, u jistieden lill-BEI tadotta malajr "politika dwar it-tassazzjoni responsabbli" ġdida, skont liema l-BEI jagħmel stħarriġ forensiku tas-sidien benefiċjarji tal-impriżi ffinanzjati u, fil-każijiet li fihom il-finanzjamenti tal-BEI jmorru favur impriżi multinazzjonali, dawn tal-aħħar ikunu meħtieġa jfornu ex ante t-tagħrif diżaggregat, għal kull pajjiż li fih joperaw, tad-dħul, tal-profitti ġġenerati u tal-ammont ta' taxxa mħallas;

59.  Jenfasizza l-importanza li jinkiseb impatt soċjali wiesa' permezz tal-proġetti ffinanzjati mill-BEI, u jiġu evitati spekulazzjonijiet u jiġu favoriti l-azjendi lokali; jitlob valutazzjoni annwali dettaljata tal-impatt soċjali tal-proġetti ffinanzjati mill-BEI;

60.  Jitlob li l-għoti tal-fondi tal-Unjoni jkun konċess biss lill-intermedjarji finanzjarji li ma joperawx f'ċentri finanzjarji offshore, li għandhom parteċipazzjoni lokali qawwija u huma mgħammra bi strumenti neċessarji biex japplikaw approċċ favorevoli għall-iżvilupp favur l-ispeċifiċitajiet tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju f'kull pajjiż; jitlob li l-BEI ma jikkooperax ma' intermedjarji finanzjarji bi preċedenti negattivi f'termini ta' trasparenza, frodi, korruzzjoni u impatti ambjentali u soċjali; jisħaq fuq il-fatt li l-BEI jfassal, flimkien mal-Kummissjoni, lista ta' kriterji rigorużi għas-selezzjoni tal-intermedjarji finanzjarji li ssir pubblika;

61.  Jinkoraġġixxi lill-BEI jiffinanzja investimenti produttivi u jikkombina s-self mal-assistenza teknika meta jkun meħtieġ sabiex tiżdied l-effikaċja tal-proġetti, jiġi ggarantit il-valur miżjud ġenwin tal-Unjoni fir-rigward tal-addizzjonalità u jintlaħaq impatt ogħla fil-qasam tal-iżvilupp;

62.  Ifakkar li l-konsistenza mal-objettivi tal-Unjoni hija fundamentali u li għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-kapaċità ta' assorbiment tal-Istati AKP;

63.  Jappella sabiex isir skrutinju bir-reqqa tal-partijiet u l-intermedjarji lokali potenzjali matul l-identifikazzjoni u l-għażla ta' tali partijiet u intermedjarji;

Finanzjament imħallat

64.  Jirrikonoxxi l-fatt li ż-żieda fl-interess fit-taħlit tal-finanzjament hija kkawżata prinċipalment minn korrelazzjoni ta' sfidi ta' żvilupp importanti b'fondi pubbliċi limitati ħafna, li għaldaqstant qed iwassal għall-iżvilupp ta' riżorsi finanzjarji ġodda li jikkombinaw għajnuna mill-Unjoni f'forma ta' għotjiet u forom oħrajn ta' riżorsi; jinkoraġġixxi lill-Qorti tipprovdi valutazzjoni komprensiva regolari dwar l-attivitajiet iffinanzjati mill-istrumenti ta' finanzjament imħallat;

65.  Jirrikonoxxi li permezz tat-taħlit ta' għotjiet ma' riżorsi pubbliċi u privati addizzjonali (bħal selfiet u ekwità) jista' jiġi ġġenerat finanzjament addizzjonali bis-saħħa tal-effett ta' lieva sostanzjali maħluq mill-għotjiet kif ukoll tal-iżvilupp u l-impatt ta' politiki tal-UE aktar b'saħħithom;

66.  Jenfasizza li t-taħlit u l-istrumenti finanzjarji ġodda kollha jridu jibqgħu konformi mal-objettivi tal-politiki ta' żvilupp tal-UE bbażati fuq il-kriterji tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) u stabbiliti fl-Aġenda għall-Bidla; jemmen li dawk l-istrumenti jridu jiffukaw fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni li għandhom l-ogħla valur miżjud u impatt strateġiku;

67.  Jieħu nota tar-riżultati tar-rieżami tal-Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna, bil-għan oriġinali li jiżdiedu l-effikaċja, l-effiċjenza u l-kwalità tal-mekkaniżmi u l-faċilitajiet ta' taħlit eżistenti;

68.  Jitlob l-introduzzjoni ta' standards komuni ta' implimentazzjoni għal tali attivitajiet finanzjarji, kif ukoll id-definizzjoni tal-aħjar prattiki u tal-kriterji ta' eleġibbiltà u ta' evalwazzjoni; jemmen li regoli koerenti ta' ġestjoni, bħal rappurtar strutturat, oqfsa ċari ta' monitoraġġ u kundizzjonijiet ta' sorveljanza, se jnaqqsu l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet u d-duplikazzjoni possibbli tal-pagamenti minħabba ta' livell ogħla ta' trasparenza u responsabbiltà;

69.  Jitlob li jsir rappurtar regolari lill-Parlament dwar l-użu ta' dawn l-istrumenti finanzjarji u r-riżultati miksuba, bil-għan li l-Parlament ikun jista' jeżerċita s-setgħat ta' skrutinju u approvazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-effett ta' lieva u tal-addizzjonalità, kemm fil-livell finanzjarju kif ukoll f'dak mhux finanzjarju;

Appoġġ tal-Unjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

70.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar is-sitwazzjoni preokkupanti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam mar-riforma tas-sistema ġudizzjarja u mas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt, mal-finanzi pubbliċi u mal-kwistjoni tad-deċentralizzazzjoni;

71.  Jilqa' pożittivament il-valutazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri rigward l-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE ffinanzjata b'riżorsi tal-FEŻ; jaqbel mal-fatt li n-nuqqas ta' rieda politika u ta' kapaċità ta' assorbiment huwa l-kawża prinċipali tar-riżultati skarsi miksuba fit-titjib tal-governanza fir-RDK;

72.  Jirrikonoxxi li r-RDK hija meqjusa minn bosta bħal wieħed mill-Istati l-aktar fraġli tad-dinja; jipproponi bil-qawwa l-iżvilupp ta' indikaturi ewlwnin tal-prestazzjoni u ta' parametri vinkolanti għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà tat-titjib; jipproponi wkoll bil-qawwa li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-parametri jitfasslu b'mod realistiku;

73.  Jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jfornu l-lista l-aktar reċenti tal-prijoritajiet għall-għajnuna għall-iżvilupp Ewropea fir-RDK biex jingħata segwitu lir-rapport tal-kwittanza tas-sena li għaddiet, li ppropona għadd ta' prijoritajiet aktar limitat biex titħalla strateġija ta' għajnuna għall-iżvilupp aktar effikaċi u aktar immirata;

Appoġġ tal-UE f'Ħaiti

74.  Itenni s-sodisfazzjon ġenerali fil-konfront tal-ħidma u l-isforzi li wettqu s-servizzi tal-Kummissjoni b'rispons għat-terremot li seħħ f'Ħaiti fl-2010, f'sitwazzjoni kritika għall-aħħar għad-delegazzjoni tal-Unjoni u l-persunal tagħha; jilqa' l-kapaċità tal-Kummissjoni li żżomm lura l-pagamenti u l-iżborżamenti bħala konsegwenza ta' progress insuffiċjenti fil-ġestjoni finanzjarja tal-Gvern ta' Ħaiti u n-nuqqasijiet fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku nazzjonali;

75.  Jieħu nota tad-dgħufijiet identifikati mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-koordinament, f'dan is-sens jissottolinja l-importanza li jinżamm koordinament strett bejn id-donaturi u fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni; jappella għal artikolazzjoni kontinwa tal-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp, b'kollegament aktar b'saħħtu bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp permezz ta' pjattaforma Kollegament bejn l-Għajnuna, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp (LRRD) permanenti bejn is-servizzi; iqis li kull fejn ikun possibbli għandhom jiġu stabbiliti approċċi integrati b'objettivi ta' koordinament iddikjarati b'mod ċar u strateġija nazzjonali koerenti bejn ECHO u EuropeAid, flimkien ma' kondiviżjoni tal-aħjar prattiki; jistieden lill-Kummissjoni tidħol fi djalogu mal-Parlament; jemmen ukoll li l-involviment tas-soċjetà ċivili lokali jista' jsaħħaħ l-użu tal-bażi ta' għarfien lokali;

76.  Ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet li saru wara ż-żjara tad-delegazzjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit f'Ħaiti fi Frar 2012, u jinsisti, għal darb'oħra, fuq il-kwistjoni fundamentali tat-traċċabbiltà u tar-responsabbiltà tal-fondi għall-iżvilupp tal-Unjoni, b'mod partikolari billi l-appoġġ baġitarju jintrabat ma' objettiv ta' prestazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jenfasizzaw in-natura kundizzjonali għall-appoġġ baġitarju settorjali;

77.  Ifakkar li l-miżuri relatati mal-"bini tal-Istat" għandhom ikunu fil-qalba tal-istrateġija għall-iżvilupp tal-Unjoni u l-pedament ta' kwalunkwe pjan ta' azzjoni rigward sitwazzjonijiet ta' kriżi; jitlob li tiġi definita taħlita ta' politiki tajba konformi mal-intervent tal-Unjoni;

78.  Iqis li dawk is-sitwazzjonijiet ta' kriżi u fraġilità jirrikjedu l-iżvilupp ta' approċċi ġodda, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw attivitajiet bħal (i) l-identifikazzjoni tar-riskji f'livelli operattivi differenti, (ii) it-tfassil tal-projezzjonijiet tal-konsegwenzi probabbli u (iii) il-ħolqien ta' strumenti maħsuba biex inaqqsu u jħejju għal riskji u diżastri potenzjali li jippermettu li jkun hemm livell suffiċjenti ta' flessibbiltà u kapaċità għall-mobilizzazzjoni tal-esperti f'oqsma ta' kompetenza differenti;

79.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lis-SEAE jaħdmu b'mod aktar sistematiku u konġunt fuq l-erba' fażijiet taċ-ċiklu ta' ġestjoni tad-diżastri; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jinfurmaw lill-Parlament dwar l-iżviluppi, b'mod partikolari dawk b'rabta mal-ġestjoni tar-riskju u t-tħejjijiet għall-implimentazzjoni u l-ksib tal-objettivi tal-programmi f'kuntest ta' wara diżastru;

80.  Ifakkar li fi kwalunkwe kriżi bħal din, għandha tingħata attenzjoni xierqa għas-solidità u l-effikaċja operattiva tal-qafas ta' governanza nazzjonali għall-ġestjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri bħala prerekwiżit għas-suċċess tal-intervent tal-Unjoni;

Futur tal-FEŻ

81.  Jirrakkomanda li l-istrateġiji u l-prijoritajiet tal-attivitajiet futuri tal-FEŻ jiġu definiti b'mod preċiż u li tinbena sistema ta' strumenti finanzjarji fuq dik il-bażi, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta' effiċjenza u trasparenza;

82.  Jiddispjaċih li l-FEŻ ma ġewx inklużi fil-baġit ġenerali fir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012);

83.  Ifakkar li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li r-regoli finanzjarji jiġu riveduti sabiex jinkludu emendi li saru neċessarj i minħabba l-eżitu tan-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2014-2020, inkluża l-kwistjoni tal-possibbiltà li l-FEŻ jiġu inklużi fil-baġit tal-Unjoni; itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill u l-Istati Membri sabiex jaqblu dwar l-inkorporazzjoni sħiħa tal-FEŻ fil-baġit tal-Unjoni;

84.  Iqis li l-leġiżlatura l-ġdida hija opportunità politika ġdida sabiex tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jagħtu bidu malajr għal riflessjoni u evalwazzjoni dwar ix-xenarju ta' wara l-2020 rigward il-possibbiltà li l-Ftehim ta' Cotonou attwali jiġi sostitwit; ifakkar li, fil-fehma tal-Parlament, il-FEŻ jiġi inkluż fil-baġit ġenerali mill-aktar fis possibbli;

85.  Huwa tal-fehma li l-integrazzjoni tal-FEŻ fil-baġit ġenerali se ssaħħaħ l-iskrutinju demokratiku billi tinvolvi lill-Parlament fl-istabbiliment ta' prijoritajiet strateġiċi rigward l-allokazzjoni tal-fondi u se tipprovdi wkoll implimentazzjoni aktar effikaċi, b'mekkaniżmi ta' koordinament aħjar, kemm fis-sede ċentrali tal-Kummissjoni kif ukoll in situ; jitlob lill-Kummissjoni, għal darb'oħra, tqis debitament l-impatt finanzjarju tal-inklużjoni tal-FEŻ għall-Istati Membri fil-valutazzjoni li jmiss kif ukoll koeffiċjent tal-kontribuzzjoni vinkolanti għall-Istati Membri;

86.  Jemmen li s-semplifikazzjoni u l-approssimazzjoni tar-regoli dwar il-FEŻ x'aktarx se jwasslu għal tnaqqis fir-riskju ta' żbalji u fl-ineffiċjenzi u se jżidu l-livell ta' trasparenza u ċertezza tad-dritt; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tipproponi regolament finanzjarju uniku għall-FEŻ kollha; jiddispjaċih li, fil-kuntest tad-diskussjoni dwar il-ftehim futur għall-11-il FEŻ, il-Kummissjoni ma ressqitx proposta għal regolament finanzjarju uniku sabiex tissemplifika l-ġestjoni tal-FEŻ;

Segwitu għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

87.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex, fir-rapport annwali li jmiss tagħha, tinkludi rieżami tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fir-rapport ta' kwittanza annwali tal-Parlament.

(1) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(2) ĠU C 401, 13.11.2014, p. 264.
(3) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(5) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1, u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.
(6) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(7) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(8) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.
(9) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(10) ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.
(11) ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.
(12) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(13) ĠU C 401, 13.11.2014, p. 264.
(14) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(15) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(16) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1, u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.
(17) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(18) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(19) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.
(20) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(21) ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.
(22) ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.


Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
PDF 662kWORD 302k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (2014/2078(DEC))
P8_TA(2015)0121A8-0082/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0147/2014)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tas-27 ta' April 2005 dwar ir-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2013 — it-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2012 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2013(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Artikolu 98(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0082/2015),

A.  billi l-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2013 fil-25 ta' Ġunju 2014;

B.  billi s-Segretarju Ġenerali, bħala l-uffiċjal awtorizzanti b'delega ewlieni, iċċertifika, fis-6 ta' Novembru 2014, l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li r-riżorsi assenjati għall-baġit tal-Parlament intużaw għall-iskop maħsub tagħhom u bi qbil mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba;

C.  billi l-awditu tal-Qorti tal-Awdituri stqarr li, fir-rigward tal-infiq amministrattiv fl-2013, l-istituzzjonijiet kollha operaw b'mod sodisfaċenti s-sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll rikjesti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

D.  billi l-Artikolu 166(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jirrikjedi li kull istituzzjoni tal-Unjoni tieħu l-passi kollha xierqa biex taġixxi fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew (2014/2078(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tas-26 ta' Frar 2015 li tagħlaq l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha OI/1/2014/PMC dwar l-iżvelar ta' għemil ħażin moħbi (whistleblowing),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Artikolu 98(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0082/2015),

A.  billi fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet finali, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament stqarr l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Parlament fl-aspetti materjali kollha, u li l-ebda kwistjoni li tirrikjedi riserva ma tressqet għall-attenzjoni tiegħu;

B.  billi, permezz tal-awditu tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-awditu ma identifika l-ebda dgħufija serja fir-rigward tas-suġġetti awditjati għall-Parlament u li s-sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll, fir-rigward tal-infiq amministrattiv fl-2013, ġew ivvalutati bħala effikaċi;

C.  billi, bi qbil mal-proċedura tas-soltu, intbagħat kwestjonarju lill-amministrazzjoni tal-Parlament u l-maġġoranza tat-tweġibiet ġew diskussi mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fil-preżenza tal-Viċi Presidenti responsabbli mill-Baġit, tas-Segretarju Ġenerali, kif ukoll tal-Awditur Intern; billi, għall-ewwel darba, sensiela ta' mistoqsijiet mill-Membri ma rċevew l-ebda tweġiba, jew bil-miktub jew oralment, biex b'hekk il-Parlament inżamm milli jkollu l-informazzjoni rilevanti u milli jkun jista' jieħu deċiżjoni infurmata fir-rigward ta' ċerti aspetti importanti relatati mal-kwittanza tal-Parlament;

D.  billi hemm bżonn ta' skrutinju biex jiġi żgurat li l-amministrazzjoni u t-tmexxija politika tal-Parlament tagħti rendikont ta' għemilha liċ-ċittadini tal-Unjoni; billi hemm lok permanenti għal titjib f'termini ta' kwalità, effiċjenza u effikaċja fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi;

E.  billi r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri adottat fil-11 ta' Lulju 2014 jiddikjarata li potenzjalment, kieku l-Parlament jiċċentralizza l-attivitajiet tiegħu, jiffranka madwar EUR 114–il miljun fis-sena;

F.  billi l-Parlament hu l-unika istitutuzzjoni fost l-istituzzjonijiet kollha li tagħti l-kwittanza mhux lis-Segretarju Ġenerali jew lil Viċi President fil-kariga iżda lill-President;

Il-kontijiet tal-Parlament Ewropew

1.  Jikkonstata li l-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2013 ammontaw għal EUR 1 750 463 939, jew 19,07 % tal-approprjazzjonijiet taħt l-Intestatura V tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali allokati għall-infiq amministrattiv għall-2013 tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-totalità tagħhom u li jirrappreżentaw żieda ta' 1,9 % fuq il-baġit 2012 (EUR 1 717 868 121);

2.  Jikkonstata li d-dħul totali li ddaħħal fil-kontijiet sal-31 ta' Diċembru 2013 kien ta' EUR 158 117 371 (2012: EUR 175 541 860), inklużi EUR 25 991 783 minn dħul assenjat (2012: EUR 22 274 843);

3.  Jieħu nota tal-fatt li erba' kapitoli kienu jirrappreżentaw 70 % tat-total tal-impenji: il-Kapitolu 10 (Membri tal-istituzzjoni), il-Kapitolu 12 (Uffiċjali u persunal temporanju), il-Kapitolu 20 (Bini u nefqiet relatati) u l-Kapitolu 42 (Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari);

4.  Jieħu nota taċ-ċifri li abbażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2013, speċifikament:

(a)  Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR)

l-approprjazzjonijiet għall-2013:

1 750 463 939

ir-riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2012:

0

ir-riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2012:

305 457 875

l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat għall-2013:

25 991 783

ir-riporti li jikkorrispondu għad-dħul assenjat mill-2012:

106 900 532

Total:

2 188 814 129

(b)  Użu tal-approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2013 (EUR)

l-impenji:

2 162 476 429

il-pagamenti li saru:

1 769 756 705

l-approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inklużi dawk li ġejjin mid-dħul assenjat:

384 709 057

l-approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:

734 000

l-approprjazzjonijiet ikkanċellati:

33 114 755

(c)  Dħul baġitarju (EUR)

daħlu fl-2013:

158 117 371

(d)  Karta tal-bilanċ totali sal-31 ta' Diċembru 2013 (EUR)

1 573 957 198

5.  Jikkonstata li fl-2013, id-99,02 % tal-approprjazzjonijiet iskritti fil-baġit tal-Parlament ġew impenjati, b'rata ta' kanċellazzjoni ta' 0,8 % u li, bħal ma ġara fis-snin preċedenti, inkiseb livell għoli ħafna ta' implimentazzjoni tal-baġit;

6.  Jindika, madankollu, li ċifra perċentwali tant għolja fl-eżekuzzjoni tal-baġit ma tiżvelax jekk tinkludix trasferimenti bl-iskop li kwalunkwe approprjazzjoni disponibbli fi tmiem is-sena tiġi ttrasferita lejn il-linji baġitarji għall-bini u, b'mod partikolari, għall-pagamenti kapitali antiċipati biex jitnaqqsu l-pagamenti ta' mgħax fil-ġejjieni; jitlob, għaldaqstant, li jirċievi ċ-ċifra tal-eżekuzzjoni tal-baġit qabel tibda l-proċedura "ta' tlaqqit"; 

7.  Jikkonstata f'dan il-kuntest li EUR 54 000 000 ġew ittrasferiti minn intestaturi b'approprazzjonijiet proviżorji u minn sorsi oħra sabiex jgħinu fil-finanzjament tal-estensjoni u l-modernizzazzjoni tal-Bini Konrad Adenauer (KAD), li huwa l-proġett ta' kostruzzjoni ewlieni fil-Lussemburgu;

8.  Jifhem li dan se jirriżulta fi tnaqqis ta' madwar EUR 18 100 000 fl-ispejjeż ta' finanzjament matul il-perjodu ta' kostruzzjoni u amortizzament tas-self; ifakkar lill-korpi kompetenti tiegħu madankollu li għandhom jiġu stabbiliti prefinanzjament jew ripagamenti għall-bini bħala parti mill-istrateġija baġitarja; jappella lill-korpi kompetenti tiegħu biex għaldaqstant jibbaġitjaw il-politika dwar il-proprjetà immobbli tal-Parlament għall-akkwiżizzjonijiet fil-ġejjieni b'mod ċar biżżejjed;

9.  Ifakkar lill-amministrazzjoni tiegħu li l-Parlament ripetutament appella biex il-politika dwar il-proprjetà immobbli tiegħu tiġi bbaġitjata b'mod xieraq; jistenna li dan isir sas-sena baġitarja tal-2016;

10.  Jikkritika l-livell dejjem jiżdied ta' riporti lejn l-2013 ta' EUR 305 457 875 (2012: EUR 222 900 384);

L-opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-affidabilità tal-kontijiet għall-2013 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

11.  Ifaħħar il-fatt li dan l-awditu ma identifika l-ebda dgħufija serja fir-rigward tas-suġġetti awditjati għall-Parlament;

12.  Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri twettaq valutazzjoni speċifika tal-infiq amministrattiv u ta' tip ieħor bħala grupp ta' politiki uniku għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni;

13.  Jieħu nota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li t-testijiet tat-tranżazzjonijiet jindikaw li l-iżball l-iktar probabbli preżenti fil-popolazzjoni ta' dan il-grupp ta' politiki hu ta' 1 % u li għaldaqstant mhumiex affettwat minn livell ta' żball materjali u li s-sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll ġew ivvalutati bħala effikaċi;

14.  Jikkonstata li l-awditu inkluda eżami ta' kampjun ta' 153 tranżazzjoni ta' pagament, speċifikament 95 għall-infiq relatat mal-persunal, 17 għall-infiq għall-bini u 41 għall-infiq ta' tip ieħor; jenfasizza li l-infiq amministrattiv u ta' tip ieħor huwa kkunsidrat bħala qasam ta' riskju baxx u jappella lill-Qorti tal-Awdituri biex tikkonċentra ulterjorment l-analiżi tagħha fuq l-oqsma l-aktar suxxettibbli għall-iżbalji, speċifikament in-nuqqas ta' konformità mal-proċeduri għall-akkwist, l-infiq relatat mal-bini u l-implimentazzjoni ta' kuntratti;

15.  Ifakkar li jista' jiġi ffrankat ammont sostanzjali ta' riżorsi kieku l-Parlament kellu sede unika;

Ir-rapport annwali tal-Awditur Intern

16.  Jikkonstata li, waqt il-laqgħa tal-kumitat kompetenti mal-Awditur Intern li saret fis-26 ta' Jannar 2015, l-Awditur Intern ippreżenta r-rapport annwali tiegħu ffirmat fit-23 ta' Lulju 2014, waqt li stqarr li, fl-2013, huwa wettaq dan ix-xogħol ta' awditjar fuq l-amministrazzjoni tal-Parlament:

   inkarigu konsultattiv dwar l-Ispejjeż ta' Rappreżentanza u Intratteniment tal-Kumitati Parlamentari u d-Delegazzjonijiet Interparlamentari;
   segwitu trasversali għall-azzjonijiet pendenti mir-Rapporti ta' Awditjar Intern - Fażijiet I u II tal-2013;
   awditu tal-għarfien espert estern akkwiżit għal STOA (il-Valutazzjoni tal-Għażliet Xjentifiċi u Teknoloġiċi);
   rieżami perjodiku tal-proġett tal-Bini Konrad Adenauer (KAD) - Fażi 1: il-governanza u s-sistemi ta ġestjoni tal-proġett;
   rieżami tal-proġett għas-Sistema għall-Ġestjoni Finanzjarja (FMS) l-ġdida - Fażi 1: ambitu tal-proġett, governanza, riżorsi u ġestjoni tar-riskju;
   awditu tal-għarfien espert estern akkwiżit għad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni;
   awditu tal-Uffiċċji ta' Informazzjoni u tal-proċess għas-saldu tal-infiq antiċipat ("regolarizzazzjoni");

17.  Jenfasizza fir-Rieżami ta' Awditjar tal-proġett tal-Bini Konrad Adenauer ("KAD") li:

   għandha tiġi żgurata t-tkomplija tal-effiċjenza u l-effikaċja tas-sħubija mal-awtoritajiet Lussemburgiżi sakemm idum għaddej il-proġett;
   għandu jiġi żgurat persunal adegwat għat-tim tal-proġett KAD sakemm idum għaddej il-proġett;
   għandhom jiġu ddefiniti u ċċarati ulterjorment il-proċeduri ta' ġestjoni u ta' kontroll finanzjarji li japplikaw għall-implimentazzjoni tal-ftehim lokattiv konkluż mal-kumpanija immobiljari “SI KAD PE”;

18.  Jappella biex, sal-20 ta' Mejju 2015, jitfassal sommarju qasir (tliet paġni) tal-kritiki ewlenin li jinsabu fir-rapport annwali tas-Servizz ta' Awditjar Intern;

Awditjar tal-Qafas ta' Kontroll Intern tal-Parlament

19.  Jikkonstata li, fi tmiem l-2013, wara awditi ta' segwitu suċċessivi, kien għad fadal 13-il azzjoni li baqgħu ma tlestewx mill-452 azzjoni qafas ta' kontroll intern li kien intlaħaq qbil dwarhom inizjalment; jieħu nota tal-progress li sar fir-rigward ta' erbgħa minn dawn it-13-il azzjoni li ppermetta valutazzjoni mill-ġdid tar-riskju residwu minn "sinifikanti" għal "moderat";

20.  Iħeġġeġ lill-maniġment dipartimentali u dak ċentrali biex jimplimentaw l-"azzjonijiet pendenti" li għad fadal mingħajr aktar dewmien; jappella lil dawn biex jaderixxu ma' kalendarji aktar stretti fir-rigward tal-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati; jappella lill-Awditur Intern biex iżomm lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit informat dwar il-progress miksub fir-rigward ta' dawk l-azzjonijiet; jistedinhom jikkwantifikaw l-ispejjeż u t-tfaddil tal-miżuri l-ġodda proposti f'din ir-riżoluzzjoni u jinkluduhom fil-monitoraġġ tal-kwittanza tal-2013;

Segwitu għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza 2012

21.  Jieħu nota tat-tweġibiet bil-miktub għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għall-2012 mogħtija lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fit-28 ta' Ottubru 2014 u tal-preżentazzjoni mis-Segretarju Ġenerali għad-diversi mistoqsijiet u talbiet fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2012 u l-iskambju ta' fehmiet mal-Membri li segwa; jiddispjaċih li wħud mir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament ma ngħatawx is-segwitu xieraq;

22.  Jieħu nota tal-fatt li, wara ħames snin ta' implimentazzjoni tal-Istatut il-ġdid għall-assistenti parlamentari, l-evalwazzjoni kellha titressaq sa tmiem l-2014 skont kif qabel li jagħmel is-Segretarju Ġenerali fit-tweġibiet orali u bil-miktub tiegħu dwar is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2012; jappella biex l-evalwazzjoni titwettaq b'mod assoċjat mar-rappreżentanti tal-assistenti parlamentari akkreditati tal-leġiżlatura preċedenti li għadhom jaħdmu fil-Parlament, u jappella biex titressaq sat-30 ta' Ġunju 2015 u jappella biex il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jiġi infurmat dwar ir-riżultati tagħha; jindika li, fil-31 ta' Diċembru 2013, kien hemm 1763 assistent parlamentari akkreditat impjegati fi ħdan il-Parlament;

23.  Jikkonstata li s-servizz tal-catering irreġistra defiċit ta' EUR 3 500 000 fi tmiem l-2013; jinsab sorpriż li żieda ta' klijenti b'madwar 150% matul il-perjodu mill-2002 sal-2011 ma pprovdietx l-opportunità għal sitwazzjoni finanzjarja bbilanċjata; itenni t-talba tiegħu, fid-dawl tat-tieni reviżjoni tal-prezzijiet (approvata mill-Bureau fl-10 ta' Ġunju 2013), li l-politiki tal-prezzijiet fil-Parlament m'għandhomx jitbiegħdu mill-prattika fl-istituzzjonijiet l-oħra; jindika, pereżempju, l-istruttura tal-prezzijiet differenti fis-servizzi tal-catering u l-kafetteriji tal-Kummissjoni; jindika, barra minn hekk, li ż-żieda sostanzjali fil-prezzijiet tal-menus offruti ma kinitx akkumpanjata minn titjib jew fil-kwalità jew fil-varjetà, li, għall-kuntrarju, iddeterjoraw b'mod konsiderevoli;

24.  Jistaqsi għaliex il-prezz tal-kafè pprovdut fl-entrata ta' xi kmamar tal-laqgħat tal-kumitati parlamentari hu 20 % aktar minn dak tal-istess prodott li jista' jinkiseb jew mill-istess tip ta’ magna jew fil-kafetteriji tal-Parlament; jindika li s-servizz huwa ġestit mill-istess kumpanja li hija responsabbli għall-catering u li topera wkoll id-distributuri awtomatiċi tal-kafè Nespresso fil-Parlament; iqis li hemm bżonn ta' spjegazzjoni dwar kemm se tiġi tiswa iktar l-estensjoni tal-kuntratt bejn il-Parlament u dan il-kuntrattur;

25.  Hu tal-fehma li għandha tingħata importanza partikolari biex jittejbu l-opportunitajiet għal aċċess mill-impriżi żgħar u ta' daqs medju għas-swieq tal-konċessjonijiet tal-Unjoni; hu tal-fehma li l-konċessjoni mogħtija mill-Parlament lill-kumpanija attwali responsabbli għall-catering fis-sede ta' Brussell hija xkiel għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi peress li ċċaħħad lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju oħrajn mid-drittijiet u l-opportunitajiet kummerċjali li s'issa kienet ftit li xejn kellhom ċans jibbenefikaw minnhom; jappella biex tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta' grad ta' flessibilità fil-kuntratti ta' konċessjoni b'mod li jiġi żgurat li l-operaturi l-oħra jkollhom aċċess ġenwin u mhux diskriminatorju għal servizzi speċifiċi; hu tal-opinjoni li dan se jrawwem ukoll użu aktar ottimali tar-riżorsi u se jippermetti t-tgawdija ta' servizzi ta' kwalità aħjar bl-aqwa prezz;

Kwittanza tal-Parlament għall-2013

26.  Jikkonsata l-iskambju ta' fehmiet li sar bejn il-Viċi Presidenti responsabbli għall-baġit, is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fil-preżenza tal-Membru tal-Qorti tal-Awdituri u l-Awditur Intern, fis-26 ta' Jannar 2015;

27.  Jafferma għal darb'oħra li l-korpi governattivi u l-amministrazzjoni tal-Parlament huma mitluba jagħtu rendikont għar-riżorsi mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Parlament matul il-kwittanza u li għalhekk huwa essenzjali li l-proċedura deċiżjonali kollha kemm hi ssir b'mod kompletament trasparenti sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw stampa reali u preċiża ta' kif il-Parlament jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u juża r-riżorsi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu;

28.  Jikkritika l-fatt li s-Segretarju Ġenerali naqas milli jwieġeb sensiela ta' mistoqsijiet mill-Membri; itenni li monitoraġġ effikaċi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament dejjem appella u se jkompli jappella għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-amministrazzjoni tal-Parlament u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit; jappella, għalhekk, lis-Segretarju Ġenerali biex jikkompleta l-kwestjonarju billi jwieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin bil-miktub:

  

Qafas ta' Eżekuzzjoni Strateġika għall-Parlament Ewropew

   (a) Meta kien qed jippreżenta l-Qafas ta' Eżekuzzjoni Strateġika għall-Parlament Ewropew fit-3 ta' Ġunju 2014, is-Segretarju Ġenerali ddikjara li l-Qafas ta' Eżekuzzjoni Strateġika hu bbażat fuq teorija akkademika żviluppata fl-Iskola tal-Inġinerija ta' Stanford f'Palo Alto (California). Jista' s-Segretarju Ġenerali jispjega kif il-Parlament wasal biex jagħżel din it-teorija bħala l-bażi għall-Qafas ta' Eżekuzzjoni Strateġika? Ġew ikkunsidrati, analizzati u mqabbla teoriji oħra żviluppati minn universitajiet jew stabbilimenti speċjalizzati oħra, b'mod partikolari fl-Ewropa, jew minn istituzzjonijiet internazzjonali oħra qabel ma l-Parlament għażel it-teorija ta' Stanford? Jekk iva, għaliex intgħażlet it-teorija żviluppata mill-Iskola tal-Inġinerija ta' Stanford? Id-deċiżjoni kif ittieħdet, u minn min?
   (b) It-teorija ta' Stanford tista' tintuża mingħajr ħlas, jew il-Parlament hu obbligat jagħmel xi tip ta' ħlas? Jekk iva, x'inhu l-ħlas involut?
   (c) Meta l-Qafas ta' Eżekuzzjoni Strateġika kien qed jiġi żviluppat, il-persunal tal-Parlament kellu jagħmel taħriġ speċifiku fi Stanford jew jew fi kwalunkwe istituzzjoni akkademika oħra? Jekk iva, liema membri tal-persunal (gradi u karigi) għamlu t-taħriġ u kemm qam dan it-taħriġ għal kull persuna? Se jkun hemm bżonn ta' aktar taħriġ fil-futur? Jekk iva, kemm se jqum?
   (d) Jeżistu pjanijiet biex jiġu organizzati diskussjonijiet interdipartimentali jew diskussjonijiet mal-Kumitat tal-Persunal u mat-trade unions dwar il-Qafas ta' Eżekuzzjoni Strateġika? Kif u meta se jiġi implimentat il-Qafas ta' Eżekuzzjoni Strateġika, probabbilment kemm se jqum?
  

Dokumenti strateġiċi

   (e) F'dawn l-aħħar xhur is-Segretarju Ġenerali ressaq quddiem il-Bureau sensiela ta' dokumenti strateġiċi dwar il-funzjonament tal-Parlament li se jkollhom influwenza deċiżiva mhux biss fuq il-ħajja amministrattiva iżda anke fuq l-approċċ tal-Parlament għal-leġiferazzjoni u l-politiki tal-UE. Minħabba l-importanza ta' dawn id-dokumenti għall-organizzazzjoni u l-iżvilupp futur ta' ħidmitna, għalfejn ma saret l-ebda dispożizzjoni għal diskussjoni u proċedura deċiżjonali li jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati kollha, u mhux biss lill-Bureau tal-Parlament?
  

Strateġija dwar Miżuri għal Użu Effiċjenti tar-Riżorsi

   (f) Qabel ma ġie propost u introdott il-kalendarju l-ġdid għal-laqgħat, ġie vvalutat l-impatt tal-bidliet fuq l-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Membri (perjodi ta' ħin ristretti għal-laqgħat, il-laqgħat ta' ħidma, il-laqgħat mal-organizzazzjonijiet u l-membri tal-pubbliku, eċċ. apparti l-laqgħat uffiċjali)? Għalfejn il-Membri ma ġewx ikkonsultati dwar deċiżjoni li għandha impatt daqstant ċar fuq ħidmiethom?
  

Il-Membri tal-Parlament Ewropew

   (g) Issa li ilu jopera għal diversi xhur, kemm kien effikaċi l-one-stop shop għall-forniment ta’ servizzi parlamentari lill-Membri?
  

Direttorat Ġenerali għall-KomunikazzjoniStrateġija ta' komunikazzjoni u preparazzjoni għall-kampanja ta’ informazzjoni għall elezzjonijiet tal-2014

   (h) L-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ li sar f'Mejju 2014 bħala parti minn din il-kampanja ġibed 5 000 żagħżugħ lejn Strasburgu. Meta kien qed jitħejja dan l-avveniment, tqiesu kif dovut is-sitwazzjoni ekonomika fl-Ewropa u l-mod kif l-infiq involut fl-organizzazzjoni ta' avveniment fuq din l-iskala seta' jiġi pperċepit miż-żgħażagħ Ewropej?
   (i) Ġeneralment, il-kunċett "SAQSI, IPPARTEĊIPA, AGĦŻEL" hu meqjus li kien ta' suċċess? X'inhuma l-indikaturi ta'prestazzjoni biex dan is-suċċess jitkejjel? Kif qed jinutża l-kunċett wara l-elezzjonijiet u saru xi valutazzjoni/rapport ta' evalwazzjoni wara l-kampanji leġiżlattivi u dwar il-valuri tal-PE? Jekk jogħġbok ipprovdi lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit b'kopja tal-evalwazzjoni.
   (j) X'valutazzjoni/evalwazzjoni saru tal-programm tal-għotjiet pluriennali għall-2012-2014 intenzjonat biex iqajjem kuxjenza dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u jistgħu dawn l-evalwazzjonijiet jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit?
  

Assistenti parlamentari akkreditati

   (k) Diġà ġiet ivvalutata l-effikaċja tal-għodda għar-reklutaġġ tal-assistenti parlamentari akkreditati, APA-PEOPLE, li ġiet introdotta fil-bidu tal-leġiżlatura?
   (l) X'kienet ir-raġuni għalfejn ċerti assistenti parlamentari akkreditati damu diversi xhur biex ġew inklużi fil-lista ta' distribuzzjoni b'email rilevanti tal-PE (Assistants 8th legislature, Bruxelles), fatt li waqqafhom milli jirċievu informazzjoni dwar ħidmiethom? Ittieħdu xi miżuri?
  

Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-LoġistikaServizzi ta' catering

   (m) Jixtieq ikun jaf ir-raġuni għalfejn il-prezzijiet fil-bini SQM huma 25 % ogħla milli fil-kantin tal-bini ASP u jistaqsi jekk dan jistax ixekkel l-intenzjoni biex titnaqqas il-folla ta' klijenti mill-kantin tal-bini ASP.
  

Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni

   (n) X'miżuri ġew identifikati biex tiżdied is-sigurtà wara l-ksur riċenti, b'mod speċjali dak li seħħ fis-7 ta' Ottubru 2014 minn dimostranti Kurdi? Il-kunċett ta' sigurtà globali l-ġdid se jiġi aġġornat?
   (o) Il-Parlament kiseb sistema ta' rikonoxximent elettroniku tal-pjanċi tal-karozzi? Kemm qamet? Din is-sistema ġiet installata u qed tintuża fl-intrati tal-garaxx sabiex jiġi kkontrollat jekk in-numru tal-pjanċa jikkorrispondix mal-informazzjoni fuq il-beġġ ta' dħul?

29.  Jirrakkomanda, fl-interessi ta' aktar trasparenza u effikaċja għall-attivitajiet politiċi u amministrattivi tal-Parlament, li l-Membri u l-persunal tal-Parlament kollha, kif ukoll il-pubbliku ġenerali jiġu informati, minnufih u b'mod ġenerali, dwar l-aġendi u l-minuti tal-laqgħat u d-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi deċiżjonali tal-Parlament; ifakkar fl-utilità tal-Kumitat l-antik dwar ir-Regoli ta' Proċedura bħala forum għad-diskussjoni u t-titjib, b'mod trasparenti u pubbliku, kemm tal-proċess regolatorju u kemm tal-affarijiet interni tal-Parlament; jirrakkomanda f'dan ir-rigward li jitwaqqaf Kumitat newtrali dwar ir-Regoli ta' Proċedura u l-Affarijiet Interni li jippermetti li dawn il-kwistjonijiet kollha jiġu ttrattati u sussegwentement leġittimizzati mill-Parlament f'sessjoni plenarja;

30.  Jinsab profondament imħasseb dwar il-fatt li l-Parlament alloka EUR 17 800 000 għal attivitajiet promozzjonali deskritti bħala kampanja elettorali istituzzjonali matul il-perjodu bejn l-2013 u l-2014 filwaqt li l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2014 reġgħet naqset għal 42,54 % (2009: 43 %); jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' strateġija ġdida intenzjonata biex l-elezzjonijiet Ewropej fl-Istati Membri jsiru aktar attraenti;

31.  Jenfasizza li sa Ġunju 2015 hu mistenni rapport ta' evalwazzjoni ex post esterna dwar l-istrateġija ta' komunikazzjoni għall-elezzjonijiet tal-2014; jitlob li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jiġi informat dwar id-data ta' publikazzjoni; jistenna analiżi dettaljata tal-fondi fir-rapport;

32.  Jikkonstata li l-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-Parlament Ewropew (EB/PE 82.5) juri li matul il-kampanja elettorali tal-2014, 23 % ta' dawk li wieġbu kellhom impressjoni negattiva ħafna tal-Parlament, filwaqt li 43 % kellhom impressjoni newtrali; jindika li analiżi medjatika tissuġġerixxi li impressjoni negattiva spiss tkun marbuta mal-arranġamenti finanzjarji għall-Membri bħal pereżempju l-allowances, is-salarji u l-baġit tal-Parlament b'mod ġenerali; jinsab konvint għaldaqstant li hemm bżonn ta' titjib strutturali, pereżempju trasparenza sħiħa u l-kontabilizzazzjoni tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali, biex jitjiebu l-fiduċja fil-Parlament u l-appoġġ għalih;

33.  Jikkonstata l-istabbiliment tad-Direttorat Ġenerali l-ġdid għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari li se jipprovdi konsulenza akkademika indipendenti, prinċipalment lill-Membri individwali, biex b'hekk jissupplementa l-ħidma tad-dipartimenti tematiċi li jaqdu l-ħtiġijiet tal-korpi parlamentari;

34.  Jilqa' t-twaqqif ta' unità għall-valutazzjoni tal-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; jappella biex dan is-servizz jiffoka fuq il-kompromessi nnegozjati mill-Parlament u fuq l-emendi tal-Parlament għall-proposti tal-Kummissjoni; jappella biex jiġi żviluppat approċċ għal valutazzjoni minnufih tal-leġiżlazzjoni u tal-impatt tagħha, biex is-servizz jiġi promoss fost il-Membri, u biex jingħata rendikont analitiku tal-ispejjeż kumplessivi sat-30 ta' Ottubru 2015; iħeġġeġ lil dan is-servizz biex jorganizza skambji regolari ta' fehmiet mas-servizzi korrispondenti fil-Kummissjoni, il-Kunsill u l-parlamenti nazzjonali;

35.  Jikkonstata l-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Parlament, li ġie finalment iffirmat fil-5 ta' Frar 2014 u li beda b'trasferiment ta' persunal importanti miż-żewġ kumitati lejn is-Servizz ta' Riċerka l-ġdid tal-Parlament Ewropew (EPRS); hu tal-opinjoni li kooperazzjoni interistituzzjonali effikaċi għandha tittejjeb u jemmen li r-raggruppament tal-għarfien espert u l-kapaċità tal-akkwist fl-oqsma fejn l-istituzzjonijiet jirrikjedu assistenza ta' natura simili għandu jtejjeb ir-rendiment u jista' jnaqqas l-ispejjeż globali; jittama li l-iżvilupp ta' dan il-ftehim bejn it-tliet istituzzjonijiet se jilħaq dawn l-objettivi, ikun ibbilanċjat u jkun ta' benefiċċju ndaqs għat-tliet istituzzjonijiet; jappella lil kull waħda minn dawn l-istituzzjonijiet biex, ladarba din il-kollaborazzjoni tkun ilha sena tiġi implimentata, twettaq valutazzjoni individwali tal-impatt ta' dan il-ftehim mill-prospettiva tar-riżorsi umani, l-infiq, is-sinerġiji, il-valur miżjud u s-sustanza;

36.  Jieħu nota tal-ħolqien tad-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni; ifakkar li, mill-internalizzazzjoni tas-servizzi ta' sigurtà tal-Parlament, ġew iffrankati EUR 195 000 fl-2013 u l-projezzjonijiet huma li se jiġu ffrankati aktar minn EUR 11-il miljun fuq il-perjodu 2013-2016; jikkunsidra li hu xieraq li jinnegozja mal-gvern Belġjan kontribut akbar min-naħa tiegħu għas-sigurtà tal-Parlament, peress li l-Belġju jibbenefika ekonomikament mill-preżenza tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-territorju tiegħu; jappella biex, sat-30 ta' Settembru 2015, titressaq evalwazzjoni dwar il-kwalità tas-servizz ta' sigurtà qabel u wara l-ħolqien tad-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit; jinsisti li għandu jitwettaq studju komparattiv tas-sistemi ta' sigurtà tal-istituzzjonijiet l-oħra;

37.  Itenni li ż-żamma tas-sigurtà tal-binjiet tal-Parlament u l-inħawi immedjati ta’ madwarhom trid tingħata l-ogħla prijorità; jitlob li bħala parti minn dan ix-xogħol, għandha tittejjeb is-sigurtà fil-parkeġġi;

38.  Jinsab mħasseb dwar in-nuqqas ta' parità fl-amministrazzjoni fejn, sal-31 ta' Diċembru 2013, in-nisa kienu jirrappreżentaw 29 % tal-kapijiet ta' unità, 34 % tad-diretturi u 33 % tad-Diretturi Ġenerali; jappella għall-implimentazzjoni ta' pjan favur opportunitajiet indaqs, b'mod speċjali fir-rigward tal-karigi maniġerjali, b'mod li dan l-iżbilanċ jitranġa mill-aktar fis possibbli;

39.  Jappella biex jinstab bilanċ fir-rigward tal-pajjiż ta' oriġini fost l-uffiċjali ta' livell għoli fl-amministrazzjoni tal-Parlament; jistenna li sa tmiem l-2015 jitfassal rapport li jistabbilixxi l-progress li jkun sar fir-rigward tal-ksib ta' dan l-objettiv;

40.  Jitlob li sa tmiem l-2015 jingħata rendikonti analitiċi għal kull sena tat-tendenzi evoluttivi fil-livelli tal-persunal u l-ispejjeż għall-persunal, imqassmin skont il-grad u l-livell maniġerjali; jitlob lill-amministrazzjoni tal-Parlament tiddikjara jekk studji komparabbli tal-amministrazzjonijiet tal-assemblej parlamentari internazzjonali jistgħux jinkludu tagħlimiet importanti għall-ħidma tal-Parlament; jikkonstata li anke x-xogħol esternalizzat lil speċjalisti għandu jiġi inkluż fir-rapporti għall-promozzjoni tal-etos tat-trasparenza, waqt li jinqdew ukoll l-aħjar interessi tal-kostitwenti; jikkonstata bi tħassib li l-għadd kbir ta' persunal ibbażat fl-uffiċċju tal-President tal-Parlament Ewropew, li jammonta għal 35 persuna, inklużi żewġ xufiera u uxxier personali, iqajjem ħafna dubji u jagħti eżempju ħażin għat-tnaqqis tal-ispejjeż u r-responsabilità fiskali fi ħdan il-Parlament;

41.  Jikkonstata li l-miżuri ta' implimentazzjoni għall-Kodiċi ta' Mġiba għall-Membri ġew adottati mill-Bureau fil-15 ta' April 2013; jinsab mħasseb, madankollu, dwar in-nuqqas ta' implimentazzjoni u d-differenzi ta' interpretazzjoni kif irrapportati minn koalizzjoni ta' organizzazzjonijiet(11) mhux governattivi u jappella biex il-pożizzjoni tal-Kumitat Konsultattiv tissaħħaħ billi jingħata d-dritt ta' inizjattiva biex iniedi verifiki għal għarrieda tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi pprovduti mill-Membri;

42.  Jilqa' l-fatt li jeħtieġ li l-Membri jkunu aktar trasparenti fir-rigward tal-attivitajiet li jagħmlu apparti dawk previsti waqt li jkunu fil-kariga pubblika tagħhom; ifakkar, madankollu, li l-Membri, bl-istess mod bħad-deputati tal-parlamenti nazzjonali, m'għandhomx mandat esklużiv u jistgħu għalhekk jeżerċitaw attivitajiet professjonali oħra; hu tal-opinjoni li kieku l-mudell tad-dikjarazzjoni għall-Membri jkun aktar komprensiv, jgħin sabiex tiżdied it-trasparenza u jiġu evitati l-kunflitti ta' interess potenzjali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jwaqqaf databażi pubblika, li tkun aċċessibbli permezz tas-sit tal-Parlament fuq l-internet, tal-attivitajiet kollha li jagħmlu l-Membri individwali apparti dawk previsti mill-mandat tagħhom;

43.  Jisħaq fuq il-ħtieġa għal aktar trasparenza fir-rigward tal-allowances għall-ispejjeż ġenerali tal-Membri; jappella lill-Bureau biex jaħdem fuq id-definizzjoni ta' regoli aktar preċiżi fir-rigward tal-obbligu li jingħata rendikont tan-nefqiet awtorizzati taħt din l-allowance, mingħajr ma joħloq spejjeż addizzjonali għall-Parlament;

44.  Jinsab mħasseb dwar in-nuqqas ta' verifika ex post tal-użu tal-karozzi tas-servizz min-naħa tal-Membri u jikkontesta l-fatt li l-President tal-Parlament għandu żewġ karozzi tas-servizz għad-dispożizzjoni tiegħu;

45.  Japprova l-fatt li permezz tat-tnaqqis ta' 5% mill-ispejjeż ta' vvjaġġar tal-Membri u l-ispejjeż tal-missjonijiet tal-persunal ġew iffrankati EUR 4 miljun fl-2013; jikkunsidra li hu rakkomandabbli li titwettaq politika stretta għat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar permezz ta' ftehimiet negozjati mal-linji tal-ajru; jappella lis-Segretarju Ġenerali biex iressaq proposti għal dak l-għan;

Ġestjoni tal-iskema ta' sussidju għall-gruppi ta' viżitaturi

46.  Jinsab profondament preokkupat li l-Qorti tal-Awdituri rrapportat, fl-analiżi panoramika tagħha tal-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni, li l-prattika li jsiru pagamenti fi flus kontanti għar-rimborż tal-ispejjeż lill-gruppi ta' viżitaturi tqajjem "tħassib dwar riskji għoljin"; jisħaq fuq il-fatt li 73% tas-sussidji tħallsu fi flus kontanti u 27% biss tħallsu permezz ta' trasferiment bankarju fl-2013; jinsab imħasseb dwar ir-riskju reputazzjonali għoli għall-Parlament u r-riskju sinifikanti għas-sigurtà involuti jekk il-pagamenti lill-gruppi ta' viżitaturi jsiru bi flus kontanti;

47.  Jissottolinja l-ħtieġa u l-valur li l-gruppi ta’ viżitaturi, qabel iż-żjara tagħhom, jiġu informati dwar il-mezzi ta' trasport sostenibbli lejn il-Parlament; jirrakkomanda l-introduzzjoni ta' rati differenti ta’ rimborż skont il-mezz ta' trasport magħżul u l-livell ta' emissjonijiet;

48.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Parlament u l-Kunsill, sabiex joħolqu ekonomiji fit-tul fil-baġit tal-Unjoni, jeħtiġilhom jindirizzaw il-bżonn għal pjan direzzjonali għal sede unika, kif iddikjarat mill-Parlament f'bosta riżoluzzjonijiet preċedenti;

Id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni u d-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni

49.  Jindika l-ispejjeż tad-delegazzjonijiet, l-assemblej parlamentari konġunti, id-delegazzjonijiet ad hoc u l-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali barra l-Unjoni fl-2013, li ammontaw għal madwar EUR 5 794 360; jappella biex, sa tmiem l-2015, jitfassal rendikont analitiku tal-ispejjeż f'dawn l-oqsma għall-perjodu bejn l-2005 u l-2015;

50.  Jikkonstata bi tħassib li delegazzjoni għal assemblea parlamentari waħda ġiet tiswa EUR 493 193; jistieden lill-Bureau jiżviluppa prinċipji sempliċi iżda effikaċi għal struttura aktar ekonomika tal-ispejjeż għaż-żjarat tad-delegazzjonijiet, b'mod partikolari billi jitqiesu l-importanza politika, it-tul u r-riżultati tagħhom;

Delegazzjonijiet interparlamentari

51.  Hu tal-fehma li hija kwistjoni ta' importanza u urġenza li tiġi żviluppata u miżjuda s-sustanza tal-websajts tad-delegazzjonijiet interparlamentari; jikkunsidra wkoll li hi xi ħaġa essenzjali li, jekk il-baġit ikun jippermetti, il-laqgħat pubbliċi tad-delegazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi f'xandira diretta fuq l-internet, kif isir għal-laqgħat tal-kumitati parlamentari;

Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

52.  Jiddeplora l-fatt li l-programm tal-għotjiet pluriennali bejn l-2012 u l-2014, intenzjonat biex iqajjem kuxjenza dwar ir-rwol tal-Parlament, ġie jiswa madwar EUR 14 500 000; jesprimi dubji dwar jekk dan il-programm tal-għotjiet jirrappreżentax il-kompetenzi fundamentali tal-Parlament u l-kompiti li jirriżultaw mill-prerogattivi leġiżlattivi, baġitarji u ta' kwittanza tiegħu; jappella lill-amministrazzjoni tiegħu biex tipprovdi lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit b’evalwazzjoni esterna ta' dan il-programm ta' għotjiet f'ħin utli għall-proċedura ta' kwittanza tal-2014;

53.  Jitlob li jingħata rendikont analitiku komplut tal-għotjiet kollha għall-proġetti ta' komunikazzjoni ffinanzjati mill-baġit tal-Parlament, inklużi l-ammonti involuti u l-benefiċjarji;

54.  Jitlob li jingħata rendikont analitiku tan-nefqa, jekk kien hemm, fuq l-organizzazzjonijiet MEP Ranking u Vote Watch Europe, mill-baġit tal-Parlament; jikkritika l-fatt li dawn l-organizzazzjonijiet jivvalutaw il-ħidma tal-Membri abbażi ta' kriterji kwantitattivi, li jistgħu jipprovdu inċentivi tat-tip ħażin u jiġġeneraw xogħol bla bżonn; hu tal-fehma li l-Membri qed jaffaċċjaw livelli dejjem akbar ta' burokrazija żejda u restrizzjonijiet dejjem aktar stretti fuq il-libertà tagħhom li jwettqu d-dmirijiet tagħhom;

EuroparlTV

55.  Ifakkar li l-baġit għal EuroparlTV kien ta' EUR 8 000 000 fl-2013 u EUR 5 000 000 fl-2014, u japprezza l-fatt li r-rendiment ta' dan is-servizz ittejjeb permezz ta' għadd ta attivitajiet u proġetti ġodda; jikkonstata li, bejn l-2012 u l-2014, l-għadd medju ta' kull xahar ta' filmati li rahom il-pubbliku żdied minn 53 000 għal 400 000;

56.  Ifakkar li, b'segwitu għad-deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta' Diċembru 2012, fl-2014 tnieda studju estern biex jagħti kontribut għall-iżviluppi fil-ġejjieni tas-servizz tal-Parlament ta' video fuq l-internet (EuroparlTV); jikkonstata li r-rakkomandazzjonijiet ta' dan l-istudju għandhom jiġu implimentati matul l-ewwel nofs tal-2015;

Il-Premju LUX

57.  Jieħu nota li l-infiq għall-Premju LUX fl-2013 ammonta għal EUR 448 000 bi qbil mal-ispejjeż tal-2012 (EUR 434 421) u kopra:

   il-proċedura relatata mal-għażla u l-kompetizzjoni uffiċjali;
   komunikazzjoni fi Brussell u Strasburgu;
   l-iffokar fuq il-Membri u s-sħab medjatiċi speċjalizzati, kif ukoll fuq il-pubbliku ġenerali;
   l-ispejjeż biex isiru s-sottotitoli fl-24 lingwa uffiċjali;
   il-ħolqien tal-verżjoni tal-film rebbieħ adattata għall-persuni b'vista jew smigħ batuti;
   l-involviment tal-Parlament fl-avvenimenti ċinematografiċi ewlenin fuq livell Ewropew sabiex jippromwovi l-Premju LUX;

58.  Jappella biex jinstabu effiċjenzi fil-baġit tiegħu;

59.  Jappella biex, sa tmiem l-2015, isir stħarriġ rappreżentattiv tal-Membri biex jiġi ddeterminat jekk il-premju LUX hux magħruf sew u kif inhu meqjus, jekk hu meqjus, fl-Istati Membri rispettivi tagħhom;

L-Uffiċċji ta' Informazzjoni

60.  Jikkonstata bi tħassib li l-ispejjeż għall-missjonijiet tal-Uffiċċji ta' Informazzjoni ammontaw għal EUR 1 839 696 fl-2013, bil-missjonijiet lejn Strasburgu li rrappreżentaw EUR 1 090 290; jiddispjaċih li l-ispejjeż għall-missjonijiet mill-Uffiċċji ta' Informazzjoni lejn Strasburgu żdiedu b'madwar 7 % mill-2012, b'żieda ulterjuri ta' 2 % dovuta għall-ħolqien tal-Uffiċċju ta' Informazzjoni ġdid fil-Kroazja; jitlob li jiġi pprovdut bid-dettalji dwar ir-raġunijiet ewlenin għaliex il-persunal tal-Uffiċċji ta' Informazzjoni mar fuq missjonijiet lejn Strasburgu u Brussell; jitlob li jiġi pprovdut b'rendikont analitiku tal-missjonijiet imwettqa mill-persunal ta' kull Uffiċċju ta' Informazzjoni fl-2005, l-2010 u l-2015, sabiex ikunu jistgħu jsiru paraguni; jinsisti li għandha tingħata prijorità għall-użu ta' video konferenzi, li kieku jwassal kemm għal tnaqqis fl-ispejjeż strutturali għall-baġit tal-Parlament, kif ukoll għal titjib ambjentali, u li ma jieħu xejn mill-attività tal-Parlament;

61.  Jindika li s-siti fuq l-internet ta' diversi Uffiċċji ta' Informazzjoni fl-Istati Membri ilhom mill-elezzjonijiet ma jiġu aġġornati; jiġbed l-attenzjoni lejn l-implikazzjonijiet li dan jista' jkollu għall-kredibilità tal-Parlament mal-pubbliku ġenerali; jinsisti li ssir investigazzjoni dwar l-użu tal-fondi allokati lill-Uffiċċji ta' Informazzjoni, bi spjegazzjoni tal-varjazzjoni sinifikanti fl-ispejjeż għal konnessjoni mal-internet bejn l-Istati Membri differenti;

Il-logo tal-Parlament

62.  Jinnota li l-logo tal-Parlament Ewropew inbidel; jesprimi diżapprovazzjoni li, għal darb'oħra, ma ġiex informat bid-deċiżjoni fi żmien utli; jappella lis-servizzi responsabbli biex jispjegaw għalfejn implimentaw din il-bidla, x'kien il-proċess biex ittieħdet id-deċiżjoni u kemm ġiet tiswa din il-bidla;

63.  Jappella għal deskrizzjoni dettaljata tal-ispejjeż esterni u interni kollha tal-Parlament relatati ma' Dar l-Istorja Ewropea, mifrudin skont l-ispejjeż tal-ippjanar (inkluż l-ippjanar preliminari), l-ispejjeż tal-investiment u l-ispejjeż operattivi (inklużi r-riżerva għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni, in-nefqa personali, l-ispejjeż ta' eżibizzjoni); jikkonstata li l-Kummissjoni qed tappoġġa l-finanzjament ta' Dar l-Istorja Ewropea b'allokazzjoni annwali ta' EUR 800 000; jindika li Dar l-Istorja Ewropea se jkollha effetti pożittivi mhux biss għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni iżda anke għall-istat Belġjan, fil-forma ta' attrazzjoni turistika ġdida, li tiġġenera d-dħul; jirrakkomanda, għaldaqstant, li l-istat Belġjan jintalab jappoġġa l-istabbiliment ta' Dar l-Istorja Ewropea;

Direttorat Ġenerali għall-Persunal

64.  Jieħu nota li l-uffiċjali tal-Parlament (impjegati taċ-ċivil permanenti) jistgħu, fil-prinċipju, jiġu reklutati biss permezz ta' kompetizzjonijiet pubbliċi fejn jirnexxu madwar 10 % tal-kandidati b'età medja ta' 34 sena; jinsab imħasseb li, minkejja l-fatt li l-impjiegi għaż-żgħażagħ huma prijorità ewlenija għall-Unjoni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż il-Parlament, m'għandhom assolutament l-ebda politika biex jagħtu spinta lill-impjiegi għaż-żgħażagħ taħt l-età ta' 30 sena;

65.  Jindika d-diffikultajiet biex jiġu reklutati uffiċjali jew aġenti minn ċerti Stati Membri b'mod partikolari; jinnota li l-iskali salarjali u l-kundizzjonijiet fil-livell ta' dħul offruti mill-istituzzjonijiet huma inqas attraenti għal persunal ġdid; jindika li, għal ħafna ċittadini mill-Istati Membri tal-UE15, ma joffru la salarji kompetittivi u lanqas prospetti ta' karriera attraenti, speċjalment għal dawk iċ-ċittadini li issa qed jilħqu l-età ta' rtirar; jindika li t-tiċkin inevitabbli tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea, fil-futur immedjat, se jolqot ħażin il-kwalità tas-servizz ipprovdut u jwassal għar-riskju ta' żbilanċ ġeografiku akbar;

66.  Jitlob li jiġu analizzati l-attivitajiet organizzati u ffinanzjati mill-Kumitat tal-Persunal, b'dettalji dwar it-tipi ta' attivitajiet, l-ispejjeż imġarrba u l-konformità mal-ġestjoni finanzjarja soda;

67.  Jitlob lid-DĠ Persunal u lis-servizzi responsabbli jippromwovu b'mod attiv lin-nisa fil-karigi ta' livell għoli fil-Parlament jew "jivvalutaw ir-raġunijiet" għan-nuqqas ta' parità u sussegwentement jipproponu miżuri biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tan-nisa fil-karigi ta' livell għoli fl-amministrazzjoni tal-Parlament;

68.  Jikkonstata li l-'Away Days' u avvenimenti simili għall-persunal fis-sena 2013 ġew jiswew ħafna (EUR 140 730 għal tmien avvenimenti); jikkunsidra li, fi żmien ta' kriżi u tnaqqis baġitarju b'mod ġenerali, il-kost tal-'Away Days' għall-persunal fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni jrid ikun proporzjonali u li dawn għandhom, fejn ikun possibbli, jiġu limitati għall-bini nnifsu tal-istituzzjonijiet, peress li l-valur miżjud li jirriżulta minnhom ma jiġġustifikax spejjeż daqstant għoljin;

Assistenti Parlamentari

69.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-miżuri meħuda biex tiġi organizzata l-ġestjoni tat-tmiem tal-kuntratti ta' madwar 1 700 assistent parlamentari akkreditat fit-tħejjija għal tmiem is-seba' leġiżlatura u l-bidu tat-tmien leġiżlatura, u b'mod partikolari l-implimentazzjoni ta' APA-People; jikkunsidra li, madankollu, kellu jiġi assenjat aktar persunal amministrattiv għar-reklutaġġ tal-assistenti parlamentari akkreditati f'ċerti oqsma biex jiġu żgurati aktar ħeffa u effiċjenza; jindika li r-riżorsi tal-persunal u dawk tekniċi ma kinux biżżejjed biex jevitaw dewmien fl-iffirmar tal-kuntratti tal-assistenti, interruzzjoni ta' kuntratti, u dewmien fil-ħlas ta' spejjeż, ta' allowances u għaldaqstant tas-salarji; jirrikonoxxi madankollu li l-proċess tjieb b'mod sinifikanti meta mqabbel ma' dak tal-2009, filwaqt li jikkonstata wkoll li l-Parlament jeħtieġlu jirsisti fl-isforzi tiegħu biex itejjeb il-ħeffa u l-effiċjenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ tiegħu; jinsab imħasseb dwar il-fatt li għadha ma nstabet l-ebda soluzzjoni għall-assistenti parlamentari akkreditati li drittijiethom iddgħajfu b'segwitu għal tqassir tal-kuntratti tagħhom b'xahar minn tal-anqas bħala riżultat tal-elezzjonijiet bikrin għall-Parlament; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni dwar il-perjodi ta' eliġibilità pensjonistika jsiru konformi mal-bidliet li jaffettwaw il-leġiżlatura reali;

70.  Jiddispjaċih li r-rapport soċjali tal-Parlament għall-2013 – bħall-predeċessuri tiegħu – bilkemm jinkludi informazzjoni rigward l-assistenti parlamentari akkreditati, għalkemm dawn jirrappreżentaw madwar 29,4 % tal-persunal tal-Parlament; jappella biex din il-kwistjoni titranġa, minħabba l-importanza fundamentali ta' dan id-dokument fit-titjib tal-ġestjoni tal-persunal tiegħu;

71.  Jiddispjaċih dwar id-Deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta' Diċembru 2013 fil-Kawża F-129/12 u jiddispjaċih profondament dwar il-fatt li l-Parlament ġie kkundannat minħabba li ma setax jgħin lill-assistenti parlamentari akkreditati f'każijiet ta' fastidju u tkeċċijiet irregolari; jikkonstata d-deċiżjoni tal-Bureau tal-14 ta' April 2014 li tistabbilixxi l-Kumitat Konsultattiv għall-prevenzjoni ta' fastidju psikoloġiku fuq il-post tax-xogħol, sabiex jiġi evitat li l-assistenti parlamentari akkreditati jiġu esposti għalih; jinsab imħasseb, madankollu, dwar l-iżbilanċ fil-kompożizzjoni ta' dan il-Kumitat, li huwa kompost minn tliet Kwesturi, rappreżentant wieħed tal-amministrazzjoni u rappreżentant wieħed tal-assistenti parlamentari akkreditati; jikkonstata li, tal-anqas sa Novembru 2014, fi tliet każijiet quddiem il-kumitat, il-Kwesturi ddeċidew li ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal azzjoni ulterjuri; jappella lill-Bureau għalhekk biex jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu rigward il-kompożizzjoni tal-Kumitat sabiex jiżgura rappreżentanza aktar bilanċjata b'minn tal-inqas żewġ membri tal-Kumitat li jkunu assistenti parlamentari akkreditati;

72.  Jikkonstata bi tħassib ir-rata għolja ta' assistenti parlamentari akkreditati li ma jkomplux bil-korsijiet lingwistiċi sal-aħħar, li tammonta għal 32 % meta mqabbla ma' 8 % għal persunal ieħor; jappella biex issir bidla fil-kurrikulu tal-korsijiet lingwistiċi sabiex jiġi żgurat li jitfasslu b'mod aktar speċifiku għall-kundizzjonijiet tax-xogħol speċifiċi tal-assistenti parlamentari akkreditati;

73.  Jappella biex jiġu investigati r-raġunijiet possibbli għad-diskrepenza estensiva bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u persunal ieħor fir-rigward tat-teħid tal-liv minħabba mard;

74.  Jindika li l-allowances ta' sussitenza li jirċievu l-assistenti parlamentari akkreditati li jivvjaġġaw lejn Strasburgu jkunu 30-45 % inqas minn dawk ta' persunal ieħor; jindika wkoll li l-assistenti parlamentari akkreditati nnifishom jiġu rimborżati skont sistema bi tliet saffi, u dan ifisser li, f'ċerti każijiet, jista' jkun li l-ebda spiża ta' missjoni ma tkun pagabbli għall-vjaġġi lejn Strasburgu; jappella lill-Bureau biex jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jirrimedja din l-inugwaljanza u biex iġib id-drittijiet tal-assistenti parlamentari akkreditati konformi ma' dawk ta’ persunal ieħor;

75.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-għadd ta' assistenti lokali impjegati għal kull Membru fl-2013 varja ħafna, bejn xejn u 43; jitlob li ssir investigazzjoni biex jiġi vvalutat jekk il-proċeduri ta' reklutaġġ ġewx segwiti fil-każijiet b'numri kbar ta' assistenti lokali u biex jiġu vvalutati r-raġunijiet għal numri daqstant għoljin; jitlob li ssir evalwazzjoni tal-proċeduri għar-reklutaġġ ta' assistenti lokali u u li jitfasslu proposti biex dawn jiġu ssemplifikati b'mod li jiġu evitati numri eċċessivi ta' assistenti lokali għal kull Membru; jappella għal aktar trasparenza fir-rigward tal-impjieg ta' assistenti lokali u l-fornituri ta' servizzi; jappella biex tiġi ppubblikata fuq l-internet lista tal-ismijiet tal-fornituri ta' servizzi kollha mqabbda mill-Membri;

76.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Artikolu 43(d) tal-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri adottati f'Lulju 2008 jeskludu l-possibilità li l-Membri jimpjegaw lill-konjuġi jew is-sħab stabbli tagħhom barra miż-żwieġ jew lill-ġenituri tagħhom, uliedhom jew ħuthom bħala assistenti;

77.  Jinsab imħasseb dwar id-dewmien fl-adozzjoni tar-regoli interni dwar l-informaturi; jappella biex dawn ir-regoli jiġu implimentati mingħajr dewmien ulterjuri;

Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika

Il-politika tal-Parlament dwar il-bini

78.  Jieħu nota li fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu, il-Parlament jokkupa 1,1 miljun m² u hu s-sid ta' 81 % ta' din l-erja; iqis li hu tal-ogħla importanza li jiġu stabbiliti l-miżuri xierqa biex tiġi żgurata s-sostenibilità tal-bini tal-Parlament fil-konfront ta' aktar spejjeż ta' manutenzjoni;

79.  Jappella għal ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kummissjoni fir-rigward tal-ġestjoni konġunta ta' Djar l-Ewropa bil-għan, minn naħa waħda, li jistabbilixxu qafas għal servejs immobiljari skont programmazzjoni pluriennali fil-prospettiva ta' xiri jew lokazzjoni tal-proprjetà u, min-naħa l-oħra, li jissemplifikaw il-proċeduri amministrattivi u finanzjarji għall-ġestjoni ta' kuljum;

80.  Jieħu nota li Dar l-Ewropa f'Sofija ilha kompletament operattiva minn Lulju 2013; jikkonstata li l-bejjiegħ intalab iħallas għad-difetti u n-nuqqasijiet ta' konformità tal-istruttura tal-bini qabel ġie ffirmat il-kuntratt ta' xiri;

Id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni u l-Konferenzi u d-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni

81.  Jikkonstata b'sodisfazzjon li permezz tal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau dwar multilingwiżmu b'użu effiċjenti tar-riżorsi fl-2013 ġew iffrankati EUR 10 miljun u EUR 15 miljun fis-servizzi ta' interpretazzjoni u ta' traduzzjoni rispettivament, mingħajr ma ġie affettwat il-prinċipju tal-multilingwiżmu u mingħajr ma ddgħajfet il-kwalità tal-attività parlamentari; itenni li l-koperazzjoni interistituzzjonali hija essenzjali sabiex jiġu skambjati l-aħjar prattiki li jippromwovu l-effikaċja u jippermettu li jsir iffrankar;

Direttorat Ġenerali għall-Finanzi

Fond ta' Pensjoni Volontarja

82.  Jikkonstata li l-Fond ta' Pensjoni Volontarja żied id-defiċit attwarju stmat tiegħu, ikkalkolat abbażi tal-assi tal-Fond, għal EUR 197,5 miljun fi tmiem l-2013; jenfasizza li dawn il-projezzjonijiet tal-passiv fil-ġejjieni huma mifruxin fuq bosta deċennji;

83.  Jikkonstata li fl-aħħar mill-aħħar hu impossibbli li wieħed jiġġudika jekk il-Fond hux qed jitmexxa b'mod effiċjenti u xieraq, u jħeġġeġ biex issir valutazzjoni esterna;

84.  Jikkonstata, madankollu, li dan iqajjem tħassib dwar il-possibilità li l-Fond jiġi eżawrit u li l-Parlament qiegħed jiggarantixxi l-pagament tad-drittijiet għal pensjoni meta u jekk dan il-fond ma jkunx jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu;

85.  Jieħu nota li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fl-2013 li d-deċiżjoni biex l-età tal-irtirar għal min ikun sottoskritt fil-Fond tiżdied minn 60 sa 63 sena b'mod li jiġi evitat eżawriment bikri tal-kapital u dik biex jiġi allinjat mal-Istatut il-ġdid għall-Membri tal-Parlament kienu validi;

Servizzi pprovduti lill-Membri

86.  Jappella biex l-ismijiet tal-fornituri ta' servizzi u s-servizzi pprovduti lill-Membru jsiru aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-paġna fuq l-internet tal-Membri tal-Parlament, fejn id-data dwar l-assistenti parlamentari akkreditati u l-assistenti lokali;

Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku

87.  Jieħu nota tal-proċess ta' internalizzazzjoni tal-persunal fid-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku u t-tnaqqis imwiegħed tal-ispejjeż u l-livell akbar ta' għarfien espert fost il-persunal fil-qasam informatiku; ifakkar li l-livell akbar ta' għarfien espert fir-rigward tal-innovazzjonijiet permanenti kien ukoll ir-raġuni li ngħatat biex dan is-settur jiġi esternalizzat ħafna snin ilu; jappella lis-Segretarju Ġenerali biex jikkopera mal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal biex isibu modi kif iħaffu l-proċedura ta' reklutaġġ u kif jattiraw l-aqwa esperti fil-qasam tat-teknoloġiji u s-sigurtà informatiċi;

88.  Ifakkar li l-kaxxi tal-email individwali personali u kunfidenzjali ta' wħud mill-Membri, l-assistenti parlamentari u l-uffiċjali ġew kompromessi wara li l-Parlament kien soġġett għal attakk minn intermedjarju informatiku ('man-in-the-middle attack') fejn hacker interċetta l-komunikazzjoni bejn smartphones privati u l-wifi pubbliku tal-Parlament;

89.  Jikkonstata li twettaq awditu tas-sigurtà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni minn parti terza indipendenti fuq is-sistemi kollha fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u tat-telekomunikazzjonijiet Parlamentari bil-ħsieb li jitlesta pjan direzzjonali ċar lejn politika aktar qawwija fil-qasam tas-sigurtà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fl-2015; jindika li l-awditu tas-sigurtà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni kellu jiġi ppreżentat f'Diċembru 2014; itenni li, fid-dawl tat-theddida elevata għas-sigurtà ta' dan l-aħħar, din għandha tkun prijorità, u jitlob li l-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit jiġi informat dwar ir-riżultati hekk kif dan ir-rapport ikun ġie ffinalizzat;

90.  Jieħu nota tal-miżuri immedjati u fuq żmien medju adottati mill-Bureau fid-9 ta' Diċembru 2013 sabiex jissaħħu r-regoli tal-Parlament dwar is-sigurtà fl-użu ta' apparat mobbli;

91.  Jinsisti li l-Parlament jikkollabora ulterjorment mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika tal-Kummissjoni biex jidentifikaw sostituti xierqa għall-għodda u l-infrastrutturi l-qodma fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni li jkunu jmorru fid-direzzjoni ta' soluzzjonijiet miftuħin, interoperabbli u mhux dipendenti fuq bejjiegħ partikolari bil-ħsieb li jiksbu ambjent informatiku għall-Parlament li jkun effiċjenti fir-rigward tal-ispejjeż u li jkun ta' kwalità għolja;

92.  Jilqa' t-tnedija xi snin ilu tal-applikazzjoni AT4AM utli ħafna u ta' suċċess kbir għat-tressiq tal-emendi; jikkunsidra li hemm bżonn tittejjeb u tiġi aġġornata, b'mod partikolari fir-rigward ta' funzjonijiet utli bħal ma jistgħu jkunu faċilità ta' awtokorrezzjoni u l-possibilità li tiġi ssejvjata kopja ta' salvagwardja;

93.  Jappella, għall-finijiet tat-trasparenza u l-ugwaljanza fir-rigward tad-disponibilità tad-dokumenti, biex il-Membri kollha, u mhux biss il-membri sħaħ jew sostituti tal-kumitat, jingħataw aċċess permezz tal-applikazzjoni ePetition għall-petizzjonijiet kollha ppreżentati miċ-ċittadini lill-Kumitat tiegħu għall-Petizzjonijiet;

Parlament li jirrispetta l-ambjent

94.  Jinsab konxju tal-kunċett "Dinja tax-Xogħol Ġdida" ("New World of Work") tal-Parlament, tal-akkreditament u l-proċess EMAS, u tal-programm ta' ħidma mingħajr karti inklużi l-applikazzjonijiet e-Committee u e-Meeting; jappella biex dan il-programm jissaħħaħ permezz tal-applikazzjonijiet disponibbli għal smartphones u tablets;

95.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-video konferenzi u t-telexogħol jistgħu jikkontribwixxu għal użu iktar effiċjenti tal-ħin u għal Parlament li jirrispetta aktar l-ambjent, peress li jnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u tal-ivvjaġġar;

96.  Jieħu nota li l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-vjaġġi tal-persunal tal-Parlament bejn Brussel, il-Lussemburgu u Strasburgu waqgħu b'34 % fl-2012 meta mqabbla ma' dawk tal-2006; jappella lill-Bureau biex jiżgura trasparenza sħiħa u biex tagħti wkoll rendikont tal-emissjonijiet ikkawżati mill-vjaġġi tal-Membri minn pajjiżhom sa Brussell u Strasburgu; jilqa' l-miżuri biex jikkumpensaw għall-emissjonijiet li ma jistgħux jitnaqqsu u li jkunu inevitabbli; jirrakkomanda wkoll li, mal-proġetti, jiġu implimentati politiki ta' kumpens ulterjuri skont l-"Istandard tad-Deheb" tal-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif irrikonoxxut min-NU;

97.  Jappella lis-Segretarju Ġenerali biex ifassal pjan biex jitnaqqas in-numru tal-bagolli disponibbli għall-vjaġġi parlamentari; jissuġġerixxi li jintużaw bagolli ta' daqs iżgħar jew li tiġi implimentata sistema kondiviża, biex b'hekk jiġu jiswew anqas f'termini finanzjarji u tal-impronta tal-karbonju;

98.  Jappella lis-servizzi responsabbli biex jiżviluppaw kunċett sostenibbli u koerenti biex il-linja baġitarja 239 għall-kumpens tal-emissjonijiet ta' CO2 tintuża kompletament sal-ammont massimu, b'mod li l-emissjonijiet inevitabbli ta' CO2 tal-istituzzjoni jiġu kkumpensati bi proġetti skont l-"Istandard tad-Deheb" tal-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif irrikonoxxut min-NU;

99.  Jappella biex is-sistema tal-arja kkundizzjonata tiffoka fuq l-effiċjenza enerġetika b'mod li jiġi żgurat li jkollha l-iżgħar impatt ambjentali possibbli;

Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija

100.  Jikkonstata li, mit-total ta' 264 kuntratt li ngħataw fl-2013, 120 kienu bbażati fuq proċeduri miftuħa jew ristretti, b'valur ta' EUR 465 miljun, u 144 fuq proċeduri negozjati, b'valur totali ta' EUR 152 miljun; jieħu nota li, għalkemm l-għadd totali tal-kuntratti mogħtija permezz ta' proċeduri negozjati kien 37 % inqas fl-2013 (144, meta mqabbel ma' 241 fl-2012), ma kien hemm l-ebda bidla partikolarment sinifikanti f'termini tal-valur tal-proċeduri negozjati;

101.  Jevidenzja f'dan il-kuntest il-ħtieġa li jiġi implimentat il-kunċett ta' Akkwist Pubbliku Ekoloġiku għall-kuntratti u s-sejħiet għal offerti kollha; jappella biex jiġu stabbiliti obbjettivi vinkolanti, krexxenti u ambizzjużi għall-kuntratti ekoloġiċi, b'mod speċifiku fl-oqsma tal-ikel u l-catering, il-vetturi u t-trasport, it-tagħmir sanitarju u tal-ilma, il-karti, il-ġestjoni tal-iskart, it-tagħmir informatiku u għall-ipproċessar ta' immaġnijiet, it-tidwil, it-tindif u l-għamara;

102.  Jikkonstata li l-maġġoranza tal-kuntratti mogħtija fl-2013 kienu kuntratti għal servizzi (61 %) b'valur totali ta' EUR 374 miljun u li tliet Direttorati Ġenerali taw 14-il kuntratt b'valur ta' aktar minn EUR 10 miljun; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li dawk il-kuntratti ta' valur għoli għandhom jiġu speċifikament soġġetti għal sistemi ta' kontroll adegwat li jissorveljaw kontinwament l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet;

103.  Jikkonstata li l-kuntratti mogħtija fl-2013 u fl-2012 jistgħu jinqasmu skont it-tip ta' kuntratt użat kif ġej:

Tip tal-kuntratt

2013

2012

Numru

Perċentwali

Numru

Perċentwali

Servizzi

Fornimenti

Xogħlijiet

Bini

189

48

19

8

72 %

18 %

7 %

3 %

242

62

36

4

70 %

18 %

12 %

1 %

Total

264

100 %

344

100 %

Tip tal-kuntratt

2013

2012

Valur (f'EUR)

Perċentwali

Valur (f'EUR)

Perċentwali

Servizzi

Fornimenti

Xogħlijiet

Bini

374 147 951

91 377 603

15 512 763

136 289 339

61 %

15 %

2 %

22 %

493 930 204

145 592 868

48 386 872

180 358 035

57 %

17 %

5 %

21 %

Total

617 327 656

100 %

868 267 979

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2013, p. 7)

104.  Jikkonstata li l-kuntratti mogħtija fl-2013 u fl-2012 jistgħu jinqasmu skont it-tip ta' proċedura użata kif ġej:

Tip tal-proċedura

2013

2012

Numru

Perċentwali

Numru

Perċentwali

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Kompetizzjoni

Eċċezzjoni

106

14

144

-

-

40 %

5 %

55 %

-

-

98

5

241

-

-

28 %

2 %

70 %

0 %

0 %

Total

264

100 %

344

100 %

Tip tal-proċedura

2013

2012

Valur (f'EUR)

Perċentwali

Valur (f'EUR)

Perċentwali

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Kompetizzjoni

Eċċezzjoni

382 045 667

83 288 252

151 993 737

-

-

62 %

13 %

25 %

-

-

381 116 879

245 156 318

241 994 782

-

-

44 %

28 %

28 %

0 %

0 %

Total

724 297 066

100 %

603 218 807

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2013, p. 9)

Proċeduri negozjati eċċezzjonali

105.  Jieħu nota li l-proċeduri negozjati eċċezzjonali kienu jirrappreżentaw id-39 % tal-proċeduri negozjati mnedija fl-2013; jinsab mħasseb li l-Parlament għamel użu mill-proċedura negozjata eċċezzjonali fl-2013 biex jagħti 56 kuntratt u jitlob li ma jiġix indikat biss in-numru totali tal-kuntratti iżda anke l-valur totali ta' dawn il-kuntratti;

106.  Hu tal-fehma li l-uffiċjali awtorizzanti għandhom joffru ġustifikazzjonijiet komprensivi u trasparenti talli jkunu għamlu użu minn proċedura negozjata eċċezzjonali; jitlob li l-informazzjoni tinġabar mill-Unità Finanzjarja Ċentrali fir-rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija lill-awtorità ta' kwittanza;

Gruppi politiċi (partita baġitarja 4 0 0)

107.  Jikkonstata li, fl-2013, l-approprjazzjonijiet iskritti fil-partita baġitarja 4 0 0, attribwita lill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati, intużaw kif ġej:

Grupp

2013

2012

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Infiq

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Infiq

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss (2011)

PPE

21 680

4 399

18 437

85,04 %

7 642

21 128

2 024

18 974

89,81 %

4 178

S&D

15 388

6 849

17 649

114,69 %

4 588

14 908

6 313

14 520

97,40 %

6 702

ALDE

6 719

2 172

7 142

106,30 %

1 749

6 673

2 281

6 855

102,72 %

2 100

Verts/ALE

4 366

1 787

4 778

109,44 %

1 375

4 319

1 460

4 002

92,65 %

1 778

GUE/NGL

2 658

1 076

3 317

124,79 %

416

2 563

1 094

2 602

101,52 %

1 055

ECR

4 046

1 602

4 598

113,64 %

1 050

3 765

1 219

3 407

90,51 %

1 577

EFD

2 614

939

2 422

92,65 %

1 132

2 538

881

2 494

98,29 %

925

Membri mhux affiljati

1 316

367

931

70,74 %

441

1 362

413

963

70,73 %

367

Total

58 786

19 193

59 274

100,83 %

18 394

57 255

15 687

53 817

94,00 %

18 680

* l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

Il-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

108.  Jikkonstata li, fl-2013, l-approprjazzjonijiet iskritti fil-partita baġitarja 4 0 2 intużaw kif ġej(12):

Partit

Taqsira

Riżorsi proprji*

Għotja tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tal-infiq eleġibbli (massimu 85 %)

Bilanċ pożittiv mid-dħul (trasferiment għar-riżervi) jew telf

Partit Popolari Ewropew

PPE

1 439

6 464

9 729

85 %

192

Partit Soċjalista Ewropew

PSE

1 283

4 985

6 841

85 %

118

Alleanza tal-Liberali u l-Partit tad-Demokratiċi għall-Ewropa

ALDE

518

2 232

3 009

85 %

33

Partit tal-Ħodor Ewropew

Verts

461

1 563

2 151

78 %

-36

Alleanza tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej

AECR

307

1 403

1 970

85%

45

Partit tax-Xellug Ewropew

EL

233

948

1 180

68 %

-258

Partit Demokratiku Ewropew

EDP/PDE

91

437

528

85 %

0

Demokratiċi tal-UE

EUD

48

197

245

85 %

12

Alleanza Ewropea Ħielsa

EFA

93

439

592

85 %

12

Moviment Politiku Kristjan Ewropew

ECPM

61

305

366

85 %

8

Alleanza Ewropea għal-Libertà

EAF

68

384

452

85 %

1

Alleanza Ewropea tal-Movimenti Nazzjonali

AEMN

53

350

403

85 %

-38

Moviment għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija

MELD

107

594

833

85 %

0

Total

4 762

20 301

28 299

83 %

89

(*) l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

109.  Jikkonstata li, fl-2013, l-approprjazzjonijiet iskritti fil-partita baġitarja 4 0 3 intużaw kif ġej(13):

Fondazzjoni

Taqsira

Affiljata mal-partit

Riżorsi proprji*

Għotja tal-PE

Dħul totali

Għotja tal-PE bħala % tal-infiq eleġibbli (massimu 85 %)

Ċentru għall-Istudji Ewropej

CES

PPE

772

3 985

4 757

85 %

Fondazzjoni għall-Istudji Progressivi Ewropej

FEPS

PSE

491

2 762

3 253

85 %

Forum Liberali Ewropew

ELF

ALDE

214

1 108

1 322

85%

Fondazzjoni Ħadra Ewropea

GEF

Verts

158

881

1 039

85%

Nittrasformaw l-Ewropa

TE

EL

130

538

668

85 %

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IED

PDE

50

219

269

85 %

Ċentru Maurits Coppieters

CMC

EFA

50

227

277

85 %

Direzzjoni ġdida – Fondazzjoni għar-Riforma Ewropea

ND

AECR

183

645

828

85 %

Fondazzjoni Ewropea għal-Libertà

EFF

EAF

39

210

249

85 %

Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Interstatali Ewropea

OEIC

EUD

20

123

143

85 %

Fondazzjoni Politika Kristjana Ewropea

ECPF

ECPM

31

170

201

85 %

Fondazzjoni għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija

FELD

MELD

60

280

340

85 %

Identitajiet u Tradizzjonijiet Ewropej

ITE

AEMN

31

177

208

85 %

Total

-

2 229

11 325

13 554

85 %

(*) l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR

-

2 229

11 325

13 554

85 %

(1) ĠU L 66, 8.3.2013.
(2) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(3) ĠU C 201, 30.6.2014, p.1.
(4) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(5) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(8) PE 349.540/Bur/ann/fin.
(9) ĠU C 249E, 30.8.2013, p. 18.
(10) ĠU C 257E, 6.9.2013, p. 104.
(11) ALTER-EU: Mind the Gap (http://www.alter-eu.org/sites/default/files/documents/Mind%20the%20Gap%20briefing.pdf)
(12) Sors: PV BUR. 20.10.2014 (PE 538.295/BUR) u PV BUR. 20.10.2014 (PE 538.297/BUR) punt 12
(13) Sors: PV BUR. 20.10.2014 (PE 538.295/BUR) u PV BUR. 20.10.2014 (PE 538.297/BUR) punt 12


Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
PDF 427kWORD 89k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2014/2079(DEC))
P8_TA(2015)0122A8-0116/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0148/2014)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0116/2015),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2014/2079(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tas-26 ta' Frar 2015 dwar inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha OI/1/2014/PMC dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0116/2015),

A.  billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu kompletament responsabbli u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar il-fondi fdati lilhom bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni;

B.  billi fl-assenza ta' tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Parlament u n-nuqqas ta' informazzjoni suffiċjenti, il-Parlament mhuwiex fil-pożizzjoni li jagħmel deċiżjoni infurmata dwar l-għoti ta' kwittanza;

1.  Jikkonstata li l-Qorti tal-Awdituri, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, ikkonkludiet li l-pagamenti b'mod ġenerali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013 għan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi ma kellhomx żbalji materjali;

2.  Jieħu nota li fir-rapport annwali tagħha għall-2013, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati għall-Kunsill Ewropew u l-Kunsill;

3.  Jikkonstata li fl-2013, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill kellhom baġit globali ta' EUR 535 511 300 (EUR 533 920 000 fl-2012), b'implimentazzjoni ta' 86,7 %; jiddispjaċih għat-tnaqqis fir-rata ta' użu fl-2013 meta mqabbla mal-91,8 % fl-2012;

4.  Huwa mħasseb li r-rata ta' nfiq inqas milli bbaġitjat għadha għolja u tirrigwarda kważi l-kategoriji kollha; itenni l-appell tiegħu għall-iżvilupp ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex jitjieb l-ippjanar baġitarju għas-snin li ġejjin;

5.  Jieħu nota li fl-2013 ġew ikkanċellati EUR 71 376 244 f'impenji minħabba nfiq inqas milli bbaġitjat u tnaqqis fl-użu ta' faċilitajiet;

6.  Jinnota b'sorpriża li EUR 5 miljun allokati għall-akkwist tal-bini "Europa" ġew riportati għall-2014 għall-pagament effettiv; iqis dan il-bilanċ, minbarra l-approprjazzjonijiet riportati l-oħra, li jmur kontra l-prinċipji tal-annwalità u tal-ġestjoni finanzjarja tajba tar-Regolament Finanzjarju;

7.  Itenni li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għandu jinfired bil-għan li jingħata kontribut għat-trasparenza tal-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u titjieb ir-responsabbiltà taż-żewġ istituzzjonijiet;

8.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill sabiex jibagħtu lill-Parlament ir-rapport annwali tal-attività tagħhom b'analiżi komprensiva tar-riżorsi umani kollha disponibbli għaż-żewġ istituzzjonijiet, imqassma skont il-kategorija, il-grad, is-sess, iċ-ċittadinanza u t-taħriġ professjonali; jikkonstata li din it-tabella għandha tkun inkluża awtomatikament fir-rapport annwali tal-attività tal-istituzzjonijiet.

9.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif tal-Kumitat tal-Awditjar fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-adozzjoni ta' karta ġdida tal-awditjar intern; jitlob lill-Kunsill iżomm lill-Parlament infurmat dwar il-benefiċċji u r-riżultati ta' dawn it-tibdiliet;

10.  Jiddispjaċih li fl-2013 kien hemm tnaqqis fl-implimentazzjoni tal-kummenti ta' segwitu li saru mill-awditu intern; jaqbel mal-Kunsill dwar "l-importanza tal-implimentazzjoni f'waqtha tal-konklużjonijiet tal-awditu"(7); jistenna li din il-proċedura għandha titwettaq mingħajr dewmien;

11.  Jinsab imħasseb dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditu mis-servizz tat-traduzzjoni;

12.  Josserva bi tħassib id-diverġenzi enormi bejn l-ispejjeż tat-traduzzjoni għall-istituzzjonjiet differenti tal-Unjoni; konsegwentement jitlob li l-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar it-Traduzzjoni jidentifika l-kawżi ta' dawn id-diverġenzi u jipproponi soluzzjonijiet li jtemmu n-nuqqas ta' ekwilibriju u jarmonizzaw l-ispejjeż tat-traduzzjoni li jirrispettaw bis-sħiħ il-kwalità u d-diversità lingwistika; jinnota, fid-dawl ta' dan, li l-Grupp ta' Ħidma għandu jerġa' jniedi kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet sabiex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u eżiti u jidentifikaw dawk l-oqsma fejn il-kooperazzjoni jew il-ftehimiet interistituzzjonali jistgħu jissaħħu; jikkonstata li l-Grupp ta' Ħidma għandu wkoll ikollu l-għan li jistabbilixxi metodoloġija unifikata għall-preżentazzjoni tal-ispejjeż tat-traduzzjoni li l-istituzzjonijiet kollha jistgħu jużaw, sabiex jiġu ssimplifikati l-analiżi u t-tqabbil ta' dawn l-ispejjeż; jikkonstata li l-Grupp ta' Ħidma għandu jippreżenta r-riżultati ta' dan il-ħidma qabel tmiem l-2015; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha jkunu involuti b'mod attiv fil-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali; ifakkar f'dan ir-rigward l-importanza fundamentali tar-rispett għall-multilingwiżmu fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati t-trattament u l-opportunitajiet ugwali għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni;

13.  Iqis li fi żmien ta' kriżi u tnaqqis baġitarju b'mod ġenerali, l-ispejjeż tal-"away days" tal-persunal fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jitnaqqsu u li, fejn possibbli, għandhom isiru fil-binjiet proprji tal-istituzzjonijiet, peress li l-valur miżjud li jirriżulta minn dawn l-"away days" ma jiġġustifikax infiq daqstant għoli;

14.  Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' nisa f'pożizzjonijiet ta' responsabbiltà fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill iħaddem pjan favur opportunitajiet indaqs li jirreferi b'mod speċjali għall-karigi maniġerjali, bl-għan li dan l-iżbilanċ jiġi kkoreġut mill-aktar fis possibbli;

15.  Jiddispjaċih li ġie ttardjat l-abbozzar ta' manwal għall-ġestjoni tal-proġetti ta' bini;

16.  Jinnota li wħud mir-rakkomandazzjonijiet tal-awditu dwar il-proġett tal-bini "Europa" għad fadlilhom biex jitwettqu; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jipprovdi spjegazzjoni dettaljata bil-miktub li tispjega l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet li ttieħdu fix-xiri tal-bini;

17.  Jeżiġi li l-politika dwar il-bini tal-istituzzjoni tinhemeż mar-rapport annwali tal-attività tiegħu, speċjalment peress li hu importanti li l-ispejjeż ta' tali politika jiġu razzjonalizzati kif jixraq u li dawn ma jkunux eċċessivi;

18.  Jieħo nota tat-tkabbir żero (0,3 %) (EUR 1,6 miljun) fil-baġit tal-Kunsill għall-2013; jikkunsidraha bħala xejra pożittiva u jistenna li titkompla fis-snin li ġejjin;

19.  Jistieden lill-Kunsill jikkoopera mal-istituzzjonijiet l-oħra sabiex flimkien joħorġu b'metodoloġija unifikata għall-preżentazzjoni ta' ispejjeż għat-traduzzjoni bil-għan li jissemplifikaw l-analiżi u t-tqabbil tal-ispejjeż;

20.  Huwa mħasseb dwar id-dewmien fl-adozzjoni tar-regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jistieden lill-Kunsill jimplimentahom mingħajr aktar dewmien;

21.  Jistieden lill-Kunsill biex fir-rapporti annwali tal-attività tiegħu jinkludi, b'konformità mar-regoli eżistenti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, ir-riżultati u l-konsegwenzi tal-każijiet magħluqa tal-OLAF, fejn l-istituzzjoni jew xi ħadd mill-individwi li jaħdmu għaliha kienu s-suġġett tal-investigazzjoni;

Raġunijiet għad-differiment tad-deċiżjoni dwar l-għoti ta' kwittanza

22.  Itenni li l-Kunsill għandu jkun trasparenti u responsabbli għalkollox fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilu bħala istituzzjoni tal-Unjoni; jenfasizza li dan jimplika li l-Kunsill għandu jieħu sehem bis-sħiħ u b'rieda tajba fil-proċedura ta' kwittanza annwali, bħal ma jagħmlu l-istituzzjonijiet l-oħra; iqis, f'dan ir-rigward, li s-superviżjoni effikaċi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni tirrikjedi kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill permezz ta' ftehim ta' ħidma; jiddispjaċih għad-diffikultajiet li nqalgħu fil-proċeduri ta' kwittanza sal-preżent; jieħu nota, madankollu, tal-interess li wriet il-Presidenza attwali tal-Unjoni fir-rikonċiljazzjoni tal-pożizzjonijiet, kif ukoll tal-ittra mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill b'risposta għall-mistoqsijiet imressqa mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fejn jesprimi r-rieda tiegħu biex jappoġġja b'mod attiv miżuri tanġibbli biex jintlaħaq "modus vivendi" kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2014(8); jenfasizza l-ħtieġa li titjieb il-kapaċità għal djalogu bejn iż-żewġ istituzzjonijiet sabiex tinstab soluzzjoni kemm jista' jkun malajr li se tippermetti konformità mal-mandat tat-Trattat u rendikont liċ-ċittadini;

23.  Itenni li huwa biss possibbli li jiġi implimentat kontroll baġitarju effikaċi permezz ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill, li l-elementi ewlenin tagħha għandhom jinkludu laqgħat formali bejn ir-rappreżentanti tal-Kunsill u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, it-tweġib ta' mistoqsijiet mill-membri tal-kumitat abbażi ta' kwestjonarju bil-miktub u t-tressiq ta' dokumenti biex iservu ta' materjal ta' kuntest għall-kontrolli baġitarji mitluba;

24.  Itenni li mingħajr il-kooperazzjoni tal-Kunsill kif imsemmi hawn fuq, il-Parlament mhuwiex fil-pożizzjoni li jagħmel deċiżjoni infurmata dwar l-għoti ta' kwittanza;

25.  Jaqbel mal-fehmiet tal-Kummissjoni fl-ittra tagħha tat-23 ta' Jannar 2014 lill-Parlament, fejn huwa awspikabbli li l-Parlament ikompli jagħti, jiddifferixxi jew jirrifjuta li jagħti l-kwittanza lill-istituzzjonijiet l-oħra – inkluż il-Kunsill – kif kien il-każ s'issa;

26.  Japprova bis-sħiħ u jappoġġja l-fehmiet tal-Kummissjoni fl-ittra tagħha, li l-istituzzjonijiet kollha huma parti sħiħa mill-proċess ta' segwitu għall-osservazzjonijiet magħmula mill-Parlament fl-eżerċizzju ta' kwittanza u li l-istituzzjonijiet kollha għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-funzjonament mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza b'rispett sħiħ għad-dispożizzjonijiet rilevanti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti;

27.  Jagħti parir lill-Kunsill li l-Kummissjoni sostniet fl-ittra tagħha li mhijiex se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġits tal-istituzzjonijiet l-oħra u li l-fatt li tagħti risposta għall-mistoqsijiet indirizzati lill-istituzzjoni l-oħra jikser l-awtonomija ta' dik l-istituzzjoni biex timplimenta t-taqsima tagħha stess tal-baġit; ifakkar li l-Parlament jagħti kwittanza lill-istituzzjonijiet l-oħra wara li jikkunsidra d-dokumenti provduti u t-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet; jiddispjaċih li l-Parlament ripetutament jiltaqa' ma' problemi biex jirċievi tweġibiet mill-Kunsill;

28.  Iqis li huwa demokratiku li l-Parlament jeżerċita s-setgħa tiegħu li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea skont l-interpretazzjoni u l-prassi attwali, jiġifieri li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b'mod individwali biex tinżamm it-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika fir-rigward tal-kontribwenti tal-Unjoni; jafferma, għaldaqstant, li l-għoti jew in-nuqqas ta' għoti ta' kwittanza huwa dmir li l-Parlament għandu lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni;

29.  Huwa tal-opinjoni li l-qafas legali tal-Unjoni relatat mal-kwittanza għandu jiġi rivedut sabiex jiċċara l-proċess li bih issir kwittanza;

30.  Jiddispjaċih li mhux l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jirrispettaw l-istess standards marbuta mat-trasparenza u jemmen li l-Kunsill għandhu jagħmel titjib f'dan ir-rigward.

(1) ĠU L 66, 8.3.2013.
(2) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(3) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(4) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) Sommarju tar-Rapport tal-Attività Annwali 2013 mill-Awditur Intern tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, paġna 2.
(8) ĠU L 334, 21.11.2014, p. 95.


Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
PDF 372kWORD 105k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2014/2086(DEC))
P8_TA(2015)0123A8-0109/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0155/2014)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99 u 164 sa 167 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0109/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2014/2086(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tas-26 ta' Frar 2015 dwar inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha OI/1/2014/PMC dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0109/2015),

1.  Jilqa' l-fatt li fit-tielet sena finanzjarja tiegħu, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) kompla jimplimenta l-baġit tiegħu mingħajr ma ġew identifikati żbalji kbar mill-Qorti tal-Awdituri; jinnota l-progress li sar sabiex jissewwew l-iżbalji li ġew identifikati fis-snin preċedenti, u jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet għal aktar titjib li sar mill-Qorti tal-Awdituri fir-rapport annwali tagħha; jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 11/2014 dwar l-istabbiliment tas-SEAE, ippubblikat mill-Qorti tal-Awdituri, u l-bosta suġġerimenti utli għal titjib li dak ir-rapport fih li nisperaw li se jiġu implimentati mill-aktar fis possibbli;

2.  Jirrimarka li fir-rapport annwali tal-2011, l-2012 u tal-2013, il-Qorti tal-Awdituri b'mod ripetut daħħlet osservazzjonijiet dwar is-SEAE fir-rigward ta' pagamenti ta' salarji għall-persunal, dgħufijiet fil-ġestjoni ta' allowances tal-familja mwettqa f'isem is-SEAE mill-PMO, l-akkwist ta' servizzi ta' sigurtà fid-Delegazzjonijiet u kuntratti għal servizzi tal-IT;

3.  Jinsab imħasseb mill-fatt li l-allowances għall-persunal diġà kienu punt ta' tħassib u kienu soġġetti għal żbalji fis-snin preċedenti; jitlob li jsiru kontrolli aktar stretti rigward din il-kwistjoni, b'mod partikolari billi l-persunal jitfakkar regolarment biex jiddikjara l-allowances li jirċievi minn sorsi oħra;

4.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, fl-2013, is-sistema PMO kienet għadha mhux kompletament funzjonali, li wasslet għal ħlas mhux korrett ta' allowances soċjali lill-membri tal-persunal, jitlob lis-SEAE jestendi s-sistema lill-uffiċjali tal-Istati Membri kollha;

5.  Ifakkar li s-Sede tas-SEAE trid tagħti attenzjoni regolari għal kwalunkwe tip ta' proċedura ta' akkwist f'kull stadju tal-proċedura ta' akkwist, b'mod speċjali fid-Delegazzjonijiet; jikkunsidra li għandu jingħata appoġġ kontinwu permezz ta' gwida ċara lill-persunal tad-Delegazzjonijiet involut b'mod li jitnaqqas l-esponiment għar-riskji inerenti, partikolarment għall-proċeduri ta' offerti u l-kuntratti sensittivi; jilqa' l-ħolqien ta' task force dedikat fis-Sede tas-SEAE għall-kuntratti tas-servizzi ta' sigurtà fid-Delegazzjonijiet;

6.  Jikkonstata li, fir-rigward tal-kuntratti qafas mogħtija mis-SEAE, trid tiġi żgurata l-attenzjoni dovuta f'dak li għandu x'jaqsam mat-traċċabilità tal-operazzjonijiet billi, għal kull kuntratt, tiġi rreġistrata d-dokumentazzjoni xierqa irrispettivament min-natura speċifika tiegħu; jitlob lis-Sede tas-SEAE tkompli tiżviluppa l-ħiliet tal-persunal u l-kuxjenza dwar din il-kwistjoni fid-Delegazzjonijiet u, b'mod aktar ġenerali, rigward l-applikazzjoni effikaċi tal-istandards ta' kontroll intern relatati; jikkonstata li l-kwalità tal-informazzjoni hi waħda mid-dgħufijiet l-aktar importanti identifikati mill-kontrolli ex ante mwettqa fl-2013 u jappella biex din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata malajr sabiex ikollu aċċess għal informazzjoni preċiża u komprensiva dwar il-ġestjoni u l-amministrazzjoni;

7.  Jistieden lis-SEAE jsaħħaħ l-istrateġija l-ġdida tiegħu kontra l-frodi li tkopri pajjiżi terzi u jilqa' l-fatt li l-Memorandum amministrattiv ta' Ftehim mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ġie finalment iffirmat fit-23 ta' Jannar 2015;

8.  Jitlob lis-SEAE jirrapporta dwar il-progress li sar fir-rigward tal-istrateġija l-ġdida kontra l-frodi għad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni li kienet ippjanata li tiġi ffinalizzata fl-2013;

9.  Huwa mħasseb dwar id-dewmien fl-adozzjoni tar-regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jistieden lis-SEAE biex jimplimentahom mingħajr aktar dewmien;

10.  Jistieden lis-SEAE biex fir-rapporti annwali tal-attività tiegħu jinkludi, b'konformità mar-regoli eżistenti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, ir-riżultati u l-konsegwenzi tal-każijiet magħluqa tal-OLAF, fejn l-istituzzjoni jew xi ħadd mill-individwi li jaħdmu għaliha kienu s-suġġett tal-investigazzjoni;

11.  Jikkonstata li l-baġit finali għas-sena 2013 għas-Sede tas-SEAE kien ta' EUR 508,8 miljun, li jirrappreżenta żieda ta' 4,09 %, u l-baġit kien maqsum kif ġej: EUR 195,81 miljun għas-Sede tas-SEAE u EUR 312,95 miljun għad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni; jikkonstata li, apparti l-baġit innifsu tas-SEAE, il-Kummissjoni kkontribwixxiet EUR 272,4 miljun;

12.  Jieħu nota tal-fatt li, fis-Sede tas-SEAE, 69 % tal-baġit hu maħsub għall-ħlas tas-salarji u d-drittijiet l-oħra tal-persunal statutorju u ta' dak estern (i.e. EUR 134,59 miljun) u 10 % (jew EUR 19,92 miljun) għall-bini u l-ispejjeż assoċjati; jikkonstata li, fir-rigward tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, EUR 106,6 miljun (34 %) għandhom x'jaqsmu mar-remunerazzjoni tal-persunal statutorju, EUR 62,2 miljun (19,9 %) huma għall-persunal estern u EUR 99,6 miljun (31,8 %) għall-bini u l-ispejjeż assoċjati;

13.  Huwa tal-opinjoni li s-SEAE għadu ma jiżvolġix il-funzjonijiet u r-rwoli kollha ta' servizz diplomatiku tal-Unjoni minħabba l-limitazzjonijiet tar-riżorsi; jikkunsidra li l-Kummissjoni u l-Istati Membri huma l-atturi xierqa biex jagħfsu biex is-SEAE jiġi kkonsolidat;

14.  Jirrimarka li l-prinċipju tan-newtralità baġitarja qed jintlaqa' tajjeb ħafna, imma li dan ma jistax jitqies b'mod iżolat mill-iffrankar li għamlu l-Istati Membri mit-twaqqif tas-SEAE;

15.  Jikkunsidra li s-SEAE għad għandu amministrazzjoni b'wisq nies fil-pożizzjonijiet superjuri, u dan hemm bżonn jitranġa; hu tal-fehma li l-miżuri li diġà ġew implimentati biex din il-kwistjoni titranġa huma pass fid-direzzjoni t-tajba u jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-impenn tagħha biex ittejjeb il-kooperazzjoni bejn is-servizzi; jitlob lill-istituzzjoni tirrapporta dwar it-tnaqqis tal-postijiet AD15 u AD16 fir-rapport annwali tal-attività li jmiss tagħha; jinnota barra minn hekk in-nuqqas ta' qafas ta' kompetenza għal maniġers bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-kandidati magħżula minn qabel; jenfasizza li l-kompetenza fil-qasam tal-affarijiet barranin teħtieġ tibqa' l-kriterju ewlieni li fuqu jiġu bbażati d-deċiżjonijiet dwar l-ingaġġ;

16.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-maniġment superjuri tas-SEAE jiġi razzjonalizzat u li l-proċessi deċiżjonali jiġu semplifikati;

17.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib tal-bilanċ ġeografiku f'termini tal-għadd ta' persunal tas-SEAE li ġej minn Stati Membri li ssieħbu mal-Unjoni mill-2004 'l hawn, li issa jirrappreżentaw 18 % tal-persunal amministrattiv u 17.7 % tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet, kif imqabbla mad-daqs relattiv tal-popolazzjoni ta' dawk il-pajjiżi, li bħalissa huwa ta' 21 %; jenfasizza l-ħtieġa għal bilanċ ġeografiku fir-reklutaġġ u l-ħatra tal-persunal; huwa tal-opinjoni li rappreżentanza ġeografika ekwivalenti fi ħdan is-SEAE hija element importanti li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-prestazzjoni tiegħu u jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem f'din id-direzzjoni;

18.  Jinnota l-isforzi magħmula biex jitjieb il-bilanċ bejn is-sessi u biex jitneħħew l-ostakoli potenzjali għall-progress fil-karriera; iħeġġeġ lis-SEAE jkompli jaħdem sabiex inaqqas l-iżbilanċ bejn is-sessi speċjalment fil-kategorija ta' impjegati f'livell għoli;

19.  Jesprimi t-tħassib tiegħu, madankollu, dwar in-nuqqas ta' nisa f'pożizzjonijiet ta' responsabilità fis-SEAE (204 irġiel u 55 mara fid-Delegazzjonijiet, filwaqt li l-proporzjon f'pożizzjonijiet ta' maniġment għoljin huwa 42 raġel għal 4 nisa – jiġifieri 8,7 % nisa biss); jappella li jiġi implimentat pjan ta' opportunitajiet indaqs li jimmira lejn pożizzjonijiet maniġerjali sabiex jirrimedja dan l-iżbilanċ mill-aktar fis possibbli;

20.  Jikkonstata li l-objettiv statutorju li mill-inqas terz tal-persunal fil-livell ta' amministratur (AD) fi ħdan is-SEAE għandu jiġi minn fost id-diplomatiċi mill-Istati Membri ntlaħaq fl-2013; jikkonstata madankollu l-għadd relattivament għoli ta' esperti nazzjonali sekondati mill-Istati Membri (397 f'Ġunju 2014) u jitlob kjarifika ulterjuri rigward l-istatus/drittijiet tagħhom u l-ispejjeż għall-baġit tas-SEAE;

21.  Itenni t-talba tas-sena l-oħra li s-SEAE ikollu tabella eżawrjenti tar-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tiegħu, imqassma skont il-grad, is-sess u n-nazzjonalità; jikkonstata li din it-tabella għandha tkun inkluża awtomatikament fir-rapport annwali tal-attività tal-istituzzjoni;

22.  Jiddispjaċih, madankollu, li għadu ma nkisibx bilanċ ġeografiku u jitlob lis-SEAE jsaħħaħ il-bilanċ ġeografiku, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħatriet għall-karigi maniġerjali u l-karigi ta' Kapijiet ta' Delegazzjonijiet; itenni l-ħtieġa għal bilanċ ġeografiku infurzat tal-Istati Membri f'kull livell tal-amministrazzjoni u jħeġġeġ lis-SEAE jimplimenta miżuri li jikkontribwixxu għal rappreżentanza aħjar u aktar ibbilanċjata tal-Istati Membri kollha;

23.  Jikkunsidra li r-responsabilitajiet tar-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni mhuma ċari xejn u jonqsuhom monitoraġġ u analiżi tal-prestazzjoni xierqa; jissuġġerixxi li jiġu integrati fis-SEAE b'mod li din il-lakuna timtela;

24.  Ifakkar fl-importanza li l-baġit tar-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni jiġi trasferit mill-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) għall-baġit tas-SEAE bħala appoġġ aħjar għall-integrazzjoni fis-SEAE;

25.  Jinnota l-iżviluppi li saru fil-qasam tar-riżorsi umani, allavolja jaqbel mal-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri li hemm bżonn ta' ħila esperta tematika fid-Delegazzjonijiet; jesprimi t-tħassib tiegħu li d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom nuqqas ta' persunal fis-sezzjonijiet politiċi tagħhom u għall-ippjanar u l-implimentazzjoni operattivi ta' missjonijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK); jikkonstata wkoll li hemm diffikultajiet prattiċi għad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni biex jirċievu u jittrattaw ir-rappurtar tal-intelligence; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta, flimkien mas-SEAE, approċċ koordinat biex jiġi ottimizzat il-profil tal-persunal tad-Delegazzjonijiet;

26.  Jikkonstata li s-SEAE qed ikompli ma jiddedikax biżżejjed riżorsi għall-aspetti esterni tal-politiki interni u li m'għandux il-persunal meħtieġ biex jipprovdi kontribut adegwat dwar l-ipprogrammar tal-istrumenti finanzjarji, u li dan qed ixekkel il-koerenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni;

27.  Jemmen li f'dan iż-żmien ta' kriżi u ta' tnaqqis ġenerali ta' baġits, l-ispejjeż ta' “Away Days” għall-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jitnaqqsu u li dawn għandhom jinżammu, kull fejn ikun possibbli, fil-bini tal-istituzzjonijiet, peress li l-valur miżjud li joħorġu minn “Away Days” ma jiġġustifikax tali spejjeż għoljin;

28.  Jistieden lis-SEAE jikseb prospettiva ġenerali aħjar tal-ispejjeż mill-proċeduri ta' reklutaġġ; jappella lis-SEAE biex juża soluzzjonijiet innovattivi bħall-video konferenzi għall-intervisti għal xogħol u, kemm jista' jkun, joħroġ bi proposti simili għat-taħriġ tal-persunal;

29.  Itenni l-ħtieġa li s-SEAE jintroduċi rekwiżit li l-persunal tiegħu li jkun għadu kif inħatar jagħti dikjarazzjoni fuq l-unur li, fl-imgħoddi, qatt ma jkun ħadem għal servizzi ta' intelligence;

30.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri li jippromwovu koordinament u kooperazzjoni aħjar bejn is-servizzi għar-relazzjonijiet esterni tagħhom u s-SEAE mingħajr ma jinjoraw il-kwistjonijiet tematiċi orizzontali;

31.  Jenfasizza li jista' jsir iffrankar sinifikanti fl-ispejjeż permezz ta' kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri f'termini tal-politika estera u ta' sigurtà tagħhom u billi jidentifikaw b'mod proattiv l-isforzi konġunti li s-SEAE tista' tieħu f'idejha b'mod gradwali sabiex l-Unjoni tkun kemm aktar b'saħħitha kif ukoll attur globali aktar effiċjenti;

32.  Jenfasizza li għandhom jiġu żviluppati aktar il-prattiki ta' xogħol biex tkun żgurata l-kooperazzjoni mad-DĠ għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni (DEVCO) u biex ikunu appoġġjati d-diviżjonijiet tematiċi (bħad-Direttorat għall-Prevenzjoni tal-Kunflitti u l-Politika ta' Sigurtà);

33.  Jenfasizza li d-diviżjonijiet tematiċi għandhom ikunu involuti fl-ipprogrammar matul l-istadji kollha sabiex jiġi evitat li l-prevenzjoni tal-kunflitti, il-bini tal-paċi, l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-bniedem ikunu żidiet tal-aħħar minuta;

34.  Hu tal-fehma li l-politika barranija attwali tal-Unjoni għadha influwenzata ħafna mill-politiki barranin tal-Istati Membri partikolari; jenfasizza li l-politika li jiġu marġinalizzati l-pajjiżi b'ħila esperta speċifika rigward uħud mill-kunflitti għaddejjin, speċifikament il-kunflitt bejn l-Ukraina u r-Russja, qiegħda tiddomina r-riżultati tal-politika barranija tal-Unjoni; jistieden lis-SEAE jimmonitorja dan b'mod konsistenti u jqis l-effett possibbli li l-politika barranija ta' Stati Membri partikolari għandha fuq il-politika barranija tal-Unjoni;

35.  Jenfasizza kemm huwa importanti li tiġi rikonoxxuta u appoġġjata l-ħidma iebsa tal-persunal ċivili u militari li jaħdem b'mod separat fiż-żoni l-aktar instabbli u perikolużi tad-dinja fejn l-Unjoni għandha tkun ukoll rappreżentata u twettaq il-ħidma tagħha; iqis li huwa essenzjali, għaldaqstant, li l-persunal li jgħix u jaħdem taħt pressjoni kbira, f'termini kemm ta' sikurezza u mobbiltà, unità/separazzjoni tal-familja kif ukoll ta' fatturi kulturali u soċjali, igawdu l-ogħla livelli ta' protezzjoni u sigurtà u grad suffiċjenti ta' flessibbiltà; jiffavorixxi żieda fil-baġit intiż għall-ispejjeż tas-sigurtà tad-delegazzjonijiet konċernati; iqis li jkun utli ħafna li jkun hemm statistika komparattiva għall-persunal tas-SEAE u l-persunal tal-azzjoni esterna tal-Istat Membru li jaħdmu f'dawk is-sitwazzjonijiet;

36.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-iskema baġitarja għall-appoġġ tad-Delegazzjonijiet tiġi semplifikata; jenfasizza s-sitwazzjoni diffiċli li qed jaffaċċjaw id-Delegazzjoni bl-inqas membri tal-persunal bħala riżultat tar-regoli kumplessi u riġidi dwar id-delegar tal-awtorizzazzjonijiet għal pagamenti bejn is-SEAE u l-persunal tal-Kummissjoni; jappella lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex jikkunsidraw kif il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-fondi tista' ssir aktar faċli waqt li jiżguraw li jkun hemm konformità mar-regoli dwar il-kontroll finanzjarju;

37.  Jenfasizza li r-regolamenti finanzjarji kif applikati attwalment mid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għadhom qed ikunu ta' piż amministrattiv kbir għall-Kap tad-Delegazzjoni, li jfixkel ir-responsabilità primarja tal-ħidma politika mill-Kap tad-Delegazzjoni; iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kummissjoni jsibu soluzzjoni għal din il-kwistjoni, li tista' tinvolvi bidla fir-regolamenti finanzjarji, sakemm dan ma jkunx jinvolvi wkoll tnaqqis fil-kwalità u r-rigorożità tal-ġestjoni finanzjarja tad-Delegazzjonijiet; jinnota wkoll l-użu kontinwu ta' linji baġitarji kemm mill-baġit tas-SEAE kif ukoll minn dak tal-Kummissjoni għan-nefqa amministrattiva, li tikkomplika ċ-ċirkwiti finanzjarji bla bżonn;

38.  Jirrimarka li l-persunal tal-Unjoni fid-Delegazzjonijiet u l-persunal tal-Unjoni fuq missjonijiet tal-PESK fl-istess lokalitajiet huma ttrattati b'mod differenti fir-rigward ta' ġranet ta' liv, titjiriet, allowances u benefiċċji oħra; jappella għal paragun dettaljat ta' pagamenti u benefiċċji għal persunal tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u tal-persunal tal-Unjoni dwar missjonijiet tal-PESK f'Mogadixu (is-Somalja) u Bangui (Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana) mill-1 ta' Jannar 2014, pereżempju, u jinsisti li jingħataw raġunijiet fejn it-trattament huwa differenti;

39.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata flessibilità akbar fil-finanzjament tal-missjonijiet tal-PSDK biex tiġi garantita s-sigurtà interna u esterna tal-Unjoni minħabba l-periklu kkawżat mill-kunflitti fil-pajjiżi konfinanti magħha, kif ukoll ir-riskju ogħla tal-possibilità ta' attivitajiet terroristiċi;

40.  Jenfasizza l-importanza vitali tat-twaqqif ta' Ċentru għal Servizzi Kondiviżi li jista' jwassal għal iffrankar importanti ta' spejjeż billi jipprovdi assistenza ċentralizzata għal-loġistika, assistenza ta' akkwist u dik amministrattiva għall-missjonijiet tal-PSDK u għar-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni u l-uffiċċji tagħhom; jiddeplora d-dewmien twil għat-twaqqif taċ-Ċentru u jħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha involuti biex jaħdmu biex jilħqu ftehim b'mod urġenti dwar Ċentru għal Servizzi Kondiviżi ambizzjuż, li kapaċi jappoġġja missjonijiet b'mod effiċjenti, speċjalment fil-bidu tagħhom, fl-istandardizzazzjoni tal-proċessi ta' ħidma u fl-għoti ta' akkwist aktar mgħaġġel u kosteffikaċi;

41.  Iħeġġeġ lis-SEAE timmassimizza l-benefiċċji tal-ekonomiji ta' skala billi toħloq sinerġiji ġodda fi ħdan is-Sede u d-Delegazzjonijiet tas-SEAE, kif ukoll f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u s-servizzi diplomatiċi nazzjonali fl-ispirtu ta' politika u servizzi esterni ġenwini tal-Unjoni; jikkonstata b'sodisfazzjon li l-kolokazzjoni tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u r-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Istati Membri qiegħda tiżdied, anke jekk tkompli tkun limitata; jitlob lis-SEAE ikompli jfittex modi biex ikompli jżid il-kolokazzjoni;

42.  Jesiġi li l-politika dwar il-bini tas-SEAE tinhemeż mar-rapport annwali tal-attività tiegħu, speċjalment peress li huwa importanti li l-ispejjeż ta' tali politika jiġu razzjonalizzati kif jixraq u li ma jkunux eċċessivi;

43.  Iħeġġeġ lis-SEAE jipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza bil-lista tal-kuntratti ta' bini li ġew konklużi fl-2013, inklużi d-dettalji tal-kuntratti, il-pajjiż fejn il-kuntratt ikun ġie stabbilit u t-tul tal-kuntratt, kif sar fir-rapport annwali 2011 tal-attività tas-SEAE, u jitlob lis-SEAE jipprovdi l-istess dettalji tal-kuntratti ta' bini fir-rapport annwali 2014 tal-attività tiegħu;

44.  Jirrikonoxxi li għad fadal xogħol xi jsir fir-rigward tas-servizzi konsulari; jenfasizza l-potenzjal ta' ffrankar tal-ispejjeż li jipprovdi servizzi konsulari permezz tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni; jistieden lis-SEAE jħejji analiżi dettaljata dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu u lill-Istati Membri jaqblu dwar din il-kwistjoni sabiex jiżviluppaw regoli u leġiżlazzjoni armonizzati;

45.  Jappella lill-Qorti tal-Awdituri biex, fir-rapport annwali li jmiss tagħha, tinkludi rieżami tas-segwitu mogħti mis-SEAE għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament f'din ir-riżoluzzjoni.

(1) ĠU L 66, 8.3.2013.
(2) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(3) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(4) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Ġustizzja
PDF 359kWORD 93k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja (2014/2080(DEC))
P8_TA(2015)0124A8-0111/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8-0149/2014)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0111/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja (2014/2080(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tas-26 ta' Frar 2015 li tagħlaq l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha OI/1/2014/PMC dwar l-iżvelar ta' għemil ħażin moħbi (whistleblowing),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0111/2015),

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha tal-2013, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-qasam tal-akkwist għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (''il-Qorti tal-Ġustizzja'');

2.  Jilqa' l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti b'mod ġenerali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013 għan-nefqa amministrattiva u ta' tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.  Jinnota li fl-2013, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 354 880 000 (EUR 348 300 000 fl-2012), u li r-rata ta' implimentazzjoni kienet ta' 96,3 %; jiddispjaċih dwar it-tnaqqis fir-rata ta' użu fl-2013 meta mqabbel mas-98,6 % fl-2012;

4.  Jieħu nota li r-rata baxxa ta' implimentazzjoni tista' tiġi attribwita għall-fatt li l-approprjazzjonijiet inizjali għall-2013 kienu inkludew aġġustament propost għas-salarji u l-pensjonijiet, li jammonta għal EUR 6 000 000 filwaqt li ma kien konċess ebda aġġustament mill-Kunsill; jindika li r-raġunijiet li wasslu għas-sentenza mhux mistennija dwar l-aġġustament tas-salarju m'għadhomx japplikaw wara l-ftehim li ntlaħaq dwar ir-Regolament il-ġdid tal-Persunal fl-2014;

5.  Jenfasizza madankollu li l-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa purament amministrattiv, b'ammont kbir li qed jintuża fuq l-ispiża relatata ma' persuni li jaħdmu fi ħdan l-istituzzjoni; jieħu nota tal-ġustifikazzjoni għat-tnaqqis fir-rata ta' użu ddikjarata fir-rapport ta' attività annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013;

6.  Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja kkompletat 701 kawża fl-2013 (595 kawża kkompletata fl-2012), tressqu quddiemha 699 kawża ġdida (632 fl-2012), inklużi 450 appell u referenza għal deċiżjoni preliminari; jappoġġja r-riżultati statistiċi pożittivi u jqis li minkejja l-eżitu tajjeb, xorta għad hemm lok għal titjib;

7.  Jieħu nota tal-fatt li fl-2013, il-Qorti Ġenerali rċeviet 790 kawża ġdida, ġew indirizzati 702 kawżi u kellha 1325 kawża pendenti, u li dan jikkostitwixxi żieda ġenerali fl-għadd ta' proċedimenti meta mqabbel mal-2012; jinnota wkoll li t-tul tal-proċedimenti naqas bi ftit; jindika li l-ħolqien tad-disa' awla ma kkontribwixxiex fl-2013 għal żieda fl-effiċjenza tal-Qorti Ġenerali iżda minkejja dan, itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-Qorti Ġenerali teħtieġ tisħiħ fil-qasam tar-riżorsi umani;

8.  Jinnota li fl-2013 it-Tribunal tas-Servizz Ċivili ikkompleta 184 kawża, meta mqabbla mal-121 fl-2012 (ie. żiedata' 52 %), b'hekk naqqas l-għadd pendenti b'24 (i.e. tnaqqis ta' kawżi b'lura ta' 11 %); jemmen li l-eliminazzjoni tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili mhijiex soluzzjoni adegwata sabiex jiġi indirizzat l-imblukkar fit-tul min-naħa tal-Kunsill;

9.  Iqis li xorta għad hemm lok għal titjib fi ħdan ir-riżorsi eżistenti għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja; jenfasizza li r-riformi interni implimentati fl-2013, jiġifieri l-ħolqien ta' awla ġdida fil-Qorti Ġenerali u l-Avukat Ġenerali l-ġdid, kif ukoll ir-riforma tar-Regoli ta' Proċedura li jmexxu l-operat tal-Qorti tal-Ġustizzja, partikolarment fl-oqsma tal-lingwi u l-użu tat-teknoloġija, u regoli supplementarji oħra kkontribwixxew għal tibdil pożittiv fis-sistema li ppermetta li jsir progress fl-użu aħjar tar-riżorsi; jinkoraġġixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tkompli b'dan l-approċċ;

10.  Jirrakkomanda li l-istituzzjoni tkun organizzata mill-ġdid b'tali mod li jkun hemm separazzjoni aktar ċara bejn il-funzjonijiet legali u amministrattivi, b'hekk tkun organizzata b'mod aktar konformi mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem sabiex l-Imħallfin ma jkollhomx aktar ir-riskju li jridu jagħtu sentenza fuq appell kontra atti li fihom l-awtoritajiet tagħhom ikunu involuti direttament;

11.  Ifakkar li fir-risposta tagħha dwar ir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2012 il-Qorti tal-Ġustizzja tindika li l-fatt li jsiru aktar seduti ta' smigħ u li jingħataw aktar sentenzi ma jżidx il-produttività b'mod sinifikanti; jirrimarka li min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja talbet żieda fl-għadd tal-Imħallfin; iħeġġeġ lill-Qorti tal-Ġustizzja titlob reviżjoni esterna tal-pari sabiex ikollha strumenti esterni li jidentifikaw soluzzjonijiet possibbli għall-problemi mqajma mill-Qorti tal-Ġustizzja;

12.  Jenfasizza l-importanza partikolari tar-rispett għall-multilingwiżmu fil-Qorti tal-Ġustizzja għaliex dan irid jiggarantixxi mhux biss aċċess ugwali għall-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja imma wkoll opportunitajiet indaqs għall-partijiet involuti f'litigazzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

13.  Jiddispjaċih dwar l-informazzjoni insuffiċjenti li waslet matul il-proċedura ta' kwittanza dwar il-listi ta' attivitajiet esterni li jsiru mill-Imħallfin; jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tippubblika fuq il-paġna ewlenija reġistru li jinkludi informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet esterni ta' kull Imħallef li jkollhom impatt fuq il-baġit tal-Unjoni;

14.  Jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ taż-żewġ tradutturi rtirati li ingħataw kuntratti ta' traduzzjoni, biex tfassal rapport li jagħmilha possibbli li jkun verifikat li s-sitwazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti tal-Persunali tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kemm fir rigward tal-konflitti ta' interessi kif ukoll tal-ħlas;

15.  Jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tqis konsolidament tar-Reġistri tal-Qorti tal-Ġustizzja f'Reġistru uniku sabiex tiżgura koordinament aħjar tal-azzjonijiet proċedurali bejn il-Qrati;

16.  Jieħu nota tat-titjib li sar fl-applikazzjoni e-Curia; jirrikonoxxi li l-applikazzjoni għadha ma laħqitx il-potenzjal sħiħ tagħha; jirrakkomanda li l-Qorti tal-Ġustizzja tistabbilixxi pjan sabiex tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jużawha;

17.  Jirrikonoxxi t-tnedija fl-2013 tal-proġett b'rabta mar-rapporti tal-ġurisprudenza diġitali biex jieħdu post ir-rapporti tal-ġurisprudenza stampati; huwa tal-fehma li dan il-proġett seta' jiġi implimentat qabel;

18.  Iqis li l-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li titqies id-data pprovduta fir-rapport ta' attività annwali, tista' tnaqqas ulterjorment l-għadd ta' kopji stampati mingħajr ma tikkomprometti r-responsabbiltajiet tagħha;

19.  Billi l-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-ewwel xandir bil-web streaming fl-2013, iħeġġeġ lill-Qorti tal-Ġustizzja tuża ulterjorment it-teknoloġija u twessa' l-applikazzjoni tagħha għal kwistjonijiet relatati max-xogħol;

20.  Jirrikonoxxi li l-kwalità tal-interpretazzjoni fil-Qorti tal-Ġustizzja hija fundamentali u li mhux possibbli li jiġi kkontrollat l-għadd ta' seduti; jemmen madankollu li huwa possibbli li jkun hemm ippjanar aktar effiċjenti tal-kalendarju tas-seduti; jissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex fir-relazzjonijiet interistituzzjonali tagħha tfittex l-aħjar prattiki adottati minn istituzzjonijiet oħrajn b'rabta ma' din il-kwistjoni;

21.  Jinnota l-politika tal-Qorti tal-Ġustizzja li tippreferi tuża r-riżorsi interni, b'mod partikolari fi ħdan is-servizzi tat-traduzzjoni; jifhem id-diffikultajiet sabiex jinstabu ċerti taħlitet ta' lingwi flimkien ma' esperjenza fil-qasam ġuridiku; jinsab imħasseb madankollu dwar il-livell għoli ta' approprjazzjonijiet li ma ntużawx, ta' EUR 2 200 000, allokati għat-traduzzjoni esterna; iqis, għalhekk, li l-esternalizzazzjoni, jekk meħtieġa, għandha twassal għal iffrankar ulterjuri;

22.  Jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra timplimenta sistema ta' traduzzjoni ''skont il-bżonn'' għal każijiet speċifiċi, u tagħmel aktar użu mill-għodod ta' traduzzjoni teknoloġiċi;

23.  Jitlob lill-Qorti tivverfika fuq il-bażi ta' każ każ il-ħtieġa ta' traduzzjoni jekk ikun hemm relevanza limitata għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

24.  Josserva bi tħassib id-disparitajiet enormi fl-ispejjeż tat-traduzzjoni għall-istituzzjonijiet differenti tal-Unjoni; jitlob, konsegwentement, li l-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar it-Traduzzjoni jidentifika l-kawżi għal dawn id-disparitajiet u jressaq soluzzjonijiet li jtemmu dan l-iżbilanċ u jipproduċu spejjeż tat-traduzzjoni armonizzati b'rispett sħiħ għall-kwalità u d-diversità lingwistika; jirrimarka, b'dan il-ħsieb, li l-Grupp ta' Ħidma għandu jerġa' jniedi l-kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet sabiex jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki u eżiti, u jidentifikaw dawk l-oqsma li fihom jistgħu jissaħħu l-kooperazzjoni jew il-ftehimiet interistituzzjonali; jinnota li l-Grupp ta’ Ħidma għandu wkoll ikollu l-għan li jistabbilixxi metodoloġija unifikata għall-preżentazzjoni tal-ispejjeż tat-traduzzjoni li jkunu jistgħu jużawha l-istituzzjonijiet kollha, sabiex jiġu ssimplifikati l-analiżi u l-paragun tal-ispejjeż; jinnota li l-Grupp ta’ Ħidma għandu jippreżenta r-riżultati ta’ dan il-ħidma qabel tmiem l-2015; jitlob li l-istituzzjonijiet kollha jkollhom sehem attiv fix-xogħol tal-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-importanza fundamentali tar-rispett għall-multilingwiżmu fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex niżguraw li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jingħataw trattament u opportunitajiet ugwali;

25.  Iqis li fi żmien ta' kriżi u tnaqqis baġitarju b'mod ġenerali, l-ispejjeż tal-'away days' għall-persunal fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandu jitnaqqas u li dawn l-avvenimenti, fejn ikun possibbli, għandhom isiru fil-binjiet tal-istituzzjonijiet stess, peress li l-valur miżjud li jirriżulta mill-'away days' ma jiġġustifikax spejjeż daqstant għolja;

26.  Jistenna li l-Qorti tal-Ġustizzja se tkompli tfittex sinerġiji interni ġodda, b'mod partikolari fil-qasam tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni;

27.  Itenni t-talba tiegħu li fir-rapport ta' attività annwali tas-sena korrispondenti tkun annessa l-aġenda tal-laqgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja;

28.  Jirrakkomanda l-istabbiliment ta' ċerti kriterji oġġettivi biex jiġi spjegat id-dewmien eċċessiv fil-perjodu tal-għoti tas-sentenzi;

29.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni wara l-2004 mhumiex rappreżentati fil-maniġment għoli tal-istituzzjoni; itenni l-ħtieġa għal bilanċ ġeografiku akbar fil-livelli kollha fi ħdan l-amministrazzjoni;

30.  Jinsab imħasseb bin-nuqqas ta' nisa fil-pożizzjonijiet ta' responsabbiltà fil-Qorti tal-Ġustizzja (70 % - 30 %); jitlob li jitħaddem pjan favur opportunitajiet indaqs, b’mod partikolari fir-rigward ta’ karigi maniġerjali, bl-għan li dan l-iżbilanċ jiġi kkoreġut mill-aktar fis possibbli;

31.  Jieħu nota tal-fatt li r-regoli applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja li jirregolaw l-użu privat tal-karozzi uffiċjali huma simili għal dawk applikati f'istituzzjonijiet oħra; huwa tal-fehma li dawk ir-regoli għandhom jiġu aġġornati sabiex jonqsu l-ispejjeż, partikolarment fil-każ tal-użu privat;

32.  Jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra tnaqqas l-għadd ta' karozzi uffiċjali għad-dispożizzjoni tal-Membri u l-persunal, u tgħaddi rapport lill-Parlament bl-iffrankar li jkun sar; huwa tal-fehma li dan se jitlob reviżjoni tal-assenjament tal-karigi tax-xufiera; jirrimarka li l-ispejjeż tas-servizzi privati estiżi provdut mis-sewwieqa qed jitħallas mit-taxxi taċ-ċittadini tal-Unjoni;

33.  Jemmen li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ttejjeb l-impenn ambjentali tagħha billi tiżviluppa ulterjorment il-miżuri eżistenti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, u tinkludi kriterji ambjentali fil-qasam tal-akkwist;

34.  Jieħu nota tal-impenn tal-Qorti tal-Ġustizzja li tkompli ttejjeb is-sistema tagħha għal monitoraġġ u kontroll f'waqthom tal-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' akkwist; jappoġġja l-Qorti tal-Ġustizzja fl-isforzi kontinwi tagħha biex tissorvelja l-ġestjoni ta' allowances u biex ittejjeb il-livelli ta' prestazzjoni tagħha;

35.  Iqis li l-ammont ta' kuntratti konklużi skont il-proċedura nnegozjata huwa pjuttost għoli; jitlob li jiġi infurmat tajjeb dwar ir-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet;

36.  Jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja biex fir-rapporti annwali tal-attività tagħha tinkludi, b'konformità mar-regoli eżistenti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, ir-riżultati u l-konsegwenzi tal-każijiet magħluqa tal-OLAF, fejn l-istituzzjoni jew xi ħadd mill-individwi li jaħdmu għaliha kienu s-suġġett tal-investigazzjoni;

37.  Jieħu nota tal-politika tal-Qorti tal-Ġustizzja b'rabta mal-bini, annessa mar-rapport ta' attività annwali ;

38.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Ġustizzja ħejjiet rapport ta' attività annwali rigoruż u fid-dettall u li fih inkludiet informazzjoni komprensiva dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani tagħha, kif mitlub mill-Parlament;

39.  Jinsab imħasseb dwar id-dewmien fl-adozzjoni tar-regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja timplimenta dawn mingħajr aktar dewmien.

(1) ĠU L 66, 8.3.2013.
(2) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(3) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(4) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Qorti tal-Awdituri
PDF 362kWORD 96k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (2014/2081(DEC))
P8_TA(2015)0125A8-0113/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0155/2014)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u t al-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (2014/2081(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2015),

1.  Jinnota li l-eżerċizzju tal-awditjar tal-kontijiet annwali tal-Qorti tal-Awdituri jsir minn awditur estern indipendenti – PricewaterhouseCoopers SARL – bil-għan li jiġu applikati l-istess prinċipji ta' trasparenza u ta' obbligu ta' rendikont li tapplika hi stess fil-konfront ta' dawk suġġetti għall-awditjar tagħha; jieħu nota tal-opinjoni tal-awditur li r-"rapporti finanzjarji jagħtu stampa veritiera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti";

2.  Jenfasizza li fl-2013, il-Qorti tal-Awdituri kellha approprjazzjonijiet finali li jammontaw għal total ta' EUR 142 761 000 (EUR 142 477 000 fl-2012) u li r-rata ta' implimentazzjoni globali għall-baġit kienet 92 %; jiddispjaċih mit-tnaqqis fir-rata ta' użu fl-2013 meta mqabbla mas-96 % fl-2012;

3.  Jenfasizza, madankollu, li l-baġit tal-Qorti tal-Awdituri huwa purament amministrattiv, u li ammont kbir qed jintuża fuq in-nefqa relatata ma' persuni li jaħdmu fi ħdan l-istituzzjoni; jieħu nota tal-ġustifikazzjoni għat-tnaqqis fir-rata tal-utilizzazzjoni ddikjarata fir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għall-2013;

4.  Jieħu nota tal-istrateġija l-ġdida tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013-2017 biex jiġi massimizzat ir-rwol tagħha bħala l-awditur estern tal-Unjoni; japprova l-pjan stabbilit għall-2013 u l-intenzjoni tagħha biex ittejjeb il-kwantità u l-kwalità tar-rapporti tal-awditu tal-prestazzjoni billi żżid l-effiċjenza u r-riżorsi allokati għalihom; jieħu nota, barra minn hekk, taż-żieda ta’ 60 % fin-numru ta’ rapporti bħal dawn mill-2008 u jinsisti li l-kwantità m’għandhiex tkun ta' detriment għall-kwalità;

5.  Ifakkar lill-Qorti tal-Awdituri li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu fil-punt 54 tal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati mill-2012 li l-aspetti kollha ta’ awditjar estern esternalizzat “jibqgħu taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-QEA, li tamministra l-proċeduri kollha meħtieġa amministattivi u ta’ akkwist u tiffinanzjahom, kif ukoll kwalunkwe spiża oħra assoċjata mal-awditjar estern esternalizzat, mill-baġit proprju tagħha”; jistenna li l-Qorti tal-Awdituri ssegwi dan l-approċċ komuni u tikkuntratta u tħallas għall-awdituri esterni tal-aġenziji;

6.  Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex twettaq verifika dwar l-effetti ta’ konsolidament tar-reġistri tal-Qorti tal-Ġustizzja f’reġistru wieħed sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni aħjar ta’ azzjonijiet proċedurali bejn il-Qrati;

7.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-programm ta' riforma interna tal-Qorti tal-Awdituri inkluż fl-istrateġija tagħha għall-2013-2017 li huwa bbażat fuq ir-rapport bejn il-pari tal-2014, ir-rapport tal-Parlament dwar il-futur tal-Qorti tal-Awdituri u fuq l-analiżi interna proprja tal-Qorti tal-Awdituri; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex tirrapporta b’mod regolari lill-Parlament dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-riforma;

8.  Jemmen li huwa meħtiep ċertu ammont ta’ flessibilità fil-programm ta’ ħidma tal-Qorti tal-Awdituri biex jassigura li tadatta malajr għal avvenimenti maġġuri mhux mistennija li jistgħu jeħtieġu awditjar jew attenzjoni speċifiċi u li tkun kapaċi tinjora punti fuq il-programm li m’għadhomx relevanti; iqis li huwa importanti wkoll li l-Qorti tal-Awdituri għandha tilħaq ċertu livell ta’ diversifikazzjoni u bilanċ, pjuttost milli tikkonċentra wisq u ta’ spiss fuq ċerti oqsma ta’ attività; jiġbed l-attenzjoni tal-Qorti tal-Awdituri għall-prijoritajiet ta' politika tal-leġiżlaturi u l-kwistjonijiet ta' interess ewlieni għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif ikkomunikat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament;

9.  Jappoġġa lill-Qorti tal-Awdituri fl-isforzi tagħha biex tiddedika aktar riżorsi għall-awditi tal-prestazzjoni; ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri għandha tiżgura li l-awdituri assenjati biex iwettqu awditi speċifiċi għandu jkollhom l-għarfien tekniku u l-ħiliet metodoloġiċi meħtieġa;

10.  Ifakkar lill-Qorti tal-Awdituri fil-ħtieġa li ttejjeb il-kalendarji ppjanati tagħha, b'mod partikolari fil-każ tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, bla ma tikkomprometti l-kwalità ta' dawn ir-rapporti; jiddispjaċih li l-puntwalità tal-konklużjonijiet tal-awditu għadha 'l bogħod mill-objettiv fit-tul; jirrakkomanda li l-Qorti tal-Awdituri tistabbilixxi l-objettiv li tnaqqas it-tul ta' kull fażi tal-pjan tal-awditjar tal-prestazzjoni;

11.  Jinnota li l-metodoloġija tal-Qorti tal-Awdituri għandha tkun konsistenti u applikati għall-oqsma kollha ta’ ġestjoni; jifhem li l-allinjament ulterjuri jista’ jwassal għal inkonsistenzi fid-definizzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri ta’ tranżazzjoni illegali f’ġestjoni diretta u konġunta;

12.  Jinnota li ż-żmien medju għar-realizzazzjoni ta' Rapport Speċjali għadu ta' 20 xahar, kif kien fl-2012; jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri ma laħqitx l-objettiv strateġiku ta' 18-il xahar bħala żmien medju għar-realizzazzjoni tar-Rapporti Speċjali; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex tehmeż ma' kull Rapport Speċjali id-dettalji dwar l-isfond tiegħu u dettalji dwar id-diversi stadji tat-tfassil;

13.  Iqis li r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporti Speċjali għandhom ikunu aktar ċari u għandhom jiżvelaw b'mod konsistenti l-imġiba pożittiva u negattiva tal-pajjiżi kkonċernati;

14.  Jinnota li l-aħħar bidiliet fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, immirati biex jiżdied l-involviment tal-kumitati parlamentari f’oqsma differenti fir-rigward tar-Rapporti Speċjali, ma laħqux l-aspettattivi; jagħmel ħiltu biex jeżamina modi biex jitjiebu l-proċeduri parlamentari li japplikaw għar-Rapporti Speċjali mill-Qorti tal-Awdituri;

15.  Jappoġġa t-tisħiħ kontinwu tal-karigi fil-qasam tal-awditjar fl-2013; jieħu nota tas-suċċess fir-reklutaġġ ta' persunal ġdid f'karigi fil-qasam tal-awditjar u t-tnaqqis ta' postijiet battala fi tmiem l-2013, meta mqabbla mal-2012;

16.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri tiddikjara li ma tiħux inkunsiderazzjoni l-kriterji ġeografiċi fil-ħatra ta’ persunal għal karigi maniġerjali; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri, f’dan ir-rigward, biex tagħmel dak li huwa meħtieġ sabiex jinstab rimedju għas-sitwazzjoni attwali ta’ żbilanċ kbir fil-Qorti tal-Awdituri fil-ġejjieni, b’mod speċjali fir-rigward tal-karigi maniġerjali;

17.  Jiddispjaċih li l-pjan tal-opportunitajiet indaqs imniedi mill-Qorti tal-Awdituri fl-2012 biex tiggarantixxi l-bilanċ bejn is-sessi ma tax ir-riżultati mistennija, speċjalment fejn huma kkonċernati l-karigi maniġerjali; jinnota li fost is-70 kariga maniġerjali u ta’ kap ta’ unità, 21 biss huma okkupati minn nisa, u li, barra minn hekk, il-maġġoranza ta’ dawn il-karigi huma fid-direttorati tat-traduzzjoni u l-amministrazzjoni; jenfasizza u jilqa’ ż-żieda fin-numru ta’ awdituri femminili, li bla dubju li se jkollhom effett fuq in-numru ta’ nisa f’karigi ta’ maniġment fl-awditjar; jieħu nota tal-impenn tal-Qorti tal-Awdituri li taġixxu malajr biex tirrevedi l-pjan favur l-ugwaljanza bil-ħsieb li jiġu identifikati soluzzjonijiet effettivi li jagħmluha possibbli li jintlaħqu l-miri stabbiliti f’dan il-qasam mill-aktar fis possibbli;

18.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex tinkludi, fir-rapport annwali tal-attività, ħarsa ġenerali tal-persunal li għandu kariga maniġerjali mqassma skont iċ-ċittadinanza, is-sess u l-kariga;

19.  Jinnota b'sodisfazzjon it-tlestija tal-bini K3 fiż-żmien stabbilit u skont il-baġit;

20.  Jeżiġi li l-politika dwar il-bini tal-Qorti tal-Awdituri tinhemeż mar-rapport annwali tal-attività tagħha, speċjalment peress li hu importanti li l-ispejjeż ta' tali politika jiġu razzjonalizzati kif jixraq u li dawn ma jkunux eċċessivi;

21.  Jieħu nota tal-varjazzjoni sostanzjali fil-prezzijiet għall-ispejjeż ta’ traduzzjoni għal kull lingwa (b’varjazzjonijiet sa aktar minn EUR 100 għal kull paġna, skont il-lingwa) fil-Qorti tal-Awdituri; hu tal-opinjoni li diskrepanza tal-ispejjeż daqstant għolja, anke jekk ikunu inklużi l-ispejjeż indiretti, għandha tiġi analizzata u korreġuta;

22.  Jinnota bi tħassib id-differenzi enormi bejn l-ispejjeż tat-traduzzjoni fost id-diversi istituzzjonjiet tal-Unjoni; jitlob, għalhekk, lill-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar it-Traduzzjoni biex jidentifika l-kawżi ta' dawk id-disparitajiet u jippreżenta soluzzjonijiet li jtemmu n-nuqqas ta' ekwilibriju u jarmonizzaw l-ispejjeż tat-traduzzjoni, filwaqt li jiżguraw rispett sħiħ tal-kwalità u d-diversità lingwistika; jirrimarka, b'dan il-ħsieb, li l-grupp ta' ħidma għandu jerġa' jniedi l-kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet sabiex jikkondividu l-aħjar prattiki u eżiti, u jiddeterminaw f'liema oqsma jistgħu jissaħħu l-kooperazzjoni jew il-ftehimiet interistituzzjonali; jinnota li l-grupp ta’ ħidma għandu jkollu wkoll l-għan li jistabbilixxi metodoloġija unifikata għall-preżentazzjoni tal-ispejjeż tat-traduzzjoni li l-istituzzjonijiet kollha jistgħu jużaw sabiex tkun eħfef biex l-ispejjeż jiġu analizzati u mqabbla; jinnota li l-grupp ta' ħidma għandu jippreżenta dawk is-sejbiet qabel tmiem l-2015; jitlob li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni biex jieħdu rwol attiv fix-xogħol tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-importanza fundamentali tar-rispett għall-multilingwiżmu fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw trattament u opportunitajiet ugwali;

23.  Iqis li fi żmien ta' kriżi u tnaqqis baġitarju b'mod ġenerali, il-kost tal-‘away days’ għall-persunal fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandu jitnaqqas u li dawn l-avvenimenti, fejn ikun possibbli, għandhom isiru fil-binjiet tal-istituzzjonijiet stess, peress li l-valur miżjud li jirriżulta mill-‘away days’ ma jiġġustifikax spejjeż daqstant għoljin;

24.  Jirrikonoxxi li l-Qorti tal-Awdituri għamlet titjib għal dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni u l-kjarifika tal-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tal-Awla fir-rigward tal-koordinazzjoni, l-evalwazzjoni, l-assigurazzjoni u l-iżvilupp; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex tkompli għaddejja b’dawn l-isforzi u jitlob li jkun infurmat dwar il-miżuri meħuda sabiex titjieb il-prestazzjoni tal-Awla;

25.  Jieħu nota li fl-2013, il-Qorti tal-Awdituri b'kollox irrappurtat 14-il każ ta' suspett ta' frodi li rriżultaw mill-ħidma tagħha fil-qasam tal-awditjar u 10 każijiet marbuta mal-komunikazzjonijiet lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF); jinnota li l-OLAF iddeċieda li jiftaħ inkjesta f'sebgħa mill-14-il każ u fil-każijiet l-oħra, l-informazzjoni ntbagħtet lil awtorità oħra għall-azzjoni ta' segwitu;

26.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex fir-rapporti annwali tal-attività tagħha tinkludi, b'konformità mar-regoli eżistenti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, ir-riżultati u l-konsegwenzi tal-każijiet magħluqa tal-OLAF, fejn l-istituzzjoni jew xi ħadd mill-individwi li jaħdmu għaliha kienu s-suġġett tal-investigazzjoni;

27.  Japprova r-rieżami ta' segwitu 2013 tal-awditur intern u l-progress li sar biex jiġu identifikati u prijoritizzati riskji finanzjarji u operattivi u t-tfassil ta' kontrolli xierqa ta' mitigazzjoni;

28.  Jinnota li l-politika tas-sigurtà tal-informazzjoni teħtieġ strateġija tas-sigurtà azjendali koordinata u armonizzata; jindika li l-effiċjenza tal-ġestjoni u l-kontrolli interni tista' titjieb fl-oqsma prinċipali tal-governanza tal-Qorti tal-Awdituri;

29.  Jieħu nota tal-introduzzjoni tal-applikazzjoni ġdida tas-Sistema ta' Appoġġ għall-Awditu (ASSYST) fil-Qorti tal-Awdituri, bħala għodda tal-awditjar intern; jitlob li jkun infurmat dwar l-objettivi ta' prestazzjoni stabbiliti għal din l-applikazzjoni;

30.  Jieħu nota li l-Qorti tal-Awdituri impenjat ruħha li tieħu kull miżura possibbli biex tiżgura li l-approprjazzjonijiet ta’ missjonijiet jintużaw b’konformità stretta mal-prinċipji ta' ekonomija, effiċjenza u effettività;

31.  Jieħu nota, barra minn hekk, tal-introduzzjoni ta' applikazzjonijiet ta' softwer ġodda biex titjieb l-amministrazzjoni tat-taħriġ fil-lingwi; jistenna li dawn l-għodod se jkomplu jtejbu l-ġestjoni tat-taħriġ fil-lingwi;

32.  Jifhem l-interess tal-Qorti tal-Awdituri meta tivvaluta l-preżenza tagħha fil-midja; iqis, madankollu, li jeħtieġ li ċ-ċarezza tal-messaġġi tagħha tissaħħaħ; jissuġġerixxi, għalhekk, li l-kwalità editorjali tat-testi kollha tal-Qorti tal-Awdituri tiġi soġġetta għal proċess ċentralizzat;

33.  Japprezza l-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Awdituri u l-Kumitat Parlamentari għall-Kontroll tal-Baġit u jilqa' l-feedback regolari abbażi tat-talbiet tal-Parlament; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex tinkludi fir-rapport ta’ attività annwali tagħha taqsima speċifika dwar l-azzjoni li ħadet b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet ta’ kwittanza tal-Parlament dwar il-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja preċedenti, kif jagħmlu l-parti l-kbira tal-istituzzjonijiet oħra; jitlob madankollu li l-Qorti tal-Awdituri u lill-awtoritajiet ta’ kwittanza biex itejbu l-kooperazzjoni tagħhom għal darb’ oħra sabiex jagħmlu x-xogħol tagħhom aktar effiċjenti u aktar effettiv;

34.  Iqis r-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u b’mod partikolari r-rapporti speċjali, huma ta’ kontribut importanti biex isir progress lejn approċċ aqwa tal-infiq fir-rigward tal-fondi tal-Unjoni; huwa tal-opinjoni li r-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri jista’ jkollhom aktar valur miżjud jekk kienu kkomplementati b'ċertu numru ta’ miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu mill-Unjoni, u l-kalendarju mistenni biex timplimentahom, sabiex jintlaħqu l-għanijiet u l-objettivi definiti fil-programm, il-fond jew il-politika tal-Unjoni; iqis li dan il-fokus imsaħħaħ fuq l-eżiti, u b’mod partikolari fuq l-eżiti fit-tul, skont il-prinċipji ta' effiċjenza u effettività, ittejjeb għalhekk il-proċess ta’ segwitu meħtieġ li għandu jitwettaq mill-Qorti tal-Awdituri fejn jiġu mmonitorjati l-effetti tar-rakkomandazzjonijiet proposti;

35.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex teżamina l-possibbiltà li tantiċipa l-preżentazzjoni tar-rapport annwali tagħha fi ħdan il-parametri stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni.

(1) ĠU L 66, 8.3.2013.
(2) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(3) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(4) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
PDF 354kWORD 88k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2014/2082(DEC))
P8_TA(2015)0126A8-0114/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0151/2014)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0114/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2014/2082(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tas-26 ta’ Frar 2015 dwar inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha OI/1/2014/PMC dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0114/2015),

1.  Jilqa' l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2012 għan-nefqa amministrattiva u ta' tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-Rapport Annwali 2013 tagħha, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE);

3.  Jinnota li fl-2013 il-baġit tal-KESE ammonta għal EUR 130 104 400 (EUR 128 816 588 fl-2012), b'rata ta' użu ta' 94,1 %; jiddispjaċih mit-tnaqqis fir-rata ta' użu fl-2013 meta mqabbla mas-96,8 % fl-2012;

4.  Jenfasizza, madankollu, li l-baġit tal-KESE huwa wieħed purament amministrattiv, u li ammont kbir minnu huwa użat għan-nefqa fuq persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni u l-bqija għal bini, għamara, tagħmir u spejjeż operattivi mixxellanji; jieħu nota tal-ispjegazzjoni tal-KESE dwar it-tnaqqis tar-rata ta' użu minħabba miżuri kawtelatorji;

5.  Jinnota li r-raġunijiet li wasslu għas-sentenza mhux mistennija dwar l-aġġustament tas-salarju m'għadhomx japplikaw wara l-ftehim milħuq dwar ir-Regolament tal-Persunal il-ġdid fl-2014;

6.  Jinnota ż-żieda ta’ 1 % fil-baġit tal-2013 apparagun tal-baġit annwali tas-sena ta' qabel; jappoġġa l-isforzi tal-KESE biex jillimita l-baġits tas-snin li ġejjin, biex b’hekk tiġi żgurata żieda b’rata fissa;

7.  Jieħu nota tal-osservazzjonijiet ta’ segwitu għar-riżoluzzjoni ta’ kwittanza 2012 tal-Parlament mehmuża mar-rapport annwali tal-attività tal-KESE; itenni t-talba tiegħu biex jiġi infurmat dwar l-analiżi dettaljata tal-infiq u dwar ir-riżultati ta’ dak l-eżerċizzju;

8.  Jilqa’ l-intenzjoni tal-KESE li jippjana l-ħidma tiegħu b’mod aktar effiċjenti fi ħdan il-proċess leġiżlattiv, mingħajr ma neċessarjament iżid l-għadd ta’ opinjonijiet, u minflok issir enfasi fuq il-kwalità tal-opinjonijiet tiegħu;

9.  Jieħu nota tal-fatt li, kif irrakkomandat mill-Parlament, il-KESE implimenta r-regoli l-ġodda dwar ir-rimborż tal-ispejjeż ta’ vjaġġar tal-membri abbażi tal-ispejjeż reali; ifakkar li s-sistema għandha tkun operattiva bis-sħiħ fil-ħarifa tal-2015 meta jibda l-mandat li jmiss tal-KESE;

10.  Jieħu nota tal-kooperazzjoni bejn il-KESE u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, b'mod partikolari fir-rigward tal-eżerċizzju ta' kwittanza;

11.  Jinnota li l-użu ta' traduzzjoni esterna naqset b'2,9 % fl-2013, apparagun ta' 4,5 % fl-2012; isib, madankollu, li l-produttività tas-servizz intern tat-traduzzjoni naqset ukoll;

12.  Jinnota bi tħassib li l-ispejjeż tat-traduzzjoni jvarjaw ħafna bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jitlob, għaldaqstant, li l-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar it-Traduzzjoni jiddetermina l-kawżi ta’ dawn id-differenzi u jipproponi soluzzjonijiet bl-għan li tintemm l-inugwaljanza u jiġu armonizzati l-ispejjeż tat-traduzzjoni, mingħajr ma tkun imfixkla bl-ebda mod il-kwalità u d-diversità lingwistika; jinnota, fid-dawl ta' dan, li l-grupp ta’ ħidma għandu jerġa' jniedi l-kollaborazzjoni interistituzzjonali sabiex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u eżiti, u jiddeterminaw dawk l-oqsma fejn il-kooperazzjoni jew il-ftehimiet interistituzzjonali jistgħu jissaħħu; jinnota li l-grupp ta’ ħidma għandu wkoll ikollu l-għan li jistabbilixxi metodoloġija unifikata, komuni għall-istituzzjonijiet kollha, għall-preżentazzjoni tal-ispejjeż tat-traduzzjoni sabiex jiġu ssimplifikati l-analiżi u t-tqabbil tal-ispejjeż; jinnota li l-grupp ta’ ħidma għandu jippreżenta r-riżultati ta’ dan il-ħidma qabel tmiem l-2015; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha biex jieħdu parti attiva fil-proċedimenti tal-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali; jinnota l-importanza fundamentali li jiġi ppreservat il-multilingwiżmu fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkunu jistgħu jgawdu trattament ugwali u opportunitajiet indaqs;

13.  Jieħu nota tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-KESE, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Parlament, li eventwalment ġie ffirmat fil-5 ta’ Frar 2014 u wassal, l-ewwel nett, għat-trasferiment ta’ numru kbir ta’ persunal tal-kumitat għas-Servizz ta’ Riċerka l-ġdid tal-Parlament Ewropew; jistenna li l-ftehim jevolvi b’mod bilanċjat, ikun ta’ benefiċċju għat-tliet istituzzjonijiet b’mod ugwali, u jikkontribwixxu b’mod pożittiv għar-razzjonalizzazzjoni ulterjuri tar-riżorsi; jistieden lil kull istituzzjoni biex, fi tmiem l-ewwel sena ta’ kollaborazzjoni tagħhom, jagħmlu valutazzjoni individwali tal-impatt li l-ftehim ikun qed ikollu li f’termini kemm ta’ riżorsi umani kif ukoll ta' nefqa, sinerġiji, valur miżjud, u kwalità sostantiva;

14.  Jistieden lill-KESE biex jinkludi ħarsa ġenerali tal-persunal li b'kariga maniġerjali mqassma skont in-nazzjonalità, is-sess u l-kariga fir-rapport annwali tal-attività;

15.  Jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta’ nisa li jokkupaw karigi għolja mal-KESE (61 % – 39 %); jitlob it-tħaddim ta' pjan favur opportunitajiet indaqs, b’mod partikolari fir-rigward ta’ karigi maniġerjali, bl-għan li dan l-iżbilanċ jiġi kkoreġut mill-aktar fis possibbli;

16.  Jirrakkomanda li l-KESE jkompli jiżviluppa analiżi regolari tal-iffrankar baġitarju li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ kooperazzjoni amministrattiva l-ġdid mal-Kumitat tar-Reġjuni; jitlob informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati ta’ din il-kooperazzjoni;

17.  Jinnota li r-rieżami ta' nofs it-terminu li jmiss tal-ftehim ta' kooperazzjoni se jkun il-mument xieraq biex jiġi evalwat il-ftehim u jiġi kkoreġut kwalunkwe nuqqas identifikat;

18.  Jitlob informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tar-rieżami ta’ nofs it-terminu u jistenna li din l-evalwazzjoni se tinkludi wkoll valutazzjoni konġunta tal-iffrankar baġitarju li jirriżulta mill-kooperazzjoni;

19.  Jieħu nota tal-użu limitat persistenti tal-għodda tal-vidjowkonferenzi; jirrikonoxxi li qed jidħlu fis-seħħ miżuri biex dan l-użu jiġi estiż; jitlob li jiġi informat dwar il-progress miksub f’din il-kwistjoni;

20.  Iqis b'mod pożittiv it-tnaqqis, minn 7,6 % fl-2012 għal 5,1 % fl-2103, tar-rata mhux użata ta' servizzi ta' interpretazzjoni mitluba; jenfasizza, madankollu, li din ir-rata għadha għolja u jitlob tnaqqis ulterjuri tal-ispejjeż ta' interpretazzjoni;

21.  Iqis li fi żmien ta’ kriżi u tnaqqis fil-baġit b’mod ġenerali, l-ispejjeż tal-“Away Days” tal-persunal fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jitnaqqsu u li dawn l-avvenimenti, fejn ikun possibbli, għandhom isiru fil-bini proprju tal-istituzzjonijiet, peress li l-valur miżjud li jirriżulta ma jiġġustifikax tali infiq għoli;

22.  Jinsab imħasseb li bosta avvenimenti ewlenin skedati li jseħħu matul is-sena 2013 ġew ikkanċellati jew posposti; jitlob lill-KESE biex jippjana u jirrazzjonalizza aħjar l-organizzazzjoni tal-avvenimenti interni;

23.  Jieħu nota tal-informazzjoni pprovduta dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni l-ġdid li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2012, li jkopri d-delegati tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali;

24.  Jiddeplora s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Ewropew ippubblikata fit-22 ta' Mejju 2014 li tikkundanna lill-KESE għal ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fit-tkeċċija ta' wieħed mill-membri tal-persunal tagħha fl-2013; jiddeplora wkoll is-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Ottubru 2014 fil-kawża T-530/12 P, M. B. G. vs KESE, li fiha l-Qorti Ġenerali kkonstatat kontra l-KESE b’rabta mar-rappurtar ta’ irregolaritajiet li jikkonċernaw l-ex Segretarju Ġenerali mill-kap tas-Servizz Legali tal-KESE; jistieden lill-KESE u lis-Segretarju Ġenerali l-ġdid tiegħu biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jevitaw ksur serju ulterjuri tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jinformaw lill-Bureau tal-KESE, lill-membri, u lill-istaff kollu dwar il-kontenut taż-żewġ sentenzi, u biex jiġbdu l-attenzjoni tagħhom għall-fatt li uffiċjali oħra u persunal ieħor koperti mir-Regolamenti tal-Persunal għandhom l-obbligu li jirrappurtaw l-irregolaritajiet u li l-Bureau tal-KESE huwa korp adatt biex jirċievi tali rapporti; jitlob ukoll li jkun infurmat dwar l-ammont totali ta’ spejjeż legali mġarrba f’dawn l-aħħar ħames snin f’każijiet tal-persunal li finalment ġew indirizzati fil-qrati jew mill-Ombudsman;

25.  Jinsab imħasseb dwar id-dewmien fl-adozzjoni tar-regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jistieden lill-KESE biex jimplimentahom mingħajr aktar dewmien;

26.  Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern huwa magħmul minn persunal ta’ tlieta min-nies; jinnota li l-liv minħabba mard fit-tul naqqas b’mod sinifikanti l-forza tax-xogħol li kienet disponibbli fl-2013; jistieden lill-KESE biex isaħħaħ is-servizz ta’ awditjar intern u jespandi l-ambitu tal-investigazzjonijiet tal-awditjar;

27.  Jistieden lill-KESE biex fir-rapporti annwali tal-attività tiegħu jinkludi, b’konformità mar-regoli eżistenti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, ir-riżultati u l-konsegwenzi tal-każijiet magħluqa tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, fejn l-istituzzjoni jew xi ħadd mill-individwi li jaħdmu għaliha kienu s-suġġett tal-investigazzjoni;

28.  Jeżiġi li l-politika dwar il-bini tal-KESE tinhemeż mar-rapport annwali tal-attività tiegħu, speċjalment peress li hu importanti li l-ispejjeż ta' tali politika jiġu razzjonalizzati kif jixraq u li dawn ma jkunux eċċessivi;

29.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-viżibbiltà tal-KESE permezz tat-tisħiħ ta' politika ta’ informazzjoni u komunikazzjoni adegwata.

(1) ĠU L 66, 8.3.2013.
(2) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(3) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(4) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kumitat tar-Reġjuni
PDF 352kWORD 86k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (2014/2083(DEC))
P8_TA(2015)0127A8-0105/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0152/2014)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0105/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni (2014/2083(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tas-26 ta’ Frar 2015 dwar inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha OI/1/2014/PMC dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta,

–  wara li kkunsidra r-regoli l-ġodda dwar il-protezzjoni tal-informaturi,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea datata 7 ta' Mejju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0105/2015),

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-Rapport Annwali tagħha 2013, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Kumitat tar-Reġjuni ("il-Kumitat");

2.  Jilqa' l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013 għan-nefqa amministrattiva u ta' tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.  Jinnota li fl-2013, il-Kumitat kellu baġit approvat ta' EUR 87 373 000 (EUR 86 503 000 fl-2012), li minnhom EUR 84 800 000 kienu approprjazzjonijiet ta' impenn, b'rata ta' użu ta' 97 %; jiddispjaċih dwar it-tnaqqis fir-rata ta' użu fl-2013 meta mqabbla mat-98,2 % fl-2012;

4.  Jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li l-baġit tal-Kumitat huwa wieħed purament amministrattiv u li ammont kbir minnu huwa użat għan-nefqa fuq persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni u l-bqija għal bini, għamara, tagħmir u spejjeż operattivi mixxellanji; jieħu nota tal-ispjegazzjoni tal-Kumitat għat-tnaqqis fir-rata ta' użu;

5.  Jindika li r-raġunijiet li wasslu għas-sentenza mhux mistennija dwar l-aġġustament tas-salarju m'għadhomx japplikaw wara l-ftehim li ntlaħaq dwar ir-Regolament il-ġdid tal-Persunal fl-2014;

6.  Jilqa' r-Rapport Annwali dwar is-Sussidjarjetà 2013 li jagħti ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet tal-Kumitat marbutin mal-monitoraġġ tas-sussidjarjetà matul is-sena; iqis ir-rapport bħala għodda siewja għall-ħidma leġiżlattiva tal-Parlament; jitlob li t-tnedija ta' tali rapporti tkun irreklamata b'mod xieraq u li r-rapporti jiġu ċċirkolati lill-koleġiżlaturi;

7.  Jieħu nota tal-ħolqien ta' grupp politiku ġdid (KRE) fil-Kumitat u tal-impatt finanzjarju limitat tal-ħolqien tiegħu fl-2013; jilqa' l-informazzjoni pprovduta fir-rapport ta' attività annwali dwar l-attivitajiet politiċi tal-Kumitat u jitlob li jkompli jiġi aġġornat dwar il-proġetti u li jkompli jiġi infurmat dwar il-konsegwenzi baġitarji tal-miżuri meħuda;

8.  Jieħu nota tal-kooperazzjoni bejn il-Kumitat u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament, b'mod partikolari fir-rigward tal-eżerċizzju ta' kwittanza;

9.  Jinnota b'sodisfazzjon li r-rakkomandazzjonijiet u r-rekwiżiti fformulati mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament jiġu rreġistrati mis-servizz tal-baġit tal-Kumitat f'bażi ta' data ċentrali u li jsir monitoraġġ regolari tal-progress tal-implimentazzjoni; jilqa' l-fatt li kumitat, li jikkonsisti minn ħames membri u espert estern, twaqqaf għall-finijiet ta' awditjar intern u li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u tal-Parlament s'issa qegħdin jitqiesu;

10.  Jilqa' s-sistema l-ġdida ta' bbaġitjar ibbażata fuq l-attività li l-Kumitat beda jħaddem billi hija iktar adatta għall-karatteristiċi speċifiċi ta' istituzzjonijiet iżgħar u għaldaqstant tista' tagħti stampa aktar kompleta tal-kosti u l-attivitajiet projettati; jistieden lill-Kumitat jivvaluta l-vantaġġi li jkun aċċerta meta jimplimenta s-sistema l-ġdida;

11.  Jieħu nota tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), il-Kumitat u l-Parlament, li eventwalment ġie ffirmat fil-5 ta’ Frar 2014 u wassal għat-trasferiment ta’ numru kbir ta’ persunal tal-Kumitat għas-Servizz Ewropew ta’ Riċerka Parlamentari (SERP) il-ġdid; jistenna li l-ftehim jevolvi b’mod bilanċjat, ikun ta’ benefiċċju għat-tliet istituzzjonijiet b’mod ugwali, u jikkontribwixxu b’mod pożittiv għar-razzjonalizzazzjoni ulterjuri tar-riżorsi; jistieden lil kull istituzzjoni biex, fi tmiem l-ewwel sena tal-kollaborazzjoni, jagħmlu valutazzjoni individwali tal-impatt li l-ftehim ikun qed ikollu li f’termini ta’ riżorsi umani, nefqa, sinerġiji, valur miżjud u sustanza;

12.  Jinnota li d-domanda għat-traduzzjoni naqset bi 19,1 % meta mqabbla ma' dik tal-2012; jinnota, madankollu, li l-produttività tas-servizz intern tat-traduzzjoni naqset ukoll;

13.  Jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kumitat li jirrazzjonalizza t-talbiet għat-traduzzjoni u li jistandardizza ċerti tipi ta' dokumenti; jappoġġa din l-inizjattiva u jitlob li jiġi infurmat bis-sħiħ dwar l-implimentazzjoni tagħha; jinnota bi preokkupazzjoni li wħud mill-membri tal-persunal tat-traduzzjoni interna tal-Kumitat ġew trasferiti għas-Servizz Ewropew ta' Riċerka Parlamentari (SERP) il-ġdid, wara l-Ftehim ta' Kooperazzjoni; jistieden lill-Kumitat iwettaq studju speċifiku li janalizza l-impatt ta' dan it-tnaqqis fuq il-kwalità u l-effiċjenza tas-servizzi tat-traduzzjoni tiegħu;

14.  Jinnota li ntlaħaq ftehim ma' istituzzjonijiet oħra dwar metodoloġija komuni biex jiġu kkalkulati u mqabbla l-kosti tat-traduzzjoni u indikaturi oħra; jistieden lill-Kumitat jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-metodoloġija komuni li ntlaħaq ftehim dwarha;

15.  Iqis li fi żmien ta’ kriżi u tnaqqis fil-baġit b’mod ġenerali, il-kost tal-'away days' tal-persunal fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandu jitnaqqas u li dawn l-avvenimenti, fejn ikun possibbli, għandhom isiru fil-binjiet proprji tal-istituzzjonijiet, peress li l-valur miżjud li jirriżulta ma jiġġustifikax infiq daqstant għoli;

16.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kumitat inkluda informazzjoni dwar is-servizzi ta' interpretazzjoni mhux użati fir-rapport ta' attività annwali 2013; iqis b'mod pożittiv li r-rata mhux użata tas-servizzi ta' interpretazzjoni naqset minn 3,23 % fl-2012 għal 2,51 % fl-2013; jemmen li din ir-rata xorta tista' tittejjeb u jistieden lill-Kumitat jippjana l-laqgħat tiegħu aħjar;

17.  Jieħu nota tal-fatt li l-għodda tal-vidjokonferenzi għadha qed tintuża b'mod limitat; jirrikonoxxi li qed jidħlu miżuri fis-seħħ biex jestendu l-użu tagħhom; jitlob li jiġi infurmat dwar il-progress miksub f'din il-kwistjoni;

18.  Jirrakkomanda li l-Kumitat ikompli jiżviluppa l-analiżi regolari tal-iffrankar baġitarju li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-ftehim il-ġdid ta’ kooperazzjoni amministrattiva mal-KESE; jitlob informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati ta’ din il-kooperazzjoni;

19.  Jinnota li r-rieżami ta' nofs it-terminu li jmiss ta' dak il-ftehim ta' kooperazzjoni l-ġdid se jkun il-mument xieraq biex jiġi evalwat il-ftehim u jiġi kkoreġut kwalunkwe nuqqas identifikat;

20.  Jitlob informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tar-rieżami ta’ nofs it-terminu u jistenna li din l-evalwazzjoni tinkludi wkoll valutazzjoni konġunta tal-iffrankar baġitarju li jirriżulta mill-ftehim ta' kooperazzjoni;

21.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-viżibbiltà tal-Kumitat permezz tat-tisħiħ ta' politika ta’ informazzjoni u komunikazzjoni adegwata;

22.  Jesprimi preokkupazzjoni dwar in-nuqqas ta’ nisa li jokkupaw karigi għolja mal-Kumitat (67 % – 33 %); jitlob li jitħaddem pjan favur opportunitajiet indaqs, b’mod partikolari fir-rigward ta’ karigi maniġerjali, bl-għan li dan l-iżbilanċ jiġi kkoreġut mill-aktar fis possibbli;

23.  Jistieden lill-Kumitat biex fir-rapporti annwali tal-attività tiegħu jinkludi, b’konformità mar-regoli eżistenti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, ir-riżultati u l-konsegwenzi tal-każijiet magħluqa tal-OLAF, fejn l-istituzzjoni jew xi ħadd mill-individwi li jaħdmu għaliha kienu s-suġġett tal-investigazzjoni;

24.  Jeżiġi li l-politika dwar il-bini tal-Kumitat tinhemeż mar-rapport annwali tal-attività tiegħu, speċjalment peress li hu importanti li l-kosti ta' tali politika jiġu razzjonalizzati kif jixraq u li dawn ma jkunux eċċessivi;

25.  Jifraħ lill-Kumitat għall-kwalità konsistenti tar-rapport ta' attività annwali u jifraħlu talli pprovda rapport ta' impatt annwali komprensiv, li huwa għodda importanti għall-valutazzjoni tal-ħidma tiegħu; jinnota b'sodisfazzjon li fir-rapport ta' attività annwali ġiet ipprovduta tabella eżawrjenti tar-riżorsi umani kollha li jinsabu għad-dispożizzjoni tal-Kumitat;

26.  Jindika li l-membri tal-Kumitat huma rappreżentanti lokali u reġjonali lleġittimati demokratikament li jwettqu attivitajiet politiċi; jemmen li, għaldaqstant, għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli bħal politiċi nazzjonali jew Ewropej oħra f'dak li jirrigwarda l-aċċess tagħhom għall-Kummissjoni u s-servizzi tagħha;

27.  Huwa preokkupat dwar id-dewmien fl-adozzjoni tar-regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jistieden lill-Kumitat jimplimenta dawn ir-regoli mingħajr aktar dewmien;

28.  Ifakkar li l-Kumitat ilu jittratta l-istess każ ta' żvelar ta' informazzjoni protetta sa mill-2003; jenfasizza l-kost konsiderevoli għall-kontribwenti tal-Unjoni u l-ħsara li saret lill-informatur; jitlob b'insistenza li l-Kumitat tar-Reġjuni jikkonforma minnufih mal-konklużjonijiet tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta' Mejju 2013 u jirrikonoxxi l-azzjoni tar-rikorrent bħala leġittima u finalment jagħlaq dan il-każ;

29.  Jenfasizza li l-Parlament mhu se jittollera ebda trattament ħażin ta' informaturi kemm dawk li jkunu jaħdmu miegħu kif ukoll dawk li jaħdmu f'xi istituzzjoni oħra tal-Unjoni u jtenni l-impenn totali tiegħu favur l-ispirtu u l-ittra tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi.

(1) ĠU L 66, 8.3.2013.
(2) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(3) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(4) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - L-Ombudsman Ewropew
PDF 348kWORD 80k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (2014/2084(DEC))
P8_TA(2015)0128A8-0115/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510 – C8-0153/2014)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0115/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Ombudsman Ewropew għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew (2014/2084(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0115/2015),

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fir-Rapport Annwali tagħha 2013, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Ombudsman Ewropew ("l-Ombudsman");

2.  Jenfasizza l-fatt li, abbażi tal-ħidma ta' awditjar tagħha, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013 għan-nefqa amministrattiva u ta' tip ieħor tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali;

3.  Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Ombudsman huwa wieħed purament amministrattiv u li fl-2013 kien jammonta għal EUR 9 731 371 (EUR 9 516 500 fl-2012), b'EUR 7 567 371 allokati għat-Titolu I (nefqa relatata mal-persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni), EUR 1 606 700 attribwiti għat-Titolu 2 (bini, tagħmir u nefqa mixxellanja tal-operat) u EUR 557 300 għat-Titolu 3 (nefqa li tirriżulta minn funzjonijiet speċjali li jsiru mill-istituzzjoni);

4.  Jieħu nota tal-fatt li, mill-approprjazzjonijiet totali, ġew impenjati 98,20 % (98,30 % fl-2012) u ġew imħallsa 91,82 % (88,69 % fl-2012) b'rata ta' użu ta' 98,20 % (95,88 % fl-2012); jilqa' r-riżultati miksuba fl-2013;

5.  Jinnota t-titjib kontinwu tal-ippjanar finanzjarju u tal-monitoraġġ tiegħu; jappella għat-tkomplija ta' dan l-isforz fl-eżerċizzji baġitarji li jmiss;

6.  Japprova l-Pjan ta' Ġestjoni Annwali tal-Ombudsman għall-2013, li jinkludi tabella ta' valutazzjoni għall-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) maħsuba biex tkejjel il-prestazzjoni tal-Uffiċċju tal-Ombudsman fil-ksib tal-objettivi tiegħu;

7.  Jieħu nota tal-impenn tal-Ombudsman li tkompli ttejjeb is-sistema tagħha għal monitoraġġ u kontroll f'waqthom tal-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' akkwist; jappoġġa lill-Ombudsman biex tkompli twettaq monitoraġġ tal-ġestjoni tal-allowances u ttejjeb il-livelli ta' prestazzjoni ta' dik il-ġestjoni;

8.  Jieħu nota tal-fatt li l-Ombudsman tfittex li tilħaq titjib kontinwu fl-ippjanar finanzjarju sabiex tiżgura l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli tal-baġit;

9.  Jistieden lill-Ombudsman tniżżel ir-rata mhux użata tas-servizzi ta' interpretazzjoni mitluba matul dik is-sena fir-rapport ta' attività annwali li jmiss;

10.  Jinnota bi tħassib id-diverġenzi enormi bejn l-ispejjeż tat-traduzzjoni fid-diversi istituzzjonjiet tal-Unjoni; jitlob, għalhekk, li l-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar it-Traduzzjoni jidentifika l-kawżi ta' dawn id-diverġenzi u jipproponi soluzzjonijiet li jtemmu n-nuqqas ta' ekwilibriju u jarmonizzaw l-ispejjeż tat-traduzzjoni, filwaqt li jiżguraw rispett sħiħ tal-kwalità u tad-diversità lingwistika; jirrimarka, b'dan il-ħsieb, li l-grupp ta' ħidma għandu jerġa' jniedi l-kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet sabiex jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki u eżiti, u jiddeterminaw f'liema oqsma jistgħu jissaħħu l-kooperazzjoni jew il-ftehimiet interistituzzjonali; jinnota li l-grupp ta' ħidma għandu wkoll ikollu l-għan li jistabbilixxi metodoloġija unifikata, għall-preżentazzjoni tal-ispejjeż tat-traduzzjoni li jkunu jistgħu jużawha l-istituzzjonijiet kollha, sabiex jiġu ssimplifikati l-analiżi u l-paragun tal-ispejjeż; jinnota li l-grupp ta' ħidma għandu jippreżenta dawk is-sejbiet qabel tmiem l-2015; jitlob li l-istituzzjonijiet kollha jieħdu rwol attiv fix-xogħol tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-importanza fundamentali tar-rispett tal-multilingwiżmu fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex niżguraw li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jingħataw trattament u opportunitajiet ugwali;

11.  Jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-awditur intern fir-rapporti ta' awditjar 2013 li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll interni huma effikaċi u effiċjenti u li l-azzjonijiet pendenti ngħalqu kollha;

12.  Jilqa' l-fatt li l-għan li jingħalqu 70 % tal-każijiet f'anqas minn sena nqabeż fl-2013; jinnota, madankollu, li l-proporzjon ta' inkjesti magħluqa fi żmien 18-il xahar għadu taħt il-mira stabbilita mill-Ombudsman, minkejja l-fatt li żied minn 79 % għal 81 %; jemmen li l-mira ta' 90 % hija realistika u tista' tinkiseb; jistenna li din il-mira tintlaħaq fl-2014 u li dan ir-riżultat jiġi spjegat fid-dettall fir-rapport ta' attività annwali; jilqa' l-fatt li ngħata bidu għal inkjesti speċifiċi fuq inizjattiva proprja u jitlob li jiġi informat dwar l-eżiti inizjali ta' dawn l-inkjesti;

13.  Jilqa' l-fatt li fl-2012 l-Ombudsman kisbet l-ewwel livell ta' rikonoxximent, "Impenjata għall-Eċċellenza", tal-Fondazzjoni Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kwalità u jilqa' l-fatt li fl-2013 inżammet relazzjoni eċċellenti u produttiva mal-Fondazzjoni;

14.  Jiġbed l-attenzjoni għal-livell għoli ta' nfiq matul l-'away days', konferenzi u avvenimenti simili għall-persunal fl-uffiċċju tal-Ombudsman fl-2013, li kien notevolment ogħla minn dak f'istituzzjonijiet oħrajn; iqis li fi żmien ta' kriżi u tnaqqis baġitarju b'mod ġenerali, il-kost tal-'away days' għall-persunal fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandu jitnaqqas u li dawn l-avvenimenti, fejn ikun possibbli, għandhom isiru fil-binjiet tal-istituzzjonijiet stess, peress li l-valur miżjud li jirriżulta mill-'away days' ma jiġġustifikax kosti daqstant għolja;

15.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li nħatret mara biex taqdi l-funzjoni ta' Ombudsman Ewropew; jinsab imħasseb, madankollu, dwar in-nuqqas ta' nisa b'karigi maniġerjali fl-uffiċċju tal-Ombudsman; jitlob l-introduzzjoni ta' pjan għall-opportunitajiet ugwali speċifikament maħsub għall-karigi maniġerjali bil-għan li jiġi korrett dan l-iżbilanċ mill-aktar fis possibbli;

16.  Iqis li l-Ombudsman għandha tkompli tirsisti għal kwalità konsistenti fir-rapport ta' attività annwali u għandha tipprovdi rapport ta' impatt annwali komprensiv, li huwa għodda importanti għall-valutazzjoni tal-ħidma tagħha;

17.  Jeżiġi li l-politika dwar il-bini tal-Ombudsman tinhemeż mar-rapport annwali tal-attività tiegħu, speċjalment peress li hu importanti li l-kosti ta' tali politika jiġu razzjonalizzati kif jixraq u li dawn ma jkunux eċċessivi;

18.  Jistieden lill-Ombudsman biex fir-rapporti annwali tal-attività tagħha tinkludi, b'konformità mar-regoli eżistenti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, ir-riżultati u l-konsegwenzi tal-każijiet magħluqa tal-OLAF, fejn l-istituzzjoni jew xi ħadd mill-individwi li jaħdmu għaliha kienu s-suġġett tal-investigazzjoni;

19.  Jaqbel bis-sħiħ mal-politika ta' trasparenza segwita mill-Uffiċċju tal-Ombudsman, u jitlob li tiddaħħal proċedura għall-valutazzjoni bil-quddiem tal-impatt li jistgħu jkollhom ċerti pubblikazzjonijiet, bil-għan li jiġu ppubblikati flimkien ma' rapport ta' spjegazzjoni, ħalli jiġi evitat li jintużaw b'mod li ma jkunx imparzjali; jirrimarka li din il-proċedura għandha tinbeda mill-Ombudsman f'kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Kummissjoni u l-istituzzjoni kkonċernata mill-pubblikazzjoni partikolari;

20.  Jindika li r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman fl-2013 ġie adottat mill-plenarja fil-15 ta' Jannar 2015(7) u jieħu nota tal-osservazzjonijiet li saru fih.

(1) ĠU L 66, 8.3.2013.
(2) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(3) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(4) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(7) Testi adottati, P8_TA(2015)0009.


Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
PDF 351kWORD 84k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2014/2085(DEC))
P8_TA(2015)0129A8-0118/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0154/2014)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0118/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2014/2085(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tas-26 ta’ Frar 2015 dwar inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha OI/1/2014/PMC dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0118/2015),

1.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013 għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ("il-Kontrollur") kienu ħielsa minn żball materjali u li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll eżaminati għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor kienu effikaċi;

2.  Jinnota li fir-Rapport Annwali 2013 tagħha, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati b'rabta mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Kontrollur;

3.  Jinnota li, fl-2013, il-Kontrollur kellu baġit allokat totali ta' EUR 7 661 409 (EUR 7 624 090 fl-2012), u li r-rata ta' implimentazzjoni kienet 84,7 % (83,2 % fl-2012); iqis li dan hu żvilupp pożittiv u jitlob li jsiru sforzi ulterjuri biex tittejjeb ir-rata ta' implimentazzjoni;

4.  Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Kontrollur huwa wieħed purament amministrattiv; jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni tan-nefqa fuq persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni hi ta' 93,41 % (Titolu 1) u li n-nefqa li tirrigwarda bini, tagħmir u nfiq relatat mat-tħaddim tal-istituzzjoni hi ta' 99,14 % (Titolu 2);

5.  Jieħu nota tal-impenn tal-Kontrollur li jkompli jtejjeb is-sistema tiegħu għal monitoraġġ u kontroll f'waqthom tal-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' akkwist; jappoġġja lil-Kontrollur fl-issuktar tal-monitoraġġ tal-ġestjoni tal-allowances u fit-titjib tal-livelli ta' prestazzjoni ta' dik il-ġestjoni;

6.  Jikkonstata b'sodisfazzjon li l-awditu ta' segwitu li sar f'Ġunju 2013 mis-servizz ta' awditjar intern tal-Kontrollur ippermetta li tingħalaq il-parti l-kbira tal-azzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet issuġġeriti fil-qasam tal-proċeduri amministrattivi, b'mod li jagħti lok għall-konklużjoni li fil-31 ta' Diċembru 2013 ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni partikolari xi ssir;

7.  Jikkonstata li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni dwar is-sikurizzazzjoni tad-data inkluża fl-ilmenti kienet għadha ma tlestietx meta sar l-awditu ta' segwitu f'Ġunju 2013 minħabba dewmien fl-istabbiliment tas-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet (CMS); huwa probabbli li din ir-rakkomandazzjoni tiġi implimentata kompletament matul is-sena 2014, ladarba s-CMS ilha operattiva minn Ottubru 2013;

8.  Jikkonstata li l-uffiċjal awtorizzanti b'delega jqis li l-livell ta' ġestjoni u ta' kontroll stabbilit huwa adegwat u qed jitjieb, u li meta tfassal ir-rapport annwali ta' attività għas-sena 2013, ma nstab l-ebda żball sinifikanti, u li għalhekk m'għandha ssir l-ebda riżerva rigward il-kontrolli ex ante;

9.  Itenni li t-Trattat ta' Lisbona saħħaħ il-kompetenzi tal-Kontrollur billi estenda l-protezzjoni tad-data għall-oqsma ta' politika kollha tal-Unjoni; jinnota li d-diskussjonijiet fil-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku ġdid tal-protezzjoni tad-data (propost mill-Kummissjoni fil-25 ta' Jannar 2012) għadhom għaddejjin;

10.  Jieħu nota li Titolu III ġdid ġie miżjud mal-baġit tal-Kontrollur bil-ħsieb li jitwaqqaf segretarjat indipendenti għal Bord Ewropew ġdid għall-Protezzjoni tad-Data; jirrikonoxxi li, sakemm jiġi adottat il-qafas ġuridiku, dan it-Titolu ma għandu l-ebda approprjazzjoni;

11.  Jieħu nota tal-fatt li dan l-aħħar ġiet approvata għodda ġdida, Kosting abbażi tal-Attivitajeit, intiża biex tqawwi l-effiċjenza fl-allokazzjoni tar-riżorsi, u li mistennija tkun implimentata fl-2015;

12.  Jitlob li jiġi infurmat dwar l-impatt baġitarju tar-riorganizzazzjoni tas-segretarjat tal-Kontrollur;

13.  Jirrimarka li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) ikkonkluda li sar titjib sostanzjali mill-aħħar valutazzjoni tar-riskju li saret fl-2011; iħeġġeġ lill-Kontrollur ikompli għaddej b'dan l-isforz sabiex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet miftuħa li għadhom pendenti;

14.  Jinnota l-installazzjoni ta' sistema ta' vidjokonferenza fis-sede l-ġdida tal-Kontrollur; jitlob li jġi infurmat dwar kemm-il darba s-sistema ntużat għal laqgħat fl-2013;

15.  Jappoġġa bis-sħiħ il-ħolqien ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi; jistieden lill-Kontrollur ikompli jipprovdi t-tabella ta' valutazzjoni fir-rapport ta' attività annwali;

16.  Jesiġi li l-politika dwar il-bini tal-Kontrollur tinhemeż mar-rapport annwali tal-attività tiegħu, speċjalment peress li huwa importanti li l-ispejjeż ta' tali politika jiġu razzjonalizzati kif jixraq u li ma jkunux eċċessivi;

17.  Itenni t-talba tas-sena l-oħra li l-Kontrollur ikollu tabella eżawrjenti tar-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tiegħu, imqassma skont il-kategorija, il-grad, is-sess u n-nazzjonalità; jirrimarka li din it-tabella għandha tkun inkluża awtomatikament fir-rapport annwai tal-attività tal-istituzzjoni.

18.  Jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' nisa f'karigi għolja; jitlob li jitħaddem pjan favur opportunitajiet indaqs, b’mod partikolari fir-rigward ta’ karigi maniġerjali, bl-għan li dan l-iżbilanċ jiġi kkoreġut mill-aktar fis possibbli;

19.  Iqis li fi żmien ta’ kriżi u tnaqqis fil-baġit b’mod ġenerali, l-ispejjeż tal-'away days' tal-persunal fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jitnaqqsu u li dawn l-avvenimenti, fejn ikun possibbli, għandhom isiru fil-binjiet proprji tal-istituzzjonijiet, peress li l-valur miżjud li jirriżulta ma jiġġustifikax infiq daqstant għoli;

20.  Jinnota bi tħassib id-diverġenzi enormi bejn l-ispejjeż tat-traduzzjoni fl-istituzzjonjiet differenti tal-Unjoni; jitlob, għalhekk, li l-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar it-Traduzzjoni jidentifika l-kawżi ta' dawk id-diverġenzi u jipproponi soluzzjonijiet li jtemmu n-nuqqas ta' ekwilibriju u jarmonizzaw l-ispejjeż tat-traduzzjoni, filwaqt li jiżguraw rispett sħiħ tal-kwalità u tad-diversità lingwistika; jirrimarka li, b'dan il-ħsieb, il-grupp ta’ ħidma għandu jerġa' jniedi l-kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet sabiex jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki u eżiti, u jiddeterminaw f'liema oqsma jistgħu jissaħħu l-kooperazzjoni jew il-ftehimiet interistituzzjonali jinnota li l-grupp ta’ ħidma għandu wkoll ikollu l-għan li jistabbilixxi metodoloġija unifikata, għall-preżentazzjoni tal-ispejjeż tat-traduzzjoni li jkunu jistgħu jużawha l-istituzzjonijiet kollha, sabiex jiġu ssimplifikati l-analiżi u t-paragun tal-ispejjeż; jinnota li l-grupp ta' ħidma għandu jippreżenta dawk is-sejbiet qabel tmiem l-2015; jitlob li l-istituzzjonijiet kollha jieħdu rwol attiv fix-xogħol tal-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-importanza fundamentali tar-rispett tal-multilingwiżmu fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex niżguraw li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jingħataw trattament u opportunitajiet ugwali;

21.  Jaqbel bis-sħiħ mal-politika ta' trasparenza miġjuba 'l quddiem mill-Uffiċċju tal-Ombudsman, u jitlob li tiddaħħal proċedura għall-valutazzjoni bil-quddiem tal-impatt li jistgħu jkollhom ċerti pubblikazzjonijiet, bil-għan li jiġu ppubblikati flimkien ma' rapport ta' spjegazzjoni, ħalli jiġi evitat li jintużaw b'mod li ma jkunx imparzjali; jirrimarka li din il-proċedura għandha titnieda mill-Ombudsman f'kooperazzjoni mal-Kontrollur, mal-Kummissjoni u mal-istituzzjoni kkonċernata mill-pubblikazzjoni partikolari;

22.  Huwa mħasseb dwar id-dewmien fl-adozzjoni tar-regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jitlob lill-Kontrollur jimplimentahom bis-sħiħ, mingħajr aktar dewmien;

23.  Jilqa' l-fatt li l-Kontrollur, huwa u jfassal l-istrateġija tiegħu għall-2013-2014, ħa nota tal-osservazzjonijiet li l-Parlament Ewropew għamel fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-2010 u l-2012, u li l-implimentazzjoni tal-istrateġija ħalliet riżultati pożittivi;

24.  Iqis li, b'mod ġenerali, il-Kontrollur għandu joqgħod aktar attent għall-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba rigward il-prinċipju baġitarju tal-annwalità, jiġifieri li juża l-approprjazzjonijiet b'mod ekonomiku, effiċjenti u effikaċi huwa u jaqdi l-kompiti tiegħu.

(1) ĠU L 66, 8.3.2013.
(2) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(3) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(4) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


Kwittanza 2013: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll tal-aġenziji tal-UE
PDF 463kWORD 125k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013: prestazzjoni, ġestjoni u kontroll finanzjarju (2014/2139(DEC))
P8_TA(2015)0130A8-0070/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD(2014)0285, SWD(2014)0286),

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali speċifiċi tal-Qorti tal-Awdituri(1) dwar il-kontijiet annwali tal-aġenziji deċentralizzati għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 110 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0070/2015),

A.  billi din ir-riżoluzzjoni fiha, għal kull entità, skont is-sens tal-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-osservazzjonijiet orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet ta’ kwittanza skont l-Artikolu 110 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 u l-Artikolu 3 tal-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament;

B.  billi kien hemm żieda sostanzjali fin-numru ta’ aġenziji matul dawn l-aħħar għaxar snin, minn tlieta fis-sena 2000 għal 32 fl-2013;

1.  Itenni l-importanza tal-kompiti mwettqa mill-aġenziji u l-impatt dirett tagħhom fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni, l-awtonomija tal-aġenziji, b’mod partikolari tal-aġenziji regolatorji u dawk bil-funzjoni ta’ ġbir indipendenti ta’ informazzjoni; ifakkar li r-raġuni ewlenija għat-twaqqif tal-aġenziji kienet għall-għan li jitwettqu valutazzjonijiet tekniċi u xjentifiċi indipendenti; jirrimarka li r-rwol tal-aġenziji deċentralizzati huwa li jgħinu lill-Kummissjoni timplimenta l-politiki tal-Unjoni f'isem l-Unjoni stess; jistieden lill-Kummissjoni u lin-Netwerk tal-Aġenziji tal-Unjoni (“in-Netwerk”) biex itejbu l-politiki ta’ komunikazzjoni tagħhom sabiex jiżguraw li l-aġenziji jikkomunikaw b’mod effettiv maċ-ċittadini, sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-produttività u l-kisbiet;

2.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-aġenziji fl-appoġġ tal-politiki tal-Unjoni; jitlob li dan l-għarfien espert u din il-kapaċità jintużaw b'mod aktar wiesa' fl-istadji rilevanti tal-proċess ta' politika tas-Semestru Ewropew; jenfasizza l-kontribut tal-aġenziji fil-ħidma lejn l-ilħuq tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020;

3.  Jagħraf li nħolqu għadd kbir ta' aġenziji fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, iżda jfakkar fl-importanza tal-missjonijiet li jwettqu u l-impatt dirett li għandhom fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini; jenfasizza li l-aġenziji l-ġodda kollha twaqqfu bħala rispons għal ħtieġa reali; jinnota li xi aġenziji fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja huma operattivi u li l-implimentazzjoni tal-baġit tagħhom tiddependi wkoll minn fatturi esterni;

4.  Iqis li d-diskussjoni dwar l-abbozz tal-programmi ta' ħidma annwali u l-istrateġiji pluriennali tal-aġenziji fil-kumitati responsabbli tgħin biex tiżgura li l-programmi u l-istrateġiji jirriflettu l-prijoritajiet politiċi reali;

5.  Jinnota mis-sommarju tal-Qorti tal-Awdituri dwar ir-riżultati tal-awditi annwali tagħha tal-2013 tal-Aġenziji Ewropej u korpi oħra (is-"Sommarju tal-Qorti") li l-baġit 2013 tal-aġenziji ammonta għal madwar EUR 2 biljun, li jirrappreżenta żieda ta’ 25 % meta mqabbel mal-2012 u madwar 1,4 % tal-baġit ġenerali tal-Unjoni; jinnota li din iż-żieda tirriżulta l-aktar mill-aġenziji stabbiliti reċentement u minn responsabbiltajiet ġodda għal xi aġenziji; josserva mis-sommarju tal-Qorti li l-aġenziji jimpjegaw madwar 6 500 uffiċjal permanenti u temporanji li jirrappreżentaw 14 % tat-total tal-uffiċjali tal-Unjoni awtorizzati taħt il-baġit ġenerali tal-Unjoni; jinnota, barra minn hekk, li madwar 2 900 kuntratt jew persunal issekondat qed jaħdmu għall-aġenziji;

6.  Ifakkar li r-riskju għar-reputazzjoni relatata mal-aġenziji huwa għoli għall-Unjoni, għaliex dawn għandhom influwenza sinifikanti fuq il-politika u t-teħid ta’ deċiżjonijiet u fuq l-implimentazzjoni tal-programmi f’oqsma ta’ importanza vitali għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

7.  Jinnota li l-prinċipju ta’ “valur għall-flus” jgħodd ukoll għal aġenziji u li dawn għandhom juru li l-prestazzjoni tagħhom hija effettiva, filwaqt li jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu infurmati tajjeb dwar ir-riżultati tal-attivitajiet tal-aġenziji; jitlob lin-Netwerk iżomm lill-awtorità ta’ kwittanza informata sew dwar l-użu u l-valur miżjud ta’ sett komuni ta’ prinċipji u manwali dwar sistemi u oqfsa ta' kejl tal-prestazzjoni u d-dokumenti ta’ programmar multiannwali u annwali, indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, ir-rappurtar u għodod ta’ l-evalwazzjoni;

Approċċ komuni u pjan direzzjonali tal-Kummissjoni

8.  Ifakkar li f’Lulju 2012, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottaw Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati (l-"Approċċ Komuni"), ftehim politiku dwar il-ġestjoni futura u r-riforma tal-aġenziji; jieħu nota li l-Kummissjoni hija responsabbli għas-segwitu ta’ dan il-Ftehim;

9.  Jilqa’ l-"Pjan direzzjonali tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE" (il-"Pjan Direzzjonali") stabbilit f’Diċembru 2012 u jistieden lill-partijiet kollha involuti biex ikomplu jagħmlu progress fl-implimentazzjoni tal-ideat espressi fih; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni stabbilixxiet fil-pjan direzzjonali tagħha pjan dettaljat ta’ kif isir is-segwitu għall-Approċċ Komuni u elenkat 90 kwistjoni li għalihom kienet meħtieġa azzjoni mill-atturi kollha involuti;

10.  Jirrikonoxxi r-rapport ta’ progress tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Approċċ Komuni, l-aġenda tiegħu għall-2013 u lil hinn kif ukoll l-isforzi li saru b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-aġenziji deċentralizzati li rriżultaw fil-progress dimostrabbli; jilqa' f'dan ir-rigward il-kjarifika tal-modalitajiet u r-rwoli tal-funzjonijiet ta' kontroll intern u s-servizzi tal-awditjar intern tal-aġenziji fir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas rivedut(6) (FFR), kif ukoll fil-linji gwida għall-istrateġiji kontra l-frodi tal-aġenziji elaborati mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi.

11.  Jirrikonoxxi, min-naħa tan-Netwerk, li l-aġenziji għamlu progress tajjeb f’termini ta’ implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fl-Approċċ Komuni; jirrikonoxxi barra minn hekk li, skont l-istħarriġ li n-Netwerk nieda fost l-aġenziji suġġetti għall-Pjan Direzzjonali, ir-rata ta' tlestija ta’ azzjonijiet tal-pjan direzzjonali relevanti għall-aġenziji hija ta’ 96 %;

12.  Jieħu nota li s-servizzi tal-Kummissjoni żviluppaw dispożizzjonijiet standard li jinkludu dispożizzjonijiet legali xierqa li jirriflettu l-prinċipji miftiehma fl-Approċċ Komuni, kif ukoll dispożizzjonijiet oħra normalment parti mill-atti kostituttivi tal-aġenziji; jirrikonoxxi li dawn id-dispożizzjonijiet standard huma użati bħala punt ta’ referenza meta jinħolqu aġenziji ġodda jew meta l-atti kostituttivi eżistenti jiġu riveduti;

13.  Jinnota li fuq il-bażi tal-kontribuzzjoni tal-aġenziji, il-Kummissjoni elaborat linji gwida b’dispożizzjonijiet standard għal ftehimiet dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-aġenziji deċentralizzati u l-Istati Membri ospitanti; jinnota bi tħassib li 10 aġenziji għad m'għandhomx ftehim dwar il-kwartieri ġenerali; iħeġġeġ dawn l-aġenziji biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-ftehimiet dwar il-kwartieri ġenerali b’mod effettiv u bħala prijorità sabiex tiżdied l-effiċjenza u jiġu ffrankati l-ispejjeż; jesprimi t-tħassib tiegħu li n-nuqqas ta' ftehimiet tal-kwartieri ġenerali jista' jkollu implikazzjonijiet serji għall-persunal tal-aġenziji u jistieden lill-Istati Membri biex jikkonkludu l-ftehimiet qabel il-bidu tal-proċedura ta’ kwittanza li jmiss;

14.  Iqis li jeħtieġ li titwettaq valutazzjoni serja biex tevalwa l-possibbiltà li ssir fużjoni ta’ aġenziji li jwettqu kompiti simili, mhux biss biex tiġi evitata l-ħela tar-riżorsi iżda wkoll biex tinħoloq massa kritika li tagħmel l-aġenziji verament effettivi;

15.  Jaċċerta ruħu li l-Kummissjoni tejbet is-servizz tagħha għall-aġenziji kemm fil-forma ta’ rakkomandazzjonijiet ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi permezz tal-użu tal-informazzjoni u s-suġġerimenti pprovduti min-Netwerk; jinnota li fil-kuntest ta’ riżorsi finanzjarji u umani limitati, dan it-titjib wassal biex jitqiesu miżuri strutturali possibbli intiżi biex jirrazzjonalizzaw il-funzjonament tal-aġenziji; Jinnota li dawn il-miżuri diġà pproduċew riżultati bħal kondiviżjoni tas-servizzi bejn l-aġenziji u jinkoraġġixxi lill-aġenziji biex ikomplu dawn l-isforzi;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

16.  Ifakkar li l-prinċipju tal-annwalità hu wieħed mit-tliet prinċipji bażiċi tal-kontabbiltà, flimkien mal-unità u l-bilanċ, li huma indispensabbli biex tiġi żgurata implimentazzjoni effikaċi tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-aġenziji deċentralizzati xi kultant ma jikkonformawx bis-sħiħ ma’ dak il-prinċipju; jistieden lill-aġenziji sabiex jiġu minimizzati l-iżbalji f’dan ir-rigward;

17.  Jinnota mis-sommarju tal-Qorti li livell għoli ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati jibqa’ l-aktar kwistjoni frekwenti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja u li din il-kwistjoni kienet tikkonċerna 24 aġenzija; jirrikonoxxi li l-livell għoli ta’ riporti jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

18.  Jieħu nota li f’seba’ każijiet, il-Qorti tal-Awdituri xorta nnotat livell għoli ta’ kanċellazzjonijiet ta’ riporti minn snin preċedenti; josserva li tali riporti jindikaw li l-approprjazzjonijiet riportati saru fuq il-bażi ta’ ħtiġijiet stmati b'mod eċċessiv jew ma kinux altrimenti ġustifikati; jistieden lill-aġenziji jagħmlu kulma jistgħu, u b'mod speċjali jimplimentaw proċessi mtejba ta' ppjanar baġitarju, ħalli fil-futur jipprevjenu riporti, b’mod partikolari b'konċentrazzjoni fuq dawk l-aġenziji, li kkanċellaw riporti minn snin preċedenti;

19.  Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni adottat il-FFR fit-30 ta' Settembru 2013 bil-għan li jiġu ssimplifikati r-regoli applikabbli għall-aġenziji;

20.  Jinnota li sabiex tiġi żgurata koerenza u komparabbiltà aħjar bejn id-dokumenti prodotti mill-aġenziji, il-Kummissjoni qed taħdem flimkien magħhom dwar il-linji gwida għad-dokument ta’ pprogrammar, li tikkonsisti f’komponent annwali u multiannwali, kif ukoll fuq mudell ta’ rapporti annwali tal-attività konsolidati (RAA) adattati għar-rekwiżiti stabbiliti mill-FFR;

21.  Jinnota li l-FFR jipprevedi RAA ikkonsolidat li jrid jintbagħat sal-1 ta' Lulju ta’ kull sena lill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-awtorità ta’ kwittanza li jikkombina l-informazzjoni mir-RAA, rapporti ta’ awditjar interni u esterni kif ukoll rapporti finanzjarji skont ir-regolament finanzjarju ta’ qafas preċedenti; jinnota li r-rapporti ta’ kwittanza jibqgħu separati minħabba n-natura speċifika tagħhom u d-destinatarji tal-kontijiet proviżorji;

22.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li fil-każ tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Frontex, il-Qorti tal-Awdituri għad trid toħroġ opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tagħhom; huwa mħasseb li għad hemm għadd kbir (97) ta’ kummenti mill-Qorti tal-Awdituri li jaffettwaw 35 aġenzija; iħeġġeġ lin-Netwerk biex jara li l-aġenziji kkonċernati jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jieħdu azzjoni fuq l-osservazzjonijiet tal-Qorti;

Il-kooperazzjoni fost l-aġenziji - servizzi komuni u ta’ sinerġiji

23.  Jesprimi d-dubji tiegħu dwar il-postijiet ġeografiċi ta’ aġenziji, li ħafna minnhom jinsabu 'l bogħod minn istituzzjonijiet Ewropej oħra; huwa tal-opinjoni li għall-ħarsien tal-indipendenza tal-aġenziji, id-distanza ġeografika mhix meħtieġa, u lanqas ma hija fiha nnifisha salvagwardja kontra interferenzi mhux mixtieqa jew mingħand il-Kummissjoni jew l-Istati Membri, iżda fil-każijiet kollha li ġġib magħha spejjeż addizzjonali tal-ivvjaġġar, u tagħmilha aktar diffiċli li wieħed jibbenefika mis-sinerġiji, bħal aktar servizzi amministrattivi u finanzjarji ċentralizzati kondiviżi minnhom kollha jew minn għadd ta’ aġenziji;

24.  Jinnota li l-aġenziji kollha eżaminaw il-proċessi amministrattivi interni tagħhom skont ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti mill-awtorità ta’ kwittanza; jinnota, barra minn hekk, li numru ta’ aġenziji diġà għandhom valutazzjoni tal-proċessi regolari mwettqa skont Ċertifikazzjoni ISO (ISO 9001) kif ukoll awditi mwettqa mill-kwalità tagħhom u d-dipartimenti tal-awditjar interni; jirrikonoxxi l-fatt li xi aġenziji kkuntrattaw l-assistenza ta’ konsulenti biex iwettqu evalwazzjoni tal-proċessi amministrattivi interni tagħhom;

25.  Jilqa’ l-fatt li l-FFR jipprevedi l-possibbiltà ta’ kondiviżjoni jew trasferiment ta’ servizzi fejn il-kosteffiċjenza tista’ tinkiseb; ifakkar li l-aġenziji diġà jfittxu sinerġiji, jiskambjaw l-aħjar prattiki u jikkondividu s-servizzi għall-operazzjoni effiċjenti tagħhom u sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tagħhom; jirrikonoxxi l-evoluzzjoni ta’ kooperazzjoni tal-aġenziji bejniethom li se jintensifikaw aktar fis-snin li ġejjin u biex dawn ikunu jistgħu jibqgħu jwettqu l-objettivi tagħhom; jinnota li 82 % tal-aġenziji ffirmaw memorandum ta’ qbil ma’ aġenziji oħra; jistieden lill-aġenziji biex ikomplu jespandu l-kooperazzjoni tagħhom li diġà hija stabbilita sew u s-servizzi kondiviżi; jistieden lill-aġenziji sabiex ifittxu b’mod proattiv iżjed kollaborazzjoni bejniethom sabiex titjieb l-effiċjenza u l-effikaċja ta’ xogħolhom;

26.  Jirrikonoxxi mill-aġenziji li nħolqot għodda tal-komunikazzjoni onlajn li sservi bħala pjattaforma għall-iskambju tal-informazzjoni, l-għarfien u tal-aħjar prattiki fost l-aġenziji, u inkluż database ta’ servizzi kondiviżi f’diversi oqsma u referenzi għal inizjattivi ġodda; jinnota li l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji qed tiżdied kontinwament fl-oqsma speċjalizzati rispettivi tagħhom u li, fil-futur qarib, 65 % tal-aġenziji jistennew li jikkonkludu inizjattivi ġodda u jiffirmaw memoranda ta’ qbil ġodda ma’ aġenziji oħra;

Prestazzjoni

27.  Jilqa’ l-fatt li kien hemm qbil dwar sett komuni ta’ prinċipji għal ġestjoni effiċjenti u effettiva orjentata lejn ir-riżultati, kif ukoll linji gwida komuni dwar is-sistemi ta’ kejl tal-prestazzjoni, dokumenti ta' programmazzjoni multiannwali u annwali u r-rappurtar u l-għodod ta’ evalwazzjoni; jenfasizza li huwa importanti li n-Netwerk isir membru tal-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar il-Prestazzjoni il-ġdid biex jitħeġġeġ fehim komuni tal-kunċett ta’ prestazzjoni tajba u mtejba; jitlob li l-Qorti tal-Awdituri tipprovdi evalwazzjoni tal-prestazzjoni u r-riżultati tal-aġenziji qabel ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali fl-2016;

28.  Huwa tal-opinjoni li t-tendenza li r-rapportar jiffoka aktar fuq l-effikaċja u r-riżultati milħuqa hija waħda pożittiva; jitlob li tissaħħaħ aktar is-sistema ta' rapportar f'dan ir-rigward sabiex titjieb ir-responsabbiltà demokratika tal-aġenziji;

Il-ġestjoni tar-riżorsi umani

29.  Jinnota li, f’Lulju 2013, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni(7) li tistabbilixxi l-ipprogrammar ta’ riżorsi umani u finanzjarji għall-aġenziji deċentralizzati għall-perjodu 2014-2020, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kompatibbiltà tar-riżorsi mar-restrizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-rigward mill-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020;

30.  Jikkonstata min-Netwerk li l-biċċa l-kbira tal-aġenziji diġà implimentaw, minkejja li dan għamluh b'diffikultà kbira, it-tnaqqis mitlub fil-persunal ta’ 5 % fil-pjanijiet pluriennali dwar l-organigrammi ta’ politika tal-persunal rispettivi tagħhom jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ħolqot grupp ta’ ridistribuzzjoni addizzjonali ta’ 5 % tal-persunal , biex b’hekk effettivament imponiet tnaqqis addizzjonali fl-organigrammi tal-aġenziji u marret lil hinn mill-mira miftiehma ta’ 5 %;

31.  Jirrikonoxxi min-Netwerk li xi aġenziji diġà qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet serji biex jaqdu l-mandati tagħhom bir-riżorsi limitati li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom; jinnota bi tħassib li l-aġenzija se jsibuha diffiċli li jipprovdu l-istess livell ta’ kwalità tax-xogħol jekk dan il-proċess ta’ tnaqqis addizzjonali tal-persunal ikompli, peress li l-Unjoni qed tafda f'idejhom għadd dejjem akbar ta’ kompiti u responsabbiltajiet; jitlob lill-Kummissjoni tirrevedi l-pjan tagħha rigward it-tnaqqis addizzjonali fil-persunal u li tadattah skont il-volum tax-xogħol u d-domanda għar-riżorsi ta' kull aġenzija;

32.  Ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-proċedura tal-baġit li l-persunal iffinanzjat minn ħlasijiet magħmula mill-industrija, u konsegwentement mhux iffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni, m'għandux jintlaqat mit-tnaqqis annwali ta' 1 % applikat mill-Unjoni; iqis li l-Kummissjoni għandha tittrattabħala każ separat dawk l-aġenziji li huma ffinanzjati primarjament mill-baġit tal-Unjoni, u tressaq qafas speċifiku għal dawk l-aġenziji li huma ffinanzjati primarjament mill-industrija, li għandu jkun proporzjonali għas-servizzi mogħtija mill-aġenzija kkonċernata;

33.  Hu tal-fehma li, b'mod ġenerali, għandu jsir titjib fil-proċeduri tar-reklutaġġ u, fost l-oħrajn, b'fokus fuq it-trasparenza tagħhom;

34.  Jinnota li n-Netwerk qabel li jistabbilixxi grupp ta’ investigaturi ta’ bejn l-aġenziji sabiex iwettqu investigazzjonijiet dixxiplinari; jirrikonoxxi li l-kandidati nnominati mill-aġenziji se jipparteċipaw f’azzjoni ta’ taħriġ speċifiku għal dan l-għan li jitwettaq mill-Uffiċċju ta’ Investigazzjoni u Dixxiplina tal-Kummissjoni;

Kooperazzjoni tan-netwerk mal-Parlament

35.  Huwa sodisfatt bil-kooperazzjoni tan-Netwerk mal-kumitat Parlamentari responsabbli u jinnota d-disponibbiltà u l-ftuħ tad-diretturi tal-aġenziji kkuntattjati mill-kumitat fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ kwittanza; jistieden lin-netwerk u l-aġenziji individwali biex ikomplu jespandu l-komunikazzjoni u koperazzjoni tagħhom mal-Parlament lil hinn mill-proċedura ta’ kwittanza;

Kunflitti ta’ interess u trasparenza

36.  Josserva li, wara l-azzjoni tal-pjan direzzjonali, il-Kummissjoni ppubblikat il-"Linji gwida dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fl-aġenziji deċentralizzati tal-UE" (il-"Linji gwida") f’Diċembru 2013; Jinnota li dawn il-Linji gwida jinkludu dispożizzjonijiet dwar pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ interessi għall-membri tal-bord ta' tmexxija, id-diretturi eżekuttivi, l-esperti f’kumitati xjentifiċi jew korpi u persunal oħra bħal dawn; jinnota, barra minn hekk, li l-Linji gwida jipprovdu referenza ċara għall-politiki adottati mill-aġenziji; jinnota li għadd ta’ aġenziji ħarġu jew aġġornaw il-politiki tagħhom dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess biex jirriflettu l-Linji gwida;

37.  Jinnota li l-linji gwida mhumiex legalment vinkolanti fuq l-aġenziji u jappella lill-Kummissjoni biex teżamina kif aktar ftehimiet vinkolanti mal-aġenziji jistgħu jiġu konklużi biex tkun promossa t-trasparenza u biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess;

38.  Jirrikonoxxi mill-aġenziji li l-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni fl-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi Ewropej hija tal-ogħla importanza; jinnota li l-aġenziji introduċew għadd ta’ miżuri u għodod konkreti sabiex jiġu indirizzati b’mod adegwat ir-riskji ta’ kunflitti ta’ interess attwali u perċepiti; jinnota li 88 % tal-aġenziji diġà adottaw politiki rilevanti għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, filwaqt li t-12 % li jifdal huma fil-proċess li jagħmlu dan; jinnota li l-politiki ta’ 81 % tal-aġenziji jikkunsidraw l-esperti nazzjonali sekondati, u l-persunal estern u interim;

39.  Jinnota, madankollu, li għadd ta’ aġenziji għadhom jesperjenzaw diffikultajiet bl-implimentazzjoni ta’ politiki tal-indipendenza tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-persunal tal-gruppi ta’ esperti u panils xjentifiċi u kumitati; jirrakkomanda lill-agenziji li jindirizzaw din il-kwistjoni flimkien mal-Kummissjoni, b’kont meħud ukoll tar-rakkomandazzjonijiet imqajma mill-inkjesta fuq inizjattiva proprja tal-Ombudsman Ewropew (OI/6/2014/NF) li bdiet fit-12 ta’ Mejju 2014, deskritta f’ittra lill-Kummissjoni dwar il-kompożizzjoni tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni;

40.  Jinnota li 61 % tal-aġenziji diġà ppubblikaw s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta’ interess tal-membri tal-bord ta’ tmexxija tagħhom, tal-persunal maniġerjali u tal-esperti esterni u interni fuq il-websajt tagħhom; jirrikonoxxi li l-aġenziji li jifdal qablu li jippubblikaw l-istess informazzjoni fuq l-adozzjoni ta’ politika riveduta u jistenna li dawn l-aġenziji jadottaw politika riveduta u jippubblikaw din l-informazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn;

41.  Jinnota li l-esperti nazzjonali sekondati u l-persunal estern u interim mhumiex speċifikament imsemmija fil-linji gwida u li, speċjalment fil-każ tal-hekk imsejħa esperti indipendenti, għad hemm lok għal interpretazzjoni, pereżempju, fil-każ ta’ akkademiċi li impenjaw irwieħhom ukoll għar-riċerka għal kumpaniji individwali jew il-komunità tan-negozju b’mod ġenerali; jistieden lin-Netwerk sabiex jiżgura approċċ armonizzat f’dan ir-rigward, li jipprevjeni wkoll kwalunkwe kunflitt ta’ interess indirett;

42.  Jirrikonoxxi li l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) elabora linji gwida għal strateġiji kontra l-frodi tal-aġenziji u li qies il-kontribuzzjoni tal-aġenziji meta jkun qed jagħmel dan; jinnota li l-OLAF ta appoġġ lill-aġenziji biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ dawk il-linji gwida;

43.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex tagħti segwitu dwar ir-Rapport Speċjali tagħha Nru 15/2012 “Il-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess f’Aġenziji magħżula tal-UE”;

44.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex twettaq evalwazzjoni regolari tat-trasparenza u l-integrità tal-aġenziji u sabiex ir-riżultati ta’ tali evalwazzjoni jsiru pubblikament disponibbli;

Viżibbiltà

45.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ viżibbiltà u responsabbiltà demokratika tal-aġenziji, billi dawn ġeneralment ma tantx huma magħrufin maċ-ċittadini u huma vulnerabbli fir-rigward ta’ influwenzi esterni minn lobbyists speċjalizzati, b’mod partikolari minn dawk li jirrappreżentaw negozji kbar;

46.  Jirrikonoxxi li fl-2014, kważi l-aġenziji kollha inkludew fuq il-websajts tagħhom id-dikjarazzjoni li huma aġenziji tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-aġenziji li jifdal biex iżidu d-dikjarazzjoni bħala kwistjoni ta’ urġenza u jistieden lill-aġenziji jiżguraw li huma u l-ħidma tagħhom huma assoċjati mal-Unjoni;

47.  Jilqa' l-inizjattiva ta' ftit mill-aġenziji li jintroduċu l-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar ftit mill-politiki tagħhom; jistieden lill-aġenziji biex ikomplu b’din il-prattika;

48.  Jinnota li, f’dak li għandu x’jaqsam mar-responsabbiltà soċjali, il-kuntratti kollha ffirmati mill-aġenziji għas-servizzi esterni jorbtu lill-kuntratturi biex jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni lokali tat-taxxa u tax-xogħol; jirrikonoxxi li l-aġenziji impenjaw ruħhom ukoll għal aktar azzjonijiet li jippromwovu r-responsabbiltà soċjali, jew minħabba l-profil soċjali tal-missjonijiet speċifiċi tagħhom jew fir-rigward tal-komunitajiet lokali li fihom huma bbażati;

49.  Jinnota b’mod partikolari l-azzjonijiet li ġejjin:

   l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini qed tippubblika proporzjon ferm kbir tal-produzzjoni tagħha fuq il-websajt tagħha, sabiex ittejjeb l-informazzjoni pubblika u l-kuxjenza,
   iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali qed tappoġġa b’mod attiv il-muniċipalità ta’ Thessaloniki fl-esplorazzjoni ta’ possibbiltajiet biex jidentifika u jqabbel il-ħiliet fil-livell lokali u reġjonali kif ukoll iqassam mill-ġdid it-tagħmir tal-IT deklassifikat tiegħu fl-iskejjel lokali u karitajiet abbażi ta’ proċess ta’ applikazzjoni u allokazzjoni trasparenti,
   il-programm innovattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ dwar l-attivitajiet tal-midja soċjali matul is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali fl-2010 rebaħ premijiet internazzjonali u tali approċċ partiċipattiv kompla nxtered fost l-attivitajiet tiegħu;

50.  Jinnota li aġenzija waħda biss, iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT), tippubblika l-RAA tagħha fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, filwaqt li tliet aġenziji jittraduċi sommarji tal-RAA tagħhom fi 23 lingwa uffiċjali, bil-Gaeliku li huwa l-eċċezzjoni;

51.  Jinnota li taħt it-tmexxija tas-CdT, in-Netwerk wettaq stħarriġ dwar approċċi tal-aġenziji għall-multilingwiżmu; jinnota li dan l-istħarriġ juri varjazzjonijiet kbar fl-approċċi attwali għall-multilingwiżmu u josserva li, peress li kull aġenzija għandha udjenzi fil-mira differenti, it-talbiet tal-partijiet ikkonċernati kif ukoll il-baġits u l-iskali differenti, ma jistax ikun hemm politika ta' "qies wieħed għal kulħadd" fir-rigward tal-ilsna għall-aġenziji kollha;

52.  Jirrikonoxxi madankollu li l-aġenziji kollha qed jaħdmu favur l-applikazzjoni ta' prattika ta’ multilingwa fil-preżenza onlajn tagħhom u qed jimmiraw biex ikollhom tal-inqas sezzjoni jew dokument fil-websajt tagħhom li jipprovdi informazzjoni bażika dwar l-aġenzija fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni; jirrimarka li għalkemm approċċ multilingwi jeħtieġ impenn finanzjarju sinifikanti, hemm il-ħtieġa li l-aġenziji jieħdu azzjoni immedjata f’dan il-qasam;

53.  Jinnota li r-riżultati tal-ħidma tal-aġenziji huma disponibbli pubblikament permezz tal-inklużjoni tal-RAA tagħhom fuq il-websajts tagħhom; jinnota, barra minn hekk, li partijiet tal-RAA jinkludu deskrizzjonijiet li jispjegaw f’termini aċċessibbli kif il-fondi tal-Unjoni huma użati fil-baġit tal-aġenziji; josserva li l-parti l-kbira tal-aġenziji jipproduċu rapporti relatati mal-impatt tal-kompiti speċifiċi tagħhom fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni u li jispjegaw għaliex il-ħidma tagħhom hija importanti;

54.  Jinnota li ħafna aġenziji saħħew il-preżenza onlajn tagħhom, u għamlu sforzi sostanzjali biex iżidu l-viżibbiltà tagħhom and jilqa' l-approċċ proattiv f’dan ir-rigward; ikompli jistieden lill-aġenziji biex iżidu l-viżibbiltà tagħhom permezz ta' għodod oħrajn bħalma huma n-netwerks soċjali, il-jiem għall-pubbliku, il-preżenza fil-fieri u għodod simili oħrajn sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini Ewropej ikunu infurmati tajjeb b’mod trasparenti dwar il-ħidma tal-aġenziji;

Kontrolli interni

55.  Josserva li 10 aġenziji kellhom b’kollox 17-il kumment relatat ma’ kwistjonijiet ta’ kontroll intern, li jirrappreżentaw progress meta mqabbel mal-2012, fejn 22 Aġenzija kellhom 34 kumment rigward l-istess kwistjonijiet; jinnota li f’erba’ każijiet dawk il-kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-istandards ta’ kontroll intern li ma ġewx adottati fi tmiem is-sena jew adottata imma implimentati parzjalment biss, jew għal liema azzjonijiet korrettivi kienu għadhom għaddejjin; jinnota li l-kummenti rigward il-ġestjoni tal-assi fissi u l-ġestjoni tal-għotjiet naqas meta mqabbel mal-2012;

56.  Jinnota li r-rwoli tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) u l-Kapaċitajiet tal-Awditjar Intern tal-aġenziji (IACs) ġew iċċarati aktar mill-FFR billi ġie stabbilit il-post għall-koordinazzjoni msaħħa tal-ħidma, l-iskambju ta’ informazzjoni u s-sinerġiji globali bejniethom; jinnota li l-FFR jagħti lill-Aġenziji l-possibbiltà li jikkondividu l-IACs tagħhom u jistedinhom jagħmlu dan, fejn ikun possibbli;

57.  Jistieden b'mod ġenerali lill-Qorti tal-Awdituri biex tiffoka aktar fuq l-awditjar tal-ġestjoni finanzjarja soda tal-aġenziji, jiġifieri l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja li biha l-aġenziji użaw l-approprjazzjonijiet tagħhom biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

58.  Itenni li l-korpi tal-Unjoni li għalihom ir-regoli finanzjarji stabbiliti fil-FFR ma japplikawx għandhom jistabbilixxu, għal raġunijiet ta’ konsistenza, regoli simili, fejn xieraq(8); jenfasizza li l-bilanċi favorevoli attwali għandhom jiġu ttrattati mill-aktar fis possibbli, u għandha tiġi esplorata l-possibbiltà ta’ riallokazzjoni tal-flus lejn il-baġit tal-Unjoni, u jirreferi l-kwistjoni quddiem il-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar il-Prestazzjoni għall-konsiderazzjoni;

Kummenti oħra

59.  Jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi magħmula mill-aġenziji biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-kosteffettività tal-ambjent tax-xogħol u kemm dan huwa favur l-ambjent; iħeġġeġ lill-aġenziji biex ikomplu jfittxu soluzzjonijiet kosteffettivi u favur l-ambjent fir-rigward tax-xogħol u l-ġestjoni tal-bini u biex iżidu l-utilità ta’ soluzzjonijiet diġitali bħal konferenzi bl-użu ta’ vidjows sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u spejjeż oħrajn;

o
o   o

60.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-aġenziji suġġetti għal din il-proċedura ta' kwittanza, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 442, 10.12.2014.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(6) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013.
(7) COM(2013)0519.
(8) Attwalment is-CPVO (L-Uffiċċju Komunitarju dwar il-Varjetà tal-Pjanti) f’Angers u l-UASI (Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern) f’Alicante.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
PDF 437kWORD 96k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2123(DEC))
P8_TA(2015)0131A8-0117/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-sbatax ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0117/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2123(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),, u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0117/2015),

1.  Jikkonstata li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2123(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0117/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 11 930 220, li jirrappreżenta żieda ta' 64,74 % meta mqabbel mal-baġit għall-2012, u dan minħabba l-fatt li l-Aġenzija ġiet stabbilita reċentement u bħala riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament REMIT(15); billi l-baġit kollu tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u ż-żewġ rakkomandazzjonijiet huma issa mmarkati fir-rapport tal-Qorti bħala "Ikkompletati"; jikkonstata, barra minn hekk, li fir-rigward tal-ħames kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u tliet kummenti issa huma mmarkati bħala ''Ikkompletata'' u tnejn bħala "Għadha għaddejja";

2.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li ġew formalizzati miżuri fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ tal-Aġenzija bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tad-Direttur tagħha 2014-06 tal-4 ta’ April 2014; jikkonstata li din id-deċiżjoni ġiet ippreżentata quddiem il-Qorti u jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-opinjoni tal-Qorti hekk kif din issir disponibbli;

3.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija implimentat sensiela ta’ miżuri sabiex itejbu l-proċessi tal-ippjanar tal-baġit bl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sett ta' linji gwida li għandhom jiġu segwiti mill-atturi involuti fil-proċess tal-ippjanar baġitarju, kif ukoll twettaq eżerċizzji regolari ta' previżjoni u rieżami tal-konsum tal-approprjazzjonijiet, inkluż monitoraġġ kull xahar u rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jikkonstata bi tħassib mir-Rapport 2013 ta' Attività Annwali tal-Aġenzija li ma ntlaħaq l-ebda ftehim għal kwalunkwe kontribuzzjoni lejn l-Aġenzija mill-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles;

5.  Jikkonstata li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni baġitarja ta’ 97,53 %, li tirrappreżenta żieda ta' 4 % meta mqabbla mal-2012, u li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament ta' 55,00 % kienet baxxa, taħt il-mira tal-Aġenzija ta’ 70 % skont ir-rapport ta' attività annwali, l-aktar minħabba l-wasla tard ta' EUR 2 989 000 permezz ta’ baġit emendat approvat fil-31 ta’ Ottubru 2013;

6.  Jikkonstata bi tħassib li l-Aġenzija kellha EUR 5 500 000 f'kontanti fi tmiem is-sena; jistieden lill-Aġenzija biex tiżgura mmaniġġjar tat-teżor rigoruż fil-futur;

Impenji u riporti

7.  Jieħu nota li total ta’ EUR 1 900 000 mill-approprjazzjonijiet impenjati tat-Titolu II ġie riportat għall-2014, primarjament bħala riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament REMIT; jikkonstata li skont l-opinjoni tal-Qorti, din hija attività operattiva u pluriennali li kellha tiġi bbaġitjata taħt it-Titolu III; jikkonstata, barra minn hekk, li dan in-nuqqas ġie rettifikat f’approprjazzjonijiet impenjati sussegwenti;

8.  Jikkonstata, barra minn hekk, li r-riporti għall-approprjazzjonijiet tat-Titolu III ammontaw għal EUR 3 100 000, li jirrappreżentaw 91 % tat-total tal-approprjazzjonijiet tat-Titolu III; jirrikonoxxi l-fatt li dawn ir-riporti huma relatati mar-Regolament REMIT u li rata eċċezzjonalment għolja tagħhom hija prinċipalment dovuta għal EUR 2 989 000 riċevuti permezz ta’ baġit emendat approvat fil-31 ta’ Ottubru 2013;

9.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li ġiet implimentata sensiela ta’ miżuri sabiex itejbu l-proċessi tal-ippjanar tal-baġit; jappella lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress u r-riżultati ta’ dawk il-miżuri;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

10.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-politika tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi ġiet riveduta abbażi tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta’ Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE; jieħu nota li bħala riżultat ta’ dak ir-rieżami, l-Aġenzija abbozzat politika ġdida li ġiet soġġetta għall-proċess ta’ konsultazzjoni interna tal-Aġenzija u għandha tiġi adottata mill-Bord tal-Amministrazzjoni tagħha; jappella lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni ladarba jkunu disponibbli;

11.  Jirrikonoxxi, barra minn hekk, li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord ta' Regolaturi, id-Direttur, l-uffiċjali ta’ livell maniġerjali għoli u l-esperti li jieħdu sehem fil-gruppi ta' esperti tal-Aġenzija, kif ukoll is-CVs tal-Membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni u tal-Bord tal-Appell, tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit tal-internet tal-Aġenzija; josserva li d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tad-Direttur u tal-membri tal-Bord ta' Appell huma pubbliċi;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

12.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija implimentat miżuri ġodda wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-ħidma tal-Kumitati tal-Għażla għas-selezzjoni ta' Persunal Temporanju u Aġenti Kuntrattwali;

13.  Jikkonstata li l-mistoqsijiet għall-intervisti u t-testijiet huma mħejjija qabel l-eżami tal-applikazzjonijiet; jikkonstata, barra minn hekk, li l-kriterji għall-ammissjoni għat-testijiet bil-miktub u l-intervisti u għal fuq il-lista mqassra huma speċifikati f'aktar dettall;

Awditjar intern

14.  Jirrikonoxxi li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar l-Aġenzija skont il-Pjan Strateġiku ta' Awditjar tagħha għall-Aġenzija għall-2013-2015;

15.  Jieħu nota li, waqt l-analiżi tar-riskji, l-IAS identifika total ta' tmien proċessi b'riskju inerenti għoli li ma setgħux jitqiesu bħala awditjabbli fl-ambitu tal-pjan ta' awditjar, peress li l-kontrolli ġew ivvalutati bħala assenti jew insuffiċjenti; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ppreżentat pjan ta’ azzjoni lill-IAS sabiex jittaffu n-nuqqasijiet identifikati;

16.  Jirrikonoxxi barra minn hekk li l-IAS għamel ir-rakkomandazzjonijiet “Importanti Ħafna” li ġejjin:

   titjieb l-istruttura, jissaħħaħ il-kontenut u tkun żgurata l-kompletezza tal-programm ta’ ħidma annwali,
   jissaħħaħ il-monitoraġġ ta’ attivitajiet ta’ akkwist,
   jissaħħaħ il-monitoraġġ operattiv u dak tal-implimentazzjoni tal-baġit;

17.  Jiżgura li, b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-IAS, l-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni sabiex jiġu solvuti n-nuqqasijiet; jikkonstata li l-IAS ikkunsidra li l-pjan ta’ azzjoni jindirizza b’mod adegwat ir-riskji identifikati;

18.  Jikkonstata li l-IAS wettaq rieżami dokumentarju tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu; jieħu nota li mill-31 ta’ Diċembru 2013, ma kienet miftuħa l-ebda rakkomandazzjoni kritika u li l-proċess ta’ implimentazzjoni ta’ tliet rakkomandazzjonijiet importanti ħafna kien għaddej skont kif previst;

o
o   o

19.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 18.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 18.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 18.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 18.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).
(16) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC)
PDF 436kWORD 94k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2124(DEC))
P8_TA(2015)0132A8-0081/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju tal-Korp għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0081/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Maniġer Amministrattiv tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2124(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju tal-Korp għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0081/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2124(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0081/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ("l-Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 3 557 219, li jirrappreżenta żieda ta' 11,51 % meta mqabbel mal-2012, u dan minħabba l-fatt li l-Korp ġie stabbilit reċentement;

B.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni lill-baġit tal-Uffiċċju għall-2013 kien jammonta għal EUR 3 556 000, li jirrappreżenta żieda ta' 11,47 % meta mqabbel mal-2012;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata b'sodisfazzjon mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward it-tliet kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u l-kummenti kollha huma mmarkati fir-rapport tal-Qorti tal-2013 bħala "Ikkompletata"; jikkonstata, barra minn hekk, li għall-għaxar kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu wkoll azzjonijiet korrettivi u issa tmien kummenti huma mmarkati bħala ''Ikkompletata'', u tnejn bħala "Għadha għaddejja';

2.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Uffiċċju, li dan intervjena biex jimmitiga l-implimentazzjoni tal-baġit u jimmonitorja l-kwistjonijiet fil-forma ta' laqgħat baġitarji li jsiru kull xahar tal-maniġers tal-Uffiċċju, kif anki rendikontijiet dettaljati tal-progress tal-implimentazzjoni tal-baġit, ippreżentati trimestralment lill-Kumitat ta' Tmexxija għall-kummenti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 89,55 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 76,58 %;

4.  Jieħu nota mir-rapport tal-Qorti li r-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tjiebu konsiderevolment meta mqabblin mal-2012, fatt li jindika ppjanar aħjar u attivitajiet ta' implimentazzjoni aktar f'waqthom; josserva, madankollu, li għad hemm lok għal aktar titjib;

5.  Jilqa' pożittivament l-isforzi tal-Uffiċċju intiżi li jtejbu l-akkuratezza tal-ippjanar baġitarja tiegħu kif ukoll inaqqsu sal-minimu l-kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn; jistieden lill-Uffiċċju jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bir-riżultati ta' tali azzjonijiet;

Impenji u riporti

6.  Jikkonstata bi tħassib li l-livell ta' riporti kanċellati mill-2012 baqa' relattivament għoli fi 28 % filwaqt li fl-2012, kien 45 %; jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Uffiċċju, li l-kwistjoni tal-livell għoli ta' kanċellazzjonijiet se tkompli tiġi affrontata minn analiżi bir-reqqa tal-ammonti riportati fi tmiem is-sena, li suppost se jnaqqas il-livelli kumplessivi ta' riporti;

7.  Jieħu nota mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati naqas minn 19 %, kif osservat fl-2012, għal 13 % fl-2013; jieħu nota li r-riporti kienu fil-biċċa l-kbira relatati ma' kuntratti ffirmati fit-tieni nofs tal-2012 għal attivitajiet ippjanati fl-2013 u fl-2014.

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.  Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist jew ta' reklutaġġ tal-Uffiċċju fir-rapport tal-Qorti;

9.  Jieħu nota li fi tmiem is-sena, l-Uffiċċju impjega 25 membru tal-persunal u kellu sitt postijiet battala minn 28 post awtorizzat; jieħu nota li fl-2013, l-Uffiċċju ffinalizza sitt proċeduri ta' reklutaġġ u impjega membri tat-tim għal żewġ postijiet ta' AST, tliet postijiet ta' aġenti kuntrattwali u mela pożizzjoni bħala espert nazzjonali ssekondat għal perjodu ta' xahrejn; jieħu nota li fl-2013 bdew żewġ proċeduri ta' reklutaġġ oħra;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

10.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mir-rapport annwali ta' attività tal-Uffiċċju, li skont r-Regolament (KE) Nru 1211/2009, l-Uffiċċju għandu jiżvolġi l-attivitajiet tiegħu, flimkien mal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC), b'livell għoli ta' trasparenza u jrid jiżgura li lill-pubbliku u lil kwalunkwe parti interessata tingħatalhom informazzjoni oġġettiva, affidabbli u faċilment aċċessibbli fir-rigward tar-riżultati ta' xogħlu;

11.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Uffiċċju, li dan qiegħed jassumi r-responsabbiltà li jiġġestixxi d-dokumenti kollha maħluqa fil-kors tal-attivitajiet tal-BEREC kif ukoll li jiggarantixxi t-trasparenza massima tax-xogħol tal-BEREC, f'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ; jieħu nota wkoll tal-fatt li tali kompiti jitwettqu billi jinżamm ir-reġistru pubbliku tad-dokumenti tal-BEREC u tal-Uffiċċju, kif ukoll is-sit web tiegħu, u billi jiġu garantiti t-trasparenza u l-effiċjenza tal-proċeduri interni kemm tal-BEREC kif ukoll tal-Uffiċċju;

Awditjar intern

12.  Jikkonstata li fl-2013, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq rieżami limitat tal-adegwatezza tad-disinn u tal-effikaċja tal-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern (ICS), li kopra 16-il ICS adottati mill-Kumitat ta' Tmexxija f'Mejju 2011; jikkonstata, barra minn hekk, li bħala riżultat ta' tali rieżami limitat, u fid-dawl tal-fatt li l-Uffiċċju kien stabbilit reċentement u tal-istatus attwali tal-operazzjonijiet u tal-amministrazzjoni, l-IAS ifformula 18-il rakkomandazzjoni, li minnhom waħda hija mmarkata bħala "Kritika" u erbgħa bħala "Importanti ħafna";

13.  Jikkonstata li għadhom miftuħin żewġ kwistjonijiet, li huma l-implimentazzjoni ta' kontrolli adegwati tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-istabbiliment ta' proċess sistematiku ta' ġestjoni tar-riskju; josserva li attwalment l-Uffiċċju qiegħed jindaga għal soluzzjoni xierqa biex jissolvew dawn iż-żewġ kwistjonijiet mill-aktar fis; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li jsir f'dan ir-rigward;

14.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Uffiċċju, li b'segwitu għat-tali awditu, huwa pprepara pjan ta' azzjoni li l-IAS qies li kien qiegħed jaffronta r-riskji identifikati u, jekk implimentat kif ippjanat, adatt biex jimmitigahom;

Kummenti oħra

15.  Jiddispjaċih immens li 91 % tar-rimborżi lill-esperti tal-2013 saru tard; jikkonstata, minbarra dan, li fl-ewwel semestru tal-2013, il-pagamenti tardivi kienu skadew b'medja ta' 78 ġurnata, filwaqt li fit-tieni semestru tal-2013 kienu skadew b'medja ta' 33 ġurnata; jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Uffiċċju, li dan se jeżamina diversi metodi ħalli jnaqqas id-dewmien fil-pagamenti u jiffissa objettiv ta' 30 ġurnata; jistieden lill-Uffiċċju jsolvi din il-kwistjoni b'urġenza u jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-miżuri meħuda għal dan il-għan u dwar ir-riżultati tagħhom;

o
o   o

16.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 28.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 28.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 28.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 28.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT)
PDF 438kWORD 95k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2101(DEC))
P8_TA(2015)0133A8-0084/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0084/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2101(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0084/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2101(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0084/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 52 193 667, li jirrappreżenta żieda ta' 8,08 % meta mqabbel ma' dak għall-2012;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.  billi l-kompitu taċ-Ċentru huwa li jipprovdi lil kwalunkwe istituzzjoni jew korp tal-Unjoni Ewropea li jitolbu s-servizzi tiegħu bis-servizzi ta' traduzzjoni neċessarji għall-attivitajiet tagħhom;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-istatus ta' żewġ azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'reazzjoni għall-kummenti tiegħu tas-sena preċedenti huma mmarkati bħala "Għadha għaddejja";

2.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li ħejja pjan ta' azzjoni sabiex inaqqas l-ispejjeż amministrattivi tiegħu kif identifikati fl-oqsma tar-riżorsi umani, iċ-ċirkwiti finanzjarji, l-informatika u l-infrastruttura; jaċċerta miċ-Ċentru li laħaq il-limitu tiegħu rigward it-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 83,47 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 77,68 %;

Kuntratti qafas

4.  Jikkonstata li ċ-Ċentru kkonkluda 472 kuntratt qafas ma' fornituri ta' servizzi ta' traduzzjoni għal perjodu massimu ta' 4 snin fl-2008. jikkonstata, barra minn hekk, li fl-2012 iċ-Ċentru ħa sehem fil-proċedura ta' akkwist tal-Kummissjoni għal servizzi ta' traduzzjoni, iżda ma seta' jintlaħaq l-ebda qbil mal-Kummissjoni dwar il-klawżoli tal-kuntratt;

5.  Jirrikonoxxi li, b'konsegwenza ta' dan, iċ-Ċentru estenda l-kuntratti qafas eżistenti tiegħu għal sena addizzjonali; jikkonstata bi tħassib li, għalkemm id-Direttur taċ-Ċentru ħareġ deroga, it-tali estensjoni mhijiex konformi mar-regoli ta' implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru, li jistipulaw perjodu massimu ta' erba' snin għall-kuntratti qafas;

6.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li n-nuqqas ta' qbil mal-Kummissjoni kien dovut għall-fatt li l-Kummissjoni biddlet il-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti fi stadju avvanzat tal-proċess; jikkonstata d-deċiżjoni taċ-Ċentru li jtawwal il-kuntratti eżistenti abbażi tal-impatt negattiv jekk ma jkun hemm ebda kuntratt fis-seħħ sakemm tkun tista' tiġi organizzata s-sejħa għal offerti li jmiss;

Impenji u riporti

7.  Jirrikonoxxi li r-rapport tal-Qorti ma jsemmi l-ebda kwistjoni notevoli fir-rigward tal-livell ta' riporti fl-2013; jikkonstata li 5,79 % tal-approprjazzjonijiet baġitarji ġew riportati għall-2014;

Kontrolli interni

8.  Jirrikonoxxi li, fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq valutazzjoni sħiħa tar-riskju li rriżultat fil-Pjan ta' Awditjar Strateġiku Intern tal-IAS għaċ-Ċentru, li jelenka s-suġġetti proposti għall-awditjar fil-perjodu 2014-2016;

9.  Jirrkonoxxi li, minħabba diversi limitazzjonijiet, bħar-rilokazzjoni lejn il-Bini Drosbach, il-progress miksub fl-implimentazzjoni ta' diversi azzjonijiet inklużi fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Kontroll Intern ma kienx daqs kemm kien inizjalment antiċipat;

10.  Jikkonstata bi tħassib li, waqt l-analiżi tar-riskji li għamel, l-IAS identifika ċerti proċessi ta' riskju inerenti għoli li ma setgħux jitqiesu bħala awditjabbli fl-ambitu tal-pjan ta' awditjar, peress li l-kontrolli ġew ivvalutati bħala assenti jew insuffiċjenti; jindika li l-maniġment taċ-Ċentru ppreżenta lill-IAS bi pjan ta' azzjoni intenzjonat biex jindirizza dawn id-dgħufijiet u li l-azzjonijiet meħuda miċ-Ċentru biex jindirizzahom se jingħataw segwitu mill-IAS;

11.  Jieħu nota li l-IAS ta segwitu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu permezz ta' rieżami dokumentarju, u li fil-31 ta' Diċembru 2013 l-ebda rakkomandazzjoni kritika preċedenti ma kienet għadha pendenti; jikkonstata li rakkomandazzjoni waħda importanti ħafna qed tiġi implimentata u qiegħda fit-triq it-tajba, u li l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjoni importanti ħafna oħra ġiet imdewma; jappella liċ-Ċentru biex jieħu ħsieb din il-kwistjoni u jinforma lill-awtorità ta' kwittanza meta titlesta;

12.  Jikkonstata bi tħassib li d-delegi formali mill-uffiċjali awtorizzanti mhumiex dejjem konsistenti mad-drittijiet ta' awtorizzazzjoni għal tranżazzjonijiet fis-sistema ta' kontabilità abbażi tad-dovuti (ABAC); jirrikonoxxi mill-informazzjoni pprovduta miċ-Ċentru li huwa aġġorna d-delega formali sabiex jagħmilha konformi mad-drittijiet fis-sistema ABAC;

Trasferimenti

13.  Jikkonstata li, skont ir-rapport ta' attività annwali taċ-Ċentru, kif ukoll ir-rapport tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

14.  Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist taċ-Ċentru fir-rapport tal-Qorti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

15.  Jirrikonoxxi mill-informazzjoni pprovduta miċ-Ċentru li huwa vvaluta l-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess abbażi tal-"Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE"; jikkonstata li, abbażi ta' dik il-valutazzjoni, iċ-Ċentru ħoloq politika ġdida li tiddikjara li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tal-Maniġment, id-Direttur u l-uffiċjali tal-maniġment superjuri jridu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

16.  Jikkonstata li ċ-Ċentru ppreżenta dik il-politika ġdida lill-Bord tal-Maniġment tiegħu fl-2014 u li din ġiet approvata fid-29 ta' Ottubru 2014; jirrikonoxxi li ċ-Ċentru qiegħed is-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tal-Maniġment għad-dispożizzjoni fis-sit tiegħu fuq l-internet; jappella liċ-Ċentru biex iħaffef il-faċilità ta' aċċess għal dawn id-dokumenti;

Prestazzjoni

17.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-flus kontanti miżmuma miċ-Ċentru żdiedu minn EUR 35 000 000 fl-aħħar tal-2012 għal EUR 40 000 000 fl-aħħar tal-2013; jikkonstata, barra minn hekk, li l-bilanċ pożittiv tal-baġit u r-riżervi żdiedu minn EUR 30 900 000 għal EUR 37 500 000 matul l-istess perjodu;

18.  Jaċċerta miċ-Ċentru li l-bilanċ pożittiv tal-baġit tiegħu għall-2012 kien iġġenerat prinċipalment minn fatturi esterni barra mill-kontroll tiegħu u li ċ-Ċentru ħa azzjonijiet biex dan inaqqsu; jikkonstata li, fid-dawl tal-analiżi tal-ispejjeż tal-2012 taċ-Ċentru, kif ukoll l-analiżi tal-ispejjeż tiegħu tal-ewwel nofs tal-2013, iċ-Ċentru ddeċieda li jbaxxi l-prezzijiet tiegħu għall-2014; jirrikonoxxi mill-informazzjoni pprovduta miċ-Ċentru li l-baġits 2014 u 2015 tiegħu kienu ppjanati bħala baġits b'bilanċi negattivi b'mod li tintuża parti mill-bilanċi pożittivi tas-snin preċedenti;

Kummenti oħra

19.  Jirrikonoxxi li ċ-Ċentru sar operattiv fl-1994 u, minn dakinhar, ħadem abbażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti; jirrikonoxxi li n-negozjati taċ-Ċentru mal-Istat Membru li jospitah fir-rigward tas-sede tiegħu laħqu l-fażi finali, u li ffirma l-ftehim dwar is-sede mal-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu; jikkonstata li ċ-Ċentru qed jistenna l-konferma finali f'din il-kwistjoni;

o
o   o

20.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 35.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 35.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 35.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 35.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)
PDF 441kWORD 97k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2087(DEC))
P8_TA(2015)0134A8-0079/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta l-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0079/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2087(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta l-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0079/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2087(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0079/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 17 925 075, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 6,72 % meta mqabbel ma' dak għall-2012;

B.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit taċ-Ċentru għall-2013 ammontat għal EUR 17 133 900, li tirrappreżenta żieda ta' 1,18 % meta mqabbla ma' dik għall-2012;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati  bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u ż-żewġ rakkomandazzjonijiet huma issa mmarkati fir-rapport tal-Qorti bħala "Ikkompletata"; jikkonstata, barra minn hekk,  li għat-tliet kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu żewġ azzjonijiet korrettivi bi tweġiba għall-kummenti tas-sena ta' qabel u huma issa mmarkati bħala ''Ikkompletata'' filwaqt li wieħed huwa mmarkat bħala ''Mhux Applikabbli'';

2.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li:

   wara li segwa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti biex jiżgura li l-Kumitat ta' Preselezzjoni jiffirma d-dikjarazzjonijiet tal-interessi sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess, il-proċess ta' reklutaġġ għal uffiċjali ta' livell għoli kien ta' suċċess;
   irreveda u adatta l-politika dwar il-kunflitti ta' interess tiegħu; stieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati tar-reviżjoni ta' politika u dwar l-adattament magħmul għas-sitwazzjoni fiċ-ċentru;
   qed jieħu azzjonijiet rigward il-pubblikazzjoni tal-curricula vitae tal-membri tal-Bord Governattiv u d-dikjarazzjonijiet dwar in-nuqqas ta' kunflitti ta' interess; jinnota bi tħassib li ċ-Ċentru għadu ma rrimedjax kompletament għal din il-kwistjoni, u jistieden liċ-Ċentru biex jimplimenta azzjonijiet korrettivi u jinforma b'mod urġenti lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati;
   l-informazzjoni dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru hija pprovduta l-aktar lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali, u għaldaqstant l-impatt dirett tiegħu fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni huwa limitat fuq terminu qasir; innota, barra minn hekk, li r-rapport annwali taċ-Ċentru huwa disponibbli pubblikament fil-websajt taċ-Ċentru;
   fil-kuntest tal-qafas ta' kooperazzjoni, qed jikkoordina mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji u l-kondiviżjoni tal-għarfien tagħhom;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,95 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 92,39 %;

4.  Jaċċerta miċ-Ċentru li n-nuqqas ta' utilizzazzjoni previst fit-Titolu I, minħabba ffrankar u posponiment ta' reklutaġġ, kopra n-nefqa fit-Titolu II u t-Titolu III, marbuta ma' rekwiżiti għas-servizzi u r-riżultati tanġibbli antiċipati fil-programm ta' ħidma; jirrikonoxxi li wara r-rimarki tal-Qorti fl-2012, ir-riporti tal-approprjazzjonijiet ta' impenn tat-Titolu II tnaqqsu taħt il-limitu ta' 20 % għal 17 % fl-2013 meta mqabbla ma' 37 % fl-2012;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

5.  Jinnota li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist taċ-Ċentru fir-rapport tal-Qorti;

6.  Jirrikonoxxi mir-rapport annwali taċ-Ċentru li l-organigramma tiegħu għas-sena 2013 kellha 100 pożizzjoni, li minnhom 51 kienu pożizzjonijiet AD u 49 kienu pożizzjonijiet AST; jieħu nota, barra minn hekk, li kien hemm iktar postijiet temporanji milli permanenti fiż-żewġ gruppi ta' funzjoni;

7.  Jinnota li, fi tmiem is-sena, iċ-Ċentru impjega 96 persuna abbażi tal-organigramma u ħarġu żewġ offerti ta' xogħol għall-postijiet vakanti AD; jirrikonoxxi barra minn hekk li żewġ pożizzjonijiet tħallew vakanti sabiex ikunu jistgħu jitnaqqsu fl-2014, bi tweġiba għat-talba tal-Kummissjoni għal tnaqqis ta' 5 % fil-persunal matul is-snin li ġejjin;

Kontrolli interni

8.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li miżuri ġodda ta' verifika ex post u ex ante ġew implimentati biex jirrispondu għat-tħassib espress mill-Qorti fl-2012; jinnota barra minn hekk li miżuri ex post jinkludu kontrolli dettaljati ta' spejjeż tal-persunal għal tliet benefiċjarji magħżula b'mod każwali fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni ta' sostenn kollha, inklużi l-iskedi ta' ħin, ir-rendikont tal-paga, il-kalkolu tar-rati ta' kuljum, il-kuntratti, il-fatturi u r-rendikonti tal-bank;

9.  Jieħu nota tal-fatt li ċ-Ċentru fl-aħħar żviluppa proċess biex iwettaq monitoraġġ u jirrapporta dwar il-legalità u r-regolarità u attwalment qed jiskjera l-istrateġija tiegħu stess kontra l-frodi;

Awditjar intern

10.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq valutazzjoni sħiħa tar-riskju sabiex jiddetermina l-prijoritajiet ta' awditjar għat-tliet snin sussegwenti, li rriżultaw fil-pjan ta' awditjar strateġiku finali li jelenka s-suġġetti tal-awditjar proposti għall-2013-2015; jirrikonoxxi miċ-Ċentru li l-pjan ta' awditjar strateġiku finali ġie approvat mill-Bord Governattiv taċ-Ċentru f'Ġunju 2013;

11.  Josserva li tul l-analiżi tar-riskji, l-IAS identifika ċerti proċessi ta' riskju inerenti għoli li ma setgħux jitqiesu li jistgħu jiġu awditjati fl-ambitu tal-pjan ta' awditjar, billi l-kontrolli kienu evalwati bħala assenti jew insuffiċjenti; jirrikonoxxi miċ-Ċentru li l-maniġment tiegħu ressaq pjan ta' azzjoni bil-għan li jindirizza dawk in-nuqqasijiet, li se jkun hemm segwitu għalihom mill-IAS matul l-eżerċizzju approfondit ta' valutazzjoni tar-riskju li jmiss;

12.  Jinnota li l-IAS segwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' qabel tiegħu fl-2013 permezz ta' rieżami dokumentarju tal-informazzjoni pprovduta miċ-Ċentru dwar l-istatus ta' rakkomandazzjonijiet importanti ħafna, importanti jew mixtieqa; jirrikonoxxi li ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni kritika jew importanti ħafna pendenti fil-31 ta' Diċembru 2013;

Kummenti oħra

13.  Jilqa' l-miżuri eżemplari meħuda miċ-Ċentru fir-rigward ta' soluzzjonijiet kosteffikaċi u li jiffavorixxu l-ambjent; iħeġġeġ liċ-Ċentru jkompli b'din il-prassi tajba;

14.  Jinnota b'dispjaċir li x-xogħol ta' tiswija fuq il-bini taċ-Ċentru qed ikompli jittardja u se jitlesta biss fl-2014;

15.  Jenfasizza li l-ħidma taċ-Ċentru hija rilevanti ħafna għall-aġenda politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) u f'dak tal-ħiliet; jinnota t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li jekk ma tinqalibx it-tendenza tad-domanda ekonomika baxxa li qiegħda twassal għal rata għolja ta' qgħad, din id-domanda se trawwem u tkompli żżid in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u l-obsolexxenza tal-ħiliet permezz tal-kwalifiki żejda u l-qgħad; jirrikonoxxi l-kisbiet ewlenin taċ-Ċentru fl-2013 fil-qasam ta' attività tiegħu; barra minn hekk jinnota li ċ-Ċentru qed iwettaq l-ewwel stħarriġ pan-Ewopew tiegħu dwar il-ħiliet (eu-SKILL);

16.  Jiġbed l-attenzjoni lejn l-esperjenza pożittiva ta' xi Stati Membri b'sistemi ta' edukazzjoni doppja; madankollu, jinnota li l-edukazzjoni doppja m'għandhiex titqies bħala xi duwa universali għall-qgħad għoli fost iż-żgħażagħ;

17.  Ifaħħar liċ-Ċentru dwar l-eżiti tal-evalwazzjoni tal-2013 mill-Kummissjoni, li rrikonoxxietu bħala ċentru ewlieni ta' għarfien espert madwar id-dinja dwar oqfsa u ħiliet għall-kwalifiki u li kellu impatt importanti fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati tal-politika tal-ETV fl-Ewropa;

o
o   o

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 42.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 42.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 42.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 42.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)
PDF 442kWORD 97k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2112(DEC))
P8_TA(2015)0135A8-0086/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kulleġġ għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠAI(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0086/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2112(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kulleġġ għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠAI(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0086/2015),

1.  Jikkonstata li l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2112(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0086/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija ("il-Kulleġġ"); għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 8 540 640; billi l-baġit kollu tal-Kulleġġ huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Kulleġġ huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta' tliet kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, kif ukoll fir-rigward ta' kumment wieħed immarkat bħala "Għadha għaddejja", ttieħdet azzjoni korrettiva waħda u huwa issa mmarkat fir-rapport tal-Qorti bħala "Ikkompletata", tnejn huma immarkati bħala "Għadhom għaddejjin" u wieġed bħala "Mhux applikabbli"; jikkonstata, barra minn hekk, li għas-sitt kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdet azzjoni korrettiva waħda b'risposta għall-kummenti tas-sena preċedenti u issa huwa mmarkat bħala "Ikkompletata", tnejn ġew immarkati bħala "Mhux Applikabbli", tnejn bħala "Għadhom għaddejjin" u wieħed bħala "Pendenti";

2.  Jirrikonoxxi mill-Kulleġġ li:

   l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tiegħu fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Kulleġġ permezz tal-pubblikazzjoni annwali tad-dokumenti strateġiċi, inkluż ir-Rapport Annwali, kif ukoll permezz ta' għodod ta' komunikazzjoni oħrajn bħal vidjos u sezzjonijiet apposta fuq is-sit tal-internet;
   ittieħdet deċiżjoni mill-Bord ta' Tmexxija tiegħu li parti mis-servizzi tal-kontabilità tiegħu tiġi esternalizzata lill-Kummissjoni minn April 2014; jikkonstata l-isforzi meħuda mill-Kulleġġ biex inaqqas l-ispejjeż amministrattivi tiegħu;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 94,89 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 92,46 %; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kulleġġ biex iżid il-livell tal-eżekuzzjoni tal-pagamenti b'mod sinifikanti, b'21 %, minn 76 % kif osservat fis-sena 2012;

Impenji u riporti

4.  Jikkonstata bi tħassib il-livell għoli tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), li kien ta' 30,46 %; jieħu nota li għat-Titolu III (nefqa operattiva) il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati ammonta għal 17,91 %; jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li r-riporti għat-Titolu II irriżultaw prinċipalment minn ġrajjiet lil hinn mill-kontroll tal-Kulleġġ, bħal pagamenti dovuti fl-2014 għal servizzi u prodotti ordnati u riċevuti kif ippjanat fl-2013;

5.  Jirrikonoxxi barra minn hekk li l-livelli ta' riporti tal-Kulleġġ naqsu minn 20 % għall-operazzjonijiet bejn l-2012 u l-2013 għal 11 % għall-operazzjonijiet bejn l-2013 u l-2014; jieħu nota tal-miżuri stabbiliti mill-Kulleġġ iżda jistieden lill-Kulleġġ ikompli jtejjeb l-livelli ta' riporti sabiex iżid il-konformità tiegħu mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

6.  Jinsab imħasseb li, mill-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2012 li jammontaw għal EUR 1 669 930, l-impenji kkanċellati fl-2013 laħqu EUR 303 740, jew 18,19 %; jaċċerta ruħu li l-impenji kkanċellati rriżultaw prinċipalment minn spejjeż inqas milli stmati li kellhom jiġu rimborżati skont il-ftehimiet ta' għotjiet għall-2012; josserva li l-ammont ta' kanċellazzjonijiet jindika l-ħtieġa li tinkiseb informazzjoni aktar preċiża mill-benefiċjarji fi tmiem is-sena dwar l-ispejjeż reali mġarrba; jistieden lill-Kulleġġ jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar miżuri meħuda biex jindirizza din id-defiċjenza bħala kwistjoni ta' urġenza;

Trasferimenti

7.  Jaċċerta mill-Kulleġġ li stabbilixxa proċedura ġdida għal trasferimenti baġitarji, li tejbet l-istruttura baġitarja flimkien ma' aktar superviżjoni fuq l-implimentazzjoni tal-baġit;

8.  Jieħu nota li fl-2013, il-Kulleġġ għamel disa' trasferimenti baġitarji li jammontaw għal EUR 500 000 fi ħdan it-titoli rispettivi tagħhom; jirrikonoxxi li t-trasferimenti kollha ġew ipproċessati f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-regoli ta' implimentazzjoni; josserva barra minn hekk li t-titjib fil-proċeduri baġitarji wassal għal tendenza li jonqsu l-ammonti ta' trasferimenti baġitarji;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

9.  Jikkonstata bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Kulleġġ għadhom mhumiex kompletament trasparenti peress li ċerti elementi proċedurali għadhom mhumiex kompluti, mhumiex ċari biżżejjed jew mhumiex konformi; jieħu nota tal-azzjonijiet tal-Kulleġġ għar-reviżjoni tal-proċess ta' reklutaġġ permezz tat-tfassil mill-ġdid u t-titjib tal-istruzzjonijiet tax-xogħol, il-mudelli u l-listi ta' kontroll relatati; jistieden lill-Kulleġġ jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-impatt li kellu l-proċess imfassal mill-ġdid fuq ir-reklutaġġi miftuħin varati fl-2014 u jistenna bil-ħerqa r-riżultati tal-awditi futuri tal-Qorti rigward il-proċessi ta' reklutaġġ;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

10.  Jieħu nota li l-Kulleġġ skeda rieżami tal-arranġamenti stabbiliti bil-għan li jiżviluppa politika speċifika dwar il-kunflitti ta' interess applikabbli għall-persunal tiegħu kif ukoll għal partijiet interessati oħrajn li qed jikkollaboraw direttament mal-Kulleġġ iżda li mhumiex impjegati minnu; jirrikonoxxi li l-Bord ta' Tmexxija tal-Kulleġġ adotta l-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess f'Novembru 2014;

11.  Jikkonstata l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur, Viċi Direttur u Kap tas-Servizzi Korporattivi fuq is-sit tal-Kulleġġ; jirrikonoxxi li b'segwitu għall-adozzjoni tal-politika dwar il-kunflitti ta' interess f'Novembru 2014, il-Kulleġġ talab lill-Membri tal-Bord ta' Tmexxija tiegħu biex jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet tal-interessi u s-CVs tagħhom fuq is-sit tal-Kulleġġ;

12.  Iħeġġeġ lill-Kulleġġ jippubblika, sa Ġunju 2015, id-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-Persunal u tal-Membri tal-Bord ta' Tmexxija, tal-Membri tal-Gruppi ta' Ħidma / Panel ta' Awditu u Esperti Nazzjonali Ssekondati;

13.  Jiddispjaċih li l-Kulleġġ naqas milli jwieġeb il-mistoċsijiet relatati ma' inizjattivi possibbli fl-interess ta' aktar trasparenza rigward il-kuntatti bejn aġenziji u lobbyists; iħeġġeġ lill-Kulleġġ iwieġeb sa tmiem Mejju 2015;

Awditjar intern

14.  Jikkonstata li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditjar bil-għan li jevalwa l-adegwatezza tat-tfassil u l-applikazzjoni effikaċi tas-sistema ta' kontroll intern relatata mas-sottoproċessi tar-riżorsi umani ġestiti mill-Kulleġġ; jirrikonoxxi li l-IAS sab li s-sistema stabbilita ta' kontroll intern qed tipprovdi livell raġonevoli ta' assigurazzjoni fir-rigward tal-ilħiq tal-objettivi tan-negozju għall-proċessi tar-riżorsi umani rilevanti;

15.  Jirrikonoxxi li l-IAS ta segwitu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu permezz ta' rieżami dokumentarju, u li ma sab l-ebda rakkomandazzjoni kritika jew importanti ħafna li kienet għadha pendenti fi tmiem is-sena;

16.  Jieħu nota tal-isforzi tal-Kulleġġ biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u tal-awditu tal-IAS bil-għan li jiżgura li l-pjanijiet ta' azzjoni jkunu implimentati fil-pront; jinnota li, sa tmiem l-2013, ir-rata ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kienet 83 %;

Kummenti oħra

17.  Jilqa' l-fatt li l-Kulleġġ li reġa' beda jaħdem uffiċjalment fil-kwartieri ġenerali l-ġodda tiegħu f'Budapest f'Ottubru 2014; jappoġġja l-isforzi tal-Kulleġġ biex it-trasferiment għas-sede l-ġdida jsir skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba; jirrikonoxxi barra minn hekk li l-Bord ta' Tmexxija tiegħu beda u approva emenda baġitarja għas-sena finanzjarja 2014 f'dan ir-rigward;

18.  Jirrikonoxxi li l-ġarr tal-Kulleġġ minn Bramshill lejn il-kwartieri ġenerali l-ġodda tiegħu f'Budapest iġġenera ekonomiji annwali li jammontaw għal EUR 200 000; jilqa' tali ekonomiji fl-ispejjeż operazzjonali tal-Kulleġġ u jilqa' l-fatt li l-użu tal-uffiċċji tal-kwartieri ġenerali tal-Kulleġġ il-ġdid huwa bla ħlas u li l-infrastruttura hija provduta għal perjodu ta' għaxar snin tal-anqas; jitlob li l-Kulleġġ jinkludi fir-rapport annwali li jmiss tiegħu stampa tal-ekonomiji li jkunu saru fl-ispejjeż operazzjonali;

19.  Jikkonstata bi tħassib li d-diskussjoni dwar il-ġejjieni tal-Kulleġġ għadha għaddejja, u li tfixkel l-ippjanar tax-xogħol u l-implimentazzjoni;

20.  Jikkonstata bi tħassib li l-Kulleġġ ma rnexxilux jagħti tweġiba suffiċjenti għall-mistoqsija li saritlu mill-awtorita ta' kwittanza rigward is-soluzzjonijiet kosteffiċjenti u li jiffavorixxu l-ambjent għal dak li jirrigwarda l-ambjent tax-xogħol; jitlob lill-Kulleġġ isib rimedju għal din il-kwistjoni;

o
o   o

21.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 51.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 51.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 51.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 51.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)
PDF 444kWORD 101k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2106(DEC))
P8_TA(2015)0136A8-0074/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0074/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2106(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0074/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2106(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0074/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 167 023 535, li jirrappreżenta żieda ta' 5,15 % meta mqabbel mal-2012;

B.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013 kienet tammonta għal EUR 35 829 562, li tirrappreżenta żieda ta' 0,2 % fuq l-2012;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta' kumment li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkat bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdet azzjoni korrettiva u l-kumment huwa issa mmarkat fir-rapport tal-Qorti tal-2013 bħala "Ikkompletata"; jikkonstata, barra minn hekk, li għall-erba’ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u żewġ kumment minnhom huma issa mmarkat bħala ''Ikkompletata'' filwaqt li t-tnejn l-oħra huma mmarkait bħala ''Mhux applikabbli'';

2.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li:

   l-informazzjoni u l-istatistika dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess ġew inklużi fir-rapport ta' attività annwali tagħha għall-2013;
   is-CVs, id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur Eżekuttiv, id-Diretturi u l-Kapijiet tad-Dipartiment ġew ippubblikati kompletament fuq il-websajt tal-Aġenzija fil-1 ta' Diċembru 2014, kif mitlub mill-awtorità ta' kwittanza f'2014;
   informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tal-Aġenzija fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni hija pprovduta fuq il-websajt tagħha permezz tal-pubblikazzjoni annwali ta' dokumenti strateġiċi inklużi r-Rapport Annwali Ġenerali, ir-Rieżami Annwali dwar is-Sigurtà, u l-Programm ta' Ħidma;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.  Jieħu nota tal-fatt li fl-2013, l-Aġenzija nefqet madwar EUR 22 000 000 fuq proċeduri ta' akkwist biex testernalizza parti mill-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha lill-Awtoritajiet tal-Avjazzjoni Nazzjonali u Entitajiet Kwalifikati; jirrikonoxxi li l-proċess ta' allokazzjoni ta' kompiti ta' ċertifikazzjoni speċifiċi lill-partijiet kontraenti, kif ukoll il-kriterji li għandhom jintużaw, ġew deskritti f'linji gwida speċifiċi stabbiliti mill-Aġenzija permezz ta' deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv tagħha;

4.  Jistieden lill-Aġenzija ttejjeb it-trasparenza tal-esternalizzazzjoni permezz ta' dokumentazzjoni aħjar tal-proċessi tal-allokazzjoni, inklużi l-valutazzjonijiet li jsiru abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-linji gwida; jinnota bi tħassib li dan japplika wkoll għall-allokazzjoni tal-bosta kuntratti oħra ta' valur baxx lill-offerenti;

Impenji u riporti

5.  Jikkonstata li l-livell totali tal-approprjazzjonijiet impenjati kien ta' 98 %, u jvarja bejn 92 % għat-Titolu III (Infiq operattiv) u 98 % għat-Titolu II (Infiq amministrattiv);

6.  Jieħu nota tat-tnaqqis ġenerali fil-livell totali tal-approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati minn EUR 10 100 000 (11 %) fl-2012 għal EUR 7 200 000 (8 %) fl-2013; jinsab imħasseb li għalkemm naqas il-livell ġenerali ta' riporti, dan baqa' għoli għat-Titolu III, li jammonta għal EUR 3 400 000 (42 %); jindika li minkejja li n-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija tiġġustifika parzjalment ir-riporti, livell daqstant għoli jmur kontra l-prinċipju tal-annwalità tal-baġit;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

7.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ma għamlet l-ebda kumment fir-rapport tal-awditjar annwali tagħha għall-2013 fir-rigward tal-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Awtorità;

8.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija, li r-rekwiżiti li l-kandidati għandhom jissodisfaw fil-proċess tar-reklutaġġ ġew stabbiliti f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u li l-każ identifikat fir-rapport 2012 tal-Qorti huwa kkunsidrat magħluq;

9.  Ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament fil-proċedura baġitarja, jiġifieri li l-persunal iffinanzjat minn miżati mħallsa mill-industrija u b'hekk mhux iffinanzjat mill-baġit tal-UE, m'għandux jiġi affettwat mit-tnaqqis annwali ta' 2 % applikat mill-Unjoni; iqis li l-Kummissjoni għandha tittratta lill-aġenziji ffinanzjati primarjament mill-baġit tal-Unjoni bħala każ separat, u tressaq qafas speċifiku għal aġenziji ffinanzjati prinċipalment mill-miżati tal-operaturi, li għandu jkun proporzjonali għas-servizzi pprovduti mill-aġenzija kkonċernata;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

10.  Jikkonstata li matul l-2013, l-Aġenzija rrevediet 213-il dikjarazzjoni tal-interessi skont il-"Kodiċi ta' Kondotta għall-persunal tal-EASA" adottat fl-2012; jilqa' b'sodisfazzjon ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-EASA u jissottolinja l-ħtieġa li jiġi rivedut il-kodiċi ta' kondotta sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali; jipproponi f’dan ir-rigward, li għandu jsir eżami regolari tal-implimentazzjoni tal-kodiċi ta' kondotta u tal-każijiet innifishom mill-Qorti tal-Awdituri; jinnota li fl-2013 ġew identifikati żewġ każijiet ta' bibien iduru (revolving doors); jikkonstata li l-Aġenzija awtorizzat l-attivitajiet notifikati relatati maż-żewġ każijiet ta' bibien iduru (revolving doors) bil-patt u l-kundizzjoni li ma jikkuntattjawx u ma jinfluwenzawx lill-membri tal-persunal tal-Aġenzija u li jastjenu minn negozjati għal kuntratti diretti mal-Aġenzija matul perjodu ta' preklużjoni ta' 12 sa 24 xahar;

11.  Jinnota bi tħassib li l-kwistjoni tal-kunflitti ta' interess hija estremament relevanti għal dak li jirrigwarda l-membri tal-bord ta' esperti, li jintalbu jittestjaw u jawtorizzaw il-prodotti; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu għaż-żewġ każijiet ta' bibien iduru identifikati mill-Aġenzija fl-2013, u jirrakkomanda li l-Aġenzija tkompli ssaħħaħ il-politika ta' indipendenza tagħha, speċjalment fil-pubblikazzjoni tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-managers, il-membri tal-Bord Konsultattiv u l-bord ta' esperti sa tmiem Settembru 2015; jappella lill-Aġenzija tadotta politiki komprensivi għall-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet fejn ikun hemm kunflitti ta' interess, bħal pereżempju l-privazzjoni tal-uffiċjal pubbliku mill-interessi, is-skwalifika tal-uffiċjal pubbliku mill-involviment fi proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet affettwat, restrizzjoni fl-aċċess għal informazzjoni partikolari għall-uffiċjal pubbliku involut, l-arranġament mill-ġdid tad-dmirijiet tal-uffiċjal pubbliku jew ir-riżenja tal-uffiċjal pubbliku mill-kariga;

Kontrolli interni

12.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li ġew implimentati verifiki ex ante u ex post wara diskussjonijiet mal-Qorti u kif rakkomandat mill-awtorità tal-kwittanza; jieħu nota tal-fatt li l-kontrolli skont ir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, ex post mhumiex obbligatorji; jinnota li ġie stabbilit pjan annwali għal verifiki ex post, li huwa bbażat fuq ir-riskji u jinkludi proċeduri ta' akkwist pubbliku;

Awditjar intern

13.  Jieħu nota tal-fatt li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ħareġ rapport dwar rieżami limitat wieħed fir-rigward tal-ġestjoni tal-proġetti tal-IT fl-2013, li wassal għal żewġ rakkomandazzjonijiet ''Importanti ħafna''; jinnota barra minn hekk li l-IAS wettaq awditjar addizzjonali fuq l-Elementi Fundamentali tal-Assigurazzjoni, li rriżulta f'opinjoni ta' assigurazzjoni raġonevoli kif ukoll f'żewġ rakkomandazzjonijiet ''Importanti ħafna''; jinnota li 22 mit-23 rakkomandazzjoni ''Importanti ħafna'' maħruġa mill-IAS fis-snin ta' qabel ġew ikkonfermati mill-IAS bħala kkompletati;

Kummenti oħra

14.  Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija ilha taħdem fuq bażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti sa mill-2004, minn meta l-Aġenzija saret operattiva; jinnota madankollu li għadu ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv dwar is-sede mal-Istat Membru ospitanti; jikkonstata li dan il-ftehim ikun jippromwovi t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet operattivi tal-Aġenzija u l-persunal tagħha; jistieden lill-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti jindirizzaw din il-kwistjoni b'urġenza u jinfurmaw l-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress tan-negozjati;

15.  Ifakkar li, skont l-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE miftiehem bejn il-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni, l-aġenziji kollha għandu jkollhom ftehimiet dwar il-kwartieri ġenerali, li għandhom jiġu konklużi qabel ma tibda l-fażi operattiva tal-aġenzija; jinnota f'dan ir-rigward li l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol iffirmat ftehim dwar il-kwartieri ġenerali mal-Gvern Ġermaniż fl-2011; iħeġġeġ lill-Istat Membru ospitanti jikkonkludi ftehim mal-Aġenzija mill-aktar fis possibbli bil-għan li jiġu ċċarati r-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet ġuridiċi nazzjonali, biex b'hekk l-Aġenzija tkun tista' twettaq il-kompitu ġuridiku tagħha mingħajr xkiel; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-opportunità disponibbli din is-sena biex temenda l-att li jistabbilixxi l-Aġenzija sabiex jiġi garantit ftehim dwar il-kwartieri ġenerali, biex b'hekk l-Aġenzija tkun tista' topera mingħajr xkiel; jitlob għalhekk li jiġi notifikat dwar id-deċiżjoni finali b'rabta mal-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija;

16.  Jenfasizza r-rwol fundamentali li għandha l-Aġenzija biex tiżgura l-ogħla livell possibbli ta' sigurtà fl-avjazzjoni fl-Ewropa kollha; jinnota barra minn hekk li r-rieżami li qed isir bħalissa tal-leġiżlazzjoni dwar l-Ajru Uniku Ewropew jista' jwassal biex jingħataw setgħat akbar lill-Aġenzija; jenfasizza li jekk dan ikun il-każ, l-Aġenzija se jkollha bżonn tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani neċessarji li jippermettulha twettaq il-kompiti tagħha b'suċċess;

o
o   o

17.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 93.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 93.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 93.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 93.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
PDF 437kWORD 96k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2126(DEC))
P8_TA(2015)0137A8-0085/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0085/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2126(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0085/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2126(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0085/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ("l-Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 10 500 000; billi l-baġit kollu tal-Uffiċċju ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward tat-12-il kumment magħmul mill-Qorti fir-rapport tagħha tal-2012, tnejn huma issa mmarkati bħala "Ikkompletata", waħda bħala "Għadha għaddejja", tmienja bħala "Mhux Applikabbli" u waħda bħala "Pendenti";

2.  Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li għamel inventarju fiżiku li ġie ffinalizzat fl-aħħar tal-2013;

3.  Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tiegħu fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni hija disponibbli fuq is-sit tal-internet tiegħu permezz tal-pubblikazzjoni annwali ta' dokumenti, inklużi stqarrijiet għall-istampa, bullettini ta' kull xahar jew tweġibiet diretti għal talbiet minn ċittadini tal-Unjoni;

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

4.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-bażi għal ammont dovut ta' EUR 40 000 relatat ma' spejjeż u allowances għall-persunal li daħal fis-servizz fl-2013 ma kinitx disponibbli matul l-awditu; jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li l-ammont dovut kien stima waqt l-istennija għall-konferma tad-drittijiet kollha li jkunu waslu għand il-persunal;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

5.  Jinnota mill-Uffiċċju li s-sistema ta' kontabilità tiegħu effettivament ġiet ivvalidata mill-uffiċjal tal-kontabilità tiegħu;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

6.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 87,34 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 87,18 %; jenfasizza li l-Uffiċċju tejjeb ir-rata ta' eżekużżjoni tiegħu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament b'mod sinifikanti meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Impenji u riporti

7.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-ħtiġijiet baġitarji kienu sopravalutati bi 13 % u li l-approprjazzjonijiet impenjati riportati kienu 24 % tat-total tal-approprjazzjonijiet impenjati, li minnhom 13 % ma kinux koperti minn impenn ġuridiku;

8.  Jieħu nota li r-riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati prinċipalment jirrigwardaw il-linji baġitarji ta' Titolu II u Titolu III u, fil-parti l-kbira tagħhom, huma maħsuba għal fatturi li għadhom ma waslux jew li tħallsu fl-aħħar tas-sena jew meta s-servizzi inkwistjoni ma ngħatawx;

9.  Jinnota l-miżuri li ttieħdu mill-Uffiċċju sabiex jitnaqqas u jiġi salvagwardjat il-livell għoli ta' approprjazzjonijiet ta' impenn riportati, bħal rapporti ta' kull xahar dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit, ir-rieżami annwali tal-baġit ta' nofs is-sena u l-adozzjoni tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid tiegħu;

10.  Jinnota li għad hemm lok konsiderevoli għal titjib fl-ippjanar baġitarju, għalkemm sar titjib sinifikanti meta mqabbel mas-sena finanzjarja 2012, li matulu l-Uffiċċju kiseb l-indipendenza finanzjarja tiegħu; jappella lill-Uffiċċju biex itejjeb aktar l-isforzi tiegħu għall-monitoraġġ tal-baġit fil-ġejjieni;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

11.  Jinnota bi tħassib li l-proċeduri ta' reklutaġġ juru nuqqas ta' trasparenza; jaqbel mal-kumment tal-Qorti li l-abbozzar tal-mistoqsijiet għall-intervisti u t-testijiet bil-miktub wara l-eżami tal-applikazzjonijiet iżid ir-riskju li l-mistoqsijiet jiġu influwenzati minn applikazzjonijiet individwali; jinnota, barra minn hekk, li kienet osservata diskrepanza f'waħda mill-proċeduri ta' reklutaġġ bejn kriterju ta' eliġibbiltà indikat fl-avviż ta' pożizzjoni vakanti u kriterju tal-għażla li jikkorrispondi miegħu; jappella lill-Uffiċċju biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-passi li jkun ħa għall-prevenzjoni ta' sitwazzjonijiet simili fil-ġejjieni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

12.  Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li kien konformi mal-kummenti tal-Qorti u biddel id-dikjarazzjoni ta' kunflitt ta' interess għall-Kumitati tal-Għażla sabiex tinkludi relazzjoni professjonali bħala kunflitt ta' interessi potenzjali;

13.  Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li fl-2013 ġiet iffirmata politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interessi u li l-Bord ta' Tmexxija tagħha approvha; jinnota, barra minn hekk, li l-membri tal-Bord ta' Tmexxija u d-Direttur Eżekuttiv iffirmaw forom dwar il-kunflitti ta' interessi skont dik il-politika; jappella lill-Uffiċċju biex kemm il-politika tiegħu dwar il-kunflitti ta' interessi kif ukoll il-forom dwar il-kunflitti ta' interessi iffirmati mill-membri tal-Bord ta' Tmexxija u mid-Direttur Eżekuttiv jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku;

Kontrolli interni

14.  Jinnota bi tħassib li 18 % tal-għadd totali ta' pagamenti saru wara l-limiti ta' żmien stabbiliti fir-regolament finanzjarju tal-Uffiċċju; jieħu nota mill-Uffiċċju li għalkemm in-numru ta' pagamenti tard naqas sa nofs l-2013, dawn reġgħu saru fl-aħħar tliet xhur tal-2013, minħabba ż-żieda konsiderevoli fix-xogħol fi tmiem is-sena; jilqa' l-proċeduri ġodda implimentati mill-Uffiċċju sabiex tonqos ir-rata ta' pagamenti tard; jappella lill-Uffiċċju biex jirrimedja din il-kwistjoni bħala kwistjoni ta' urġenza u jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-effetti tal-miżuri meħuda;

15.  Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li, fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq rieżami limitat tal-implimentazzjoni ta' 16-il Standard ta' Kontroll Intern adottati mill-Bord ta' Tmexxija; jinnota li, abbażi tar-riżultati ta' dak ir-rieżami u minħabba l-istatus attwali ta' kontroll intern dwar l-attivitajiet operattivi tal-Uffiċċju u funzjonijiet ta' appoġġ amministrattiv, l-IAS ħareġ 18-il rakkomandazzjoni, sitta klassifikati bħala "Importanti Ħafna" u 12 bħala "Importanti";

16.  Jieħu nota li l-Uffiċċju wettaq awtovalutazzjoni dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern f'Marzu 2013, li juri d-determinazzjoni tiegħu biex jifhem u jistabbilixxi ambjent ta' kontroll intern validu;

17.  Jistabbilixxi mir-rapport tal-Qorti li sitta mis-16 il-Standard ta' Kontroll Intern għadhom ma ġewx implimentati kompletament; jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tagħhom għadha għaddejja u jappella lill-Uffiċċju biex jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tagħha;

o
o   o

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 102.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 102.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 102.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 102.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P7_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)
PDF 449kWORD 106k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2120(DEC))
P8_TA(2015)0138A8-0072/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8–0072/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2120(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8–0072/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2120(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8–0072/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 25 967 360, li jirrappreżenta żieda ta' 25,16 % meta mqabbel ma' dak għall-2012, u dan minħabba l-fatt li l-Awtorità ġiet stabbilita reċentement,

B.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni għall-baġit tal-Awtorità għall-2013 ammontat għal EUR 10 386 944, li tirrappreżenta żieda ta' 25,16 % meta mqabbla ma' dik għall-2012,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

D.  billi l-kompitu tal-Awtorità huwa li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta' kwalità għolja, u għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam ta' kompetenza tagħha u li ssaħħaħ il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li, fir-rigward tas-seba' kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa ħamsa huma mmarkati bħala "Ikkompletata", waħda bħala "Għadha Għaddejja" u waħda bħala "Mhux Applikabbli";

2.  Jirrikonoxxi mill-Awtorità li:

   l-allowance komplementari skolastika addizzjonali ġiet inkluża fil-Pjan Pluriennali għall-Politika tal-Persunal bħala parti mill-proċedura baġitarja annwali sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-impjegati tagħha fir-rigward tal-livell għoli tal-miżati skolastiċi fis-sede tal-Awtorità u li l-Awtorità ffirmat ftehimiet diretti mal-iskejjel sabiex il-miżati tat-tagħlim jitħallsu direttament u sal-limitu minimu;
   qed tiġi żviluppata strateġija għall-komunikazzjoni abbażi ta' stħarriġ fost il-partijiet interessati l-aktar importanti tal-Awtorità sabiex tissemplifika t-taqsimiet eżistenti tal-websajt tagħha, kif ukoll sabiex toħloq kontenut ġdid biex toffri informazzjoni aċċessibbli għal udjenzi anqas speċjalizzati; jikkonstata, barra minn hekk, li fuq il-websajt inħolqot rokna għall-konsumatur b'informazzjoni faċilment aċċessibbli dwar it-tressiq ta' lmenti kontra istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll pariri ġenerali dwar il-finanzi personali;
   is-sistemi informatiċi kollha ġew internalizzati għaċ-ċentru tad-data tal-Awtorità, ħlief għal għodda informatika relattivament żgħira għall-kulleġġi superviżorji, u li, fit-tlestija tal-proċedura ta' internalizzazzjoni, ir-riskji relatati mal-kontroll u s-superviżjoni limitati fuq is-sistemi informatiċi tal-Awtorità ġew kompletament mitigati;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jieħu nota mir-rapport tal-Qorti li l-livell kumplessiv tal-approprjazzjonijiet impenjati tal-Awtorità kien ta' 90 % (89 % fl-2012); jikkonstata li dawn l-approprjazzjonijiet impenjati varjaw bejn 87 % għat-Titolu I (nefqa għall-persunal), 98 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u 92 % għat-Titolu III (nefqa operazzjonali);

4.  Jindika li d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra l-indiċizzazzjoni tas-salarji għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2011 u t-30 ta' Ġunju 2013 kellha impatt negattiv fuq il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-Awtorità għat-Titolu I, li kien jammonta għal EUR 1 800 000;

Impenji u riporti

5.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-Awtorità rnexxielha tnaqqas b'mod sinifikanti l-livell kumplessiv tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati minn EUR 6 547 808 fl-2012 (36 %) għal EUR 3 876 564 fl-2013 (17 %);

6.  Jikkonstata bi tħassib li l-livelli tar-riporti għat-Titolu II (EUR 1 974 511 jew 35 %) u għat-Titolu III (EUR 1 651 203 jew 36 %) kienu relattivament għoljin, fil-biċċa l-kbira minħabba l-akkwist ippjanat tal-infrastruttura informatika u s-servizzi informatiċi, li l-kuntratti għalihom ġew konklużi kif ippjanat f'Diċembru 2013 u s-servizzi relatati ġew provduti fl-2014;

Trasferimenti

7.  Jikkonstata li, skont ir-rapport ta' attività annwali tal-Awtorità, kif ukoll ir-rapport tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji tal-Aworità;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.  Jikkonstata li ma sar l-ebda kumment fir-rapport tal-Qorti rigward il-proċeduri ta' akkwist tal-Awtorità;

9.  Jirrikonoxxi mill-Awtorità li, fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u l-awtorità ta' kwittanza, ittieħdu miżuri korrettivi fil-proċeduri ta' reklutaġġ pendenti kollha fl-2012, u li ġew implimentati sistematikament fil-proċeduri ta' reklutaġġ sussegwenti kollha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

10.  Jikkonstata mill-Awtorità li, apparti l-linji gwida dwar l-etika li huma fis-seħħ u applikabbli għall-persunal kollu tagħha, l-Awtorità bdiet ukoll l-iżvilupp ta' politiki ulterjuri f'dak li għandu x'jaqsam mal-indipendenza u l-proċessi deċiżjonali rigward id-dikjarazzjonijiet tal-interessi;

11.  Jirrikonoxxi mill-Awtorità li ġiet adottata u implimentata l-politika tagħha dwar il-kunflitti ta' interessi għall-persunal u partijiet kuntrattwali oħra, kif ukoll għal min mhux membru tal-persunal; jieħu nota mill-Awtorità tal-fatt li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord Maniġerjali u l-Bord tas-Superviżuri, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-President, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri kollha tal-maniġment superjuri ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-Awtorità; jikkonstata li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi huma pubbliċi fuq is-sit tal-internet tal-Awtorità;

12.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Politika dwar l-Indipendenza u l-Proċessi għat-Teħid ta' Deċiżjonijiet mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità fit-3 ta' Frar 2015 u jappella għal riżultati validi wara l-implimentazzjoni f'waqtha ta' din il-Politika;

Kontrolli interni

13.  Jirrikonoxxi li l-Bord Maniġerjali tal-Awtorità huwa magħmul minn sitt membri eletti mill-membri tal-Bord tas-Superviżuri tagħha u minn fosthom; jikkonstata, barra minn hekk, li l-membri tal-Bord Maniġerjali ġew eletti waqt il-laqgħa tal-1 ta' Lulju 2013 tal-Bord tas-Superviżuri, skont ir-regoli ta' proċedura riveduti tal-Bord tas-Superviżuri;

Awditjar intern

14.  Jirrikonoxxi li, lejn il-bidu tal-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern; jikkonstata bi tħassib li, waqt l-analiżi tar-riskji, l-IAS identifika ċerti proċessi ta' riskju inerenti għoli li ma setgħux jitqiesu bħala awditjabbli fl-ambitu tal-pjan ta' awditjar, peress li l-kontrolli ġew ivvalutati bħala assenti jew insuffiċjenti;

15.  Jindika li r-rapport tal-IAS għamel 14-il rakkomandazzjoni, li minnhom tnejn ġew ikklassifikati bħala "Importanti Ħafna"; jikkonstata li l-Awtorità implimentat pjan ta' azzjoni biex tindirizza l-oqsma fejn l-IAS għamel rakkomandazzjonijiet għal titjib; jikkonstata, barra minn hekk, li l-azzjonijiet korrettivi tal-Awtorità biex tindirizza dawn l-oqsma ta' riskju għoli se jingħataw segwitu mill-IAS matul il-valutazzjoni tar-riskju fil-fond li jmiss;

16.  Jikkonstata li, fl-2013, l-IAS wettaq rieżami dokumentarju ta' segwitu dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu; jikkonstata li l-IAS ikkunsidra li l-ebda rakkomandazzjoni kritika ma kienet pendenti fil-31 ta' Diċembru 2013; jieħu nota tal-fatt li, miż-żewġ rakkomandazzjonijiet ikklassifikati bħala "Importanti Ħafna" mill-IAS, ġie rrapportat li waħda ġiet implimentata u qed tistenna li tingħata segwitu, u l-oħra ddewmet fir-rigward tal-pjan ta' azzjoni oriġinali;

17.  Jikkonstata li, fl-2014, l-IAS wettaq rieżami limitat ieħor tal-ġestjoni tal-proġetti informatiċi min-naħa tal-Awtorità, u għamel żewġ rakkomandazzjonijiet ikklassifikati bħala "Importanti Ħafna", u tnejn ikklassifikati bħala "Importanti"; jirrikonoxxi mill-Awtorità l-fatt li ħejjiet pjan ta' azzjoni dettaljat bi stadji intermedji x'jintlaħqu sabiex tindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet, u l-vijabilità tagħhom ġiet aċċettata u kkonfermata mill-IAS;

Prestazzjoni

18.  Jieħu nota tal-fatt li l-Awtorità tikkopera mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq trasversalment fir-rigward tal-funzjonijiet ta' appoġġ kollha sabiex l-ispejjeż amministrattivi jitnaqqsu kull fejn ikun possibbli, b'mod li jiġu attivati s-sinerġiji u jiġu kondiviżi l-aħjar prattiċi; jistenna bil-ħerqa sforzi ulterjuri min-naħa tal-Awtorità għat-tisħiħ tal-koperazzjoni mal-aġenziji deċentralizzati l-oħra;

Kummenti oħra

19.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew kellu rwol ewlieni fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva wara l-kriżi finanzjarja, u fil-ħolqien, bħala parti minn din is-sistema, tal-Awtorità fl-2011;

20.  Jinnota l-kumment li għamlet il-Kummissjoni fir-rapport riċenti tagħha dwar l-operat tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u s-SESF, li l-ASE, minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli, malajr stabbilixxew organizzazzjonijiet li jiffunzjonaw tajjeb u li, b'mod ġenerali, wettqu sew il-varjetà wiesgħa ta' kompiti li għandhom, u dan minkejja li ffaċċjaw eżiġenzi dejjem akbar b'riżorsi umani limitati;

21.  Jissottolinja l-fatt li r-rwol tal-Awtorità fil-promozzjoni ta' reġim superviżorju komuni madwar is-suq uniku hu essenzjali biex jiġi żgurat settur bankarju integrat aħjar, aktar effiċjenti u aktar sikur fl-Unjoni, biex b'hekk jikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa u għall-prevenzjoni ta' kriżijiet fis-settur finanzjarju fil-ġejjieni; jappella għal koordinament tal-Awtorità mal-Bank Ċentrali Ewropew fil-funzjoni ta' superviżjoni bankarja tiegħu b'mod li jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-akkumulazzjoni ta' kapaċità eċċessiva;

22.  Jieħu nota tar-rapport speċjali Nru 5/2014 tal-Qorti u tan-nuqqasijiet spjegati fih rigward il-funzjonament tal-arranġamenti l-ġodda li għandhom x'jaqsmu mas-superviżjoni bankarja transkonfinali, il-valutazzjoni tar-reżiljenza tal-banek Ewropej u l-promozzjoni tal-ħarsien tal-konsumatur; iħeġġeġ lill-Awtorità biex, fir-rigward ta' dawk il-partijiet mir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti li mhumiex indirizzati esklużivament lill-Kummissjoni jew lill-Parlament u l-Kunsill, tieħu miżuri adegwati sabiex tindirizza dawn in-nuqqasijiet;

23.  Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Qorti fir-rapport speċjali Nru 5/2014 tagħha, l-Awtorità ma kellhiex biżżejjed riżorsi għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tkun tista' twettaq il-mandat tagħha; jirrikonoxxi li s-SESF għadha fi stadju ta' twaqqif u jisħaq fuq il-fatt li l-kompiti diġà mogħtija lill-Awtorità, kif ukoll il-kompiti futuri previsti f'ħidma leġiżlattiva li tkun għaddejja, jirrikjedu livell ta' persunal u ta' baġit li jkun biżżejjed biex jippermetti li ssir superviżjoni ta' kwalità għolja; jenfasizza li għandha dejjem tiġi kkunsidrata b'attenzjoni l-ħtieġa li kompiti addizzjonali jiġu marbuta ma' riżorsi addizzjonali; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li kwalunkwe żieda potenzjali fil-mezzi tagħha għandha tiġi preċeduta u/jew ikkomplementata minn sforzi ta' razzjonalizzazzjoni adegwati kull fejn tkun possibbli; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rwol koordinatur tal-Awtorità u l-ħtieġa li tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex tissodisfa l-mandat tagħha;

24.  Jisħaq li, minħabba r-riżorsi limitati tagħha, l-Awtorità jeħtiġilha żżomm strettament mal-kompiti assenjati lilha mill-Parlament u l-Kunsill; jissottolinja l-fatt li l-Awtorità għandha twettaq dawn il-kompiti kompletament, imma li m'għandhiex tfittex li tmur lil hinn mill-mandat tagħha, u li jeħtiġilha tibqa' indipendenti; jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tikkontrolla l-ħtieġa li tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet;

25.  Jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tisfrutta kompletament is-setgħat tagħha fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumatur li huma mogħtija lilha bis-saħħa tal-mandat tagħha; jenfasizza li, f'dan il-qasam, l-Awtorità għandha tikkoordina l-azzjoni tagħha aktar mill-qrib mal-ASE permezz tal-Kumitat Konġunt;

26.  Jikkonkludi li l-arranġament ta' finanzjament imħallat tal-Awtorità hu inflessibbli, ta' piż u theddida potenzjali għall-indipendenza tagħha; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni, jekk tqis li jkun xieraq skont il-valutazzjoni tagħha, tipproponi sal-2017 sistema ta' finanzjament għall-Awtorità li tkun ibbażata biss fuq l-introduzzjoni ta' tariffi mill-parteċipanti fis-suq, jew abbażi tal-kumbinazzjoni ta' tariffi mill-parteċipanti fis-suq b'finanzjament bażiku minn linja baġitarja separata tal-baġit ġenerali tal-Unjoni;

o
o   o

27.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 112.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 112.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 112.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 112.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
PDF 439kWORD 94k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2109(DEC))
P8_TA(2015)0139A8-0069/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0069/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2109(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0069/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2109(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0069/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 58 315 000, li jirrappreżenta żieda ta' 0,2 % meta mqabbel ma' dak għall-2012;

B.  billi l-kontribuzzjoni komplessiva tal-Unjoni għall-baġit taċ-Ċentru għall-2013 kienet tammonta għal EUR 56 727 000, li ma nbidlitx meta mqabbla ma' dik għall-2012, jisħaq fuq il-fatt li dan l-ammont jirrappreżenta 0,039 % tal-baġit komplessiv tal-Unjoni;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li, fir-rigward tat-tliet kummenti li saru fir-rapport ta' kwittanza tal-2012, il-Qorti tnejn minnhom bħala "Mhux applikabbli" u wieħed bħala "Għadha għaddejja"; jikkonstata li l-kwistjoni li għadha għaddejja għandha x'taqsam ma' verifiki ex ante li ma ġewx sostnuti minn biżżejjed dokumentazzjoni rigward l-eliġibilità u l-preċiżjoni tal-ispejjeż iddikjarati; jikkonstata bi tħassib li ċ-Ċentru adotta strateġija ta' verifika ex post b'dewmien ta' għaxar xhur; jistenna li ċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza eżatt malli titlesta l-kwistjoni li għadha għaddejja;

2.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li:

   (a) il-verżjoni riveduta tal-politika ta' indipendenza komprensiva taċ-Ċentru, li kellha tiġi adottata mill-Bord tal-Amministrazzjoni taċ-Ċentru fl-2014, ġiet maqsuma f'politika li tapplika għall-esperti esterni u politika li tapplika għall-membri tal-persunal; jikkonstata li dawn il-politiki se jkunu lesti biex jiġu adottati mill-Bord tal-Amministrazzjoni taċ-Ċentru fl-2015; jappella liċ-Ċentru biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-adozzjoni tal-politiki msemmija hawn fuq;
   (b) is-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tal-Amministrazzjoni, il-Forum Konsultattiv u l-maniġment superjuri tiegħu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-websajt taċ-Ċentru;
   (c) l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tiegħu fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni hija pprovduta fuq il-websajt taċ-Ċentru, permezz tal-pubblikazzjoni ta' diversi tipi ta' dokumenti, inklużi stqarrijiet għall-istampa, bullettini, ir-riżultati tar-riċerka xjentifika u rapporti speċifiċi;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.  Jikkonstata bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li, għalkemm iċ-Ċentru tejjeb il-ġestjoni tiegħu tal-proċeduri ta' akkwist, għal proċedura partikolari mnedija fl-2013, kien hemm informazzjoni konfliġġenti bejn l-avviż tal-kuntratt u l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti li setgħu affettwaw il-proċess kompetittiv u l-eżitu tal-proċedura; jirrikonoxxi li, b'segwitu għall-awditu tal-Qorti, iċ-Ċentru ħa azzjoni korrettiva immedjata u l-kuntratt qafas ġie kkanċellat;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 92,96 % li hi relattivament baxxa u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 74,14 %; jikkonstata bi tħassib li l-kanċellazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet dehru fit-titoli kollha tal-baġit u jindika li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament naqset bi 2,12 % meta mqabbla ma' dik tas-sena ta' qabel;

5.  Jaċċerta miċ-Ċentru li kien irriżerva fondi mill-baġit 2013 għal aġġustamenti retroattivi tas-salarji tal-persunal; jirrikonoxxi li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet fl-aħħar trimestru tas-sena li ċ-Ċentru ma setax juża dawn il-fondi għal finijiet oħrajn;

6.  Jikkonstata li fl-2013, iċ-Ċentru kellu eżitu tal-baġit pożittiv li, wara li ġie miżjud mal-eżitu negattiv tas-snin preċedenti, irriżulta biex l-eżitu kellu bilanċ komplessivament pożittiv; jinnota li, b'riżultat ta' dan, fl-2014 għandhom jitħallsu lura lill-Kummissjoni EUR 2 012 975 fir-rigward tal-baġit 2013;

Impenji u riporti

7.  Jikkonstata bi tħassib li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien wieħed relattivament għoli, b'EUR 1 714 484 (26 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u EUR 7 907 139 (44 %) għat-Titolu III (nefqa operazzjonali); jirrikonoxxi li, għat-Titolu II, ir-riporti kienu prinċipalment relatati mal-akkwist ta' ħardwer u softwer informatiċi, u mal-evalwazzjoni esterna li qed issir liċ-Ċentru; jieħu nota li, għat-Titolu III, ir-riporti fil-biċċa l-kbira kellhom x'jaqsmu ma' proġetti pluriennali u ma' oġġetti informatiċi li għalihom l-attivitajiet ġew implimentati u l-pagamenti saru skont il-ħtiġijiet operattivi;

8.  Jiddispjaċih li l-Qorti identifikat dgħufijiet fir-rigward tal-ippjanar u l-eżekuzzjoni baġitarji għal-laqgħat operattivi, prinċipalment peress li ġew sopravvalutati l-livelli ta' attendenza u l-ispejjeż tal-lukandi u t-titjiriet; jinsab imħasseb dwar il-fatt li, għal-linja rispettiva tal-baġit, 29 % tal-approprjazzjonijiet tal-2013 u 59 % tar-riporti mill-2012 ġew ikkanċellati, apparti li 38 % mill-approprjazzjonijiet impenjati għall-2013 għal-laqgħat operattivi ġew riportati għall-2014; jappella liċ-Ċentru biex jirrispetta l-prinċipju baġitarju tal-annwalità u jtejjeb il-ġestjoni finanzjarja tiegħu f'dan ir-rigward;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

9.  Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist taċ-Ċentru fir-rapport tal-Qorti;

10.  Jieħu nota tal-inizjattiva taċ-Ċentru biex isaħħaħ il-qasam tal-akkwist billi jistabbilixxi t-Taqsima għall-Akkwisti u t-Taqsima għas-Servizzi Legali u biex jirristruttura l-attivitajiet tiegħu fl-oqsma tal-akkwist u l-finanzi;

11.  Jikkonstata li r-rapport tal-Qorti għall-2013 ma kien fih l-ebda kumment fir-rigward tal-proċeduri ta' reklutaġġ taċ-Ċentru;

12.  Jieħu nota li, kif previst fit-tabella tal-persunal, 190 kariga minn 198 imtlew sa tmiem l-2013; jirrikonoxxi t-titjib fir-rata ta' impjieg meta mqabbla ma' dik tal-2012;

Kontrolli interni

13.  Jieħu nota miċ-Ċentru li l-pjan ta' verifika ex post tal-għotjiet għall-2012 għadda minn dewmien u ngħaqad mal-pjan ta' verifika tal-għotjiet għall-2013; jirrikonoxxi li l-pjan ta' verifika tal-għotjiet għall-2013 qed jiġi implimentat bl-għajnuna ta' kumpanija esterna ta' awditjar, imqabbda skont il-kuntratt qafas tal-Kummissjoni għall-forniment ta' servizzi ta' għajnuna teknika fl-oqsma tal-awditjar u l-kontrolli; jappella liċ-Ċentru biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-awditi magħżula li jkunu qed jitwettqu skont il-pjan għall-2013;

Awditjar intern

14.  Jikkonstata li, fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq valutazzjoni sħiħa tar-riskju li rriżultat fil-Pjan ta' Awditjar Strateġiku Intern tiegħu għaċ-Ċentru, u li telenka s-suġġetti proposti għall-awditjar fil-perjodu 2014-2016; jirrikonoxxi li ma sar l-ebda xogħol ta' awditjar ulterjuri mill-IAS;

15.  Jikkonstata li l-IAS ta segwitu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu permezz ta' rieżami dokumentarju; jirrikonoxxi miċ-Ċentru li, fil-31 ta' Diċembru 2013, la kien hemm rakkomandazzjonijiet kritiċi u lanqas importanti ħafna li kienu għadhom pendenti;

o
o   o

16.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 123.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 123.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 123.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 123.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15)Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
PDF 452kWORD 107k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2116(DEC))
P8_TA(2015)0140A8-0073/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2013 – C8–0054/2015)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0073/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2116(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2013 – C8–0054/2015)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0073/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2116(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0073/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (''l-Aġenzija'') għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 107 270 800;

B.  billi l-Aġenzija rċeviet sussidji tal-Unjoni li ammontaw għal EUR 7 632 000 mill-Kummissjoni u prefinanzjament mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni li ammonta għal EUR 103 524, kif ukoll kontribuzzjonijiet u finanzjamenti oħrajn mill-Kummissjoni li ammontaw għal EUR 920 900;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

1.  Jinnota li, sa mill-2012, l-Aġenzija ngħatat il-kompitu li tiġġestixxi u twettaq l-aspetti tekniċi, xjentifiċi, u amministrattivi tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPR))(15) kif ukoll kompiti simili relatati mal-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-kimiċi perikolużi skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament dwar Kunsens Informat minn Qabel (PIC))(16);

Segwitu għall-kwittanza 2012

2.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati  bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdet azzjonijiet korrettiva waħda u kumment minnhom huwa issa mmarkat fir-rapport tal-Qorti bħala "Ikkompletata" waqt li l-ieħor huwa mmarkat bħala "Mhux applikabbli"; jikkonstata, barra minn hekk,  li għaż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdet azzjonijiet korrettiva waħda b’ risposta u l-kumment huwa issa mmarkat bħala ''Ikkompletat'' filwaqt li l-ieħor huwa mmarkat bħala ''Mhux applikabbli'';

3.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li:

   a. fl-2013, ġiet stabbilita u implimentata politika formali dwar il-ġestjoni tal-assi fissi; josserva li l-Qorti qieset bħal ikkompletata r-rakkomandazzjoni pertinenti fir-rapport tagħha;
   b. l-Aġenzija ppubblikat is-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri kollha tal-Bord ta' Tmexxija fuq is-sit web tagħha;
   c. l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tal-Aġenzija għaċ-ċittadini tal-Unjoni hija fornuta fis-sit web tagħha bis-saħħa ta' strumenti multipli u permezz tal-pubblikazzjoni ta' dokumenti strateġiċi bħar-rapporti ġenerali u r-rapporti dwar il-valutazzjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li, fir-rigward tar-Regolament BPR, in-nefqiet tal-prodotti bijoċidali tal-Aġenzija huma parzjalment iffinanzjati permezz tat-tariffi mħallsa mill-industrija u parzjalment permezz ta' sussidju tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002; jinnota li fl-2013, il-maġġoranza tal-baġit tan-nefqa tal-Aġenzija ġiet iffinanzjata minn sussidju tal-Unjoni, għax tat bidu għall-iffatturar tar-reġistranti skont ir-Regolament BPR mill-1 ta' Settembru 2013;

5.  Jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ġiet appoġġata minn ammont ta' EUR 920 900 mill-Kummissjoni bħala kumpens għad-dħul mhux materjalizzat u li rċeviet kontribuzzjoni volontarja eċċezzjonali ta' darba ta' EUR 177 057 min-Norveġja fit-30 ta' Diċembru 2013 (biex tintuża għall-iżvilupp ta' servizzi bijoċidali fl-Aġenzija);

6.  Jinnota li, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ("ir-Regolament REACH"), l-Aġenzija hi ffinanzjata permezz tat-tariffi mħallsa mill-industrija għar-reġistrazzjonijiet ta' sustanzi kimiċi u minn sussidju ta' bilanċjar possibbli tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002; jinnota, madankollu, li fl-2013, għat-tielet sena konsekuttiva, l-Aġenzija kienet kompletament iffinanzjata permezz ta' introjtu mit-tariffi għar-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi kif ukoll għall-operazzjonijiet ta' klassifikazzjoni, tikkettar u imballaġġ;

7.  Jinnota li, b'konformità mar-Regolament PIC, in-nefqa tal-Aġenzija fl-2013 ġiet iffinanzjata minn sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni;

8.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-dħul baġitarju mit-tariffi u l-imposti f'termini ta' flus kontanti riċevuti kien jammonta għal EUR 86 113 139; jenfasizza li għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet fl-ambitu tar-Regolament BPR u tar-Regolament PIC, ġie fornut ammont ta' EUR 7 632 000 mill-baġit ġenerali tal-Unjoni; jisħaq fuq il-fatt li dan l-ammont jirrappreżenta 0,005 % tal-baġit ġenerali tal-Unjoni;

9.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,64 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 86,18 %; jikkonstata li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament żdiedet bi 3,28 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jikkonstata, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti li jqis li r-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit Titolu I u II sodisfaċenti;

Impenji u riporti

10.  Jikkonstata bi tħassib li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati baqa' għoli għat-Titolu III, IV u V (nefqa operattiva) f'livell ta' 46 %; jieħu nota madankollu mir-rapport tal-Qorti li tali riporti huma prinċipalment konsegwenza tan-natura pluriennali tal-proġetti ta' żvilupp fis-settur informatiku ppjanati, tal-ispejjeż ta' traduzzjonijiet ordnati fl-2013 iżda mhux ikkonsenjati sa tmiem is-sena u tal-valutazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi bi skadenza stabbilita mir-regolamenti fi Frar 2014; jistieden lill-Aġenzija tkompli tagħti attenzjoni lil-livell ta' riporti fit-titoli operattivi;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

11.  Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija fir-rapport tal-Qorti; jikkonstata, barra minn hekk, li r-rapport 2013 tal-Qorti ma kien fih l-ebda kumment fir-rigward tal-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Aġenzija;

12.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ispejjeż relatati mall-persunal żdiedu bi 11 % bejn 2012 u l-2013; jindika barra minn hekk li 468 mill-503 karigi disponibbli ġew okkupati u li ġew impjegati 95 aġent kuntrattwali u espert nazzjonali ssekondat sal-aħħar tal-2013;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

13.  Josserva li l-Aġenzija tat segwitu lir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-Rapport Speċjali Nru 15/2012 dwar il-ġestjoni ta' kunflitti ta' interessi f'aġenziji magħżula tal-UE u jistenna li l-Aġenzija tapplikahom b'mod rigoruż;

14.  Josserva bi tħassib li l-Aġenzija tagħti numri ta' reġistrazzjoni – il-kundizzjoni preliminari għall-awtorizzazzjoni għat-tkomplija tal-produzzjoni jew tat-tqegħid fis-suq ta' sustanza kimika – wara sempliċi kontroll awtomatiku tal-kompletezza; josserva, madankollu, li ma tirrevokax numri ta' reġistrazzjoni lanqas meta jinstab nuqqas ta' konformità ċara u persistenti tad-dossiers ta' reġistrazzjoni;

15.  Josserva bi tħassib il-livell għoli ta' dossiers ta' reġistrazzjoni mhux konformi u li l-Aġenzija tastjeni milli xxandar l-isem tal-kumpaniji mhux konformi;

16.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija għandha dikjarazzjonijiet trasparenti ta' interessi u jistieden lill-Aġenzija tirrevedi kontinwament il-proċessi interni tagħha u tkompli ttejjeb il-politiki tagħha sabiex tiżgura l-indipendenza u t-trasparenza fl-oqsma kollha ta' ħidma tal-Aġenzija li jkopru kemm il-persunal estern kif ukoll dak interim;

17.  Jieħu nota tal-pjattaforma ta' diskussjoni bejn l-Aġenzija u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, bħala forum utli għad-diskussjoni dwar il-kwistjonijiet prinċipali ta' interess għas-soċjetà ċivili;

Implimentazzjoni ta' REACH

18.  Jieħu nota tal-ħatra ta' ambaxxatur tal-impriżi żgħar u medji (SMEs) li jiddefendi l-interessi tal-iżgħar impriżi fi ħdan l-Aġenzija u esternament; jikkonstata, barra minn dan, li l-prijorità tal-Aġenzija hija dik li tforni sostenn intensiv biex l-SMEs ikunu jistgħu jirrispettaw ir-rekwiżiti mingħajr ma dan jimponilhom piż sproporzjonat;

19.  Jieħu nota tal-azzjonijiet meħuda bil-għan li titjieb l-komunikazzjoni bejn l-Aġenzija u l-benefiċjarji tagħha; josserva, f'dan ir-rigward, l-iżvilupp ta' strumenti informatiċi bħat-taqsima Mistoqsijiet frekwenti jew l-assistenza teknika u l-pubblikazzjoni ta' pjan direzzjonali fil-fażi qrib l-iskadenza għar-reġistrazzjoni, kif ukoll is-sostenn għall-helpdesks nazzjonali; iqis li l-Aġenzija għandha tfittex aktar id-djalogu mal-utenti downstream;

20.  Josserva bi tħassib il-mod li bih l-Aġenzija tapplika l-proċedura ta' awtorizzazzjoni fil-qafas tar-Regolament REACH, b'enfasi partikolari fuq il-forniment ta' għajnuna lill-impriżi biex jiksbu l-awtorizzazzjoni ħalli jużaw is-sustanzi b'riskju għoli pjuttost milli fuq l-għajnuna lill-impriżi, sal-istess punt, bil-għan titħeġġeġ is-sostituzzjoni tas-sustanzi kimiċi l-aktar perikolużi u l-innovazzjoni permezz tal-iskambju ma' alternattivi aktar sikuri;

21.  Josserva bi tħassib li l-Aġenzija ma tivvalutax korrettament it-talbiet ta' kunfidenzjalità fil-kuntest tal-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjoni;

Awditjar intern

22.  Jikkonstata, abbażi tar-Rapport Ġenerali tal-Aġenzija, li fl-2013 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu fuq il-"Ġestjoni tal-Kumitati fl-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi", li wassal biex jiġu formulati seba' rakkomandazzjonijiet, li minnhom waħda hija mmarkata bħala "Importanti ħafna";

23.  Jikkonstata li r-rakkomandazzjoni importanti ħafna tirrigwarda rieżami tal-mod li bih l-Aġenzija tinterpreta l-kalendarju għat-tlestija tal-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji fir-rigward tas-sustanzi li għalihom jiġu proposti l-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ armonizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17);

24.  Jieħu nota tal-fatt li l-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Aġenzija wettqet awditu fuq l-affidabbiltà tal-implimentazzjoni tal-vidjosorveljanza fil-bini tal-Aġenzija, fuq is-segretarjat tal-forum kif ukoll fuq il-ġestjoni tal-arkivji u tad-dokumenti; jaċċerta li l-pjanijiet ta' azzjoni ġew elaborati f'risposta għar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS u tal-IAC;

25.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Aġenzija wettqet awditu biex iżżid l-effiċjenza tal-proċessi ta' ġestjoni tal-kuntratti tal-akkwist li rriżultaw f'azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati fl-2014;

Kummenti oħra

26.  Jikkonstata bi tħassib li d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija esprima riserva fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni tiegħu għas-sena 2013 billi l-mandat tal-Aġenzija ma jipprevedix kontrolli jew ispezzjonijiet f'livell nazzjonali u li għaldaqstant ma kienx possibbli li jiġi kkonfermat li s-sustanzi u l-prodotti fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq tal-Unjoni Ewropea kienu biss dawk li ġew reġistrati jew awtorizzati u li għalihom sar il-pagament tal-ħlas lill-Aġenzija;

27.  Jilqa' favorevolment il-miżuri eżemplari adottati mill-Aġenzija għal dak li għandu x'jaqsam mas-soluzzjonijiet effikaċi f'termini ta' kostijiet u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tkompli din il-prassi;

28.  Jerġa' jitlob lill-Aġenzija biex fil-komunikazzjoni interna u esterna tagħha tiċċara l-fatt li qiegħda tirċievi fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni ("sussidju tal-Unjoni") minflok sussidju "mill-Kummissjoni" jew "mill-Komunità";

o
o   o

29.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(18) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 132.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 132.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 132.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 132.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).
(17) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(18) Testi adottati, P8_TA-PROV(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
PDF 440kWORD 95k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2099(DEC))
P8_TA(2015)0141A8-0083/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0083/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2099(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0083/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2099(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tieghu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0083/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 49 270 722, li jirrappreżenta żieda ta' 18,16 % meta mqabbel ma' dak għall-2012, billi ż-żieda hija fil-biċċa l-kbira relatata mal-infiq operattiv għal azzjonijiet strateġiċi;

B.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2013 ammontat għal EUR 34 886 367, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,35 % meta mqabbla ma' dik għall-2012;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-istatus taż-żewġ kummenti mir-rapport tal-Qorti tal-2012 huwa mmarkat bħala "Għadha għaddejja";

2.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li:

   il-livell għoli tal-ispejjeż tal-missjonijiet imwettqa mid-Direttur Eżekuttiv tagħha fl-2012 kien dovut għall-parteċipazzjoni fil-Konferenza "Rio+20" fil-Brażil, kif ukoll missjonijiet relatati bbażati fi Brussell; u li n-numru ta' missjonijiet li mar fuqhom id-Direttur Eżekuttiv naqsu b'mod sinifikanti mill-2012 'l hawn;
   wieħed mill-mezzi biex tikkomunika r-riżultati ta' ħidmietha u l-impatt dirett fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni huwa permezz tal-materjal multimedjali disponibbli fuq il-websajt tagħha;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,66 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 88,92 %;

Impenji u riporti

4.  Jirrikonoxxi li l-awditu annwali tal-Qorti ma sab l-ebda kwistjoni notevoli fir-rigward tal-livell ta' riporti fl-2013; jieħu nota tal-konformità tal-Aġenzija mal-prinċipju tal-annwalità u tal-eżekuzzjoni puntwali tal-baġit tiegħu;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

5.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li pproduċiet pjan pluriennali għall-politika tal-persunal għall-perjodu 2013-2015, bi qbil mal-linji gwida tal-Kummissjoni, li ġie approvat mill-Bord ta' Mmaniġġjar tagħha; josserva li l-Aġenzija kellha 209 membri tal-persunal fl-2013, li kienu jikkonsistu minn uffiċjali, aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali ssekondati, u dan l-ammont jirrappreżenta tnaqqis ta' tmien impjiegi meta mqabbel ma' dak tal-2012;

6.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija impenjat ruħha li teżamina mill-ġdid b'mod kontinwu l-istruttura organizzattiva u tal-persunal tagħha sabiex tiżgura li twettaq il-ħidma tagħha u tindirizza l-isfidi li jkollha quddiemha bl-aktar mod effikaċi possibbli; jilqa' l-fatt, f'dan ir-rigward, li fl-2013 żdiedu żewġ karigi AD oħrajn fl-organigramma, biex ikopru kompiti ġodda marbuta ma' żewġ suġġetti importanti: il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u r-rappurtar dwar il-kwalità tal-arja;

7.  Jikkonstata li l-Aġenzija tiddedika 71 % tar-riżorsi umani tagħha għal kompiti operattivi u li dan jirrappreżenta żieda żgħira meta mqabbel mas-sitwazzjoni fl-2012; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tagħmel progress ulterjuri f'din id-direzzjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

8.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li, b'segwitu għall-valutazzjoni tal-esponiment tagħha għall-kunflitti ta' interess, u l-immappjar tar-regoli u l-prattiki eżistenti tal-Aġenzija, kif ukoll il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli, hija ffinalizzat politika dwar ġestjoni u prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess li ġiet adottata mill-Bord ta' Mmaniġġjar tagħha fil-laqgħa tiegħu li saret f'Ġunju 2014;

9.  Jikkonstata li dik il-politika tispeċifika li l-membri tal-persunal u membri tal-Kumitat Xjentifiku għandhom jiffirmaw dikjarazzjonijiet tal-interessi; jirrikonoxxi li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku; jiddispjaċih profondament dwar il-fatt li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord ta' Mmaniġġjar, id-Direttur Eżekuttiv u l-maniġment superjuri mhumiex disponibbli għall-pubbliku; ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Bord ta' Mmaniġġjar li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tiegħu ma jridux jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-Aġenzija fuq l-internet; jappella għal darb'oħra lill-Aġenzija biex tirranġa din il-kwistjoni b'mod urġenti;

Kontrolli interni

10.  Jieħu nota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija tat għotjiet taħt ħames programmi ta' għotjiet lil konsorzji li jikkonsistu f'istituzzjonijiet u korpi ambjentali fl-Ewropa, organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet ambjentali nazzjonali; josserva li l-infiq totali għall-għotjiet fl-2013 kien ta' EUR 13 900 000, u jirrappreżenta 31 % mill-infiq operattiv totali; jirrikonoxxi li, b'segwitu għall-kumment tal-Qorti tal-2014, l-Aġenzija intensifikat il-kontrolli tagħha fuq l-eliġibilità u l-preċiżjoni tal-ispejjeż għall-persunal iddikjarati taħt il-programmi ta' għotja, peress li dawn jirrappreżentaw l-akbar parti tal-ispejjeż totali;

11.  Josserva li l-verifiki ex ante tal-Aġenzija jikkonsistu f'analiżi dokumentarja tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż, filwaqt li hu rari li jsiru verifiki fuq il-post fil-livell tal-benefiċjarju; jinnota bi tħassib li l-kontrolli eżistenti jipprovdu biss assigurazzjonijiet limitati rigward l-eliġibilità u l-preċiżjoni tal-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarji; jirrikonoxxi madankollu li, għat-tranżazzjonijiet awditjati mill-Qorti, inkisbet dokumentazzjoni ta' sostenn li pprovdiet assigurazzjonijiet raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tagħhom.

12.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li, fl-2014, hi offriet spjegazzjonijiet u taħriġ dettaljati lill-benefiċjarji rigward il-kriterji għall-eliġibilità tal-ispejjeż u, b'mod partikolari, il-metodoloġiji aċċettabbli għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-persunal, deskritti kollha fi gwida bil-miktub; jikkonstata barra minn hekk li l-Aġenzija wettqet erba' verifiki fuq il-post bil-għan li tivverifika l-kalkolu tal-ispejjeż dikjarati abbażi tad-dokumentazzjoni rilevanti u li tanalizza l-affidabilità tas-sistemi ta' kontroll intern li ġew implimentati; jieħu nota li l-verifiki inkludew kontrolli dwar il-pagamenti li saru fl-2013, li koprew l-20,45 % tal-ispejjeż totali tal-persunal tal-benefiċjarji u li 0,12 % tal-ispejjeż ikkontrollati ġew ikkunsidrati bħala ineliġibbli; jappella madankollu lill-Aġenzija biex ittejjeb ulterjorment il-livell tal-verifiki ex ante tagħha sabiex tiżgura l-eliġibilità tal-benefiċjarji u biex tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar progress ulterjuri f'dan ir-rigward;

Awditjar intern

13.  Jikkonstata mir-rapport annwali tal-attività tal-Aġenzija li l-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tagħha ffinalizzat ir-rapport tal-awditjar dwar il-ġestjoni tal-fondi assenjati, bil-għan li tivvaluta l-impatt komplessiv fuq l-Aġenzija tal-proġetti ffinanzjati minn dħul assenjat estern; jirrikonoxxi barra minn hekk li l-IAC appoġġat b'mod attiv lit-tim ta' awdituri esterni mqabbda mill-Kummissjoni biex jeżaminaw ir-rapporti tal-ispejjeż finanzjarji għall-perjodu 2010-2011;

14.  Jieħu nota mill-Aġenzija li s-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) ta segwitu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu permezz ta' rieżami dokumentarju, u li r-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha ngħalqu fil-31 ta' Diċembru 2013;

Kummenti oħra

15.  Jappella lill-Aġenzija biex, fil-komunikazzjoni interna u esterna tagħha fil-ġejjieni, tiċċara l-fatt li hija tirċievi fondi mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha mill-baġit tal-Unjoni (sussidju tal-Unjoni) minflok sussidju mill-Kummissjoni jew sussidju Komunitarju;

o
o   o

16.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 144.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 144.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 144.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 144.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA)
PDF 437kWORD 93k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2115(DEC))
P8_TA(2015)0142A8-0100/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0100/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2115(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0100/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2115(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0100/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (''l-Aġenzija'') għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 9 216 900; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti fir-rigward ta'kumment wieħed li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkat bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u dak il-kumment issa huwa mmarkat fir-rapport tal-Qorti tal-2013 bħala "Ikkompletata"; jinnota, barra minn hekk, li għaż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi wkoll u kumment wieħed issa huwa mmarkat bħala ''Ikkompletata'' u l-ieħor bħala ''Mhux applikabbli'';

2.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li din stabbiliet proċedura għall-previżjoni ta' utilizzazzjonijiet bil-quddiem bil-għan li tnaqqas il-livell tar-riporti; jistieden lill-Aġenzija tkompli tfittex modi li bihom tnaqqas il-livell ta' riporti u tevita kwalunkwe riport mhux ippjanat;

3.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni qed tingħata fuq il-websajt tagħha, l-aktar permezz tal-pubblikazzjoni annwali ta' dokumenti strateġiċi, pereżempju r-rapport ta' attività annwali tagħha jew ir-riżultati tal-kampanji ta' kontroll u ta' spezzjoni; jinnota li attwalment l-Aġenzija qed tiżviluppa websajt ġdida sabiex iżżid il-viżibilità u t-trasparenza;

4.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li din qed tkompli tivvaluta possibilitajiet ġodda sabiex tiżviluppa sinerġiji ma' aġenziji oħra, bħal pereżempju l-ftehim fil-livell ta' servizz għall-kondiviżjoni tal-kapaċità ta' awditjar intern, il-koordinazzjoni tal-korsijiet ta' taħriġ u kontrolli ex post li jsiru ma' aġenziji oħra li jinsabu fi Spanja u l-Portugall; jinnota barra minn hekk li l-Aġenzija bħalissa qed tassisti l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) b'konnessjoni addizzjonali ma' ''S-TESTA'', u qed taħseb sabiex il-websajt esterna tagħha tkun fuq is-sit sekondarju tal-IT tal-EMSA; jieħu nota tal-kollaborazzjoni li hemm bejn l-Aġenzija u l-EMSA dwar il-proġett konġunt tas-servizz ta' monitoraġġ kontra l-piraterija (MARSURV-1);

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,64 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 83,85 %; jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li l-livell ġeneralment għoli ta' approprjazzjonijiet ta' impenn juri li l-impenji qegħdin isiru f'waqthom;

Impenji u riporti

6.  Jinnota bi tħassib li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien wieħed għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), li kien ta' 38 %, u għat-Titolu III (nefqa operattiva), li kien ta' 43 %; jinnota mit-tweġiba tal-Aġenzija li r-riporti tat-Titolu II min-naħa kienu minħabba l-ammont u l-waqt tal-pagamenti possibbli għall-aġġustamenti retroattivi tas-salarji għall-2011 u l-2013, u li dan ġie ċċarat f'Novembru 2013; jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li r-riporti għat-Titolu III fil-maġġorparti kienu minħabba l-għadd kbir ta' proġetti tal-IT li jew tnedew jew kienu għadhom għaddejjin matul l-2013;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

7.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-Bord Amministrattiv tagħha adotta Pjan ta' Politika Pluriennali għall-Persunal għall-2015-2017 f'Marzu 2014, u dan f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni; josserva li fil-31 ta' Diċembru 2013, l-Aġenzija kellha 68 kariga awtorizzata fl-organigramma tagħha, li jikkonsistu minn aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali ssekondati, u li minnhom kien hemm 65 kariga okkupata;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

8.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-politika komprensiva tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess ġiet adottata mill-Bord Amministrattiv f'Ottubru 2014 u tinsab disponibbli għall-pubbliku fuq il-websajt tagħha; jistieden lill-Aġenzija tinforma l-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu konkret ta' dik il-politika u biex tipprovdi rekord tal-każijiet sa tmiem Ġunju 2015;

9.  Jinnota li dik il-politika timponi l-obbligu li jkunu ppubblikati biss id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord Amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv u l-Kapijiet tal-Unità, iżda mhux tas-CVs tagħhom li jiġu ppubblikati fuq bażi volontarja; jinnota mill-Aġenzija li l-obbligu ma japplikax għall-membri tal-Bord Konsultattiv tagħha, li l-indipendenza tagħhom għandha tiġi wkoll assigurata; jitlob lill-Aġenzija tirrevedi dik il-politika u tippubblika s-CVs tad-Direttur Eżekuttiv, tal-Kapijiet tal-Unità u tal-membri tal-Bord Amministrattiv fuq bażi obbligatorja; jitlob lill-Aġenzija tippubblika wkoll is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-Bord Konsultattiv sabiex ikun hemm iżjed trasparenza;

Awditjar intern

10.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditjar bil-għan li jevalwa l-adegwatezza tal-mod li bih hija mfassla s-sistema ta' kontroll intern (ICS) u l-applikazzjoni effikaċi tagħha fir-rigward tal-Ippjanar Strateġiku ta' Mobilitazzjonijiet Konġunti, kif implimentata mill-Aġenzija; jirrikonoxxi li l-IAS sab li l-ICS fis-seħħ qed tipprovdi livell raġonevoli ta' assigurazzjoni fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi tan-negozju għall-Ippjanar Strateġiku ta' Mobilitazzjonijiet Konġunti;

11.  Jirrikonoxxi li l-IAS segwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu lill-Aġenzija permezz ta' rieżami dokumentarju, u li fil-31 ta' Diċembru 2013 la kien hemm rakkomandazzjonijiet kritiċi u lanqas importanti ħafna li għadhom pendenti;

Kummenti oħra

12.  Jagħraf il-kwalità u l-importanza tal-kompiti mwettqa mill-Aġenzija u jilqa' l-effikaċja tagħha, il-konsistenza tagħha u r-riżultati eċċellenti li kisbet sa minn meta twaqqfet;

13.  Jenfasizza l-importanza tar-rwol tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd (PKS) u fil-kisba tal-objettivi tagħha, partikolarment fid-dawl tal-obbligu tal-ħatt u l-ħtiġijiet f'termini ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd;

14.  Jistieden lill-Aġenzija tiżgura li l-attivitajiet ta' kontroll ikunu kkoordinati u strutturati kif xieraq fl-Istati Membri kollha;

o
o   o

15.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 152.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 152.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 152.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 152.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
PDF 456kWORD 113k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2108(DEC))
P8_TA(2015)0143A8-0097/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0097/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2108(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0097/2015),

1.  Jikkonstata li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2108(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0097/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 78 051 000, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 0,31 % meta mqabbel mal-2012,

B.  billi l-baġit kollu tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward tat-tliet kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa żewġ kummenti huma mmarkati fir-rapport tal-Qorti bħala "Ikkompletata" u wieħed bħala "Mhux applikabbli"; jikkonstata, barra minn hekk, li għat-tliet kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u kumment wieħed issa huwa mmarkat bħala ''Ikkompletata'', wieħed bħala ''Mhux applikabbli'' u wieħed bħala "Għadha għaddejja";

2.  Jieħu nota, skont l-informazzjoni fornuta mill-Awtorità, li:

   is-sistemi tal-validazzjoni lokali ġew inkorporati, fejn applikabbli, fil-validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi tal-Uffiċjal tal-Kontabilità, flimkien mas-sistemi ċentrali tal-kontabilità abbażi tad-dovuti (ABAC) u tas-SAP;
   il-monitoraġġ tal-livell tal-eżekuzzjoni tal-baġit u tal-livell globali tar-riporti kompla jitjieb sabiex ir-riporti jinżammu skont l-objettivi tal-eżekuzzjoni tal-baġit għall-attivitajiet operattivi;
   l-elezzjoni tal-President u tal-Viċi President tal-Bord ta' Ġestjoni għandha ssir b'vot sigriet f'Seduta Pubblika b'xandira streaming, kif previst fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu, adottati f'Ġunju 2013;
   djalogu perjodiku mal-partijiet interessati tal-Awtorità huwa prattika regolari; jinnota l-azzjonijiet meħuda favur it-trasparenza, bħal konsultazzjoni pubblika dwar it-trasformazzjoni f'inizjattiva "Open EFSA" jew il-gruppi speċjalisti tal-EFSA;
   ir-rakkomandazzjonijiet tal-konsulent estern qegħdin jiġu implimentatati fl-oqsma tal-ġestjoni tad-data, tal-kontinwità tal-attivitajiet u tas-sigurtà tal-IT; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar aktar riżultati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi;
   l-Awtorità ottimizzat is-sit web tagħha bil-għan li jkun aktar faċli għall-utent biex jikkonsultah u li tiffaċilita l-konsultazzjoni dwar aspetti importanti ta' xogħol xjentifiku, bħall-kompetenza xjentifika, il-ġbir ta' data, il-metodoloġiji ta' valutazzjoni tar-riskji, l-opinjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskji u kif dawn jistgħu jaffettwaw liċ-ċittadini tal-Unjoni permezz ta' aċċess rapidu għal parir xjentifiku, artikli fir-rivisti jew l-aktar aħbarijiet reċenti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jikkonstata li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 98,80 %, li tirrappreżenta tnaqqis minimu meta mqabbla mas-sena preċedenti (99,30 %), u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet għolja, jiġifieri 90,80 %; jieħu nota mir-Rapport Annwali tal-Awtorità 2013 (RAA) li fit-Titolu I (Persunal) u fit-Titolu II (Infrastruttura) il-baġit ġie eżegwit għal kollox, filwaqt li fit-Titolu III (Operazzjonijiet) ir-rata ta' eżekuzzjoni tlaħħaq is-96,99 %;

4.  Jaċċerta mir-RAA li l-livell tal-implimentazzjoni tal-baġit hija 1 % taħt l-objettiv inizjali u li l-livell ta' pagament globali jinsab 2 % taħt l-objettiv inizjali; jirrikonoxxi, madankollu, li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 jibqgħu jikkontribwixxu għar-rata konsistentement għolja tal-implimentazzjoni tal-baġit;

Impenji u riporti

5.  Jieħu nota mir-RAA li l-approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 jammontaw għal EUR 6 431 431, li juri tnaqqis meta mqabbel mas-sena ta' qabel; jikkonstata li t-tnaqqis huwa fil-biċċa l-kbira relatat maċ-ċentralizzazzjoni tal-pagamenti lill-esperti li wassal għal aktar effiċjenza fl-ipproċessar tal-pagamenti, kif ukoll li l-baġit operattiv tal-IT ma żdiedx bis-saħħa tat-trasferimenti minn oqsma oħra fi tmiem l-2013;

6.  Jikkonstata li minkejja li r-riporti globali naqsu regolarment sa mill-2008 minn 23 % għal 11 % u r-rata ta' pagament żdiedet minn 73 % għal 91 %, jinħtieġ aktar titjib fil-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-baġit sabiex iżomm il-livell tar-riporti f'konformità mal-objettivi tal-eżekuzzjoni tal-baġit stabbiliti għall-attivitajiet operattivi;

Trasferimenti

7.  Jikkonstata li l-livell ta' trasferimenti baqa' fil-limiti tar-regoli finanzjarji, hekk kif it-trasferiment magħmul mit-Titolu I (Persunal) għat-Titolu II (Infrastruttura) ammonta għal EUR 418 965, li jirrappreżenta 4,7 % tat-Titolu II; jirrikonoxxi li dan it-trasferiment irriżulta primarjament mir-rifjut min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-proposta tal-Kummissjoni dwar l-indiċizzazzjoni tas-salarji fl-2011, li ppermetta lill-Awtorità tantiċipa l-ħlasijiet relatati mal-akkwist immobiljari u li tnaqqas l-pagamenti tal-imgħax;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.  Jinnota mill-kontijiet annwali tal-Awtorità li 93,45 % tal-karigi ppjanati ġew okkupati fi tmiem l-2013; jirrikonoxxi tnaqqis fir-rata ta' okkupazzjoni meta mqabbla mal-2012;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.  Jinnota mill-Awtorità li wara konsultazzjoni mas-sħab ewlenin fl-2014, hija rrevediet u eżaminat mill-ġdid b'mod parzjali r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha rigward il-Politika ta' Indipendenza dwar id-dikjarazzjonijiet tal-interessi; jiddispjaċih madankollu, li l-proċedura riveduta għall-iskrinjar tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi annwali, speċjali u orali tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku tal-Awtorità, tal-Bordijiet Xjentifiċi u tal-Gruppi ta' Ħidma għadhom taħt l-awtorità tal-Kapijiet tal-Unità; jikkostata, minkejja dan, li l-proċedura introduċiet il-kriterji li fuqhom huwa bbażat l-iskrinjar, kif ukoll ir-rwol tal-uffiċjal tal-iskrinjar, li għandu jirrapporta minnufih kull possibbiltà ta' kunflitt ta' interess lill-uffiċjal tar-rapportar rispettiv;

10.  Jiddispjaċih ħafna li l-lakuni ewlenin fir-regoli ta' implimentazzjoni tal-Awtorità ma ntemmux, minkejja dak ir-rieżami; jikkonstata b'mod partikolari l-fatt li l-valutazzjoni tal-interessi tax-xjenzati ssir b'referenza għall-mandat tal-bord minflok il-kompetenza tal-Awtorità, fejn din tal-aħħar tintuża bħala l-kamp ta' applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta' dawn l-interessi;

11.  Iħeġġeġ lill-Awtorità tagħmel sforzi konkreti biex telimina din il-prattika arbitrarja possibbli mill-proċeduri interni tagħha sabiex tiżgura l-imparzjalità tal-Awtorità fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u biex telimina kull riskju; jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu dwar il-prattika komuni tal-Awtorità li tapplika politika bi standards doppji fir-rigward tal-kunflitt ta' interess lejn esperti minn organizzazzjonijiet għas-sikurezza tal-ikel kuntrarju għall-politika applikata għall-persunal l-ieħor; barra minn hekk, jistieden lill-Awtorità tadotta politika ta' "revolving door" sa tmiem Settembru 2015;

12.  Jemmen li l-interessi finanzjarji b'mod partikolari għandhom jiġu ttrattati bl-akbar attenzjoni u li l-esperti għandhom jintalbu jiddikjaraw jekk l-attivitajiet tagħhom kinux remunerati jew le; jemmen li, jekk dan ikun il-każ, l-ammont għandu jiġi speċifikat; hu tal-opinjoni li l-prassi attwali ta' esperti li jagħmlu l-interessi tagħhom anonimi, pereżempju billi jużaw l-espressjoni "kumpanija privata", m'għandhiex tiġi aċċettata mill-Awtorità;

13.  Jinnota bi tħassib id-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tikkonkludi li l-Awtorità "għandha tirrevedi r-regoli tagħha dwar il-kunflitt ta' interess, u l-istruzzjonijiet u l-forom relatati li tuża għad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tagħha" biex "tiżgura li dawk l-esperti li jaħdmu fl-akkademja jiddikkjaraw l-informazzjoni rilevanti kollha" tagħha; jappella lill-Awtorità jkollha xjenzati fuq il-bordijiet tagħha u l-gruppi ta' ħidma jiżvelaw l-arranġamenti finanzjarji bejn id-dipartimenti tal-universitajiet li jaħdmu għalihom u l-kumpaniji kummerċjali meta jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Awtorità;

14.  Jieħu nota tal-kjarifika tal-portata tal-kunflitti ta' interess b'definizzjonijiet ġodda, fir-rigward, fost l-oħrajn, tal-obbligu li jiġi ddikjarat anke l-iċken interess ekonomiku jew il-prattika li tippermetti lill-interessi tal-esperti jibqgħu anonimi fuq bażi eċċezzjonali biss, esklussivament biex jiżgura konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data; jiddispjaċih, madankollu, li d-definizzjoni ta' "interess" (kif stabbilita f'punt (a) tal-Artikolu 2, paragrafu 2, tad-Deċiżjoni dwar id-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità dwar id-Dikjarazzjonijiet tal-Interessi) lanqas ma tinkludi "kwalunkwe interess personali rilevanti, kemm ta' natura finanzjarja jew mhux, relazzjoni personali jew familjari, eċċ", kif stabbilit fil-linji gwida 2013 tal-Kummissjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fl-aġenziji deċentralizzati tal-UE;

15.  Jinnota bi tħassib li r-regoli riveduti tal-Awtorità dwar id-dikjarazzjonijiet tal-interessi espliċitament jeskludu lill-esperti mill-organizzazzjonijiet għas-sikurezza tal-ikel maħtura mill-Istati Membri li jirċievu aktar minn 50 % tal-finanzjament tagħhom minn sorsi privati;

16.  Jinnota mill-Awtorità li, wara li wieħed jingħata impjieg mill-Awtorità, japplika perjodu ta' preklużjoni ta' sentejn b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju għal esperti impjegati mill-industrija tal-ikel iżda mhux għall-forom kollha ta' kollaborazzjoni ma' kumpaniji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Awtorità; itenni s-sejħa tiegħu li l-Awtorità għandha tapplika perjodu ta' preklużjoni ta' sentejn għall-interessi materjali kollha li għandhom x'jaqsmu mas-settur agroalimentari kummerċjali, inklużi l-finanzjament għar-riċerka, il-kuntratti ta' konsulenza u l-pożizzjonijiet deċiżjonali fl-organizzazzjonjiet maħtufin mill-industrija; jappella lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt li għaddejja bħalissa rigward l-introduzzjoni ta' aktar perjodi ta' preklużjoni, li se ssir fil-qafas tar-reviżjoni tal-politika li jmiss, kif ukoll biex tinkludi fir-rapporti annwali tagħha l-miżuri meħuda għall-infurzar tal-perjodu ta' preklużjoni implimentat; jitlob li din il-valutazzjoni tal-impatt tuża, bħala l-ewwel indikatur, l-indipendenza tal-Awtorità mis-setturi ekonomiċi li tirregola;

17.  Jiddispjaċih ħafna li l-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Bord ta' Ġestjoni preveda proċedura tal-elezzjoni mhux trasparenti meta l-Bord ta' Ġestjoni jeleġġi l-President u l-Viċi Presidenti tiegħu b'vot sigriet, minkejja r-rakkomandazzjoni mill-aworità ta' kwittanza fl-2014; iħeġġeġ lill-Awtorità tbiddel din ir-regola, biex trendi kull vot trasparenti u responsabbli sa tmiem Settembru 2015 u biex toqgħod lura milli taħtar lil xi ħadd taħt il-proċedura sigrieta;

18.  Jemmen li l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni ulterjuri għall-opinjoni pubblika u timpenja kemm jista' jkun ruħha fi djalogu miftuħ u trasparenti;

19.  Jawgura lill-Awtorità talli adottat ir-riproduċibilità tal-opinjonijiet xjentifiċi tagħha bħala objettiv politiku fi ħdan l-Inizjattiva Trasparenti tagħha; iħeġġiġha twettaq dawn l-impenji importanti ħafna, b'mod partikolari billi tipprovdi aċċess sħiħ u proattiv għas-sett tad-data użat għal dawn l-opinjonijiet xjentifiċi;

Kontrolli interni

20.  Jieħu nota mir-rapport tal-Qorti li l-biċċa l-kbira tal-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS) ġew sodisfatti skont l-awtovalutazzjoni tal-Awtorità li twettaq fl-2012 u l-2013; jinnota bi tħassib li l-ICS 4 ("Valutazzjoni u żvilupp tal-persunal") u ICS 11 ("Ġestjoni tad-dokumenti") ma ġewx sodisfatti fil-mument meta l-Qorti għamlet l-awditu, u jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-ICS 4 u l-ICS 11;

21.  Jinnota bi tħassib li l-programm ta' ħidma annwali tal-Awtorità ma fihx biżżejjed dettalji dwar l-akkwisti u l-għotjiet ippjanati biex isostnu deċiżjonijiet ta' finanzjament skont l-Artikolu 64 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju tagħha; jistieden lill-Awtorità tirrimedja dan in-nuqqas, billi tinkludi tali dettalji li jippermettu li jsir monitoraġġ aktar effikaċi tal-akkwisti u l-għotjiet;

Awditjar intern

22.  Jikkonstata li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq valutazzjoni tar-riskji kompluta fl-2013, li rriżulta fi Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern għall-Awtorità li jelenka t-temi proposti għall-awditjar għall-2014-2016, u segwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet bikrija tiegħu;

23.  Jiddispjaċih li matul din il-valutazzjoni tar-riskji, ċerti proċessi b'riskji inerenti għoljin ġew identifikati mill-IAS, b'kontrolli vvalutati kienu assenti jew insuffiċjenti; jirrikonoxxi li l-Awtorità ħejjiet pjan ta' azzjoni mmirat li jindirizza dawn in-nuqqasijiet, li se jingħataw segwitu mill-IAS matul l-eżerċizzju approfondit ta' valutazzjoni tar-riskju li jmiss; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar aktar riżultati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi;

24.  Jiddispjaċih li l-implimentazzjoni tal-ħames rakkomandazzjonijiet preċedenti min-naħa tal-IAS immarkati bħala "Importanti ħafna" ġiet ittardjata f'terminu ta' skadenzi definiti mill-Awtorità fil-pjanijiet ta' azzjoni oriġinali tagħha; iqisha partikolarment inaċċettabbli li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni ddewmet b'akar minn 36 xahar, li rriżultat fil-possibbiltà ta' aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali b'mod mhux awtorizzat jew ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni mingħajr approvazzjoni minn qabel; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-raġunijiet għad-dewmien u timplimenta b'urġenza azzjonijiet korrettivi;

Kummenti oħra

25.  Jinnota bi tħassib li l-Awtorità tuża grupp ta' servizzi tat-trasport għall-ivjaġġar għal u mill-ajruport, li sewa' EUR 918 668 fl-2013; iħeġġeġ lill-Awtorità ssib alternattiva inqas għalja għal dan l-iskop;

26.  Jilqa' l-miżuri eżemplari meħuda mill-Awtorità fir-rigward tas-soluzzjonijiet kosteffikaċi u li jirrispettaw l-ambjent għall-binjiet tagħha; iħeġġeġ lill-Awtorità tkompli b'din il-prassi tajba;

27.  Jistieden lill-Awtorità biex, fil-komunikazzjonijiet interni u esterni futuri tagħha, tagħmilha ċara li tirċievi fondi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-baġit tal-Unjoni (sussidju tal-Unjoni) u mhux minn sussidju tal-Kummissjoni;

28.  Huwa partikolarment konxju tal-interess pubbliku fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fi ħdan l-Awtorità, li jsir skont ir-rwol u r-responsabbiltajiet ġuridiċi tagħha; jikkonstata li l-Awtorità ddedikat 74 % tar-riżorsi umani tagħha għal attivitajiet xjentifiċi, evalwazzjoni u ġbir ta' data u li dan jirrappreżenta żieda żgħira ħafna meta mqabbla mal-2012; iħeġġeġ lill-Awtorità tagħmel aktar progress f'din id-direzzjoni;

o
o   o

29.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 160.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 160.
(3) ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 31, 01.02.2002, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 160.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 160.
(10) ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 31, 01.02.2002, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)
PDF 439kWORD 97k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2119(DEC))
P8_TA(2015)0144A8-0098/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0098/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2119(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0098/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2119(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0098/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ("l-Istitut") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 10 024 535, li jirrappreżenta żieda ta' 29,49 % fuq l-2012;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u kumment minnhom huwa mmarkat fir-rapport tal-Qorti tal-2013 bħala "Ikkompletata" waqt li l-ieħor huwa mmarkat bħala "Għadha għaddejja"; jikkonstata, barra minn hekk, li għaż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu wkoll azzjonijiet korrettivi u kumment minnhom huwa issa mmarkat bħala ''Ikkompletata'' filwaqt li l-ieħor huwa mmarkat bħala ''Għadha għaddejja'';

2.  Jirrikonoxxi mill-Istitut li l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tiegħu fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni hija disponibbli fuq il-websajt tiegħu - li ġiet aġġornata - u li saret aktar aċċessibbli permezz tal-użu tal-midja soċjali;

3.  Jinnota li l-Istitut stabbilixxa strument ta' monitoraġġ li jsegwi d-dati previsti ta' kull stadju tal-proċedimenti annwali tal-akkwist, u dan bil-ħsieb li jtejjeb l-akkwist, l-ippjanar u l-monitoraġġ;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,01 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 76,93 %;

5.  Jikkonstata mill-Istitut li, skont il-pjanijiet tiegħu sabiex jiżgura monitoraġġ u rapportar xierqa tal-implimentazzjoni tal-baġit, fl-2013 ġiet adottata proċedura għal monitoraġġ ċentralizzat tal-baġit; jappella lill-Istitut biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati miksuba permezz ta' dik il-proċedura;

Impenji u riporti

6.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-livell kumplessiv tal-approprjazzjonijiet impenjati fl-2013 kien ta' 99 %, u dan jindika li l-impenji saru b'mod puntwali; jilqa' t-tnaqqis ulterjuri tal-livell kumplessiv tar-riporti minn EUR 2 500 000 (32 %) fl-2012 għal EUR 2 200 000 (29 %) fl-2013; jindika li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati mat-Titolu III (nefqa operazzjonali), b'EUR 2 000 000 jirrappreżentaw 56 % tal-approprjazzjonijiet impenjati korrispondenti; jirrikonoxxi li dawk ir-riporti prinċipalment għandhom x'jaqsmu mal-proċeduri ta' akkwist li ġew konklużi lejn l-aħħar tal-2013, l-aktar minħabba raġunijiet fil-biċċa l-kbira lil hinn mill-kontroll tal-Istitut, bħal perżempju dewmien f'deċiżjoni mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni dwar suġġett ta' studju;

7.  Jikkonstata li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell tar-riporti hu konformi mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.  Jaċċerta mill-Istitut li l-proċedura ta' reklutaġġ u ta' selezzjoni tiegħu ġiet aġġornata skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità ta' kwittanza u issa tinkorpora testijiet bil-miktub, flimkien mal-importanza rispettiva mogħtija lilhom, li jiġu finalizzati qabel ma tkun ġiet eżaminata l-applikazzjoni ta' kull kandidat;

9.  Jirrikonoxxi mill-Istitut li, mill-2013, il-programm ta' ħidma annwali tiegħu jinkorpora deċiżjoni ta' finanzjament li tindika dettalji ġodda tal-akkwist, inkluż il-baġit annwali totali riżervat għall-akkwist operattiv, kif ukoll il-kalendarju indikattiv għat-tnedija tal-proċeduri ta' akkwist;

10.  Jikkonstata mill-Istitut li ġiet żviluppata għodda ċentralizzata għall-monitoraġġ tal-akkwisti, li tkopri l-proċeduri ta' akkwist kollha u tindika d-dati ppjanati u dawk effettivi tal-passi proċedurali ewlenin f'kull proċedura ta' akkwist;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

11.  Jieħu nota tal-fatt li l-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut adotta l-politika tiegħu dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess wara li l-proposta għal politika ġiet rieżaminata u approvata mill-Kummissjoni; jirrikonoxxi mill-Istitut li l-pubblikazzjoni tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur u l-maniġment superjuri hi prevista f'dik il-politika u saret fuq il-websajt tal-Istitut;

Awditjar intern

12.  Jikkonstata mill-Istitut li, fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq xogħol ta' awditjar skont il-pjan ta' awditjar strateġiku tal-Istitut; jikkonstata li dan ix-xogħol kien jinkludi awditjar dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani li identifika l-prattiki tajbin, kif ukoll assigurazzjoni raġonevoli rigward l-istruttura għall-ġestjoni tar-riżorsi umani;

13.  Jikkonstata bi tħassib li waqt l-analiżi tar-riskji, l-IAS identifika ċerti proċessi ta' riskju inerenti għoli li ma setgħux jiġu awditjati fi ħdan il-pjan ta' awditjar strateġiku tal-Istitut, peress li l-kontrolli ġew ivvalutati bħala assenti jew insuffiċjenti; jilqa' l-fatt li tressaq pjan ta' azzjoni mmirat biex jindirizza dawk l-oqsma ta' riskju għoli; jistenna bil-ħerqa l-valutazzjoni tar-riskju fil-fond li jmiss li se tagħti segwitu għal dan il-pjan ta' azzjoni u jappella lill-Istitut biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tagħha;

14.  Jieħu nota mill-Istitut li ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni kritika jew importanti ħafna mill-IAS pendenti fil-31 ta' Diċembru 2013;

Kummenti oħra

15.  Ifakkar li l-Istitut ġie stabbilit sabiex jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluża l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fil-politiki kollha tal-Unjoni u l-politiki nazzjonali konsegwenti kollha, jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess u jżid l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; jissottolinja li skont il-programm ta' ħidma annwali tal-Istitut, il-missjoni tiegħu hi li jsir iċ-ċentru ta' għarfien Ewropew dwar kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi;

16.  Ifakkar li l-Istitut għandu rwol fundamentali minħabba l-fatt li l-ugwaljanza reali u effettiva bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi promossa u mogħtija fl-isferi kollha tal-ħajja pubblika u privata;

17.  Jappella lill-Istitut biex jinkludi l-laqgħat annwali konġunti li jsiru bejn il-Kumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Istitut fil-programm ta' ħidma annwali tiegħu; jistieden lill-Istitut jippreżenta fuq bażi regolari quddiem il-kumitati rilevanti tal-Parlament, ir-riżultati u s-sejbiet tar-riċerka tiegħu; jinnota li l-Istitut għandu jiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni relatata mal-ġeneru b'mod iktar proattiv, b'enfasi fuq il-ħidma mwettqa mill-Membri tiegħu, lill-Kumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi; iqis li dan jipprovdi lill-Membri tal-Parlament Ewropew b'għodod ta' informazzjoni importanti u aktar effettivi;

18.  Jitlob interazzjoni aħjar bejn il-prijoritajiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tal-Kumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u għar-riċerka tal-Istitut; jirrikonoxxi l-importanza tar-rwol imwettaq mill-Istitut fil-ġbir ta' data affidabbli u komparattiva, diżaggregata skont is-sess u ewlenija għall-iżvilupp ta' politiki nazzjonali u tal-Unjoni, speċjalment dawk dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jistieden lill-Istitut jaħdem mill-qrib mal-Eurostat u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali sabiex jipproduċu stħarriġ regolari dwar dawk il-kwistjonijiet li l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jqis li huma l-iktar importanti, partikolarment il-vjolenza kontra n-nisa u l-elementi tipiċi tal-impjieg tan-nisa;

o
o   o

19.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 167.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 167.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 167.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 167.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)
PDF 442kWORD 98k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2121(DEC))
P8_TA(2015)0145A8-0096/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0096/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2121(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0096/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2121(DEC))

Il-Parlament Ewropew

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0096/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 18 767 470, li jirrappreżenta żieda ta' 19,88 % meta mqabbel mal-2012, u dan minħabba li l-Awtorità ġiet stabbilita dan l-aħħar,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta' tliet kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa fir-rapport tal-Qorti huma mmarkati bħala "Ikkompletata"; jinnota, barra minn hekk, li għat-tliet kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa kumment wieħed huwa mmarkat bħala ''Ikkompletat'', wieħed bħala ''Mhux applikabbli'' u wieħed bħala ''Pendenti'';

2.  Jirrikonoxxi mill-Awtorità li:

   din saħħet il-kapaċità ta' appoġġ fil-qasam tal-akkwist fil-livell korporattiv, permezz ta' definizzjoni ċara tar-rwoli u r-responsabbiltajiet kemm għall-uffiċjali fil-qasam tal-akkwist u kemm għall-persunal operattiv, kif ukoll permezz ta' taħriġ varjat dwar l-akkwist għall-kategoriji rilevanti kollha tal-persunal;
   adottat regoli dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi li ġew riveduti skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interessi għall-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE;
   ġeddedt il-websajt tagħha bl-għan li ttejjeb it-trasparenza u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni provduta;
   ġew ippubblikati s-CVs tal-membri tal-Bord Maniġerjali u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-President u d-Direttur Eżekuttiv;

Jistieden lill-Awtorità tippubblika wkoll id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord Maniġerjali kif ukoll tal-Bord tas-Superviżuri;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota bi tħassib li l-livell tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati, li kien ta' 28 %, kien wieħed għoli, speċjalment fir-rigward tat-Titolu II li kellu livell ta' 30 %, u t-Titolu III li kellu livell ta' 85 %, u li dan juri li kien hemm żieda meta mqabbel mas-snin ta' qabel;

Impenji u riporti

4.  Jirrikonoxxi li r-riporti rriżultaw mill-pjan ta' implimentazzjoni u ta' strateġija pluriennali għall-IT u mill-kuntratti speċifiċi għal servizzi li kellhom jiġu pprovduti fl-2014; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-impenji relatati huma legali, regolari kif ukoll stmati tajjeb skont ir-rati ta' kanċellazzjoni baxxi għar-riporti mill-2012;

5.  Jaqbel bis-sħiħ mal-osservazzjoni li għamlet il-Qorti li l-livell li bih l-approprjazzjonijiet tal-2013 intużaw biex ikopru attivitajiet tal-2014 imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet li ser tieħu biex tnaqqas l-ammont ta' riporti;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

6.  Jinnota li ma kienx hemm kummenti fir-rapport tal-Qorti dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Awtorità;

Kontrolli interni

7.  Jieħu nota mir-rapport tal-Qorti li matul l-2013 il-Bord Maniġerjali adotta s-sittax-il Standard ta' Kontroll Intern (ICS); jaċċerta li l-implimentazzjoni tal-ICS hija mmarkata li għadha għaddejja abbażi tal-pjan ta' azzjoni miftiehem mas-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni;

8.  Jiddispjaċih li l-impenji legali tal-Awtorità mhux dejjem ġew awtorizzati minn uffiċjali b'delega xierqa u ma kinux konsistentement preċeduti minn impenn baġitarju awtorizzat b'mod xieraq. ifakkar lill-Awtorità li huwa fundamentali li jkun hemm konformità maċ-ċirkwiti finanzjarji kif definit fir-Regolament Finanzjarju; jirrikonoxxi li ttieħdu miżuri korrettivi sabiex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet u jistieden lill-Awtorità tinforma fid-dettall lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' dawk l-azzjonijiet b'rabta mal-ġestjoni taċ-ċirkwiti finanzjarji;

Awditjar intern

9.  Jirrikonoxxi mill-Awtorità li fl-2013 l-IAS wettaq rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-ICS, li rriżulta mill-Pjan ta' Awditjar Strateġiku kif ukoll mill-valutazzjoni tar-riskju preċedenti tal-IAS;

10.  Jinnota li b'segwitu għar-rieżami, l-Awtorità ħejjiet pjan ta' azzjoni sabiex tindirizza l-għoxrin rakkomandazzjoni identifikati mill-IAS, u li tlieta minnhom kienu mmarkati bħala ''Importanti Ħafna''; jirrikonoxxi li l-IAS iqis li l-pjan ta' azzjoni se jindirizza r-riskji identifikati b'mod adegwat u se jtaffihom jekk jiġi implimentat kif ippjanat;

11.  Jinnota mill-Awtorità li l-IAS segwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu, u li fil-31 ta' Diċembru 2013 la kien hemm rakkomandazzjonijiet kritiċi u lanqas importanti ħafna li għadhom pendenti;

Kummenti oħra

12.  Ifakkar li l-Parlament kellu rwol ewlieni fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva wara l-kriżi finanzjarja, u fil-ħolqien, bħala parti minn din is-sistema, tal-Awtorità fl-2011;

13.  Jinnota l-kumment tal-Kummissjoni fir-rapport reċenti tagħha dwar il-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u tas-SESF, li jgħid li l-ASE, minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli, stabbilixxew malajr organizzazzjonijiet li jiffunzjonaw tajjeb u li, b'mod ġenerali, issodisfaw il-varjetà wiesgħa ta' kompiti li għandhom, għalkemm iffaċċjaw talbiet dejjem akbar b'riżorsi umani limitati;

14.  Jenfasizza li r-rwol tal-Awtorità biex ikun promoss reġim superviżorju komuni fis-Suq Uniku kollu huwa essenzjali biex jiġi żgurat settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet aktar integrat, effiċjenti u sikur fl-Unjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku u għall-ħolqien ta’ impjiegi u tkabbir fl-Ewropa, kif ukoll biex jiġu evitati kriżijiet futuri fis-settur finanzjarju;

15.  Jirrikonoxxi li s-SESF għadha fi stadju ta' twaqqif u jenfasizza li l-kompiti diġà mogħtija lill-Awtorità, kif ukoll il-kompiti futuri previsti fil-ħidma leġiżlattiva li għaddejja, jeħtieġu livell adegwat ta' persunal u ta' baġit li jippermettu superviżjoni ta' kwalità għolja; jenfasizza li għandha dejjem tiġi kkunsidrata bir-reqqa l-ħtieġa li jiġu kkombinati kompiti addizzjonali ma’ riżorsi addizzjonali; jenfasizza, madankollu, li kull żieda potenzjali fil-mezzi tagħha għandha tkun preċeduta minn sforzi ta' razzjonalizzazzjoni adegwati kull fejn hu possibbli u/jew ikkomplimentata minnhom; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rwol koordinatur tal-Awtorità u l-ħtieġa li tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex tissodisfa l-mandat tagħha;

16.  Jenfasizza li, minħabba r-riżorsi limitati tagħha, l-Awtorità jeħtiġilha żżomm strettament mal-kompiti assenjati lilha mill-Parlament u mill-Kunsill; jissottolinja l-fatt li l-Awtorità għandha twettaq dawn il-kompiti kompletament, imma li m'għandhiex tfittex li tmur lil hinn mill-mandat tagħha, u li jeħtiġilha tibqa' indipendenti; jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tikkontrolla l-ħtieġa li tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet;

17.  Jenfasizza li l-Awtorità għandha tisfrutta kompletament is-setgħat tagħha fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumatur li huma mogħtija lilha bis-saħħa tal-mandat tagħha; jenfasizza li, f'dan il-qasam, l-Awtorità għandha tikkoordina l-azzjoni tagħha aktar mill-qrib mal-ASE permezz tal-Kumitat Konġunt;

18.  Jikkonkludi li l-arranġament ta' finanzjament imħallat tal-Awtorità hu inflessibbli, ta' piż u theddida potenzjali għall-indipendenza tagħha; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni, jekk il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tagħti prova, tipproponi sal-2017 sistema ta' finanzjament għall-Awtorità li tkun ibbażata biss fuq l-introduzzjoni ta' tariffi mill-parteċipanti fis-suq, jew abbażi tal-kumbinazzjoni ta' tariffi mill-parteċipanti fis-suq b'finanzjament bażiku minn linja baġitarja separata tal-baġit ġenerali tal-Unjoni;

o
o   o

19.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 174.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 174.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 174.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 174.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
PDF 446kWORD 102k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2125(DEC))
P8_TA(2015)0146A8-0077/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0077/2015),

1.  Jipposponi d-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2125(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0077/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Jipposponi l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2125(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0077/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ("l-Istitut") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 142 197 740 għal approprjazzjonijiet ta' impenn, li jirrappreżenta żieda ta' 47,05 % meta mqabbel mal-2012, u EUR 98 760 073 għal approprjazzjonijiet ta' pagament;

B.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-kontribuzzjoni ġenerali tal-Unjoni għall-baġit tal-Istitut għall-2013 ammontat għal EUR 93 462 181, li tirrappreżenta żieda ta' 36,05 % meta mqabbla ma' dik għall-2012;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli, iżda ma setgħetx tikseb biżżejjed evidenza xierqa għall-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta' kumment li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkat bħala "Għadha għaddejja”fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u il-kumment huwa issa mmarkat fir-rapport tal-Qorti tal-2013 bħala "Ikkompletata"; jikkonstata, barra minn hekk, li għaż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdet azzjoni korrettiva u kumment wieħed issa huwa mmarkat bħala ''Ikkompletata'', filwaqt li l-ieħor huwa mmarkat bħala "Għadha għaddejja";

2.  Jirrikonoxxi mill-Istitut li:

   huwa ta struzzjonijiet imtejba lill-awdituri li jiċċertifikaw u f'Ġunju 2013 ikkomunika struzzjonijiet aġġornati għall-"Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni" (KKI), dawk li jirċievu l-għotjiet tal-Istitut; jinnota li l-istruzzjonijiet imtejba għandhom jirriżultaw f'livell miżjud ta' assigurazzjoni miksub minn ċertifikati tal-awditjar;
   miri kwantifikabbli kienu implimentati fil-linji gwida maħruġa għall-KKI, li ġew riveduti fl-2013 u l-2014 sabiex ikomplu jtejbu l-kwalità tal-ippjanar u r-rappurtar mill-KKI;
   awditi ex post dwar il-Ftehim tal-Għotja 2010 irriżultaw fl-irkupru tal-ammonti kollha mħallsa indebitament mill-Istitut;
   il-politiki dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi qed jiġu riveduti mill-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Istitut u l-verżjonijiet riveduti tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-persunal tal-Istitut u l-membri tal-Bord tat-Tmexxija tiegħu huma mistennija li jiġu implimentati; jinnota li l-Istitut se jintroduċi politika għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija tiegħu u l-maniġment superjuri tiegħu sabiex jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tagħhom; jappella lill-Uffiċċju biex isolvi din il-kwistjoni bħala kwistjoni ta' urġenza u biex jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati tal-azzjonijiet ta' rimedju meħuda;
   l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tiegħu fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni hija pprovduta permezz tas-sit tal-internet tal-Istitut u hija saret aktar aċċessibbli permezz tal-użu tal-midja soċjali kif ukoll permezz tal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-attività tiegħu u r-riżultati tal-ħidma tiegħu;

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

3.  Jinsab imħasseb ħafna li għat-tieni sena konsekuttiva, il-Qorti ma sabet l-ebda assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità ta' tranżazzjonijiet ta' għotjiet tal-Istitut; jinnota li madwar 87 % tan-nefqa għal għotjiet iddikkjarata mill-benefiċjarji hija koperta minn ċertifikati maħruġa minn kumpaniji ta' awditjar indipendenti li huma kkuntrattati mill-benefiċjarji stess u mis-sħab tagħhom; jiddispjaċih li għalkemm l-Istitut kompla jagħmel sforzi biex jimplimenta l-verifikazzjonijiet ex ante u jagħti gwida aħjar lil kumpaniji ta' awditjar indipendenti, il-Qorti sabet li l-kwalità tagħhom mhijiex suffiċjenti u nnotat li hemm lok għal aktar titjib fil-ħidma ġenerali tagħhom; jappella lill-Istitut biex jindirizza din il-kwistjoni u biex jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-passi li jkunu ttieħdu sal-1 ta' Settembru 2015;

4.  Jinnota li sabiex ikollu t-tieni saff ta' aċċertament dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' għotjiet, l-Istitut introduċa verifikazzjonijiet ex post kumplementari għat-tranżazzjonijiet ta' għotjiet li twettqu minn kumpanija ta' awditjar indipendenti; jinnota barra minn hekk li d-dikjarazzjonijiet ta' spiża awditjati jikkorrispondu għal 29 % tat-tranżazzjonijiet totali ta' għotjiet li saru fl-2013; jiddispjaċih li r-riżultati tal-verifikazzjoni ex post ikkonfermaw li l-verifikazzjonijiet ex ante għadhom mhumiex kompletament effettivi; jinsab imħasseb li abbażi tal-iżbalji misjuba minn verifikazzjonijiet ex post, fl-2014 l-Istitut iddeċieda li jirkupra 3 % tal-għotjiet awditjati għall-2012; jappella lill-Istitut biex itejjeb l-effettività tal-verifikazzjonijiet ex ante u jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-qagħda attwali fir-rigward tal-passi li jridu jittieħdu sal-1 ta' Settembru 2015;

5.  Jirrimarka bi tħassib li pagamenti fir-rigward ta' żewġ kuntratti qafas konklużi fl-2010 u l-2012 bl-użu ta' proċedura negozjata u li jammontaw għal EUR 770 000, ġew stabbiliti bħala irregolari peress li skont l-awditjar, l-użu ta' proċedura negozjata ma kienx ġustifikat; jappella lill-Istitut biex itejjeb il-proċeduri interni tiegħu fir-rigward tal-akkwist u jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-miżuri meħuda sal-1 ta' Settembru 2015;

6.  Jirrimarka bi tħassib li r-rata ta' żball magħquda relatata ma' kwistjonijiet ta' għotjiet u pagamenti għal kuntratt qafas hija bejn 2 % u 3 % tan-nefqa totali tal-Istitut għall-2013;

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

7.  Jinnota li, skont il-Qorti, ħlief għall-kwistjonijiet deskritti hawn fuq, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għall-2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

8.  Jiddispjaċih li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-attivitajiet komplementari tal-KKI bħala benefiċjarji tal-għotjiet tal-Istitut mhumiex se jiġu awditjati qabel l-2015; jinsab imħasseb li ma kienx hemm evidenza xierqa li l-Qorti setgħet tuża waqt l-awditjar tagħha fir-rigward tal-finanzjament tal-Istitut li ma jaqbiżx il-limitu ta' 25 % tan-nefqa globali tal-KKI; jappella lill-Istitut biex jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar is-sitwazzjoni attwali rigward l-awditjar imsemmi hawn fuq sal-1 ta' Settembru 2015;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

9.  Jinnota mill-kontijiet finali tal-Istitut li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 96,97 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni ta' pagamenti kontra approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 96,86 %;

10.  Jinnota bi tħassib, madankollu, li r-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit għat-Titolu I (nefqa għall-persunal) kienet baxxa b'74 %; jaċċerta mir-rapport tal-Qorti li dan huwa l-aktar marbut ma' ċaqliq qawwi ta' persunal u l-adozzjoni pendenti tar-regolamenti dwar l-aġġustamenti tas-salarji; jappella lill-Istitut f'dan ir-rigward biex jindirizza b'mod effikaċi l-politiki tiegħu dwar il-persunal sabiex jevita ċ-ċaqliq qawwi ta' persunal;

Impenji u riporti

11.  Jinnota bi tħassib li l-Istitut irriporta approprjazzjonijiet impenjati taħt it-Titolu II (nefqa amministrattiva) li jammontaw għal EUR 193 420 jew 24 %; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti kienu prinċipalment jikkonċernaw fatturi li kienu għadhom ma waslux u proġetti tal-IT li kienu għadhom għaddejjin; jirrimarka bi tħassib li 29 % tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2012 sal-2013 ma ġewx implimentati, l-aktar minħabba l-ispejjeż stmati b'mod eċċessiv għal laqgħa tal-Bord ta' Tmexxija;

12.  Jinsab imħasseb li r-rata ta' eżekuzzjoni taħt it-Titolu III (nefqa operattiva) kienet relattivament baxxa bi 82 %, meta l-Istitut kellu baġit ta' EUR 34 078 025 għal għotjiet ta' KKI; jieħu nota li r-rata ta' eżekuzzjoni hija baxxa minħabba l-fatt li l-KKI ma assorbewx kompletament il-finanzjament disponibbli għal attivitajiet fl-2012; jappella lill-Istitut biex jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet li se jieħu sabiex iżid il-kapaċità ta' assorbiment tal-KKI sal-1 ta' Settembru 2015;

Awditjar intern

13.  Josserva, mir-rapport annwali tal-attività tal-Istitut li l-Uffiċċju tal-Awditjar Intern irriżenja fil-31 ta' Diċembru 2012 u r-reklutaġġ ta' Awditur Intern ġdid għall-Istitut ħa aktar żmien milli kien mistenni, peress li l-avviż ta' pożizzjoni vakanti kellha tiġi ppubblikata mill-ġdid minħabba numru insuffiċjenti ta' kandidati adattati; jieħu nota li l-Awditur Intern il-ġdid beda fl-1 ta' Jannar 2014 u għalhekk, ma twettaq l-ebda awditjar mill-Uffiċċju tal-Awditjar Intern fl-2013;

14.  Jirrikonoxxi mill-Istitut li sabiex jimla l-vojt fiż-żmien bejn it-tluq tal-Awditur Intern preċedenti u l-wasla tal-Awditur il-ġdid, huwa ddeċieda li jistabbilixxi Kumitat ta' Awditjar tal-Bord ta' Tmexxija li jipprovdi appoġġ lill-Bord tat-Tmexxija biex tiżdied il-kwalità tas-segwitu u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar, li għalihom id-Direttur tal-Istitut għandu l-unika responsabbiltà;

15.  Jinnota li fl-2014, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni segwa l-istatus tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet aċċettati minn “Rieżami Limitat dwar il-Ġestjoni tal-Għotjiet – Tħejjija għal Ftehimiet ta' Għotjiet Annwali” (Limited Review on Grant Management – Preparation of Annual Grant Agreements) fl-Istitut; jinnota barra minn hekk li dan ir-rieżami limitat irriżulta f'sitt rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom hija mmarkata bħala "Kritika" u erbgħa bħala "Importanti Ħafna", u li l-Istitut wieġeb sitt rakkomandazzjonijiet minn pjan ta' azzjoni dettaljat li fih 25 azzjoni, li fosthom 13 kienu dovuti sal-31 ta' Awwissu 2013 jew qabel u 10 ġew irrappurtati bħala "Lesti għal Rieżami" sa din id-data;

16.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-IAS wettaq rieżami dokumentarju dwar l-istatus tal-implimentazzjoni ta' dawn l-għaxar azzjonijiet u fl-24 ta' Settembru 2013, huwa kkonkluda li l-livell tal-implimentazzjoni kien insuffiċjenti jew kienu meħtieġa kontrolli addizzjonali fuq il-post biex tiġi kkonfermata l-implimentazzjoni fil-prattika; jieħu nota tal-fatt li sussegwentement l-Istitut ifformula mill-ġdid uħud mill-azzjonijiet u rreveda l-iskadenzi relatati biex jindirizza l-kummenti tal-IAS;

17.  Jinsab imħasseb dwar il-konklużjonijiet tal-IAS fir-rapport ta' segwitu tiegħu li jenfasizza r-riskju li l-Istitut ma jkunx jista' jimplimenta bis-sħiħ l-azzjonijiet kollha fil-ħin, b'mod partikolari dawk l-azzjonijiet skedati li jitlestew fit-tieni kwart tal-2014; iqis id-dewmien inaċċettabbli minħabba li l-IAS jikkunsidra li dewmien fl-implimentazzjoni jwassal għal livell ogħla ta' riskju għall-organizzazzjoni;

18.  Jirrikonoxxi l-impenn tal-Istitut biex jimmonitorja l-verifikazzjonijiet ex ante sabiex jikseb aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' għotjiet;

19.  Jappella lill-Istitut biex jagħti rapport dettaljat lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet tal-IAS kif ukoll dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Awditjar Intern tal-IAF sal-1 ta' Settembru 2015;

o
o   o

20.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 184.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 184.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 184.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 184.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
PDF 449kWORD 105k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2102(DEC))
P8_TA(2015)0147A8-0075/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0075/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013.

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2102(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0075/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2102(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0075/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 251 560 000, li jirrappreżenta żieda ta' 13,07 % meta mqabbel ma' dak għall-2012;

B.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit 2013 tal-Aġenzija ammontat għal EUR 40 937 951, (17,03 %), li tirrappreżenta tnaqqis ta' 3,54 % meta mqabbla ma' dik għall-2012;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

D.  billi l-Aġenzija topera permezz ta' netwerk u tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi magħmula disponibbli mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiżgura l-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew użu veterinarju;

1.  Itenni r-rwol importanti tal-Aġenzija fil-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali billi tivvaluta u tissorvelja l-mediċini għall-użu mill-bniedem jew veterinarju;

Segwitu għall-kwittanza 2012

2.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta’ tlett kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u dawk il-kummenti huma issa mmarkat fir-rapport tal-Qorti tal-2013 bħala "Ikkompletata"; jikkonstata, barra minn hekk, li fir-rigward tas-sitt kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu żewġ azzjonijiet korrettivi u żewġ kummenti huma issa mmarkati bħala ''Ikkompletata'', tlieta bħala “Mhux applikabbli” u wieħed bħala "Għadha għaddejja";

3.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li:

   is-sistema kontabilistika tagħha fil-qasam tal-assi fissi intanġibbli, li hija totalment parti integrali tas-sistema globali kontabilistiku u finanzjarju ta' ppjanar tar-riżorsi tal-impriża tal-Aġenzija, kienet ivvalidata matul l-2013;
   l-involviment ta' pazjenti individwali, konsumaturi u professjonisti tal-kura tas-saħħa fl-evalwazzjoni ta' prodotti speċifiċi huwa suġġett għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-interess skont il-politika tal-Aġenzija dwar il-kunflitti ta' interess;
   sabiex ittejjeb il-komunikazzjoni tagħha maċ-ċittadini tal-Unjoni, l-Aġenzija reċentement implimentat diversi inizjattivi bħall-pubblikazzjoni ta' dokumenti strateġiċi, li jinkludu sommarji għall-pubbliku, dokument bil-punti saljenti tal-laqgħat, newsletters jew rapporti annwali; jikkonstata barra minn hekk, f'dan ir-rigward, l-iżvilupp ta' għodod ta' komunikazzjoni tal-IT bħal "Komunikazzjoni dwar is-Saħħa Pubblika" li tipprovdi lill-pubbliku b'informazzjoni fundamentali dwar il-mediċini, prinċipalment dwar is-sikurezza tagħhom; jinkoraġġixxi f'dan ir-rigward lill-Aġenzija tiffissa s-seduti ta' smigħ pubbliku ta' farmakoviġilanza;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 96,76 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 83,49 %;

5.  Josserva li 83 % tal-baġit tal-Aġenzija ġej mill-ħlasijiet tal-impriżi, u dan jirrappreżenta żieda progressiva; jenfasizza l-importanza ta' trasparenza kompleta rigward dan l-aspett tal-baġit biex jiġu evitati eventwali riskji askapitu tad-drittijiet tal-konsumaturi jew tar-reputazzjoni tal-Aġenzija;

Impenji u riporti

6.  Jieħu nota li l-awditu annwali tal-Qorti tal-Awdituri ma sab xejn partikolari fir-rigward tal-livell ta' riporti fl-2013; jieħu nota tal-konformità tal-Aġenzija mal-prinċipju ta' annwalità u ta' eżekuzzjoni puntwali tal-baġit tagħha;

Trasferimenti

7.  Jikkonstata b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-attività tal-Aġenzija, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-awditu tal-Qorti tal-Awdituri, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2012 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li matul l-2013, total ta' 30 kuntratt ta' akkwist ġdid, li kull wieħed jeċċedi l-EUR 25 000, ġew konklużi wara proċeduri ta' akkwist meta mqabbel mat-43 fl-2012 u mat-28 fl-2011; jikkonstata li l-valur totali ta' dawn il-kuntratti kien EUR 36 789 410;

9.  Jilqa' pożittivament il-fatt li 583 mis-611-il post disponibbli kienu mtlew sa tmiem l-2013 u li 144 aġent kuntrattwali, espert nazzjonali ssekondat u persunal tal-aġenzija tal-impjiegi ġew impjegati mill-Aġenzija; jinnota li r-rata ta' okkupazzjoni naqset meta mqabbla mal-2012 u li l-proporzjon ta' aġenti kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati u persunal tal-aġenzija tal-impjiegi naqas meta mqabbel mal-2012; jinnota li l-Aġenzija qiegħda tiddedika 81 % tar-riżorsi umani tagħha għal kompiti operattivi u li dan jirrappreżenta żieda ċkejkna meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-2012; iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tagħmel progress f'din id-direzzjoni;

10.  Josserva li fil-passat l-Aġenzija kienet imqabbda f'polemika minħabba bosta każiijiet marbuta mal-proċeduri ta' reklutaġġ tal-persunal; jistieden lill-Aġenzija tiggarantixxi f'kull mument it-trasparenza u ċ-ċarezza totali fil-proċeduri ta' reklutaġġ tal-persunal tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

11.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li l-kriterji tat-trasparenza għall-organizzazzjonijiet tas-sħab, tal-pazjenti, tal-kura tas-saħħa u tal-konsumaturi ġew riveduti matul l-2014 bil-għan li tiżdied it-trasparenza fil-finanzjamenti; jikkonstata l-adozzjoni tad-dokument bi kriterji dettaljati dwar l-evalwazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja mingħand organizzazzjonijiet tal-pazjenti, tal-konsumaturi u tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa; jikkonstata, barra minn hekk, li dan id-dokument jintuża għall-valutazzjoni tal-eleġibbiltà tal-organizzazzjonijiet biex jipparteċipaw fid-djalogu mal-Aġenzija; ifakkar li d-dokument isemmi wkoll li l-organizzazzjonijiet għandhom jiddikjaraw kwalunkwe kunflitt ta' interess fil-bidu tal-laqgħat li permezz tagħhom dan id-djalogu jinbeda; jikkonstata b'dispjaċir it-taqsir tal-perjodu ta' riflessjoni minn ħames snin għal tlieta; josserva b'dispjaċir li nżammet id-distinzjoni arbitrarja bejn il-kunflitti ta' interessi diretti u indiretti; jistieden barra minn hekk lill-Aġenzija tintroduċi elenku tal-organizzazzjonijiet ta' pazjenti li tikkollabora magħhom u tippubblikah fuq is-sit web tagħha, b'kollegament mal-għejun ta' finanzjament tal-imsemmjin organizzazzjonijiet, bil-għan li tiżdied it-trasparenza;

12.  Tirrikonoxxi li l-Aġenzija rispettat ir-rakkomandazzjoni magħmula mill-awtorità ta' kwittanza li taqsima speċifika tar-rapport annwali ta' attività tagħha tkun iddedikata għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi;

13.  Jikkonstata li l-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija approva r-reviżjoni tal-politika dwar il-ġestjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-interess tal-membri tal-kumitati xjentifiċi u esperti; josserva b'sodisfazzjon li tali politika daħlet fis-seħħ fit-30 ta' Jannar 2015; jiddispjaċih mill-fatt li l-lakuni l-aktar importanti, bħad-distinzjoni bejn kunflitti ta' interessi diretti u indiretti, jipprevalu u li l-Aġenzija tieħu kont kważi esklużivament tal-kunflitti ta' interessi diretti; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tieħu ħsieb din il-kwistjoni b'mod attiv; jikkonstata li l-formula elettronika tad-dikjarazzjonijiet tal-interess u l-linji gwida proċedurali kellhom jiġu ffinalizzati fl-2014; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżiti ta' din il-kwistjoni malli dawn ikunu disponibbli;

14.  Jilqa' favorevolment il-fatt li r-reviżjoni tal-politika tipprevedi distinzjoni aħjar tal-interessi dikjarati: lil dawk li żvolġew rwol eżekuttiv jew ta' tmexxija fl-iżvilupp ta' mediċina f'impjieg preċedenti jkunilhom ipprojbit, għal perjodu indefinit, li jkollhom kwalunkwe rabta mal-impriża jew mal-prodott inkwistjoni u għall-maġġoranza tal-interessi dikjarati huwa previst perjodo ta' riflessjoni ta' tliet snin;

15.  Jiddispjaċih mill-fatt li l-politiki fil-qasam tal-pubblikazzjoni proattiva tad-data dwar il-provi kliniċi, adottati dan l-aħħar mill-Aġenzija, imeru d-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza tar-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) (ir-Regolament dwar il-Provi Kliniċi), inkwantu jippermettu lill-impriżi jingassaw id-data abbażi tal-periklu potenzjali għall-interessi kummerċjali; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar din il-kwistjoni;

16.  Josserva b'dispjaċir li l-kunċett ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali espress mill-Aġenzija huwa eċċessivament wiesa' u jinkludi impriżi li jingassaw data fundamentali rigward id-disinn u l-metodoloġija tal-prova, u jistieden lill-Aġenzija timplimenta b'mod adegwat id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-Provi Kliniċi, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam mad-data tal-provi klimiċi li ma jitqisux informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali;

17.  Jistieden lill-Aġenzija tippubblika fuq is-sit web tagħha, fil-mument tal-awtorizzazzjoni għall-prova u, f'kul każ, mhux iktar tard minn 12-il xahar mit-tmiem il-prova, ir-rapporti dettaljati tal-konsulenzi xjentifiċi li forniet lill-kumpaniji farmaċewtiċi matul il-fażi ta' żvilupp u prereġistrazzjoni tal-mediċina; Josserva li l-konsulenzi offruti mill-kumpaniji mir-regolaturi rigward il-pjanijiet ta' żvilupp u ta' prereġistrazzjoni tal-mediċina ma jistgħux jitqiesu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, peress li jissussisti interess pubbliku prevalenti għad-divulgazzjoni;

Awditjar intern

18.  Jieħu nota li fl-2013, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq attività ta' konsulenza u attività ta' segwitu skont il-Pjan tal-Awditu Strateġiku tal-Aġenzija għall-2012 – 2014 dwar il-Ġestjoni u l-Komunikazzjoni tal-Partijiet Interessati;

19.  Jieħu nota li matul l-analiżi tar-riskji, l-IAS identifika ċerti proċessi ta' riskju inerenti għoli li ma setgħux jitqiesu reviżjonabbli fl-ambitu tal-pjan tal-awditjar, billi l-kontrolli kienu assenti jew insuffiċjenti; jikkonstata barra minn hekk li, bi tweġiba għal dawn in-nuqqasijiet, il-maniġment tal-Aġenzija ppreżenta pjan ta' azzjoni; jirrikonoxxi li l-azzjonijiet se jingħataw segwitu mill-IAS matul l-analiżi profonda tar-riskju li jmiss;

20.  Jikkonstata mir-rapport tal-IAS li s-segwitu tiegħu sar permezz ta' awditu fuq ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti mmarkati bħala "Importanti ħafna" jew "Importanti" u permezz ta' analiżi dokumentarja dwar l-istatus tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti mmarkati bħala "Importanti" jew "Mixtieqa"; jikkonstata barra minn hekk, li l-impenn ta' segwitu wera li ebda rakkomandazzjoni "Kritiċi" jew "Importanti ħafna" ma nfetħu mill-31 ta' Diċembru 2013;

21.  Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija adottat sensiela ta' standards ta' kontroll intern (ICS) maħsuba biex jiggarantixxu livell omoġenju ta' kontroll intern tal-attivitajiet kummerċjali kollha tal-Aġenzija u jiddefinixxu r-regoli ta' ġestjoni li s-servizzi kollha jkollhom jirrispettaw fl-amministrazzjoni tar-riżorsi tagħhom;

Kontrolli interni

22.  Jieħu nota li mill-2012, l-"Uffiċċju ta' Verifika" tal-Aġenzija wettaq kontrolli ex ante ffukati fuq l-impenji ta' valur, kuntratti sensittivi u proċeduri kumplessi fejn kienu ġew identifikati riskji ogħla; jikkonstata li matul l-2013, ebda dewmien ma ġie rappurtat mill-"Uffiċċju ta' Verifika" u li t-tranżazzjonijiet kollha kienu verifikati permezz ta' listi ta' kontroll f'konformità mar-regolamenti finanzjarji u l-Karta tal-uffiċjal tal-verifika;

23.  Jieħu nota li l-Aġenzija, wara li wettqet sensiela ta' kontrolli ex post matul l-2013, ma sabet ebda nuqqas sinifikanti fil-kontrolli interni tagħha;

24.  Jieħu nota li fl-2013, il-funzjoni tal-awditu intern tal-Aġenzija wettaq awditi f'diversi oqsma; jikkonstata li r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-funzjoni tal-awditu intern diġà ġew parzjalment indirizzati filwaqt li oħrajn qegħdin jiġu implimentati;

o
o   o

25.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 193.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 193.
(3) ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 136, 30.04.2004, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 193.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 193.
(10) ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 136, 30.04.2004, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1).
(16) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)
PDF 523kWORD 94k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2090(DEC))
P8_TA(2015)0148A8-0068/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8‑0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0068/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2090(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8‑0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0068/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2090(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0068/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 16 308 171,83, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 0,05 % meta mqabbel ma' dak għall-2012;

B.  billi l-kontribuzzjoni komplessiva tal-Unjoni għall-baġit taċ-Ċentru għall-2013 kienet tammonta għal EUR 15 550 000, li tirrappreżenta żieda ta' 0,01 % meta mqabbla ma' dik għall-2012;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u kumment minnhom huwa mmarkat fir-rapport tal-Qorti bħala "Ikkompletata" waqt li l-ieħor huwa mmarkat bħala "Għadha għaddejja"; jikkonstata, barra minn hekk, li għall-erba' kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdet azzjoni korrettiva waħda b'reazzjoni għall-kummenti tas-sena preċedenti bir-riżultat li fir-rapport tal-Qorti il-kumment huwa issa mmarkat bħala ''Ikkompletata'', filwaqt li t-tliet kummenti l-oħra huma mmarkati bħala "Għadha għaddejja";

2.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li:

   a. implimenta diversi proċessi u miżuri biex jiżgura verifiki ex ante u ex post u kontroll adegwati tal-ispejjeż relatati mal-għotjiet bħala appoġġ tal-koperazzjoni taħt in-netwerk Reitox; jikkonstata li l-miżuri jinkludu kontrolli ex ante fid-dettall, istruzzjonijiet bil-miktub għall-Punti Fokali Nazzjonali (PFN) tan-netwerk Reitox, sessjonijiet ta' informazzjoni speċifiċi dwar il-kwistjonijiet ikkonċernati, analiżi annwali tar-rapportar finanzjarju ta' kull PFN, verifiki ex post fuq il-post;
   b. irreveda r-regoli tiegħu li jiddefinixxu r-rekwiżiti għall-eżerċizzji ex post sabiex jorbot b'mod espliċitu l-verifika ex post mar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju; jikkonstata li l-aħħar eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju fl-2014 ikkonferma l-eżistenza ta' ċerti riskji ta' livell minn medju sa għoli li x'aktarx jiġġustifikaw il-verifika ex post, li huma fil-biċċa l-kbira ta' natura teknika marbuta mas-sigurtà informatika u l-konfigurazzjoni tas-softwer;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li ċ-Ċentru nieda proċedura ta' akkwist għall-kiri ta' tagħmir tal-uffiċċju fuq perjodu ta' erba' snin u li r-rekwiżiti tekniċi kienu soġġetti għal modifika sinifikanti matul l-iżvolġiment tal-proċedura; jinsab imħasseb dwar il-fatt li, għall-konklużjoni tal-kuntratt, ir-rekwiżiti tekniċi ġew aġġustati ulterjorment, bi qbil mal-possibilità mħabbra fl-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati li kienet twassal għal tnaqqis fil-valur tal-kuntratt; jiddispjaċih li l-informazzjoni ppubblikata dwar l-istruttura tal-prezzijiet tal-kuntratt ma kinitx ċara biżżejjed, u dan wassal għal interpretazzjoni ħażina minn offerent wieħed li għaldaqstant kellu ċans iżgħar li jirbaħ il-kuntratt;

4.  Jikkonstata bi tħassib li l-kriterji ta' evalwazzjoni tal-proċedura hawn fuq imsemmija ma kinux speċifiċi biżżejjed biex jiżguraw it-trasparenza sħiħa u t-trattament indaqs tal-offerenti; josserva li d-dgħufija hawn fuq imsemmija affettwat l-effiċjenza u l-effikaċja ta' din il-proċedura ta' akkwist, kif ukoll ħolqot ir-riskju li tixxekkel il-kompetizzjoni;

5.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li l-avviż dwar il-kuntratt rilevanti ġie ppubblikat permezz tas-sistema ta' informazzjoni għall-proċeduri Ewropej għal akkwist pubbliku, li timponi xi restrizzjonijiet fuq l-informazzjoni li tkun tista' tiġi ppubblikata; jirrikonoxxi barra minn hekk li l-offerenti kollha ġew ittrattati b'mod ugwali u li ġew evalwati bi qbil mal-kriterji u l-metodu għall-għoti stabbiliti u ppubblikati; jappella liċ-Ċentru biex minkejja dan itejjeb il-proċessi ta' akkwist tiegħu u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

6.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,73 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 97,71 %, li tirrapreżenta tnaqqis ċkejken ta' 0,1 % meta mqabbla ma' dik tal-2012; jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li l-livell ġeneralment għoli tal-approprjazzjonijiet ta' impenn indika li l-impenji saru b'mod puntwali;

7.  Jieħu nota tal-fatt li ċ-Ċentru tejjeb l-effiċjenza tal-proċessi għall-pagamenti tiegħu; jikkonstata b'mod partikolari li, bħala medja, il-pagamenti ġew ipproċessati b'suċċess f'16-il jum qabel l-iskadenza rilevanti;

Impenji u riporti

8.  Jirrikonoxxi li l-awditu annwali tal-Qorti ma sab l-ebda kwistjoni notevoli fir-rigward tal-livell ta' riporti fl-2013; jieħu nota tal-konformità taċ-Ċentru mal-prinċipju tal-annwalità u tal-eżekuzzjoni puntwali tal-baġit tiegħu;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

9.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li eżamina mill-ġdid il-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess bi qbil mal-linji gwida tal-Kummissjoni; jikkonstata li l-politika riveduta ġiet approvata mill-Bord tal-Amministrazzjoni taċ-Ċentru waqt il-laqgħa tiegħu tal-4 u l-5 ta' Diċembru 2014; jistenna l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Bord tal-Amministrazzjoni, tal-maniġment superjuri u tad-Direttur;

Awditjar intern

10.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li ntbagħat aġġornament dwar il-qagħda tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' awditjar strateġiku fuq tliet snin tiegħu għall-perjodu 2013-2015 lis-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni; jikkonstata barra minn hekk li, fl-2013, l-IAS wettaq awditu dwar l-ibbaġitjar u l-monitoraġġ fi ħdan iċ-Ċentru, li rriżulta fi tliet rakkomandazzjonijiet importanti ħafna; jaċċerta miċ-Ċentru li żewġ rakkomandazzjonijiet ġew implimentati, li waħda minnhom hija kkunsidrata bħala magħluqa mill-IAS, filwaqt li l-oħra qiegħda tistenna r-rieżami u r-rakkomandazzjoni li tingħalaq mill-IAS; jikkonstata barra minn hekk li rakkomandazzjoni waħda qiegħda fi stadju avvanzat ta' implimentazzjoni;

11.  Jieħu nota tal-fatt li l-IAS ta segwitu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu u għalaq l-erba' rakkomandazzjonijiet importanti ħafna li kien fadal relatati mal-awditi ta' qabel l-2013; jirrikonoxxi li ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni pendenti fil-31 ta' Diċembru 2013;

Kummenti oħra

12.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li l-kuntratt għall-bejgħ tal-bini preċedenti tiegħu li mhux qed jintuża, il-"Palacete Mascarenhas", ġie ffirmat f'Jannar 2015;

13.  Jieħu nota tal-fatt li l-bini "Cais do Sodre Relogio" għadu fil-biċċa l-kbira mhux qed jintuża peress li kienu biss ftit l-espressjonijiet ta' interess għal-lokazzjoni tal-bini li ssarrfu fi proposti konkreti; jirrikonoxxi li bħalissa għaddejjin in-negozjati għal lokazzjoni fuq żmien qasir b'offerta ferm anqas mill-ispejjeż lokattivi mġarrba miċ-Ċentru u li qiegħed jinnegozja mal-lokatur tal-bini għall-possibilità ta' tnaqqis fil-kera sabiex kemm jista' jkun jiġu nnewtralizzati l-ispejjeż lokattivi; jappella liċ-Ċentru biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi fil-ġejjieni meta jkun hemm aktar tagħrif disponibbli;

o
o   o

14.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 201.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 201.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 201.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 201.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
PDF 359kWORD 91k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2105(DEC))
P8_TA(2015)0149A8-0088/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8–0088/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2105(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0088/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2105(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0088/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 57 819 864, li jirrappreżenta żieda ta' 4,88 % meta mqabbel mal-2012;

B.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013 ammontat għal EUR 53 789 658, li jirrappreżenta żieda ta' 2,65 % meta mqabbel mal-2012;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa kumment wieħed huwa mmarkat fir-rapport tal-Qorti tal-2013 bħala "Ikkompletata" u l-ieħor bħala "Għadha għaddejja"; jikkonstata, barra minn hekk, li għat-tliet kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdet azzjoni korrettiva waħda u l-kumment korrispondenti issa huwa mmarkat bħala "Ikkompletata", u miż-żewġ kummenti l-oħrajn wieħed hu mmarkat bħala "Għadha għaddejja" u l-ieħor bħala "Mhux Applikabbli";

2.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li bis-saħħa tal-eżami tal-kostijiet amministrattivi interni, bosta proċessi fil-qasam tar-riżorsi umani ġew awtomatizzati u l-monitoraġġ u r-rapportaġġ finanzjarju ġew semplifikati permezz ta' strumenti awtomatizzati;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,07 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 88,73 %;

Impenji u riporti

4.  Jirrikonoxxi li, skont ir-rapport tal-Qorti u r-Rapport Annwali tal-Attività (RAA) tal-Aġenzija, ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni rilevanti fir-rigward tal-livell ta' riporti fl-2013;

Trasferimenti

5.  Jikkonstata li skont ir-rapport tal-Qorti u r-RAA tal-Aġenzija, il-livell u n-natura ta' trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

6.  Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija fir-rapport tal-Qorti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

7.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li fil-laqgħa tagħha tat-13 u tal-14 ta' Novembru 2013, il-Bord Amministrattiv tagħha adotta deċiżjoni dwar ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu li rrikjeda li l-membri kollha fi ħdanu, jew il-membri supplenti, iressqu dikjarazzjonijiet ta' impenn u kunfidenzjalità fil-bidu ta' kull mandat;

8.  Jagħraf li l-Aġenzija għamlet sforz biex tevita sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess potenzjali billi introduċiet taħriġ dwar l-etika u l-integrità li jiġi pprovdut fl-Aġenzija stess u huwa obbligatorju għall-persunal kollu;

9.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li fl-2013 il-Bord Amministrattiv tagħha adotta politika dwar il-kunflitti ta' interess li timmira li tidentifika r-riskji għall-integrità tal-membri tagħha u tissensibilizza dwar l-inċidenza ta' tali kunflitti; jieħu nota li dik il-politika hija msejsa fuq r-Rapport Speċjali tal-Qorti bit-titolu "Il-Ġestjoni ta' Kunflitti ta' Interessi f'Aġenziji Magħżula tal-UE";

10.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tqiegħed id-dikjarazzjonijiet tal-interessi u s-CVs tad-Direttur Eżekuttiv, il-Kapijiet tal-Unità u l-membri tal-Bord Amministrattiv għad-dispożizzjoni pubblika fuq il-websajt tagħha sabiex tkompli ttejjeb it-trasparenza;

Awditjar intern

11.  Jieħu nota li matul l-2013 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu bil-għan li jivvaluta l-adegwatezza u l-applikazzjoni effikaċi tas-sistema ta' kontroll intern, u joffri assigurazzjoni indipendenti fir-rigward tagħha, għal dak li għandu x'jaqsam mas-Servizzi tal-Appoġġ Marittimu; jikkonstata li wara dan l-awditu, ġew identifikati bosta oqsma b'marġni għal titjib u ġew ifformulati ħames rakkomandazzjonijiet immarkati bħala "Importanti"; jaċċerta li l-Aġenzija ħejjiet pjan ta' azzjoni bil-għan li jittratta dawn il-ħames rakkomandazzjonijiet u li l-IAS qies l-azzjonijiet proposti bħala adegwati biex jitrażżnu r-riskji identifikati;

12.  Jieħu nota li fl-2013 l-IAS wettaq rieżami dokumentarju bil-għan li jagħti segwitu lill-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu u qies ir-rakkomandazzjonijiet kollha bħala "Kritiċi" jew "Importanti ħafna" bħala magħluqin;

13.  Jieħu nota li matul l-2013 il-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Aġenzija wettqet awditu fuq il-Faċilità ta' Kontinwità tal-Attivitajiet f'Porto; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-IAC ikkonkluda li l-kontrolli fiżiċi u ambjentali kienu operattivi b'hekk offrew assigurazzjoni raġenevoli rigward il-protezzjoni tat-tagħmir u tad-data tal-Aġenzija; jikkonstata barra minn hekk li wara dan l-awditu, l-IAC fformulat ċertu numru ta' rakkomandazzjonijiet li l-Aġenzija kkunsidrat u li l-Aġenzija ppreżentat pjan ta' azzjoni mmirat lejn it-trażżin tal-punti dgħajfin identifikati;

14.  Jikkonstata li mill-31 ta' Diċembru 2013, l-Aġenzija għalqet 31 mit-total ta' 36 rakkomandazzjoni li ġejjin mill-IAS, mill-IAC u mill-Qorti matul dawn l-aħħar sentejn;

o
o   o

15.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 210.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 210.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 210.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 210.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)
PDF 443kWORD 96k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2110(DEC))
P8_TA(2015)0150A8-0089/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0089/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2110(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0089/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2110(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0089/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 9 670 185, li jirrappreżenta żieda ta' 18,53 % meta mqabbel ma'dak għall-2012;

B.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013 kienet tammonta għal EUR 9 030 000, u tirrappreżenta żieda ta' 10,69 % meta mqabbla ma' dik għall-2012;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

D.  billi l-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li jsaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tipprevjeni u li tirreaġixxi għal problemi li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni billi tibni fuq sforzi nazzjonali u komunitarji;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta' kumment wieħed li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkat bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u l-kumment huwa issa mmarkat fir-rapporttal-Qorti bħala "Ikkompletata"; jikkonstata, barra minn hekk, li l-kumment li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2012 huwa issa mmarkat fir-rapport tal-Qorti bħala "Għadha għaddejja";

2.  Jirrikonoxxi mill-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija li:

   l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni hija pprovduta fis-sit tal-Aġenzija fuq l-internet permezz tal-pubblikazzjoni annwali ta' dokumenti strateġiċi inkluż ir-Rapport Annwali, kif ukoll permezz ta' mezzi ġodda ta' komunikazzjoni bħall-midja soċjali;
   fl-2013 wettqet għadd tal-inventarju fiżiku komprensiv; jikkonstata li r-riżultati tal-għadd tal-inventarju ġew irrapportati fil-Kontijiet Annwali tal-2013 u li l-kumment korrispondenti tal-Qorti mmarka l-azzjoni bħala "Għadha għaddejja", peress li l-proċedura ta' deklassifikazzjoni għall-oġġetti li m'għadhomx jintużaw kienet għadha pendenti fiż-żmien meta l-Qorti wettqet l-awditu;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 94,41 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 86,46 %; jindika li f’Novembru 2013, il-Kummissjoni approvat fondi addizzjonali għall-finanzjament tal-uffiċċju l-ġdid tal-Aġenzija f'Ateni; jikkonstata, li f'dan il-kuntest, total ta' EUR 500 000 ma kienx impenjat fi tmiem is-sena u ġie riportat, b'segwitu għal deċiżjoni mill-Bord ta' Tmexxija;

4.  Jirrikonoxxi li matul l-2013, il-persunal operattiv tal-Aġenzija ġie rilokat f'Ateni, filwaqt li l-persunal amministrattiv baqa' f'Heraklion; jaqbel mal-opinjoni tal-Qorti li l-ispejjeż amministrattivi jistgħu jitnaqqsu jekk il-persunal kollu tal-Aġenzija kellu jiġi ċċentralizzat f'post wieħed u jinkoraġġixxi lill-Aġenzija biex tħejji strateġija li ssolvi din il-kwistjoni b'mod effikaċi;

Impenji u riporti

5.  Jikkonstata li l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kien ta’ EUR 1 200 000, li jirrappreżenta 13,5 % tal-approprjazzjonijiet totali; jesprimi tħassib li minn dan l-ammont, EUR 800 000 huma riporti għat-Titolu II, li jirrappreżentaw id-59 % tal-approprjazzjonijiet totali tat-Titolu II; jirrikonoxxi li l-ammont ta' EUR 500 000 imsemmi fil-paragrafu 3, kif ukoll EUR 300 000 addizzjonali riportati għall-finanzjament ta’ għamara u tagħmir tan-netwerk għall-uffiċċju l-ġdid f'Ateni, jispjegaw il-livell għoli ta' riporti għat-Titolu II;

Trasferimenti

6.  Jikkonstata b'sodisfazzjon li skont ir-Rapport Annwali tal-Aġenzija, kif ukoll ir-riżultati tal-awditu tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

7.  Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija fir-rapport tal-Qorti;

8.  Jikkonstata li l-Qorti ma għamlet l-ebda kumment fir-rapport tagħha fir-rigward tal-proċeduri ta’ reklutaġġ tal-Aġenzija;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.  Jirrikonoxxi li f'Ottubru 2013 il-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija approva u ffirma d-deċiżjoni dwar arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar it-trasparenza u l-kunfidenzjalità;

10.  Jirrkonoxxi mill-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur Eżekuttiv, id-Diretturi u l-Kapijiet tad-Dipartimenti ġew ippubblikati kompletament fis-sit tal-Aġenzija fuq l-internet, kif mitlub mill-awtorità ta' kwittanza fir-rigward tal-kwittanza tal-Aġenzija għall-2012;

Kummenti dwar il-kontrolli interni

11.  Jirrikonoxxi mill-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija li f'Settembru 2013, ir-rwol ta’ Koordinatur tal-Kontroll Intern (ICC) kien kompletament attiv u indirizza bħala prijorità l-implimentazzjoni u l-għeluq sussegwenti tad-diversi rakkomandazzjonijiet li saru mis-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS);

Awditjar intern

12.  Jikkonstata li matul l-2012, l-IAS wettaq eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju sabiex jiddetermina l-prijoritajiet tal-awditjar għat-tliet snin ta' wara; jikkonstata li fit-3 ta' Diċembru 2012 l-IAS ressaq il-pjan ta' awditjar strateġiku finali tiegħu għall-perjodu 2013-2015 fir-rigward tal-Aġenzija;

13.  Jirrikonoxxi li matul l-2013 l-IAS wettaq rieżami dokumentarju dwar il-"Ġestjoni tal-Proġetti fl-Operazzjonijiet", li b'kollox wassal għal ħames rakkomandazzjonijiet; jikkonstata li erbgħa minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet diġà ngħalqu filwaqt li l-ħames waħda għandha tiġi rieżaminata mill-IAS;

14.  Jikkonstata li sal-31 ta' Diċembru 2013 l-ebda rakkomandazzjoni kritika mir-rapporti preċedenti tal-IAS ma kienet għadha miftuħa; jikkonstata, barra minn hekk, li l-unika rakkomandazzjoni miftuħa kklassifikata bħala "Importanti ħafna" fi tmiem is-sena ġiet implimentata u kienet qed tistenna li tiġi rieżaminata mill-IAS; jindika li din ir-rakkomandazzjoni għandha x'taqsam mal-applikazzjoni ta' kontrolli ex post; jappella lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza meta l-kontrolli ex post jiġu vvalidati mill-IAS;

Kummenti oħra

15.  Jirrikonoxxi li skont il-ftehim ta' lokazzjoni bejn l-awtoritajiet Griegi, l-Aġenzija u l-lokatur, il-kera għall-uffiċċji f'Ateni titħallas mill-awtoritajiet Griegi; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-kera kontinwament titħallas tard, b'bosta xhur ta' dewmien, li jirrappreżenta riskju għall-kontinwità operattiva kif ukoll riskju finanzjarju għall-Aġenzija: jieħu nota li l-Aġenzija fetħet diskussjonijiet mal-partijiet interessati f'dan ir-rigward; jikkonstata, barra minn hekk, li sal-lum il-lokatur aċċetta d-dewmien attribwit għall-proċeduri tal-Gvern Grieg mingħajr ma impona ebda penali fuq l-Aġenzija; jappella lill-Aġenzija biex tkompli bl-isforzi tagħha għall-mitigazzjoni tar-riskji li jirriżultaw minn din is-sitwazzjoni u biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza rigward il-progress;

16.  Jikkonstata bi tħassib li l-Aġenzija naqset milli twieġeb il-mistoqsija rigward kemm l-ispazju għall-ħidma tagħha hu kosteffikaċi u ma jagħmilx ħsara għall-ambjent; jappella lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri implimentati;

o
o   o

17.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 217.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 217.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.
(6) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(8) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 217.
(10) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 217.
(11) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(12) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(13) ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.
(14) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(17) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA)
PDF 444kWORD 103k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2111(DEC))
P8_TA(2015)0151A8-0078/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(5)(ir-Regolament tal-Aġenzija), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0078/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2111(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(12)(ir-Regolament tal-Aġenzija), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0078/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2111(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0078/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 25 858 799, li jirrappreżenta żieda ta' 0,23 % fuq l-2012; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward tat-tlett kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u kumment minnhom huwa mmarkat fir-rapport tal-Qorti tal-2013 bħala "Ikkompletata" waqt li t-tnejn l-oħra huma mmarkat bħala "Għadha għaddejja"; jikkonstata, barra minn hekk, li għat-tlett kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjoni korrettivi ukoll u żewġ kummenti huma issa mmarkati bħala ''Ikkompletata'', u l-ieħor bħala "Għadha għaddejja";

2.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li:

   din ħejjiet, bi ftehim mal-Kummissjoni, emenda għar-''Regola ta' Implimentazzjoni dwar l-użu u l-ingaġġ ta' Aġenti Temporanji'' tagħha sabiex tnaqqas l-impatt negattiv li r-regoli attwali kellhom fuq l-attivitajiet tal-Aġenzija sabiex tikseb aktar flessibbiltà għal dak li jirrigwarda t-tul tal-kuntratti tal-persunal operattiv kif ukoll biex tnaqqas ir-riskju ta' interruzzjoni tan-negozju jew it-telf ta' għarfien minħabba livelli għolja ta' tibdil tal-persunal;
   iddeċidiet li timplimenta miżuri xierqa sabiex tiżgura l-kontinwità tas-servizzi u s-sistemi tal-IT li huma orizzontali għall-attività tal-Aġenzija; jinnota f'dan ir-rigward, li ġie installat server ta' emerġenza fil-bini taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu; jinnota barra minn hekk li l-Pjan għall-kontinwità tal-attività ġie adottat mid-Direttur Eżekuttiv; u li l-Proċedura ta' Rkupru tad-Diżastri qiegħda fil-fażi ta' tħejjija u hija ppjanata li tiġi ttestjata f'Ġunju 2015;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 97,87 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 88,12 %;

Impenji u riporti

4.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija juru li l-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2013 kien ta' EUR 2 398 742, filwaqt li l-approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2014 ammontaw għal EUR 2 221 816; josserva li t-tnaqqis fl-ammont akkumulat riportat meta mqabbel mas-sena preċedenti seħħ minħabba s-sottovalutazzjoni/sovrastima tal-ispejjeż baġitarji tal-2013; ifakkar lill-Aġenzija fl-obbligu li għandha li tirrispetta l-prinċipju baġitarju ta' annwalità;

Trasferimenti

5.  Jinnota li skont ir-rapport ta' attività annwali, kif ukoll is-sejbiet tal-awditjar tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

6.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tagħmel aktar progress fil-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha, speċjalment għall-esperti esterni, sabiex ikunu garantiti t-trasparenza u t-trattament indaqs għall-applikanti filwaqt li jiġu żgurati l-kontinwità tan-negozju u l-prevenzjoni tat-telf ta' għarfien u esperjenza;

7.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija jistgħu jibbenefikaw minn titjib fil-preċiżjoni u d-dokumentazzjoni tal-informazzjoni; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar il-politika tal-ġestjoni tal-persunal tal-Aġenzija, hekk kif din se jkollha tbiddel nofs il-persunal operattiv tagħha matul il-perjodu bejn l-2013 u l-2015, fattur li jista' jwassal għal diżordni fl-attivitajiet operattivi tal-Aġenzija; iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżviluppa politika koreneti, trasparenti u oġġettiva sabiex tindirizza l-waqfien tal-kuntratti tal-persunal temporanju tagħha;

8.  Jirrikonoxxi li skont ir-regolament ta' bażi tal-Aġenzija, l-impjegati temporanji tagħha jistgħu jiġu reklutati għal massimu ta' ħames snin b'estensjoni possibbli ta' massimu ta' tliet snin jekk din isseħħ fi ħdan l-ewwel għaxar snin ta' operat tal-Aġenzija; jaċċerta ruħu li sal-2013 l-Aġenzija użat il-perjodu ta' tmien snin bħala prattika standard;

9.  Jinnota bi tħassib li fl-2013, l-Aġenzija impjegat mill-ġdid erba' impjegati temporanji għal perjodu ieħor ta' tmien snin, u dan wara li l-kuntratti tagħhom mal-Aġenzija kienu ntemmu fl-2013 wara l-perjodu massimu ta' tmien snin, prattika li tmur kontra r-regolament fundatur tagħha; jinnota li l-proposta għal regolament fundatur rivedut tal-Aġenzija, li għadu ma ġiex adottat mill-Parlament u l-Kunsill, jinkludi dispożizzjonijiet simili; iqis li hu inaċċettabbli li l-Aġenzija tikser il-liġijiet u r-regoli tagħha stess, u jħeġġeġ lill-Aġenzija tirrispetta l-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha;

10.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li fil-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha l-Aġenzija ma tiżgurax kriterji oġġettivi, trasparenza sħiħa u trattament indaqs; iħeġġeġ lill-Aġenzija tistabbilixxi linji gwida komprensivi, oġġettivi u trasparenti dwar il-kundizzjonijiet tal-eżami, bħal pereżempju l-inqas marka neċessarja biex wieħed jgħaddi mill-intervisti, il-kriterji oġġettivi għall-għażla tal-kandidati li jitpoġġew fuq il-listi ta' riżerva u t-tip u l-għadd ta' mistoqsijiet orali u bil-miktub tal-eżami, eċċ; jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi dawn il-garanziji fin-notifika tal-karigi battala sa tmiem Settembru 2015, u dan għal kull kariga battala; iħeġġeġ lill-Aġenzija barra minn hekk tadotta proċedura ta' appell għall-kandidati li ġew iddikjarati mhux eliġibbli biex japplikaw għal impjieg fl-Aġenzija;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

11.  Jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu li l-Aġenzija għadha ma adottatx politika ċara, komprensiva u oġġettiva għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, minkejja rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza u li għal sena wara l-oħra kien hemm rakkomandazzjonijiet speċjali mill-Qorti;

12.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li hija ppjanat li tadotta l-politika riveduta tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess kif ukoll li tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord Amministrattiv matul l-2015; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza ladarba tiġi adottata l-politika l-ġdida u s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi jkunu disponibbli għall-pubbliku;

Awditjar intern

13.  Jinnota li skont id-Deċiżjoni 81/2013 tal-Aġenzija tal-20 ta' Marzu 2013, li temenda l-istandard ta' kontroll intern tal-funzjoni ta' awditjar intern, il-Kapaċità ta' Awditjar Intern ġiet imrażżna u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) sar il-fornitur tal-funzjoni ta' awditjar intern; jinnota li fl-istess deċiżjoni, l-Aġenzija stabbiliet funzjoni ta' koordinatur ta' kontroll intern; jiddispjaċih li l-proċedura ta' reklutaġġ għall-kariga ta' koordinatur ta' kontroll intern kienet twila u li sa Jannar 2014, il-kandidat magħżul kien għadu ma bediex jaħdem fl-Aġenzija; jirrikonoxxi li l-kariga mtliet eventwalment fl-2014;

14.  Jirrikonoxxi li f'Novembru 2013 l-IAS wettaq awditjar ta' segwitu fuq tliet inkarigi tal-awditjar preċedenti;

15.  Jaċċerta ruħu mill-Aġenzija li, kif identifikat mill-IAS, l-awditi li ġejjin kien fihom rakkomandazzjonijiet li kellhom jiġu kkompletati sal-31 ta' Diċembru 2013:

   Ġestjoni tar-riżorsi umani (2009) - rakkomandazzjoni ''Importanti ħafna'' waħda;
   Ippjanar u bbaġitjar (2010) - tliet rakkomandazzjonijiet ''Importanti'',
   Ġestjoni tal-interoperabilità min-naħa ta' esperti (2011) - żewġ rakkomandazzjonijiet ''Importanti'';
   Twaqqif ta' element ta' assigurazzjoni (2012) - żewġ rakkomandazzjonijiet ''Importanti ħafna'', erba' rakkomandazzjonijiet ''Importanti'' u rakkomandazzjoni waħda ''Mixtieqa'';

16.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li minbarra rakkomandazzjoni ''Importanti ħafna'' mill-Awditjar dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani fi ħdan l-Aġenzija, ir-rakkomandazzjonijiet l-oħra kollha ngħalqu matul l-2014; iħeġġeġ lill-Aġenzija tieħu l-miżuri neċessarji biex tagħlaq ir-rakkomandazzjoni li fadal;

17.  Jinnota bi tħassib li l-Qorti tindika fir-rapport tal-awditjar annwali tagħha għall-2012 li l-Aġenzija ma tikkonformax mal-Istandard ta' Kontroll Intern tagħha rigward il-kontinwità tal-attività u li ma jeżistu l-ebda pjanijiet approvati għall-kontinwità tal-attività u l-irkupru mid-diżastri fil-qasam tal-IT; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ddeċidiet li timplimenta miżuri adegwati sabiex tiżgura l-kontinwità tas-servizzi u s-sistemi tal-IT li huma orizzontali għall-attività tagħha; jappella lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet li tkun implimentat;

Prestazzjoni

18.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li d-disponibbiltà ta' informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni u dwar is-settur tan-negozju ferrovjarju hija pprovduta permezz ta' diversi parteċipazzjonijiet u preżentazzjonijiet f'wirjiet u fieri ferrovjarji Ewropej, kif ukoll permezz tal-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' ħidma, preżentazzjonijiet u avvenimenti oħra fl-Istati Membri; jinnota barra minn hekk, li l-informazzjoni tiġi kkomunikata fuq il-websajt tal-Aġenzija permezz tal-pubblikazzjoni ta' dokumenti bħal rapporti annwali jew bulettini;

Żewġ lokalitajiet

19.  Jiddeplora l-fatt li l-Aġenzija hija esposta għal spejjeż addizzjonali peress li qed tuża żewġ lokalitajiet (Lille u Valenciennes) minn fejn twettaq l-attivitajiet tagħha; jirrikonoxxi l-isforzi li għamlet l-Aġenzija biex timminimizza l-impatt negattiv tad-deċiżjoni dwar is-sede tagħha;

20.  Jappella biex l-Aġenzija jkollha sede waħda, f'post faċilment aċċessibbli bit-trasport pubbliku sabiex jiġu ffrankati r-riżorsi skarsi u tiżdied l-effiċjenza tagħha;

Kummenti oħra

21.  Iqis li jekk l-Aġenzija għandha tirċievi setgħat ġodda b'riżultat tal-estensjoni tal-kompiti tagħha bħala aġenzija ta' ċertifikazzjoni għall-materjal ferrovjarju, parti mill-finanzjament għall-Aġenzija għandu jiġi minn miżati u ħlasijiet imposti fuq l-industrija ferrovjarja, li għandhom f'kull ċirkostanza jkunu adegwati għal-livell ta' spejjeż imġarrba mill-Aġenzija u m'għandhomx jirrappreżentaw spiża sproporzjonata għall-industrija ferrovjarja;

o
o   o

22.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15)dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 232.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 232.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 232.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 232.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P7_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
PDF 445kWORD 104k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2122(DEC))
P8_TA(2015)0152A8-0087/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0087/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2122(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0087/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2122(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0087/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 28 188 749, li jirrappreżenta żieda ta' 39,01 % meta mqabbel mal-2012, u dan minħabba kompiti addizzjonali fdati f'idejn l-Awtorità;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (''il-Qorti''), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta' sitt kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u immarkat bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa tnejn huma mmarkati fir-rapport tal-Qorti bħala "Ikkompletata", tlieta bħala "Għadha għaddejja" u għal wieħed bħala "Mhux applikabbli"; jikkonstata barra minn hekk li, għas-seba' kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa żewġ kummenti huma mmarkati bħala ''Ikkompletata'', tlieta bħala "Għadha għaddejja" u tnejn bħala ''Mhux applikabbli'';

2.  Jirrikonoxxi mill-Awtorità li:

   il-persunal u l-ippjanar tal-baġit ġew integrati fl-ippjanar tal-ħidma annwali tagħha sabiex jitqiesu l-prijoritajiet fl-organizzazzjoni kollha, kif ukoll biex il-persunal jiġi rilokat b'kompiti differenti fejn possibbli;
   il-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha ġew modifikati sabiex jinkludu aktar kontrolli, bħalma huma kontrolli ex ante, mudelli aktar ċari u mekkaniżmi riveduti għall-evalwazzjoni tal-kandidati, u li skont ir-rapport tal-Qorti, l-azzjoni korrettiva għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti dwar din il-kwistjoni ġiet ikkompletata;
   il-komunikazzjoni tagħha dwar il-ħidma u l-attivitajiet tagħha indirizzata liċ-ċittadini tal-Unjoni issir permezz tal-pubblikazzjoni u t-tixrid ta' informazzjoni permezz ta' ċertu numru ta' mezzi, inklużi l-websajt pubblika tagħha u tipi differenti ta' dokumenti dwar suġġetti, iżda li mhijiex limitata biss għal dawn;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 93,18 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 72,54 %;

4.  Jieħu nota li, bil-għan li jiġi żgurat li jittieħdu azzjonijiet korrettivi relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit fi żmien xieraq, l-Awtorità użat varjetà ta' metodi, bħal rappurtar ta' kull xahar lid-Direttur Eżekuttiv u rappurtar trimestrali lill-Bord Maniġerjali; jinnota li dan wassal għal rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ogħla meta mqabbel mas-sena ta' qabel;

Impenji u riporti

5.  Jirrikonoxxi li l-impenji saru b'mod aktar f'waqtu minħabba li żdied il-livell ġenerali tal-approprjazzjonijiet impenjati fuq is-sena ta' qabel; jinnota bi tħassib li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati jibqa' għoli għat-Titolu III fil-livell ta' 58 %, u li dan juri żieda ta' 6 %;

6.  Jinnota li l-livell għoli ta' riporti jirriżulta primarjament minn servizzi tal-IT ikkuntrattati fi tmiem is-sena, servizzi miksuba fl-2013 iżda mhux imħallsa qabel tmiem is-sena, kif ukoll minn dewmien fil-proċeduri ta' akkwist tal-IT u min-natura pluriennali ta' proġetti relatati mal-IT; jappella lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li ttieħdu bil-għan li jitnaqqas il-livell ta' riporti għall-aktar ammont baxx possibbli;

Trasferimenti

7.  Jinnota bi tħassib li l-livell ta' trasferimenti huwa għoli ħafna hekk kif ilaħħaq 18 % tal-baġit, li jammonta għal EUR 5 100 000; jiddispjaċih li din iċ-ċifra turi żieda meta mqabbel mal-2012, u li dan jindika nuqqasijiet kontinwi fl-ippjanar baġitarju; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet li ħadet biex tirrimedja dawn in-nuqqasijiet;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.  Jaċċerta ruħu mill-Awtorità li l-proċeduri ta' akkwist ġew ċentralizzati għall-akkwisti kollha 'l fuq minn EUR 15 000 bil-għan li tittejjeb il-puntwalità tagħhom, il-kontroll tal-kwalità u l-konformità; jieħu nota tal-fatt li r-rappurtar ta' kull xahar dwar l-istatus tal-pjan ta' akkwist lid-Direttur Eżekuttiv inbeda fl-2013;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.  Jinnota mill-Awtorità li hija saħħet aktar il-linji gwida tagħha dwar l-etika billi żviluppat politika dwar il-kunflitti ta' interess mhux għall-persunal li tqis il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE, u li tapplika għall-membri tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali;

10.  Jinnota li l-politika tal-Awtorità dwar il-kunflitti ta' interess fiha dispożizzjoni dwar il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali; josserva li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur Eżekuttiv u l-maniġment superjuri, mhumiex disponibbli pubblikament; jappella lill-Awtorità biex tirrimedja dan in-nuqqas bħala kwistjoni ta' urġenza u biex tagħmel dawk id-dokumenti faċilment aċċessibbli permezz tal-websajt tagħha;

Awditjar intern

11.  Jirrikonoxxi mill-Awtorità li fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern, wara r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettaq fl-2012 u l-Pjan ta' Awditjar Strateġiku tal-Awtorità 2013-2015;

12.  Jinnota li fir-rieżami tiegħu tal-Istandards ta' Kontroll Intern tal-2013, l-IAS ħareġ 14-il rakkomandazzjoni f'oqsma differenti, waħda minnhom immarkata bħala “Importanti Ħafna”, u kkonkluda li l-maġġorparti tal-15-il Standard ta' Konroll Intern riveduti ġew implimentati kompletament jew fil-biċċa l-kbira tagħhom; jinnota li wara żjara ta' segwitu mwettqa mill-IAS f'Ġunju 2014, nofs ir-rakkomandazzjonijiet kienu ġew implimentati, inkluża waħda immarkata bħala “Importanti Ħafna”;

Kummenti oħra

13.  Jiddispjaċih li l-ħlasijiet tard jikkostitwixxu 27 % tal-ħlasijiet kollha għal prodotti u servizzi riċevuti, li jirriżultaw fi ħlas tal-imgħax li jammonta għal EUR 3 834, kif ukoll ħlasijiet b'dewmien ta' medja ta' 32 jum; jappella lill-Awtorità tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri meħuda biex tittratta din il-kwistjoni u biex ittejjeb il-puntwalità tal-proċessi tal-ħlas;

14.  Jinnota li l-arranġamenti attwali ta' finanzjament tal-Aġenzija mhumiex flessibbli, joħolqu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u jaf jipperikolaw l-indipendenza tagħha; iħeġġeġ lill-Awtorità tikkoopera mal-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-istruttura ta' finanzjament attwali tagħha;

15.  Jieħu nota tal-fatt li, wara d-diskussjonijiet tagħha mal-Istat Membru ospitanti, l-Awtorità bdiet titlob ir-rimborż tal-VAT skont il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea(15) u d-“Direttiva tal-VAT” tal-Kunsill(16); jinnota li sa tmiem l-2013, kien ittieħed lura biss 39 % tal-VAT impost għall-perjodu 2011-2013; jappella lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet li ħadet biex titlob lura il-VAT imħallas, u tagħti stima tat-tul taż-żmien li matulu l-ammont totali jista' jintalab lura;

16.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew kien sewwieq kruċjali fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva wara l-kriżi finanzjarja, u fil-ħolqien tal-Awtorità fl-2011, bħala parti minn din is-sistema;

17.  Jinnota l-osservazzjoni li saret mill-Kummissjoni fir-rapport reċenti tagħha dwar il-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u tas-SESF, li tgħid li l-ASE, minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli, stabbilixxew malajr organizzazzjonijiet li jiffunzjonaw tajjeb u li, b'mod ġenerali, issodisfaw il-varjetà wiesgħa ta' kompiti li għandhom, għalkemm iffaċċjaw talbiet dejjem akbar b'riżorsi umani limitati;

18.  Jenfasizza li r-rwol tal-Awtorità biex ikun promoss reġim superviżorju komuni fis-suq uniku huwa essenzjali biex jiġu żgurati swieq finanzjarji aktar integrati, effiċjenti u sikuri fl-Unjoni, biex b'hekk jingħata kontribut għall-irkupru ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi u tkabbir fl-Ewropa u jiġu evitati kriżijiet futuri fis-settur finanzjarju;

19.  Jirrikonoxxi li s-SESF għadha fi stadju ta' twaqqif u jenfasizza li l-kompiti diġà mogħtija lill-Awtorità, kif ukoll il-kompiti futuri previsti fil-ħidma leġiżlattiva li għaddejja, jeħtieġu livell adegwat ta' persunal u ta' baġit li jippermettu superviżjoni ta' kwalità għolja; jenfasizza li għandha dejjem tiġi kkunsidrata bir-reqqa l-ħtieġa li jitħalltu flimkien kompiti addizzjonali ma' riżorsi addizzjonali; jenfasizza madankollu, li kull żieda potenzjali fil-mezzi tagħha għandha tkun preċeduta u/jew ikkomplementata minn sforzi ta' razzjonalizzazzjoni adegwati kull fejn hu possibbli; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rwol koordinatur tal-Awtorità u l-ħtieġa li tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex tissodisfa l-mandat tagħha;

20.  Jisħaq li, minħabba r-riżorsi limitati tagħha, l-Awtorità jeħtiġilha żżomm strettament mal-kompiti assenjati lilha mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill; jissottolinja l-fatt li l-Awtorità għandha twettaq dawn il-kompiti kompletament, imma li m'għandhiex tfittex li tmur lil hinn mill-mandat tagħha, u li jeħtiġilha tibqa' indipendenti; jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tivverifika l-ħtieġa li tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet;

21.  Jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tisfrutta kompletament is-setgħat tagħha fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumatur li huma mogħtija lilha bis-saħħa tal-mandat tagħha; jenfasizza li, f'dan il-qasam, l-Awtorità għandha tikkoordina aktar mill-qrib ma' ASE oħrajn permezz tal-Kumitat Konġunt;

22.  Jistieden lill-Awtorità tiżgura li fil-ġejjieni ma jittieħed l-ebda impenn legali qabel l-impenji tal-baġit;

o
o   o

23.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 247.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 247.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 247.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 247.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Il-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 115, 9.5.2008, p. 266).
(16) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(17) Testi adottati ta' din id-data, P7_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)
PDF 433kWORD 91k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2104(DEC))
P8_TA(2015)0153A8-0090/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0180/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0090/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2104(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0090/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2104(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0090/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji, il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ ("il-Fondazzjoni") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 20 143 500, li jirrappreżenta żieda ta' 0,01 % meta mqabbel mal-2012; billi l-baġit kollu tal-Fondazzjoni huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzojni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jilqa' l-fatt li fl-2013 intlaħaq qbil mal-awtoritajiet tar-Reġjun tal-Piemonte, fl-Italja, dwar is-sede tal-Fondazzjoni, li jiżgura l-kontinwità tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni għall-perjodu 2013-2015; jirrikonoxxi li l-Fondazzjoni fetħet negozjati mal-gvern il-ġdid tal-Piemonte, fejn hija stabbilita s-sede tal-Fondazzjoni, rigward it-tiġdid tal-kuntratt ta' servizz għas-sede tagħha mill-2015;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,78 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 95,72 %;

3.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fi tmiem l-2013, il-Fondazzjoni kellha EUR 7 500 000 f'kontijiet f'bank wieħed bi klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa (F3, BBB); jirrikonoxxi mill-Fondazzjoni li l-bilanċ bankarju għoli fi tmiem is-sena seħħ minħabba li l-ewwel pagament parzjali tas-sovvenzjoni tħallas minn qabel, kif ukoll minħabba fondi li waslu mill-programmi ġodda GEMM u FRAME; jinnota l-intenzjoni tal-Fondazzjoni li tipparteċipa fi proċedura ta' akkwist konġunt għas-servizzi bankarji mnedija mill-Kummissjoni; iqis li, jekk din il-proċedura ma tirnexxix, il-Fondazzjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura s-sigurtà tal-assi tagħha; jistieden lill-Fondazzjoni tivvaluta jekk jeħtieġx li jsir rieżami tal-politika tat-teżor tagħha u tirrapporta lill-awtorita ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' din il-proċedura ta' akkwist.

Impenji u riporti

4.  Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li ma saru ebda kummenti rigward l-impenji u r-riporti għas-sena finanzjarja 2013 u jifraħ lill-Fondazzjoni għall-ippjanar baġitarju tajjeb tagħha;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

5.  Jaċċerta mir-rapport tal-Qorti li, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2013;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

6.  Jirrikonoxxi mill-Fondazzjoni li hija adottat u ppublikat il-linji gwida dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jinnota l-pjan tal-Fondazzjoni li tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-Bord Governattiv, tad-Direttur u tal-maniġers għolja tagħha fuq il-website tagħha u jistieden lill-Fondazzjoni tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati ta' dan l-eżerċizzju hekk kif ikun finalizzat;

Awditjar intern

7.  Jirrikonoxxi mill-Fondazzjoni li fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar id-disinn u l-applikazzjoni effikaċi tas-sistema ta' kontroll intern (ICS) stabbilita mill-maniġment fir-rigward tal-Ġestjoni min-naħa ta' Esperti u l-Missjonijiet; jinnota li din il-ħidma vvalutat jekk l-ICS, kif implimentata fiż-żmien tal-ħidma fuq il-post, ipprovdietx assigurazzjoni biżżejjed rigward il-konformità mar-regoli u l-obbligi applikabbli, kif ukoll l-effikaċja u l-effiċjenza tal-proċessi ta' Ġestjoni min-naħa ta' Esperti u l-Missjonijiet, kif stabbiliti fil-kamp ta' applikazzjoni tal-awditu;

8.  Jinnota li, abbażi tar-riżultati ta' dan l-awditu, l-IAS iqis li l-ICS tipprovdi biżżejjed assigurazzjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-ħatra formali tal-bord ta' selezzjoni, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet ta' assenza, ta' kunflitti ta' interess u ta' kunfidenzjalità;

9.  Jinnota mill-Fondazzjoni li, wara l-awditu, hija ħejjiet pjan ta' azzjoni li tressaq lis-Servizz ta' Awditjar Intern; jinnota li l-IAS iqisu adegwat sabiex iservi ta' bażi għall-implimentazzjoni effikaċi u s-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditu tal-IAS;

10.  Jirrikonoxxi mill-Fondazzjoni li sa mill-1 ta' Settembru 2014, l-IAS formalment iffinalizza l-14-il rakkomandazzjoni kollha mill-awditu 2011 tal-IAS fuq il-komunikazzjoni;

Prestazzjoni

11.  Jirrikonoxxi mill-Fondazzjoni li skont il-politika ta' komunikazzjoni tagħha, il-pubbliku ġenerali huwa mira ewlenija tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni tagħha; josserva li l-ewwel livell ta' informazzjoni fuq il-website tal-Fondazzjoni huwa immirat għal ċittadini interessati u fih informazzjoni ġenerali, attivitajiet konkreti u riżultati; jinnota l-użu ta' mezzi oħra ta' komunikazzjoni tal-Fondazzjoni bħal midja tradizzjonali kif ukoll midja soċjali;

Kummenti oħra

12.  Jirrikonoxxi l-kontribut kontinwu tal-Fondazzjoni biex jittejjeb l-iżvilupp tal-kapital uman fil-pajjiżi sħab; jilqa', barra minn hekk, ir-riżultati li nkisbu fl-2013 fil-kuntest tal-Perspettiva ta' Nofs it-Terminu 2010-2013 tal-Fondazzjoni, li jirriflettu t-twettiq b'suċċess tal-pjan ta' erba' snin;

13.  Jinnota li l-2013 kienet l-aħħar sena tal-Perspettiva ta' Nofs it-Terminu 2010-2013 u jifraħ lill-Aġenzija talli laħqet 99 % tal-miri stabbiliti fl-erba' programmi ta' ħidma tagħha;

14.  Japprezza l-progress li sar fl-iżvilupp tar-riforma Ewropea, ibbażata fuq l-evidenza, tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) permezz tal-Proċess ta' Turin, u l-analiżi ta' politiki oħra speċifiċi li ħadu f'idejhom il-pajjiżi sħab,b'mod li wassal għal żviluppi ta' politika nazzjonali li jikkontribwixxu biex jiżguraw is-sostenibbiltà fil-ġejjieni;

o
o   o

15.  Jirreferi, fir-rigward ta' kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 260.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 260.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 260.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 260.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)
PDF 439kWORD 97k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2128(DEC))
P8_TA(2015)0154A8-0099/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0099/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2128(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0099/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2128(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0099/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien ta' EUR 61 345 072; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.  billi l-missjoni ċentrali tal-Aġenzija hija li twettaq il-kompiti ta' tmexxija operattiva għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-EURODAC;

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, għalkemm l-Aġenzija bdiet l-operat tagħha f'Diċembru 2012, ingħatat l-awtonomija finanzjarja mill-Kummissjoni fit-22 ta' Mejju 2013, u għalhekk il-perjodu awditjat għas-sena finanzjarja 2013 huwa mit-22 ta' Mejju 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013; jinnota, barra minn hekk, li l-2013 kienet l-ewwel sena li fiha l-Qorti wettqet awditu dwar ir-rapporti finanzjarji tal-Aġenzija;

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

2.  Jinnota bi tħassib li r-rapport tal-Qorti jenfasizza l-kwistjonijiet relatati mal-valutazzjoni tas-sistemi SIS II, VIS u EURODAC fil-kontijiet tal-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li, għalkemm il-valutazzjoni ma kenitx materjalment iddikjarata b'mod skorrett, il-Qorti qieset dawk il-kwistjonijiet bħala essenzjali u ġibdet l-attenzjoni lejhom; jinnota li t-tmexxija operattiva ta' dawk is-sistemi hija l-kompitu ċentrali tal-Aġenzija u li s-sistemi ġew ittrasferiti mill-Kummissjoni lill-Aġenzija f'Mejju 2013 permezz ta' tranżazzjoni mingħajr skambju; jinnota, barra minn hekk, li fin-nuqqas ta' informazzjoni affidabbli u kompleta fir-rigward tal-ispiża totali tal-iżvilupp ta' dawk is-sistemi, il-valuri tas-sistemi ġew irreġistrati fil-kontijiet tal-Aġenzija bil-valuri netti tagħhom kif inhuma fil-kotba tal-Kummissjoni u ġew aġġornati fi tmiem is-sena; jinsab imħasseb dwar il-fatt li dawk il-valuri huma prinċipalment relatati ma' komponenti ta' ħardwer u ta' softwer kummerċjalment disponibbli u ma jinkludux spejjeż tal-iżvilupp ta' softwer;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li skont ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011(15), il-Kummissjoni kienet responsabbli għall-istabbiliment u l-operat inizjali tal-Aġenzija sakemm din ingħatat l-awtonomija finanzjarja; jinnota bi tħassib li d-dewmien fit-tlestija tas-sistema kontabilistika tal-Aġenzija affettwa l-ippjanar tal-pagamenti tagħha u t-tħejjija tal-kontijiet proviżorji tagħha;

4.  Jinnota li analiżi aktar dettaljata għal kull titolu tal-baġit ma setgħetx titwettaq mill-Qorti minħabba li l-baġit jiġi eżegwit mill-Kummissjoni;

5.  Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija li r-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit kienu ta' 96 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u 67 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament;

6.  Jieħu nota li skont ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u l-miżuri relatati mal-EURODAC għandhom l-obbligu li jagħmlu kontribuzzjoni għall-baġit tal-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li, għalkemm pajjiżi assoċjati ma' Schengen kienu qed jużaw is-sistemi mmaniġġjati mill-Aġenzija fl-2013, in-negozjati tal-Kummissjoni kienu għadhom għaddejjin; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati;

Impenji u riporti

7.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,95 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 28,94 %;

8.  Jinnota li l-livell għoli ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 ġej prinċipalment minn approprjazzjonijiet tat-Titolu II u t-Titolu III u minħabba l-fatt li l-Aġenzija għandha għadd ta' kuntratti pluriennali relatati mal-attivitajiet ċentrali tagħha;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

9.  Jinnota li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditjar ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija fir-rapport tal-Qorti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess

10.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-nuqqas tal-Aġenzija li tirrispondi l-kwestjonarju tal-awtorità ta' kwittanza relatat ma' kwistjonijiet dwar kunflitti ta' interess; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-politiki li qed jintużaw fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; iħeġġeġ lill-Aġenzija tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord ta' Tmexxija u l-esperti nazzjonali li jagħmlu parti mill-Bords Konsultattivi sa tmiem Diċembru 2015;

Kontrolli interni

11.  Jieħu nota li l-proġett ta' implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern tal-Aġenzija kien għadu għaddej fl-aħħar tal-2013 u li tali standards ġew approvati mill-Bord ta' Tmexxija f'Ġunju 2014;

12.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija ma għandha l-ebda kopertura tal-assigurazzjoni għal assi tanġibbli fissi, minbarra għal nar multiriskju għall-uffiċċji tas-sede tagħha f'Tallinn; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' kwalunkwe azzjoni ta' rimedju meħuda fir-rigward ta' din il-kwistjoni;

Awditjar intern

13.  Jieħu nota li l-Kapaċità ta' Awditjar Intern tal-Aġenzija bdiet tiffunzjona f'Ottubru 2013;

14.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq valutazzjoni preliminari tar-riskju fil-konfront tal-proċessi amministrattivi ewlenin tal-Aġenzija bil-għan li jħejji pjanijiet ta' awditjar intern fil-ġejjieni; jirrimarka li l-IAS identifika numru ta' oqsma ta' riskju għoli potenzjali li ġew inklużi fl-attivitajiet ta' awditjar għall-2014, inklużi, fost l-oħrajn, il-kontinwità tan-negozju, l-akkwist, il-governanza, u l-ġestjoni tal-faċilitajiet; jieħu nota li l-Aġenzija bdiet timplimenta miżuri maħsuba biex itaffu r-riskji identifikati;

Prestazzjoni

15.  Jirrikonoxxi li s-sede tal-Aġenzija jinsab f'Tallinn (b'46 kariga) filwaqt li l-attivitajiet operattivi tagħha jitwettqu fi Strasburgu (b'79 kariga) u s-sede tal-kontinwità tan-negozju jinsab f'Sankt Johann im Pongau (l-Awstrija);  jieħu nota tal-opinjoni tal-Qorti li l-effikaċja tat-tmexxija għandha tiżdied u l-ispejjeż amministrattivi jitnaqqsu kieku l-persunal kollu kellu jkun ċentralizzat f'post wieħed; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex, fir-rapport ta' valutazzjoni tagħha li se jitħejja bi qbil mal-Artikolu 31 tar-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija, tinkludi l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-fatt li hemm tliet lokalitajiet differenti, b'riflessjonijiet dwar arranġamenti prattiċi u spejjeż fir-rigward ta' ċentralizzazzjoni potenzjali tal-attivitajiet tagħha;

16.  Jieħu nota li fiż-żmien tal-awditjar tal-Qorti kienu għaddejjin negozjati bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti (l-Estonja) bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar il-kwartieri ġenerali li jikkjarifika l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom se joperaw l-Aġenzija u l-persunal tagħha; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati sa tmiem Diċembru 2015 u biex tikkonkludi l-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali kemm jista' jkun b'mod urġenti;

o
o   o

17.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 326.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 326.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 326.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 326.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Ara l-Artikolu 32.
(16) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)
PDF 472kWORD 94k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2100(DEC))
P8_TA(2015)0155A8-0076/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0076/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2100(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0076/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2100(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0076/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 17 682 338, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 4,50 % meta mqabbel mal-2012;

B.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013 ammontat għal EUR 15 614 775, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 3,77 % meta mqabbel mal-2012;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

D.  billi l-kompitu tal-Aġenzija huwa li tiġbor u xxerred informazzjoni dwar il-prijoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni fil-kamp tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, li tappoġġa l-organizzazzjonijiet nazzjonali u tal-Unjoni involuti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politiki u li tipprovdi informazzjoni dwar miżuri preventivi;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u ż-żewġ kummenti huma issa mmarkati fir-rapport tal-Qorti bħala "Ikkompletata"; jikkonstata, barra minn hekk, li għaż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdet azzjonijiet korrettiva waħda u l-kumment relatat huwa issa mmarkat bħala ''Ikkompletata'' filwaqt li l-ieħor huwa mmarkat bħala ''Għadha għaddejja'';

2.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li:

   il-ftehim mar-Renju ta' Spanja dwar is-sede tal-Aġenzija ġie konkluż b'suċċess f'Settembru 2013;
   l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni tinsab fil-websajt tal-Aġenzija permezz tal-pubblikazzjoni ta' evalwazzjonijiet ġenerali tal-Aġenzija, ir-rapport annwali, ir-rapport annwali tal-attività tad-Direttur kif ukoll l-analiżi u l-valutazzjoni tar-rapport tal-attività mill-Bord;
   b'mod partikolari kien hemm titjib sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali, l-elenkar tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività fl-2013 u kwistjonijiet dwar ir-reklutaġġ u s-salarji;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,94 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 70,19 %;

Impenji u riporti

4.  Jikkonstata bi tħassib li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien wieħed għoli għat-Titolu II (Nefqa amministrattiva), li kien ta' EUR 601 426 (30 %), u għat-Titolu III (Nefqa operattiva), li kien ta' EUR 3 693 549 (46 %);

5.  Jikkonstata li l-livell għoli ta' riporti għat-Titolu II kien ikkawżat mix-xiri ppjanat għal tmiem is-sena ta' oġġetti u servizzi relatati mat-trasferiment tal-Aġenzija fil-bini l-ġdid tagħha, kif ukoll mit-tiġdid tal-kuntratti annwali fil-qasam tal-IT; jikkonstata barra minn hekk, li l-livell għoli ta' riporti ppjanati fit-Titolu III rriżulta primarjament min-natura pluriennali ta' proġetti kbar imnedija fl-2013;

Trasferimenti

6.  Jikkonstata li, skont ir-rapport annwali tal-attività kif ukoll is-sejbiet tal-awditjar tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

7.  Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas sejbiet oħra tal-awditjar ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija fir-rapport tal-Qorti;

8.  Jikkonstata li l-Qorti ma għamlet l-ebda kumment fir-rapport annwali tal-awditjar tagħha għall-2013 fir-rigward tal-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Aġenzija;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-Bord Governattiv tagħha adotta l-politika dwar il-kunflitti ta' interess tal-Aġenzija f'Novembru 2014; jikkonstata barra minn hekk, li l-politika tinkludi dispożizzjonijiet rigward il-pubblikazzjoni tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur u tal-Maniġment Superjuri; jiddikjara li l-maġġorparti tad-dokumenti kienu disponibbli għall-pubbliku; iħeġġeġ lill-Aġenzija tipprovdi rendikont tal-każijiet kollha ta' kunflitti ta' interess sa tmiem Settembru 2015; jinnota bi tħassib li l-obbligu sabiex jippubblikaw is-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi ma japplikax għall-esperti; jistieden lill-Aġenzija testendi dan l-obbligu anke għall-esperti;

10.  Jitlob lill-Aġenzija tadotta politiki komprensivi għall-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess bħal pereżempju l-privazzjoni tal-uffiċjal pubbliku mill-interessi, is-skwalifika tal-uffiċjal pubbliku mill-involviment fi proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet affettwat, restrizzjoni fl-aċċess għal informazzjoni partikolari għall-uffiċjal pubbliku involut, l-arranġament mill-ġdid tad-dmirijiet tal-uffiċjal pubbliku jew ir-riżenja tal-uffiċjal pubbliku mill-kariga;

11.  Jinnota li l-proċeduri eżistenti fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess għall-persunal tal-Aġenzija qegħdin jiġu riveduti u li dawn se jitlestew fl-2015; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' din ir-reviżjoni malli tintemm;

Kontrolli interni

12.  Jinnota li matul l-2013, 100 % tal-baġit tal-Aġenzija kien suġġett għal verifiki ex ante;

Awditjar intern

13.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija, li fl-2012 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq valutazzjoni tar-riskji approfondita u ppreżenta l-pjan finali strateġiku tal-awditjar tiegħu għall-2013-2015, li ġie approvat mid-Direttur u mill-Bord Governattiv tal-Aġenzija;

14.  Jikkonstata li l-IAS wettaq ukoll awditjar dwar ir-"Rappurtar/Elementi Fundamentali tal-Assigurazzjoni" li wassal għal rakkomandazzjoni waħda kklassifikata bħala "Importanti ħafna", u sebgħa oħra kklassifikati bħala "Importanti"; jinnota li l-Aġenzija ppreżentat pjan ta' azzjoni, approvat mill-IAS, bil-għan li ttaffi n-nuqqasijiet identifikati;

15.  Jikkonstata li fl-2013 l-IAS ta segwitu għar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu u kkonkluda li l-ebda rakkomandazzjoni kritika ma kienet pendenti, filwaqt li waħda "Importanti ħafna" kienet ingħalqet u li l-implimentazzjoni tat-tieni rakkomandazzjoni "Importanti ħafna" kienet miexja kif ippjanat;

Kummenti oħra

16.  Jinnota li l-2013 kienet l-aħħar sena tal-Istrateġija EU-OSHA 2009-2013; japprezza l-kisbiet tal-Aġenzija matul dan il-perjodu, b'mod partikolari l-promozzjoni tal-għodod interattivi onlajn għall-intrapriżi żgħar u medji fil-qasam tal-ġestjoni tas-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol; jinnota l-adozzjoni tal-Programm Strateġiku Pluriennali l-ġdid tal-Aġenzija għas-snin 2014-2020;

17.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija finalment iċċaqalqet għall-bini l-ġdid fl-1 ta' Jannar 2014 u jinnota t-tnaqqis sinifikanti fl-ispejjeż tal-kiri, wara l-konklużjoni tal-ftehim dwar is-sede mal-awtoritajiet Spanjoli;

o
o   o

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 340.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 340.
(3) ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 340.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 340.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA)
PDF 419kWORD 79k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA) għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2117(DEC))
P8_TA(2015)0156A8-0119/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8–0119/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur-Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2117(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(5),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(6) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8–0119/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2117(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8–0119/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien ta' EUR 104 000, ċifra li tirrappreżenta l-istess ammont meta mqabbel mal-2012;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija li fir-rigward ta' kumment wieħed li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkat bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u l-kumment issa huwa mmarkat bħala "Ikkompletata"; jinnota, barra minn hekk, li l-kumment li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2012 issa huwa mmarkat bħala "Pendenti";

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

2.  Josserva li skont in-noti tal-Aġenzija dwar il-kontijiet annwali tagħha, s-salarji kollha u xi spejjeż addizzjonali għas-servizzi amministrattivi tħallsu direttament mill-baġit tal-Kummissjoni; jinnota li l-ispejjeż marbutin mas-salarji ġew żvelati filwaqt li ma ngħata l-ebda dettall dwar l-ispejjeż marbutin mas-servizzi amministrattivi; jesprimi tħassib li din is-sitwazzjoni tnaqqas it-trasparenza rigward il-livell ta' dipendenza tal-Aġenzija fil-konfront tal-Kummissjoni; jenfasizza li l-Aġenzija għandu jkolha awtonomija finanzjarja kif stabbilit fl-istatuti tagħha;

3.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li hija se tippreżenta lill-awtorità ta' kwittanza rapport aktar iddettaljat dwar il-bżonnijiet tagħha koperti direttament mill-Kummissjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' approprjazzjonijiet ta' impenn ta' 95 % u rata ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ta' 59,22 %;

Kontrolli interni

5.  Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li ma hemmx dokumentazzjoni suffiċjenti tal-elementi prinċipali tal-kontrolli interni tal-Aġenzija, bħal strateġija ta' ġestjoni u kontroll tar-riskju, proċeduri ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni, valutazzjoni tal-funzjonament tas-sistema ta' kontroll intern u kodiċi ta' standards professjonali;

o
o   o

6.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(9) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 267.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 267.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.
(5) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 267.
(6) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 267.
(7) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(8) ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.
(9) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)
PDF 439kWORD 94k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2088(DEC))
P8_TA(2015)0157A8-0092/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0092/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2088(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0092/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2088(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0092/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol ("il-Fondazzjoni") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 20 624 300, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 3,76 % meta mqabbel ma' dak tal-2012;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Fondazzjoni, li l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni hija fornuta fis-sit tagħha fuq l-internet, prinċipalment bis-saħħa tal-pubblikazzjoni annwali tad-dokumenti strateġiċi bħar-rapport annwali ta' attività tal-Fondazzjoni u bosta dokumenti politiċi tal-Unjoni relatati mal-qasam tal-ħajja u tax-xogħol;

Kummenti dwar l-affidabilità tal-kontijiet

2.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-Fondazzjoni wettqet eżerċizzju ta' inventarju fiżiku u komprensiv fi tmiem l-2013 u fil-bidu tal-2014 u li r-rapport tal-inventarju fiżiku ma kienx għadu finalizzat sa Frar 2014 meta kien sar l-awditu tal-Qorti; jikkonstata bi tħassib li t-testijiet li għamlet il-Qorti wrew li l-assi fissi kollha la twaħlilhom barcode u lanqas ma ġew reġistrati fir-reġistru u fil-kontijiet, li ċertu tagħmir ġie addebitat minflok kapitalizzat, u li d-data tal-bidu l-korretta għall-kalkolu tal-oneru ta' deprezzament għal ċerti assi ma setax jiġi traċċat;

3.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Fondazzjoni, li r-rapport tal-inventarju fiżiku ġie finalizzat u ppubblikat wara li sar l-awditu tal-Qorti u li l-iżbalji fir-rigward tar-reġistrazzjoni u tat-twaħħil tal-barcodes ġew rettifikati jikkonstata barra minn hekk li l-Fondazzjoni llum tirreġistra d-dokumentazzjoni meħtieġa biex tiżgura t-traċċabilità xierqa tad-data tal-bidu l-korretta għall-kalkolu tad-deprezzament tal-assi;

4.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Fondazzjoni, li n-nuqqasijiet fil-qasam tar-reġistrazzjoni u tal-kontabilizzazzjoni tal-assi fissi kienu dovuti, fil-biċċa l-kbira, għall-perjodu ta' tranżizzjoni lejn sistema ta' kontabilizzazzjoni tal-assi ġdida; jikkonstata li n-nuqqasijiet identifikati ġew irranġati bis-saħħa tal-implimentazzjoni sħiħa tas-sistema l-ġdida u b'modifiki fil-flussi tax-xogħol interni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.  Jikkonstata mill-Fondazzjoni li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,50 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 78,10 %;

Impenji u riporti

6.  Jikkonstata bi tħassib il-livelli għoljin ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014, li kienu 35,60 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u 48,60 % għat-Titolu III (nefqa operattiva);

7.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Fondazzjoni, li r-riporti tat-Titolu II kienu prinċipalment dovuti għall-akkwist ta' ħardwer u softwer, tiswijiet urġenti u mhux mistennija u xogħlijiet ta' rinnovament li diġà kien ngħata l-kuntratt għalihom u li kienu ppjanati għall-bidu tal-2014, u li r-riporti tat-Titolu III rriżultaw prinċipalment mill-proġetti pluriennali li l-attivitajiet għalihom diġà kienu implimentati, kif ukoll minn riporti mhux ippjanati bħaż-żieda fil-baġit għal bosta proġetti b'portata u kwalità msaħħa, servizzi ta' traduzzjoni ordnati fi tmiem is-sena u fatturazzjoni tardiva min-naħa tal-kuntratturi;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.  Jikkonstata li la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati l-oħra tal-awditi ma rriżultaw f'kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Fondazzjoni fir-rapport tal-Qorti, li ma fih l-ebda kumment lanqas fir-rigward tal-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

9.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Fondazzjoni, li din adottat il-politika tagħha fil-qasam tal-kunflitti ta' interess matul l-2014; jilqa' pożittivament il-fatt li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi, kif ukoll is-CVs tad-Direttur u tal-maniġment superjuri, ġew ippubblikati fis-sit tagħha fuq l-internet; josserva li, minkejja li l-Fondazzjoni talbet li s-CVs tal-membri u tal-membri supplenti tal-Bord Governativ jiġu ppubblikati fis-sit tagħha fuq l-internet, dawn għadhom mhumiex disponibbli għall-pubbliku; jappella lill-Fondazzjoni biex tirranġa dan in-nuqqas b'mod urġenti;

Awditjar intern

10.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Fondazzjoni, li fl-2013 is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu fuq il-komunikazzjoni bidirezzjonali bejn il-Fondazzjoni u l-klijenti u l-partijiet interessati tagħha, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk l-objettivi tagħha humiex qed jinkisbu b'mod effikaċi u effiċjenti; jirrikonoxxi li l-awditu wera li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Fondazzjoni kienu qegħdin jaħdmu b'mod effikaċi u effiċjenti; jikkonstata li fl-awditu tiegħu, l-IAS ifformula tliet rakkomandazzjonijiet lill-Fondazzjoni, li waħda minnhom kienet immarkata bħala "Importanti ħafna";

11.  Jaċċerta mill-Fondazzjoni li r-rakkomandazzjonijiet kollha fformulati mill-IAS fl-2012 u fis-snin preċedenti ġew implimentati u magħluqa mill-IAS f'Jannar 2014;

Kummenti oħra

12.  Jikkonstata bi tħassib li avolja l-Fondazzjoni saret operattiva fl-1975, għadu ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv dwar is-sede ċentrali bejn il-Fondazzjoni u l-Istat Membru ospitanti;

13.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Fondazzjoni, li n-negozjati mal-Istat Membru ospitanti bdew fi Frar 2014; jikkonstata li lill-Fondazzjoni ġie ppreżentat abbozz ta' ftehim li fih il-biċċa l-kbira tal-materji kontroversjali preċedenti ġew solvuti, u jistenna bil-ħerqa l-aħħar ċiklu ta' negozjati u l-iffirmar sussegwenti ta' ftehim li kieku jkun jippromwovi t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet skont liema jaħdmu l-Fondazzjoni u l-persunal tagħha; jappella lill-Fondazzjoni biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-eżitu ta' dawn in-negozjati;

14.  Jikkonstata li l-2013 kienet l-ewwel sena tal-programm fuq erba' snin (2013-2016) tal-Fondazzjoni japprezza l-attivitajiet tal-Fondazzjoni f'dan il-kuntest, li jipprovdu għarfien ta' kwalità għolja, f'waqtu u rilevanti bħala appoġġ għat-tfassil ta' politiki u li ntuża, pereżempju mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol; jikkonstata ulterjorment it-titjib fil-biċċa l-kbira tal-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni meta mqabbla ma' dawk għall-2012;

15.  Jilqa' pożittivament iż-żieda fil-kontribuzzjonijiet tal-Fondazzjoni għall-iżvilupp ta' politiki, l-użu akbar tal-għarfien espert tagħha fid-dokumenti ta' politika kruċjali tal-UE u r-rikonoxximent dejjem jikber tal-valur xjentifiku tar-riċerka tal-Fondazzjoni;

o
o   o

16.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 275.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 275.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 275.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 275.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)
PDF 364kWORD 97k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2103(DEC))
P8_TA(2015)0158A8-0091/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0091/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2103(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0091/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2103(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0091/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013 ammonta għal EUR 33 828 256;

B.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013 ammontat għal EUR 32 358 660, li jirrappreżenta żieda ta' 1,85 % meta mqabbel mal-2012;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Eurojust huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

D.  billi l-Eurojust twaqqfet bil-għan li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja u biex jitjieb il-koordinament tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet transkonfinali bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u kumment wieħed huwa issa mmarkat fir-rapport tal-Qorti tal-2013 bħala "Ikkompletata" u l-ieħor bħala "Għadha għaddejja"; jikkonstata, barra minn hekk, li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport  tal-Qorti tal-2012, ittieħdu wkoll azzjonijiet korrettivi u kumment wieħed issa huwa mmarkat bħala ''Ikkompletata'' u l-ieħor bħala ''Mhux applikabbli'';

2.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Eurojust, li din introduċiet għadd ta' miżuri intiżi li jnaqqsu r-riporti awtomatiċi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn, fosthom rapport ta' tbassir ġdid u taħriġ obbligatorju rigward iċ-"ċiklu ta' ħajja tan-nefqa" għall-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-titoli differenti kien ivarja bejn 99 % u 98 % tat-total tal-approprjazzjonijiet, fatt li jindika li l-impenji ġuridiċi ttieħdu f'waqthom;

4.  Jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti li jindikaw titjib meħtieġ fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit; jinnota fl-istess ħin li l-iskadenza għat-talbiet għar-rimbors ta' spejjeż relatati ma' timijiet ta' investigazzjoni konġunta sussidjati minn Eurojust tiddependi, fil-maġġoranza tal-każijiet, min-natura tax-xogħol investigattiv, li mhux dejjem jista' jiġi ppjanat u ta' spiss jista' jdum sa tmiem is-sena.

5.  Jieħu nota, madankollu, f'dan ir-rigward, tal-ġustifikazzjonijiet identifikati mill-Qorti u l-isforzi li diġà saru minn Eurojust f'dan is-sens, fejn din tal-aħħar diġà implimentat il-pariri tal-Qorti u wettqet tnaqqis tal-għadd ta' linji baġitarji ta' 26,4 % għas-sena finanzjarja 2014;

6.  Iqis li, b'mod ġenerali, għandha tingħata attenzjoni akbar lill-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba min-naħa ta' Eurojust fir-rigward tal-prinċipju tal-annwalità tal-baġit, jiġifieri l-ekonomija, l-effikaċja u l-prestazzjoni li bihom din tuża l-approprjazzjonijiet fit-twettiq tal-kompiti tagħha;

Impenji u riporti

7.  Jikkonstata bi tħassib li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kien għoli għat-Titolu III (Nefqa operattiva) f'livell ta' EUR 2 341 825 jew 32 %; jieħu nota li dan il-livell għoli huwa prinċipalment dovut għat-trasferiment tal-ġestjoni interna tas-software lil fornitur ta' servizzi ġdid fi tmiem is-sena;

Trasferimenti

8.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu li fl-2013 l-Eurojust għamlet 49 trasferiment baġitarju u b'hekk intlaqtu 101 linja baġitarja, fatt li jindika nuqqasijiet serji fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u ġestjoni inadegwata; iħeġġeġ lill-Eurojust twettaq l-għan tagħha li tnaqqas l-għadd ta' linji baġitarji u li tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bil-progress f'dan ir-rigward;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

9.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Eurojust, li l-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha nbidlu b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti; jikkonstata li l-proċeduri issa jiggarantixxu li l-mistoqsijiet għat-testijiet u għall-intervisti huma ppreparati qabel l-eżami tal-applikazzjonijiet min-naħa tal-Bord ta' Selezzjoni u li l-ponderazzjoni bejn it-testijiet bil-miktub u l-intervisti hija definita qabel l-iskrinjar tal-kandidati;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

10.  Jieħu nota tal-intenzjoni deċiża tal-Eurojust li tirrieżamina l-arranġamenti tagħha għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess abbażi tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE;

11.  Jiddispjaċih, madankollu, li l-proċess ta' rieżami ma ġiex finalizzat u jiddubita l-impenn tal-Eurojust li timplimenta' politika b'saħħitha għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jikkunsidra li n-nuqqas li tiġi adottata politika kontra l-kunflitti ta' interess jipprevjeni riżultati konkreti f'din il-kwistjoni;

12.  Jitlob lill-Eurojust biex tadotta b'urġenza l-arranġamenti riveduti tagħha għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza u biex tippubblika r-riżultati konkreti sa tmiem Ottubru 2015;

13.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Eurojust, li s-CVs tal-Membri tal-Bord ta' Tmexxija tagħha u tad-Direttur Amministrattiv tagħha huma disponibbli għall-pubbliku fis-sit web tagħha; josserva li għadha pendenti l-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija tal-Eurojust tal-mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-interessi u jitlob l-adozzjoni tagħhom sa tmiem Lulju 2015; jistieden lill-Eurojust tinforma mill-aktar fis possibbli lill-awtorità ta' kwittanza bil-progess li sar f'dan ir-rigward; u jħeġġiġha tippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-persunal u l-esperti tagħha sa tmiem Ottubru 2015;

14.  Jikkonkludi, b'dispjaċir, li l-Eurojust naqset milli tieħu l-passi rilevanti għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u milli tiżgura t-trasparenza;

Awditjar intern

15.  Jieħu nota li fl-2013 is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu fil-Eurojust biex joffri riassigurazzjoni li s-sistemi ta' kontroll tagħha huma adegwati biex jiġġestixxu r-riskji materjali;

16.  Jinsab imħasseb li ma tul l-analiżi ta' dak ir-riskju, l-IAS identifika ċerti proċessi ta' riskju inerenti għoli li ma setgħux jitqiesu bħala reviżjonabbli fl-ambitu tal-pjan ta' awditjar, billi l-kontrolli kienu assenti jew insuffiċjenti; jikkonsata li l-Eurojust ippreżentat pjan ta' azzjoni intiż li jittratta dawk il-lakuni, li hu meqjus xieraq u se jingħatalu segwitu mill-IAS matul il-valutazzjoni tar-riskju fil-fond li jmiss tiegħu;

17.  Jieħu nota li fl-2013 il-IAS wettaq ukoll rieżami dokumentarju bħala segwitu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu; jikkonstata li miż-żewġ rakkomandazzjonijiet mmarkati bħala "Importanti Ħafna", l-implimentazzjoni ta' waħda minnhom ġiet ittardjata meta mqabbel mal-pjan oriġinali, filwaqt li l-oħra ġiet meqjusa magħluqa, u li fi tmiem is-sena l-ebda rakkomandazzjoni kritika ma kienet miftuħa;

Kummenti oħra

18.  Jinnota li fl-2011 il-Qorti identifikat kwistjoni dwar id-dupplikazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn id-Direttur Amministrattiv u l-Kulleġġ tal-Eurojust; jinnota li din il-kwistjoni għadha miftuħa, billi l-ebda miżura korrettiva ma ttieħdet mill-Kulleġġ biex terġa' tiġi kkunsidrata d-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbilitajiet rispettivi sabiex tiġi evitata din id-dupplikazzjoni; jistieden lill-Eurojust tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sejba ta' soluzzjoni għal din il-kwistjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

o
o   o

19.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 282.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 282.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 282.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 282.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
PDF 437kWORD 93k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2118(DEC))
P8_TA(2015)0159A8-0080/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0080/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2118(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0080/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2118(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0080/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija ("l-Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 82 520 500, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 1,94 % meta mqabbel mal-baġit għall-2012,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward tas-seba' kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa erbgħa minnhom huma immarkati fir-rapport tal-Qorti tal-2013 bħala "Ikkompletata", waħda bħala "Parzjalment ikkompletata" u "Parzjalment għadha għaddejja" u tnejn bħala "Mhux Applikabbli"; jikkonstata, barra minn hekk, li għas-sitt kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012 , ittieħdu azzjonijiet korrettivi fir-rigward ta' ħames kummenti li issa huma mmarkati bħala ''Ikkompletata'' filwaqt li wieħed huwa mmarkat bħala ''Mhux applikabbli'';

2.  Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li:

   (a) il-validazzjoni tas-sistema kontabilistika tiegħu hija kkunsidrata bħala magħluqa fir-rapport tal-Qorti; jinnota bi tħassib li l-Qorti xorta tqis l-azzjoni korrettiva biex jiġu awtorizzati eċċezzjonijiet bħala għadhom għaddejjin u jappella lill-Uffiċċju biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tal-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva;
   (b) l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-awtorità ta' kwittanza dwar il-pubblikazzjoni tan-numru ta' dokumenti klassifikati pproċessati għadha għaddejja, peress li l-Uffiċċju qed ifittex il-parir tal-Kumitat tas-Sigurtà tiegħu u jikkonsulta l-oriġinaturi ta' informazzjoni klassifikata ta' bażi rigward l-approċċ biex tiġi ppubblikata l-informazzjoni; jappella lill-Uffiċċju biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq f'dan ir-rigward, kif ukoll dwar il-perjodu ta' żmien previst li fih għandha tiġi mitmuma;
   (c) jipprovdi informazzjoni pubblika, prinċipalment fuq is-sit tal-internet tiegħu li permezz tiegħu ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom il-possibilità li jabbonaw għal servizz postali awtomatizzat ta' informazzjoni rigward attivitajiet operattivi;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-effikaċja tal-proċeduri ta' akkwist fis-sena 2013 kienet affettwata minn xi deċiżjonijiet li mhumiex ibbażati fuq kriterji tal-għażla speċifiċi biżżejjed jew offerti ta' prezzijiet realistiċi, kif ukoll billi ma ġewx stabbiliti rekwiżiti professjonali, għalkemm l-Uffiċċju tejjeb il-preparazzjoni, l-eżekuzzjoni u d-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist matul is-snin; jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li flimkien mas-sejbiet tal-Qorti, huwa ta bidu għal rieżami fi ħdan l-organizzazzjoni kollha tal-proċess ta' akkwist globali fl-2014, bil-ħsieb li tiġi raffinata l-istruttura attwali interna u organizzattiva tal-proċessi ta' bażi; jappella lill-Uffiċċju biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tar-rieżami u t-titjib ippjanat għall-proċess ta' akkwist;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,60 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,20 %;

Impenji u riporti

5.  Jirrikonoxxi li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati naqas minn 19,64 % fl-2012 għal 11,60 % fl-2013; jinnota bi tħassib li l-livell ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati kien għadu għoli b'41 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva); jirrikonoxxi li dawn ir-riporti kienu prinċiplament relatati ma' modifiki ppjanati tal-bini tard fis-sena u ma' spejjeż amministrattivi oħra, li għalihom ma kinux waslu fatturi fi tmiem is-sena; jappella lill-Uffiċċju biex iżid l-isforzi tiegħu biex inaqqas ir-riporti futuri;

6.  Jieħu nota li l-livell ta' impenji kkanċellati riportati irreġistrat fl-2013 ammonta għal 8,9 % tal-ammont sħiħ riportat, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 8,4 % meta mqabbel mal-ammont reġistrat fl-2012; jinnota l-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-Uffiċċju sabiex jirrettifika din il-kwistjoni u jinnota li l-Qorti tqis il-kwistjoni bħala kompluta;

7.  Jaċċerta mill-Uffiċċju li b'segwitu għall-azzjonijiet tiegħu rigward it-tħejjija u l-valutazzjoni ta' rekwiżiti tekniċi għal riporti awtomatiċi, ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni mill-Qorti matul l-attivitajiet ta' awditjar annwali tagħha tal-2013;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.  Jieħu nota li l-Uffiċċju aġġorna l-Linji Gwida dwar ir-Reklutaġġ tiegħu u d-deskrizzjoni tal-proċess ta' reklutaġġ, kif ukoll id-dokumentazzjoni relatata tal-mudell skont ir-Regolament tal-Persunal(15) emendat li daħal fis-seħħ fl-2014; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju daħħal fis-seħħ il-Kodiċi ġodda ta' Kondotta sabiex isaħħaħ it-trasparenza u l-indipendenza fil-qadi ta' dmirijietu;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.  Jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni u l-maniġment superjuri, kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-interessi tad-Direttur, mhumiex disponibbli pubblikament; jappella lill-Uffiċċju biex jirrimedja s-sitwazzjoni b'mod urġenti;

Awditjar intern

10.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni, flimkien mal-Uffiċċju tal-Awditjar Intern tal-Uffiċċju, wettaq valutazzjoni tar-riskju sħiħa fl-2013 fir-rigward tal-qagħda tal-proċessi fi ħdan l-organizzazzjoni, li kopriet id-dimensjonijiet amministrattivi, finanzjarji, informatiċi u operattivi tal-attivitajiet tal-Uffiċċju; jirrikonoxxi li b'segwitu għall-awditjar, ġie ppreżentat ir-rapport dwar l-eżitu tal-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju, inkluż "Pjan Strateġiku ta' Awditjar Intern 2014-2016", quddiem il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Uffiċċju; ir-rapport identifika r-reklutaġġ, il-ġestjoni tal-partijiet interessati, l-akkwist u l-immaniġġjar tad-data, inkluża s-sigurtà tal-informazzjoni, bħala t-temi ta' awditjar ta' segwitu;

11.  Jieħu nota mill-Uffiċċju li l-IAS segwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu permezz ta' rieżami dokumentarju, u li fil-31 ta' Diċembru 2013 la kien hemm rakkomandazzjonijiet kritiċi u lanqas importanti ħafna li għadhom pendenti;

Kummenti oħra

12.  Jinnota li, f'konformità mal-linji gwida tal-Qorti kif ukoll il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Uffiċċju, huwa previst li l-fond tal-pensjonijiet tal-Europol se jiġi kkonsolidat mal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju b'effett mill-1 ta' Jannar 2016; jieħu nota mill-Uffiċċju li qed jitħejja strument leġiżlattiv rispettiv sabiex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni f'waqtha tal-bidliet implikati;

13.  Ifakkar il-kumment tal-Qorti, fir-rapport 2011 tagħha, li r-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju jirreferi għar-regoli u l-proċeduri dettaljati stabbiliti fir-Regoli ta' Implimentazzjoni tal-Uffiċċju għalkemm dawn ir-regoli għadhom ma ġewx adottati s'issa; iħeġġeġ lill-Uffiċċju biex jieħu azzjonijiet korrettivi f'dan ir-rigward;

o
o   o

14.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 290.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 290.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 290.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 290.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(16) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
PDF 436kWORD 93k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2089(DEC))
P8_TA(2015)0160A8-0093/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenera li tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0093/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2089(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenera li tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11),, u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0093/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2089(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0093/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 21 348 510, li jirrappreżenta żieda ta' 4,77 % meta mqabbel ma' dak għall-2012;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li għat-tliet kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u tnejn mit-tliet rakkomandazzjonijiet huma mmarkati bħala "Ikkompletata", filwaqt li waħda hija mmarkata bħala "Mhux Applikabbli";

2.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li:

   fl-2012 l-Aġenzija akkwistat servizzi ta' tindif, permezz ta' kuntratti qafas kumulattivi, lil żewġ fornituri, u li minħabba żball klerikali matul l-evalwazzjoni tal-offerti, il-klassifika tal-kuntratturi kienet żbaljata; jieħu nota li skont ir-rappurtar lill-Qorti, il-kuntratt ġie kkanċellat, il-klassifikazzjoni kkoreġuta u ġie ffirmat kuntratt ġdid mal-fornitur korrett rebbieħ;
   l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tal-Aġenzija għaċ-ċittadini tal-Unjoni hija fornuta fis-sit web tagħha bis-saħħa ta' strumenti multipli u permezz tal-pubblikazzjoni ta' dokumenti strateġiċi bħar-Rapport Annwali tal-Attività;
   l-Aġenzija baqgħet tapplika l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta wara deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tagħha; jikkonstata li dawn il-linji gwida se jkunu sostitwiti hekk kif l-Aġenzija tadotta l-mudell ta' linji gwida dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta tal-Aġenziji Regolatorji ;
   ftehimiet ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib ġew stabbiliti mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, man-Nazzjonijiet Uniti, mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjoni fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, mal-Istitut Universitarju Ewropew, mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u mal-Kunsill tal-Ewropa;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 70,27 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 11 % meta mqabbla mal-2012; jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li l-livell ġeneralment għoli tal-approprjazzjonijiet ta' impenn indika li l-impenji saru f'waqthom;

Impenji u riporti

4.  Jikkonstata bi tħassib il-livell għoli ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014, li kien 27 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u 69 % għat-Titolu III (nefqa operattiva); jieħu nota li l-ammonti riportati taħt it-Titolu II huma prinċipalment relatati max-xiri ppjanat ta' oġġetti u servizzi tal-IT; jieħu nota, barra minn hekk, li r-riporti taħt it-Titolu III prinċipalment jirriflettu n-natura pluriennali tal-proġetti operattivi tal-Aġenzija, fejn il-pagamenti jsiru skont l-iskedi ppjanati; jaċċerta ruħu, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li l-fatt li l-livell ta' kanċellazzjonijiet huwa inqas minn 2 % huwa indikazzjoni ta' ppjanar tajjeb u mmaniġġjar tajjeb tar-riporti;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

5.  Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija fir-rapport tal-Qorti; jikkonstata, barra minn hekk, li fir-rapport 2013 il-Qorti ma għamlet ebda kumment fir-rigward tal-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Aġenzija;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

6.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li hija adottat regoli proviżorji qabel l-adozzjoni tal-politika rieżaminata tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess abbażi tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE; jikkonstata li l-Aġenzija tinsab fil-proċess li tarmonizza r-regoli tal-Bord ta' Tmexxija tagħha u teħtieġ li tadotta r-regoli rigward il-persunal tagħha; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati tar-rieżami u l-armonizzazzjoni ladarba dawn ikunu disponibbli;

7.  Itenni t-talba tiegħu lill-aġenziji u lill-impriżi konġunti kollha biex jehmżu sistematikament mudell standardizzat rigward il-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali definittivi li jinkludi d-data mressqa fir-rapporti tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u fir-rapporti tagħhom dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tarmonizza l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tagħha ma' dawk ta' Aġenziji oħra tal-Unjoni;

8.  Jirrikonoxxi li kull membru tal-Kumitat tal-Għażla involut fil-proċedura ta' reklutaġġ għandu jiffirma Dikjarazzjoni ta' Nuqqas ta' Kunflitt ta' Interess u Kunfidenzjalità;

Awditjar intern

9.  Jikkonstata li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju sabiex jistabbilixxi l-pjan il-ġdid tal-awditu strateġiku tal-IAS għall-2013-2015; jieħu nota li wara l-evalwazzjoni tar-riskju, il-proċessi kollha ġew meqjusa mill-IAS bħala kkontrollati b'mod sodisfaċenti u ebda proċess ma tpoġġa fiż-żona ta' riskju għoli; jaċċerta ruħu mill-Aġenzija li f'Mejju 2013 il-Bord ta' Tmexxija approva l-pjan tal-awditu strateġiku tal-IAS;

10.  Jieħu nota li l-IAS wettaq awditu fuq il-ġestjoni tar-riżorsi umani f'Settembru 2013, fejn l-objettiv tal-awditu kien li jivvaluta u jipprovdi assigurazzjoni indipendenti dwar l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistema ta' kontroll intern tal-ġestjoni tar-riżorsi umani; jikkonstata li, wara l-awditu, l-IAS ta sitt rakkomandazzjonijiet, tnejn ikklassifikati bħala "Importanti ħafna" u erbgħa bħala "Importanti"; jikkonstata, barra minn hekk, li l-Aġenzija ppreżentat pjan ta' azzjoni ġenerali, li kien aċċettat mill-IAS, bil-għan li jittaffew il-kwistjonijiet li nstabu u li l-Aġenzija qed tieħu azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet kollha;

11.  Jikkonstata li l-IAS wettaq rieżami limitat dwar il-ġestjoni tal-kuntratti f'Ottubru 2013, li ħareġ bi tliet rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom hija immarkata bħala "Importanti ħafna" u tnejn bħala "Importanti"; jikkonstata, barra minn hekk, li l-Aġenzija ppreżentat pjan ta' azzjoni ġenerali, li kien aċċettat mill-IAS, bil-għan li jittaffew il-kwistjonijiet dwar il-ġestjoni tal-kuntratti u li l-Aġenzija qed tieħu azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet kollha;

12.  Jieħu nota li fl-2013, l-IAS segwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu permezz ta' rieżami dokumentarju, u li ma sab ebda rakkomandazzjoni pendenti fi tmiem is-sena;

o
o   o

13.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 301.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 301.
(3) ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 53, 22.02.2007, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 301.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 301.
(10) ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 53, 22.02.2007, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)
PDF 456kWORD 108k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2113(DEC))
P8_TA(2015)0161A8-0094/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0094/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2113(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0094/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2113(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0094/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 93 950 000, li jirrappreżenta żieda ta' 4,88  % meta mqabbel mal-2012,

B.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2013 ammontat għal EUR 85 500 000, li tirrappreżenta żieda ta' 1,79 % meta mqabbla ma' dik għall-2012,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli, iżda ma setgħetx tikseb biżżejjed evidenza xierqa għall-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward tal-erba' kummenti li saru fir-rapport  tal-Qorti tal-2011 u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa kumment wieħed huwa mmarkat fir-rapport tal-Qorti tal-2012 bħala "Ikkompletata" waqt li t-tlieta l-oħra għadhom immarkati bħala "Għadha għaddejja"; jinnota, barra minn hekk, li fir-rigward tas-sitt kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu wkoll azzjonijiet korrettivi u issa t-tliet kummenti huma mmarkati bħala ''Ikkompletata'' u t-tlieta l-oħra bħala "Għadha għaddejja";

2.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li:

   diversi miżuri tqiegħdu fis-seħħ biex jimmaniġġaw u jevitaw sitwazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess inkluż l-iżvilupp ta’ proċedura dixxiplinarja u dettaljata; jistieden lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar jekk hux se tiġi adottata politika speċifika għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess ibbażata fuq il-linji gwida tal-Kummissjoni,
   ir-riżultati u l-impatt tal-ħidma tal-Aġenzija fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni huma disponibbli għall-pubbliku fuq il-websajt tal-Aġenzija, l-aktar permezz tar-rapport ta' attivita' annwali tagħha iżda wkoll permezz ta’ kuntatti mal-midja u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili,
   Il-proċeduri tar-reklutaġġ eżaminati wrew nuqqasijiet sinifikanti li jaffettwaw it-trasparenza u t-trattament indaqs tal-kandidati: jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija implimentat proċeduri li għandhom l-għan li jnaqqsu dawk in-nuqqasijiet;

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

3.  Jiddispjaċih li għal sentejn konsekuttivi, il-Qorti ma sabet l-ebda assigurazzjonijiet raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżizzjonijiet tal-Aġenzija; jinnota li sabiex tivverifika l-infiq iddikjarat mill-pajjiżi li jikkooperaw, l-Aġenzija wettqet il-kontrolli tar-raġonevolezza qabel ma sar il-pagament għal operazzjonijiet konġunti ta' ritorn u ta' operazzjonijiet konġunti tal-art/baħar/ajru; jesprimi t-tħassib serju tiegħu minħabba li għall-ftehimiet ta’ għotja ffirmati qabel Ġunju 2013, normalment l-Aġenzija ma talbitx dokumentazzjoni li tappoġġa l-intitolamenti tal-pajjiżi li jikkooperaw; jenfasizza l-bżonn ta' analiżi dettaljata tal-użu tal-approporjazzjonijiet tal-Unjoni fil-qafas tal-operazzjonijiet konġunti tal-art/baħar/ajru;

4.  Jinnota li l-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet tal-2013 irriżultaw minn ftehimiet ta’ għotja li ġew iffirmati qabel Ġunju 2013; jinnota, barra minn hekk, li t-tranżazzjonijiet ta' għotja tal-2013 ma kienux soġġetti għal kontrolli ex post peress li l-għotjiet relatati mat-tranżazzjonijiet minn snin preċedenti biss huma soġġetti għal dawn il-kontrolli;

5.  Jinnota bi tħassib li, minħabba n-nuqqas ta’ evidenza suffiċjenti u xierqa dwar l-effettività ta’ verifiki ex ante u ex post fit-tranżazzjonijiet ta' għotja tal-2013, il-Qorti ma sabitx biżżejjed assigurazzjoni rigward il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet relatati ma’ għotijiet għal operazzjonijiet konġunti tal-art/baħar/ajru;

6.  Jilqa’ l-introduzzjoni ta’ sistema msaħħa u aktar komprensiva ta’ verifiki ex ante li ġiet introdotta għal ftehimiet ta’ għotja ffirmati wara Ġunju 2013 kif ġie rikonoxxut mill-Qorti; jinnota, barra minn hekk, mill-Aġenżija li kampjun statistiku użat mill-Qorti fl-awditu tagħha tal-2013 ma inkludiex tranżazzjonijiet li waqgħu taħt is-sistema msaħħa ta’ kontroll ex ante; jistieden lill-Aġenzija biex tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza b’rapport dwar il-verifiki ex post imwettqa taħt is-sistema ta’ verifika mtejba u b’analiżi dettaljata tat-titjib tas-sistema;

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

7.  Jinnota li, skont il-Qorti, ħlief għall-kwistjonijiet deskritti hawn fuq, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

8.  Jesprimi tħassib minħabba li skont ir-rapport tal-Qorti, id-dikjarazzjoniet tal-fornituri fl-aħħar tas-sena ġew rikonċiljati b’diffikultà kunsiderevoli; jindika l-ħtieġa għal monitoraġġ tal-bilanċi tal-fornituri b'mod aktar regolari u għal analiżi tad-differenzi b'mod aktar f'waqtu;

9.  Jinnota mill-Aġenzija, madankollu, li l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni huwa twil u eżerċizzju li jieħu l-ħin, li jeħtieġ il-kooperazzjoni u s-sistemi ta' informazzoni ta' kontabilità taż-żewġ naħat; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-biċċa l-kbira tal-entitajiet pubbliċi li jikkooperaw mal-Aġenzija la għandhom sistemi ta’ kontabilità ċentralizzati u lanqas ma jimplimentaw sistema ta' kontabilità abbażi tad-dovuti; jirrikonoxxi li fl-2014 l-Aġenzija nediet eżerċizzju ta’ rikonċiljazzjoni addizzjonali sabiex ittejjeb il-kwalità tar-rikonċiljazzjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess

10.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Aġenzija ma adottatx politika ċara, komprensiva u oġġettiva għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; jirrikonoxxi li minkejja li l-Aġenzija għadha ma ffirmatx il-ftehim tal-kwartieri ġenerali tagħha, dan ma jwaqqafhiex milli tadotta l-liġijiet interni, il-kodiċijiet u l-lingi gwida li jiddikjaraw id-definizzjonijiet, il-prinċipji u r-rekwiżiti essenzjali meħtieġa għal politika dwar il-kunflitti ta’ interess; iħeġġeġ lill-Aġenzija, barra minn hekk, biex tieħu passi konkreti sabiex jiġu riżolti u ġestiti l-każijiet li jikkonċernaw kunflitti ta’ interess; jistieden lill-Aġenzija biex tadotta dawk il-miżuri sa tmiem Settembru 2015 u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-eżitu konkret tal-politika tagħha dwar il-kunflitt ta’ interessi;

11.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija ilha tiffunzjona mill-2005 u għadha ma ppubblikat l-ebda CV u dikjarazzjoni tal-interessi tal-Bord Maniġerjali, il-persunal u l-esperti; jenfasizza l-ħtieġa għall-pubblikazzjoni tad-dokumenti msemmija hawn fuq li tippermetti l-identifikazzjoni u l-iżvelar ta’ interessi privati, li potenzjalment jistgħu jkunu f’kunflitt mad-dmirijiet tal-uffiċjali;

12.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tipproċedi bl-iżvelar rapidu, komplut u fil-fond tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi sa l-aħħar ta' Settembru 2015;

13.  Jistieden lill-Aġenzija biex tadotta politiki komprensivi għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet li jikkonċernaw kunflitti ta’ interess bħalma huma: iċ-ċessjoni tal-interess minn uffiċjal pubbliku, l-iskwalifika tal-uffiċjal pubbliku milli jkun involut fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ikkonċernat, ir-restrizzjoni ta’ aċċess mill-uffiċjal pubbliku kkonċernat għal informazzjoni partikolari, l-arranġament mill-ġdid tad-dmirijiet tal-uffiċjal pubbliku jew ir-riżenja tal-uffiċjal pubbliku mill-kariga tiegħu;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

14.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 97,75 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 63,98 %;

Impenji u riporti

15.  Jinnota li EUR 32 miljun, jew 35 % tal-approprjazzjonijiet impenjati fl-2013, ġew riportati għall-2014; jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li n-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija u r-riskji akbar ta’ avvenimenti mhux mistennija jirrappreżentaw sfida partikolari fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit annwali u li baġits emendatorji tard jibqgħu barra mill-kontroll tal-Aġenzija; jindika, madankollu, li għad hemm lok għal titjib tal-monitoraġġ baġitarju biex jgħin inaqqas il-livell ta' riporti; jitlob lill-Aġenzija tieħu azzjonjiet rapidi bl-għan li jitjieb il-kontroll fuq il-finanzjament tal-attvitajiet pluriennali operattivi tagħha;

16.  Jinnota li r-riporti jinkludu impenji globali ta’ EUR 5 200 000, li huwa l-bilanċ li jifdal minn sussidju addizzjonali ta' EUR 8 200 000; jinnota li s-sussidju sar disponibbli mill-awtoritajiet baġitarji lejn l-aħħar tal-2013 biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet operattivi urġenti u mhux mistennija; josserva li għalkemm l-impenn globali sar biex ikopri l-operazzjonijiet relatati fl-2014, ir-regolament finanzjarju tal-Aġenzija ma jipprovdix bażi ċara għal tali riporti; jiddispjaċih li r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, li jsegwi r-Regolament Finanzjarju Qafas rivedut, għadu vag dwar din il-kwistjoni, anke wara r-reviżjoni tiegħu fl-2013;

Trasferimenti

17.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li matul l-2013 saru 20 trasferiment baġitarju li ammontaw għal EUR 12 200 000; jirrikonoxxi li dan huwa parzjalment dovut għall-fatt li l-fondi meħtieġa għall-operazzjonijiet kienu ġew trasferiti minn intestaturi baġitarji oħra sakemm is-sussidji addizzjonali saru disponibbli; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Aġenzija naqqset l-għadd ta’ trasferimenti bi 30 % meta mqabbel mal-2012 u se tkompli bl-isforzi tagħha; josserva li l-ħtiġijiet operattivi se jkomplu jindirizzaw l-allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet lejn l-intestaturi baġitarji l-iktar fil-bżonn;

Awditjar intern

18.  Jinnota li matul l-2013 is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ma wettaq ebda inkarigu tal-awditjar ġdid fl-Aġenzija; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS segwa l-istatus tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet aċċettati mill-awditjar tal-IAS dwar il-"Ġestjoni tal-Għotjiet" u l-"Pjan operattiv, ibbażat fuq l-input tal-partijiet interessati interni u esterni"; jirrikonoxxi li l-IAS ikkonkluda li mill-ħames rakkomandazzjonijiet rapportati bħala lesti għal reviżjoni, erba’ huma implimentati b’mod xieraq u waħda hija klassifikata bħala "Importanti ħafna" li ħarġet mill-awditu dwar il-"ġestjoni tal-għotjiet" (2009) tnaqqset għal "Importanti";

Kummenti oħra

19.  Jinnota li, għalkemm l-Aġenzija ilha li saret operattiva mill-2005, sal-lum hija ħadmet biss abbażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti milli abbażi tal-ftehim komprensiv dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru, li qatt ma ġie ffirmat; jaqbel għalhekk mal-Qorti li tali ftehim jippromwovi aktar it-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li bihom joperaw l-Aġenzija u l-persunal tagħha; jitlob lill-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni u jitlob lill-Aġenzija biex tinkludi l-implikazzjonijiet tal-ftehim nieqes fir-rapport annwali li jmiss tagħha;

20.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li t-talbiet ripetuti tagħha lill-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti ma rnexxewx u li d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1168/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) f’Diċembru 2011 ma biddilx is-sitwazzjoni; jinnota mill-Aġenzija li l-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti dan l-aħħar esprimew ir-rieda tagħhom li jibdew in-negozjati u li l-iskambji jinsabu għadejjin; jistieden lill-Aġenzija biex tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza b’aġġornament dwar il-qagħda attwali tan-negozjati;

o
o   o

21.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 308.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 308.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 308.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 308.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Regolament (UE) Nru 1168/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 1).
(16) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA)
PDF 439kWORD 94k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2114(DEC))
P8_TA(2015)0162A8-0095/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0095/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-GNSS għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2114(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea tal-GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0095/2015),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2114(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0095/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 80 449 967, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 23,76 % meta mqabbel mal-2012,

B.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013 ammontat għal EUR 13 973 518, li jirrappreżenta żieda ta' 9,69 % meta mqabbel mal-2012,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta' kumment wieħed li sar fir-rapport tal-Qorti tal-2011 u mmarkat bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u l-kumment huwa issa mmarkat bħala "Ikkompletata"; jinnota barra minn hekk li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2012, ittieħdet azzjoni korrettiva waħda u dak il-kumment issa huwa mmarkat bħala ''Ikkompletata'' filwaqt li l-ieħor huwa mmarkat bħala ''Mhux applikabbli'';

2.  Jiddispjaċih ferm dwar il-fatt li l-Aġenzija ma weġbitx għall-kwestjonarju tal-awtorità ta' kwittanza rigward il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi; jistieden lill-Aġenzija tadotta politika ta' prevenzjoni u ta' ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi bħala kwistjoni urġenti u sabiex tiżviluppa u timplimenta politiki u proċeduri komprensivi u indipendenti sa tmiem Settembru 2015; iħeġġeġ lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar u dwar il-perjodu stabbilit għat-tlestija tagħha;

3.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija għadha ma ppubblikat ebda CV u ebda Dikjarazzjoni ta' Interessi tad-Direttur Eżekuttiv, tal-Bord tal-Amministrazzjoni jew ta' maniġment superjuri minkejja r-rakkomandazzjoni tal-awtorità ta' kwittanza tal-2014; jistieden lill-Aġenzija tirrimedja din is-sitwazzjoni b'urġenza sa tmiem Settembru 2015;

4.  Jinnota li l-Aġenzija naqset milli twieġeb b'mod sodisfaċenti l-mistoqsija tal-awtorità ta' kwittanza dwar soluzzjonijiet li jkunu kosteffikaċi u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent fuq il-post tax-xogħol tagħha; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar din il-kwistjoni;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

5.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija hija inkarigata li torganizza u tmexxi l-isfruttament tas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS); jinnota li abbażi ta' ftehim ta' delega mal-Kummissjoni, l-Aġenzija ffirmat kuntratt fl-2013 għall-isfruttament ta' EGNOS għall- perijodu mill-2014 sal-2021 għal ammont ta' xi EUR 588 miljun; jinsab imħasseb li għalkemm il-Qorti mhijiex qed tiddubita mill-kompetittività tal-proċedura, kriterju ta' eliġibbiltà li ġie applikat fl-ewwel fażi tal-proċedura ta' akkwist, li jeskludi applikazzjonijiet minn konsorzji, ma kienx f'konformità mar-regoli dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

6.  Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2012 irriżultaw f'rata ġenerali ta' approprjazzjonijiet impenjati qrib il-100 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 80,53 %;

Impenji u riporti

7.  Jinnota bi tħassib li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu II (Nefqa amministrattiva) kien wieħed għoli, u li kien jammonta għal EUR 1 800 000 jew 52 %; jirrikonoxxi li l-fatturi ewlenin li jikkontribwixxu għal dan il-livell għoli huma l-kuntratti speċifiċi ffirmati fl-aħħar tas-sena li jammontaw għal EUR 900 000, u dan minħabba li baġit emendatorju ġie approvat tard, f'Settembru 2013; jinnota barra minn hekk li madwar EUR 400 000 huma marbuta ma' servizzi fornuti iżda mhux fatturati fl-2013;

8.  Jesprimi diżappunt dwar il-ġestjoni fqira li rriżultat minn rata għolja ta' riporti ta' approprjazzjonijiet; iħeġġeġ lill-Aġenzija tieħu nota ta' dan u tirrimedja l-istrateġija ta' ġestjoni li wasslet għal dawn l-iżbalji serji;

Trasferimenti

9.  Jikkonstata li skont ir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija kif ukoll ir-rapport tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

10.  Jinnota li għall-2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas riżultati oħra tal-awditjar ma wasslu għal kummenti fir-rapport tal-Qorti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija;

11.  Jirrikonoxxi l-introduzzjoni ta' limitu ta' 65% bħala riżultat meħtieġ li kandidat irid jikseb biex jista' jkun mistieden għal intervista; jistieden lill-Aġenzija tikkunsidra s-sitwazzjoni fejn kandidat jew kandidati jkunu ġabu l-istess ammont ta' punti u jitlob lill-Aġenzija tfassal politika ċara biex tiddikjara l-eliġibbiltà tal-kandidati u tispeċifika l-għadd minimu u massimu ta' kandidati li se jkunu mistiedna għal intervista bi qbil ma' kriterji oġġettivi u trasparenti; iħeġġeġ lill-Aġenzija tadotta dawk ir-regoli interni sa tmiem Settembru 2015 u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tas-segwitu;

12.  Jesprimi tħassib dwar is-setgħat diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra li jġiegħlu kandidat li jkun għadda li jersaq għat-tieni intervista; jistieden lill-Aġenzija tippubblika l-kriterji użati mill-Awtorità tal-Ħatra, li għandhom ikunu ċari u komprensivi, biex jiġġustifikaw l-organizzazzjoni tat-tieni intervista u l-ħatra uffiċjali ta' kandidat fuq il-lista ta' riserva għall-kariga;

Awditjar intern

13.  Jirrikonoxxi li fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditjar f'konformità mal-Ippjanar Strateġiku tal-Awditjar tiegħu għall-2013-2015; jinnota barra minn hekk li l-IAS wettaq valutazzjoni tar-riskju operattiv li wassal għal Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern tal-IAS għall-Aġenzija, li jelenka s-suġġetti proposti għall-awditjar għall-2014-2016;

14.  Josserva li tul l-analiżi tar-riskji, l-IAS identifika ċerti proċessi ta' riskju inerenti għoli li ma setgħux jitqiesu li jistgħu jiġu awditjati fl-ambitu tal-pjan ta' awditjar, billi l-kontrolli kienu evalwati bħala assenti jew insuffiċjenti;

15.  Jieħu nota tal-fatt li l-IAS wettaq rieżami dokumentarju ta' segwitu dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu; jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2013 la kien hemm rakkomandazzjonijiet "Ferm importanti" u lanqas "Kritiċi" li għadhom pendenti;

16.  Jirrikonoxxi li fl-2013 l-IAS wettaq awditjar dwar Il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani fl-Aġenzija; jieħu nota tal-fatt li dan kopra l-oqsma ewlenin tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, b'enfasi fuq ir-reklutaġġ, il-valutazzjoni u l-iżvilupp tal-persunal, is-superviżjoni u l-kontroll kif ukoll l-ippjanar u l-allokazzjoni tar-riżorsi; jaċċerta ruħu mill-IAS li s-sistema ta' ġestjoni u kontroll li hemm fis-seħħ fl-Aġenzija tipprovdi biżżejjed assigurazzjoni fir-rigward tal-konformità mal-qafas ġuridiku applikabbli u l-proċeduri interni;

Kummenti oħra

17.  Jilqa' l-miżuri meħuda mill-Aġenzija fir-rigward tal-viżibbiltà u jinkoraġġixxiha tkompli tapplika dawk il-prattiki tajba;

o
o   o

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 318.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 318.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 318.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 318.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0130.


Kwittanza 2013: L-impriża konġunta ARTEMIS
PDF 444kWORD 105k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2132(DEC))
P8_TA(2015)0163A8-0103/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-impriża konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8-0049/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0103/2015),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2132(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-impriża konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8-0049/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0103/2015),

1.  Jipposponi l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2132(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0103/2015),

A.  billi l-Impriża Konġunta Artemis ("l-Impriża Konġunta") twaqqfet f’Diċembru 2007 għal perjodu ta’ 10 snin biex tiddefinixxi u timplimenta “Aġenda ta’ Riċerka” għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ewlenin għas-sistemi integrati tal-kompjuter f’diversi oqsma ta’ applikazzjoni biex issaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-Unjoni u sabiex tippermetti l-ħolqien ta’ swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà,

B.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Ottubru 2009,

C.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta’ 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta hi ta’ EUR 420 000 000 li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba’ Programm Kwadru tar-Riċerka,

D.  billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri tal-ARTEMIS għandhom jammontaw għal mill-inqas 1,8 darbiet il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni filwaqt li l-kontribuzzjoni in natura mill-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u żvilupp li jipparteċipaw fi proġetti għad-durata tal-Impriża Konġunta għandha tkun daqs jew akbar mill-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi.

E.  billi l-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC ingħaqdu biex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (JTI ECSEL) li bdiet l-attività tagħha f’Ġunju 2014 u se tibqa’ għaddejja għal 10 snin,

F.  billi r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 ġie prodott fuq il-prinċipju ta' negozju avvjat,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2013 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-flus tagħha fi tmiem is-sena, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regoli Finanzjarji tagħha;

2.  Jieħu nota li l-istrateġija ta' awditjar ex post tal-Impriża Konġunta li kienet adottata fil-25 ta’ Novembru 2010 ġiet modifikata fl-20 ta’ Frar 2013; jaċċerta mir-rapport tal-Qorti li bil-modifiki li saru fl-2013, l-istrateġija hija għodda ewlenija għall-valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

3.  Jikkonstata li skont ir-rapport tal-Qorti, il-pagamenti li saru fl-2013 li huma relatati ma’ ċertifikati ta’ aċċettazzjoni tal-ispejjeż maħruġa mill-awtoritajiet ta’ finanzjament nazzjonali tal-Istati Membri ammontaw għal EUR 11 700 000, jew 57 % tal-pagamenti operattivi totali;

4.  Josserva bi tħassib li l-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta’ finanzjament nazzjonali ma jinkludux arranġamenti prattiċi għal awditi ex post, għalkemm l-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti ġie ddelegat lill-awtoritajiet ta’ finanzjament nazzjonali;

5.  Jinnota li l-istrateġija ex post adottata mill-Impriża Konġunta tiddikjara li hi għandha tivvaluta mill-inqas darba fis-sena jekk l-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet ta’ finanzjament nazzjonali jipprovdux biżżejjed assigurazzjoni fir-rigward tar-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet esegwiti;

6.  Jinnota li skont ir-rapport tal-Qorti, l-Impriża Konġunta rċeviet rapporti tal-awditjar mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali li jkopru bejn wieħed u ieħor 46 % tal-ispejjeż relatati ma’ proġetti kkompletati; jinnota bi tħassib li l-Impriża Konġunta ma evalwatx il-kwalità ta’ dawk l-awditi u li, sa tmiem Marzu 2014, l-Impriża Konġunta ma kinitx irċeviet informazzjoni dwar l-istrateġiji ta' awditjar ta' sebgħa minn 23 awtorità ta’ finanzjament nazzjonali; jikkonstata barra minn hekk li l-Impriża Konġunta, għaldaqstant, ma kinitx f'pożizzjoni li tivvaluta jekk l-awditi ex post jipprovdux biżżejjed assigurazzjoni fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi.

7.  Jirrikonoxxi mill-Impriża Konġunta li minbarra t-titjib fl-istrateġija ta' awditjar ex post tagħha, ġie ppreżentat pjan ta’ azzjoni li għandu l-għan li jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti fl-opinjoni kwalifikata tagħha; jikkonferma li rċieva mingħand l-Impriża Konġunta l-aħħar aġġornament fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-awditjar ex post fl-Impriża Konġunta; jistenna l-opinjoni tal-Qorti dwar il-formola l-ġdida proposta għall-kalkolu tal-istima tar-rata ta' erruri residwi fit-tranżazzjonijiet tal-Impriża Konġunta; jinnota li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni bdiet fl-2014; jistenna bil-ħerqa l-implimentazzjoni b’suċċess tal-pjan ta’ azzjoni kollu kif ukoll l-opinjoni tal-Qorti dwar l-eżitu tiegħu; jirrimarka li jistgħu jinqalgħu diffikultajiet dwar il-konfini bejn l-awtorità sovrana tal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali u l-awtorità tal-Impriża Konġunta; jistieden lill-Impriża Konġunta biex tipprovdi l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni;

8.  Jaċċerta mir-rapport tal-Qorti li l-baġit inizjali 2013 tal-Impriża Konġunta kien fih approprjazzjonijiet ta’ impenn li jammontaw għal EUR 68,9 miljun u kien emendat fl-aħħar tas-sena, biex b’hekk l-approprjazzjonijiet ta’ impenn tnaqqsu għal EUR 32,6 miljun; jinnota bi tħassib li wara t-tnaqqis, ir-rata ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet biss 69 %, filwaqt li r-rata ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn operattivi kienet 99,4 %; ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni tal-baġit hija prinċipalment dovuta għall-proċess twil u kumpless għall-għeluq finanzjarju tal-proġetti.

9.  Jieħu nota li l-baġit massimu totali tal-Impriża Konġunta, skont ir-Regolament tat-twaqqif tagħha, jammonta għal EUR 410 miljun biex tkopri l-ispejjeż operattivi; jikkonstata barra minn hekk li l-ammont attwali ta' approprjazzjonijiet impenjati għas-sejħiet għal proposti jammonta għal EUR 201 miljun, jew 49 % tal-baġit totali;

10.  Jinsab imħasseb minħabba li hemm ftit informazzjoni dwar l-evalwazzjoni biex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp jikkorrispondu għal-livell reali tal-pagamenti tal-Unjoni; skont l-informazzjoni li waslet, il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri hija taħt il-livell ta' 1,8 mitlub mill-Istatut tal-Impriża Konġunta; jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza rigward il-kontribuzzjonijiet tal-membri kollha apparti l-Kummissjoni, inkluża l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-evalwazzjoni, flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

Qafas ġuridiku

11.  Jieħu inkonsiderazzjoni l-fatt li r-Regolament Finanzjarju l-ġdid applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ġie adottat fil-25 ta' Ottubru 2012 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013, filwaqt li l-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid ma daħalx fis-seħħ qabel it-8 ta' Frar 2014; jikkonstata li minħabba l-fużjoni fl-Impriża Konġunta ECSEL, ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta ma ġewx emendati biex jirriflettu dawn il-bidliet;

12.  Jinnota d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni(17) u l-ftehim politiku sussegwenti li ntlaħaq dwar kwittanza separata li għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, għall-Impriżi Konġunti skont l- Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju;

13.  Itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex tippreżenta valutazzjoni finanzjarja kompluta u xierqa tad-drittijiet u l-obbligi tal-Impriża Konġunta għall-perjodu sad-data meta l-Impriża Konġunta ECSEL bdiet l-attività tagħha;

Sistemi ta' kontroll intern

14.  Jinsab imħasseb minħabba li l-Impriża Konġunta ma stabbilitx kapaċità ta' awditjar intern kif mitlub fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament tat-twaqqif tagħha; jinnota, barra minn hekk, li għalkemm il-karta ta’ missjoni tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni Ewropea ġiet adottata mill-Bord tat-Tmexxija fil-25 ta’ Novembru 2010, ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati sabiex jinkludu d-dispożizzjoni tal-mudell tar-regolament finanzjarju li tirreferi għas-setgħat tal-IAS;

15.  Jieħu nota li fl-2013, l-IAS wettaq awditjar tal-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll intern tal-Impriża Konġunta fir-rigward tal-ġestjoni tal-esperti; jirrikonoxxi mill-konklużjonijiet tal-awditjar li s-sistema ta’ kontroll intern attwali tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli biex jinkisbu l-objettivi tal-Impriża Konġunta fir-rigward tal-ġestjoni tal-esperti; jinnota, barra minn hekk, li saru bosta rakkomandazzjonijiet importanti fir-rigward tal-adozzjoni ta' politika komprensiva ta' kunfidenzjalità, kif ukoll fir-rigward tas-sensittività tal-kariga tal-uffiċjal tal-programm u tar-regoli għall-allokazzjoni tal-piż tax-xogħol għall-evalwaturi mbiegħda;

16.  Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta, flimkien mal-Impriżi Konġunti Clean Sky, ENIAC, FCH u IMI kienu s-suġġett ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-IT fir-rigward tal-infrastruttura kondiviża tagħhom tal-IT imwettqa mill-IAS;

17.  Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li l-Pjan ta’ Rkupru minn Diżastru għall-infrastruttura komuni tal-IT tal-Impriża Konġunta ma ġiex approvat; jikkonstata li l-Impriża Konġunta ħadet miżuri fil-livell proprju tagħha sabiex tindirizza s-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

Kunflitti ta' interess

18.  Jinnota bi tħassib kbir li l-Impriża Konġunta naqset milli tirrispetta r-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza tal-2014 u ma adottatx politika komprensiva dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitt ta’ interessi; itenni l-ħtieġa ta' definizzjoni ċara ta’ dan il-kunċett ta’ kunflitt ta’ interess, li għandha tinkludi kemm l-interessi finanzjarji kif ukoll dawk mhux finanzjarji;

19.  Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex tipproċedi bl-iżvelar rapidu, komplut u fil-fond tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi mid-Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-Bord tat-Tmexxija tagħha sa Settembru 2015; jitlob ukoll li sa Settembru 2015 tinħoloq bażi ta’ data aġġornata regolarment li tinkludi l-informazzjoni kollha relatata ma’ kunflitti ta’ interess u proċedura biex dawn jiġu ġestiti, u jinħoloq mekkaniżmu biex jiġi indirizzat il-ksur tal-politika;

20.  Jappella lill-Impriża Konġunta biex tadotta politiki komprensivi għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess, bħaċ-ċessjoni tal-interess mill-uffiċjali pubbliċi, l-iskwalifika tal-uffiċjali pubbliċi milli jkunu involuti fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet ikkonċernati, ir-restrizzjoni ta’ aċċess mill-uffiċjali pubbliċi kkonċernati għal informazzjoni partikolari, l-arranġament mill-ġdid tad-dmirijiet tal-uffiċjali pubbliċi jew ir-riżenja tal-uffiċjali pubbliċi mill-kariga tagħhom;

21.  Peress li l-Impriża Konġunta ngħaqdet fl-2014, l-awtorità ta’ kwittanza tappella lill-Impriża Konġunta ECSEL biex ma tkomplix bin-nuqqas ta’ politika dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;

Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati tar-riċerka

22.  Jieħu nota tal-fatt li d-deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru(18) tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar b'rabta mal-protezzjoni, it-tixrid u t-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka; jaċċerta li l-Impriża Konġunta żviluppat proċeduri f’dan ir-rigward sabiex jiġu mmonitorjati l-protezzjoni u t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħhom fi stadji differenti tal-proġett; jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li hemm aktar ħtieġa ta’ żvilupp sabiex jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni;

23.  Jirrikonoxxi li bejn Settembru 2012 u Frar 2013, twettqet it-Tieni Evalwazzjoni Interim tal-Kummissjoni li tivvaluta l-Impriża Konġunta flimkien mal-Impriża Konġunta ENIAC f’termini ta’ rilevanza, effikaċja, effiċjenza u kwalità tar-riċerka; jieħu nota li r-rapport inħareġ f’Mejju 2013 u kien fih diversi rakkomandazzjonijiet għall-Impriża Konġunta; jinnota li dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma relatati mal-effiċjenza tar-rieżamijiet tal-proġetti, it-titjib fit-tqabbil tal-portafoll tal-proġetti mal-miri strateġiċi Ewropej u l-adegwatezza tal-metrika għall-kejl tal-impatt u s-suċċess tal-proġetti tagħha;

24.  Jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proġetti li diġà tlestew; jappella biex dak ir-rapport jiġi ppreżentat lill-awtorità ta' kwittanza flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

25.  Ifakkar li l-awtorità ta' kwittanza ġa talbet lill-Qorti biex tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, biex jiġu żgurati valur miżjud u eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni.

(1) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 8.
(2) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 9.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(6) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(8) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(9) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 8.
(10) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 9.
(11) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(12) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(13) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(14) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(17) ĠU L 163, 29.5.2014, p. 21.
(18) Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 6).


Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta Clean Sky
PDF 447kWORD 110k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2131(DEC))
P8_TA(2015)0164A8-0107/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0107/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2131(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0107/2015),

1.  dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2131(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0107/2015),

A.  billi l-Impriża Konġunta "Clean Sky" (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita fl-2007 għal perjodu ta' 10 snin biex taċċelera l-iżvilupp, il-validazzjoni u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji nodfa tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni bil-għan li jibdew jintużaw mill-aktar fis possibbli,

B.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009;

C.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab industrijali bħal pereżempju l-mexxejja tad-"Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrat" (ITDs), flimkien mal-membri assoċjati tal-ITDs,

D.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta’ 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta, li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka, hija ta’ EUR 800 000 000 u membri oħrajn tal-Impriża Konġunta għandhom jikkontribwixxu riżorsi mill-inqas ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni, inklużi l-kontribuzzjonijiet in natura;

E.  billi l-Impriża Konġunta involviet mill-bidu tal-operazzjonijiet tagħha aktar minn 600 parteċipant fil-Programm tagħha u wasslet għal kollaborazzjonijiet ġodda u għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ġodda;

F.  billi l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) ipparteċipaw b'mod wiesa' fil-Programm, b’madwar 40 % tal-baġit għal sejħiet għall-proposti allokati lilhom.

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2013 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-flus tagħha fi tmiem is-sena, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regoli Finanzjarji tagħha;

2.  Jinnota li l-Qorti, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta (“ir-Rapport tal-Qorti”), indikat li t-tranżazzjonijiet ta' bażi għall-kontijiet annwali huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

3.  Jinnota li l-baġit emendatorju finali 2013 tal-Impriża Konġunta kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn għal ammont ta’ EUR 250 400 000 u approprjazzjonijiet ta’ pagament għal ammont ta’ EUR 158 200 000; jinnota barra minn hekk li r-rata ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn kienet ta’ 90,6 %, filwaqt li r-rata għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 87,7 %;

4.  Jinnota bi tħassib li r-rata aktar baxxa ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għadha tirrifletti d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-baġit, għalkemm ir-rata tjiebet meta mqabbla mas-sena ta' qabel (75 %); jirrikonoxxi li dawn il-kwistjonijiet prinċipalment jirriżultaw mid-dewmien fl-implimentazzjoni ta' attivitajiet kif ukoll mit-tul ta' żmien li jgħaddi bejn il-pubblikazzjoni ta' sejħiet għal proposti u l-iffirmar ta' ftehimiet ta' għotjiet; jinnota, f’dan ir-rigward, li minn Diċembru 2013, kien hemm biss 14 mit-38 ftehim ta’ għotja li ġew iffirmati, b’medja ta' żmien ta' firma ta' disa’ xhur miż-żmien tas-sejħa għal proposti u ħames xhur mit-tmiem tan-negozjati;

5.  Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li skont ir-regolament tat-twaqqif tal-Impriża Konġunta, il-membri tal-Impriża Konġunta għajr il-Kummissjoni għandhom jikkontribwixxu riżorsi ta' mhux anqas minn EUR 600 000 000, li jinkludu l-kontribuzzjonijiet tagħhom sabiex ikopru l-kost operazzjonali; jinnota li fiż-żmien tal-awditjar tal-Qorti, il-kontribuzzjoni impenjata mill-Unjoni kienet tammonta għal EUR 713 000 000 filwaqt li r-riżorsi mill-membri kienu jammontaw għal EUR 409 000 000; jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza rigward il-kontribuzzjonijiet tal-membri kollha apparti l-Kummissjoni, inkluża l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-evalwazzjoni, flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

Sistemi ta' kontroll intern

6.  Jirrikonoxxi l-opinjoni tal-Qorti li l-Impriża Konġunta kompliet ittejjeb il-proċeduri ta’ ġestjoni, amministrattivi, finanzjarji u kontabilistiċi tagħha matul l-2013 u jinnota f’dan ir-rigward it-tlestija tal-"Għodda tal-ġestjoni tal-għotjiet (għodda GMT)"; jistieden lill-Impriża Konġunta biex tiffinalizza l-integrazzjoni tal-għodda GMT kif ukoll biex fl-għodda tintegra l-informazzjoni kollha relatata ma’ eżerċizzji tal-awditjar ex post;

7.  Jinnota li bosta nuqqasijiet ġew identifikati meta l-għodda GMT ġiet ittestjata mill-uffiċjal tal-kontabilità; jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti li segwitu marbut mar-riżoluzzjoni ta’ dawn in-nuqqasijiet huwa meħtieġa, b’mod partikolari rigward il-funzjoni użata biex jiddaħħlu kummenti magħmula mill-uffiċjali finanzjarji u tal-verifika, minħabba li din il-funzjoni hija essenzjali għall-proċedura ta’ validazzjoni; jinnota li ġew implimentati diversi żviluppi ta’ GMT mill-Impriża Konġunta fl-ewwel nofs tal-2014 u huma ppjanati żviluppi oħra tas-sistema;

8.  Jinnota li l-kontroll ex ante fuq l-attivitajiet imwettqa minn membri tal-Impriża Konġunta identifika każ wieħed meta, kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta u tal-manwal tal-proċeduri tagħha, l-istess membru tal-persunal wettaq il-proċedura għall-validazzjoni tal-impenn fil-kapaċità kemm tal-aġent tal-verifika kif ukoll ta' uffiċjal tal-awtorizzazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li sar pagament wieħed taħt il-kondizzjonijiet deskritti hawn fuq; jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta aġġornat is-sistema ta’ superviżjoni finanzjarja billi introduċiet atturi ġodda biex iwettqu r-rwoli ta’ verifikatur finanzjarju u dak ta' uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, u li l-funzjonijiet ta' bidu u tal-verifika/awtorizzazzjoni qed jinżammu separati; jinnota, barra minn hekk, it-tieni każ identifikat mill-kontroll ex ante li fih ir-rapport tekniku ta’ valutazzjoni ma kienx disponibbli fl-għodda GMT;

9.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li kienu identifikati serje ta’ nuqqasijiet fir-rigward tal-kontroll ex ante ta’ dikjarazzjonijiet ta' spiża ppreżentati mis-sħab tal-Impriża Konġunta, bħal:

   (a) il-kontrolli ex ante għal listi ta' kontroll ta' dikjarazzjonijiet ta' spiża mhux dejjem kienu kompluti;
   (b) f’każ partikolari l-kompiti tal-verifikazzjoni finanzjarja u operattiva u l-awtorizzazzjoni twettqu mill-istess membru tal-persunal, kif ukoll tliet każijiet oħra fejn il-kompiti tal-uffiċjali finanzjarji u tal-awtorizzazzjoni twettqu mill-istess membru tal-persunal; jinnota bi tħassib li dawn il-każijiet imorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-proċeduri finanzjarji u l-prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet;
   (c) f'każ ieħor, il-ftehim ta' għotja mas-sieħeb ġie ffirmat ħames xhur wara li l-attivitajiet kienu bdew, kif kien approvat fir-rapport tan-negozjati u fil-ftehim tal-għotja, iżda fin-nuqqas tad-dikjarazzjoni meħtieġa li tiġġustifika l-ħtieġa li jinbdew l-attivitajiet qabel il-firma tal-ftehim ta' għotja; jinnota r-riżultati importanti miksuba fir-rigward tal-ġestjoni tal-ftehim ta’ għotja għas-Sħab fis-sena 2013 fejn ġew iffirmati total ta’ 106 ftehim ta’ għotja ġdid għas-Sab, ġew finalizzati b’suċċess total ta’ 99 negozjati għal ftehimiet ġodda ta’ għotja mas-Sħab, ġew iffirmati total ta’ 106 emenda għal għotjiet li għaddejjin u kien hemm total ta’ 105 pagamenti lis-Sħab;
   (d) mill-31 ta' Diċembru 2013, minn 163 dikjarazzjoni ta' spiża, 56 ma tressqux; jinsab imħasseb ħafna li 15 mis-56 dewmien qabeż is-sena;

10.  Jirrikonoxxi mill-Impriża Konġunta li l-każijiet ta’ nuqqas ta’ segregazzjoni tad-dmirijiet kienu każijiet eċċezzjonali kkawżati min-nuqqas ta’ atturi oħra disponibbli li kapaċi jwettqu d-dmirijiet ikkonċernati;

11.  Jinnota li matul l-2013, f'kooperazzjoni mal-kumpanija esterna ta' awditjar, l-awditur intern beda awditu tal-proċessi tan-negozju tal-Impriża Konġunta relatati mal-"Koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-ITD" u l-"Ġestjoni tal-attivitajiet tas-Sħab";

12.  Jaċċerta li minħabba l-osservazzjonijiet tas-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni rigward il-Ġestjoni tal-Għotjiet — Ippjanar Annwali, f’Marzu 2013 l-Impriża Konġunta adottata pjan ta’ azzjoni, li fiż-żmien tal-awditjar, ma ġiex implimentat b’mod sħiħ; jinnota li l-osservazzjonijiet ewlenin fir-rapport tal-IAS jikkonċernaw id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programm, in-nuqqas ta' utilizzazzjoni tal-baġit u diffikultajiet fl-evalwazzjoni tal-konsum ta' riżorsi;

13.  Jirrikonoxxi li fl-14 ta' Marzu 2014, l-IAS ippreżenta r-riżultati tal-awditu li jikkonċernaw l-adegwatezza u l-effettività tas-sistema ta' kontroll intern, fir-rigward tal-Ġestjoni tal-Għotjiet u l-implimentazzjoni finanzjarja tagħha; jinnota l-konklużjonijiet tal-IAS, li sistemi ta’ kontroll intern fis-seħħ jagħtu assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi tan-negozju stabbiliti mill-Impriża Konġunta għall-Ġestjoni tal-Ġħotjiet u l-implimentazzjoni finanzjarja tagħha; jinnota, barra minn hekk, erbgħa osservazzjonijiet importanti u żewġ osservazzjonijiet importanti ħafna dwar il-formalizzazzjoni tal-proċedura għall-validazzjoni ta' riżultati tanġibbli tal-proġett, kif ukoll titjib meħtieġ għall-validazzjoni ex ante kkonsolidata u għal-listi ta’ kontroll;

14.  Jinnota, barra minn hekk, li l-IAS wettaq valutazzjoni tar-riskju tal-IT tal-infrastruttura komuni tal-IT li l-Impriża Konġunta tikkondividi mal-Impriżi Konġunti FCH, IMI, ENIAC u ARTEMIS;

15.  Jirrikonoxxi li l-karta ta' missjoni tal-IAS ġiet adottata mill-Bord ta' Tmexxija fil-31 ta’ Marzu 2011; jinnota li r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati biex jinkludu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ta’ qafas(17) li jirreferu għas-setgħat tal-awditur intern tal-Kummissjoni minħabba l-adozzjoni pendenti tar-Regolament (UE) Nru 110/2014 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li daħal fis-seħħ biss fit-8 ta’ Frar 2014;

16.  Jirrikonoxxi li d-deċiżjon i tas-Seba' Programm Kwadru(18) (Deċiżjoni FP7) tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar relatata mal-protezzjoni, id-disseminazzjoni u t-trasferiment tar-riżultati ta' riċerka; jinnota bi tħassib li l-proċeduri relatati mas-sistema ta' monitoraġġ u ta’ rappurtar żviluppati mill-Impriża Konġunta ma jissodisfawx għal kollox id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni FP7 fir-rigward tad-disseminazzjoni tar-riżultati ta' riċerka u l-integrazzjoni tagħhom fis-sistemi tal-Kummissjoni; jistieden lill-Impriża Konġunta ssolvi din is-sitwazzjoni b'mod urġenti;

17.  Jinnota li bejn Marzu u Ottubru 2013 il-Kummissjoni wettqet it-tieni evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta u vvalutatha f’termini tal-effikaċja, l-effiċjenza u l-kwalità tar-riċerka;

18.  Jinsab imħasseb li r-rapport mill-evalwazzjoni interim ipproduċa bosta rakkomandazzjonijiet rigward l-għadd inadegwat ta' persunal tekniku għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha, il-ħtieġa għall-armonizzazzjoni ta' rapporti ta' progress dwar l-attività u rapporti ta' evalwazzjoni teknika fost il-membri tal-ITDs tal-Impriża Konġunta kif ukoll il-ħtieġa għal titjib fil-proċeduri għall-għażla ta' sottokuntratturi; jinnota, barra minn hekk, li sabiex jissaħħu l-konformità ġenerali u l-prestazzjoni, l-Impriża Konġunta għandha tiddokumenta aħjar il-proċess tal-Ftehimiet ta' Għotja;

19.  Jirrikonoxxi li d-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta adotta l-pjan tal-kontinwità tan-negozju tiegħu fid-29 ta’ Novembru 2013 li jkopri l-irkupru mid-diżastri, il-passi immedjati li għandhom jittieħdu wara, l-arranġamenti ta’ rkupru u ż-żamma tal-attivitajiet;

Qafas ġuridiku

20.  Jieħu inkonsiderazzjoni l-fatt li r-Regolament Finanzjarju l-ġdid applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ġie adottat fil-25 ta' Ottubru 2012 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013, filwaqt li r-Regolament (UE) Nru 110/2014 ma daħalx fis-seħħ qabel it-8 ta' Frar 2014; jirrikonoxxi li r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta ġew emendati biex jieħdu inkonsiderazzjoni r-Regolament (UE) Nru 110/2014 fit-3 ta' Lulju 2014;

Kummenti oħra

21.  Jikkonstata d-Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) u l-qbil politiku sussegwenti li ntlaħaq dwar il-kwittanza separata għall-Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju;

22.  Jappella lill-Qorti biex tippreżenta valutazzjoni finanzjarja sħiħa u xierqa tad-drittijiet u l-obbligi tal-Impriża Konġunta għall-perjodu sad-data meta bdiet topera l-Impriża Konġunta Clean Sky 2;

23.  Jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proġetti li diġà tlestew; jappella biex dak ir-rapport jiġi ppreżentat lill-awtorità ta' kwittanza flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

24.  Jinnota li f'Diċembru 2013 l-Impriża Konġunta adottat il-Kodiċi ta' Kondotta għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-kunflitti ta' interess applikabbli għal membri privati tal-Bord ta' Tmexxija; jinsab imħasseb li l-adozzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta applikabbli għall-membri tal-persunal u atturi oħra, inklużi l-esperti, kien għadu pendenti fiż-żmien tal-verifika; jindika li l-Impriża Konġunta ma żviluppatx bażi ta' data biex tirreġistra l-kunflitti ta' interess, l-inkompatibbiltajiet, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti relatati.

25.  Jinnota bi tħassib li l-obbligu sabiex jippubblikaw is-CVs u d-Dikjarazzjonijiet tal-Interessi ma japplikax għall-membri tal-persunal u l-esperti; jistieden lill-Aġenzija Konġunta testendi dan l-obbligu anke għall-membri tal-persunal u l-esperti; Iħeġġeġ lill-Aġenzija Konġunta biex tagħti rendikont tal-każijiet kollha ta' kunflitti ta' interess sa tmiem Settembru 2015;

26.  Jitlob lill-Impriża Konġunta biex tadotta politiki komprensivi għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess, bħaċ-ċessjoni tal-interess mill-uffiċjali pubbliċi, l-iskwalifika tal-uffiċjali pubbliċi milli jkunu involuti fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet ikkonċernati, ir-restrizzjoni ta’ aċċess mill-uffiċjali pubbliċi kkonċernati għal informazzjoni partikolari, l-arranġament mill-ġdid tad-dmirijiet tal-uffiċjali pubbliċi jew ir-riżenja tal-uffiċjali pubbliċi mill-kariga tagħhom a tmiem Settembru 2015;

27.  Ifakkar li l-awtorità ta' kwittanza ġa talbet lill-Qorti tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, biex jiżguraw valur miżjud u eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni;

28.  Jemmen li, fejn xieraq, ir-rabtiet bejn l-Impriża Konġunta u l-Impriża Konġunta SESAR għandhom jissaħħu, jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem maż-żewġ impriżi konġunti biex ittejjeb il-komunikazzjoni u ssaħħaħ is-sinerġiji u l-komplementaritajiet, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ koinċidenza bejn l-attivitajiet taż-żewġ impriżi konġunti inkwistjoni;

(1) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 17.
(2) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 18.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.
(6) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(8) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(9) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 17.
(10) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 18.
(11) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(12) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(13) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.
(14) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(17) Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(18) ĠU L 412, 30.12.2006, p.1.
(19) ĠU L 163, 29.5.2014, p. 21.


Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta ENIAC
PDF 438kWORD 99k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2135(DEC))
P8_TA(2015)0165A8-0104/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0104/2015),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2135(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0104/2015),

1.  Jiddifferixxi l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2135(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0104/2015),

A.  billi l-Impriża Konġunta ENIAC ("l-Impriża Konġunta") ġiet stabbilita fl-20 ta' Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tiddefinixxi u timplimenta "aġenda ta' riċerka" għall-iżvilupp ta' kompetenzi essenzjali għan-nanoelettronika f'oqsma ta' applikazzjoni differenti;

B.  billi l-Impriża Konġunta ngħatat l-awtonomija finanzjarja tagħha f'Lulju 2010;

C.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, l-Isvezja u r-Renju Unit u l-Assoċjazzjoni għall-Attivitajiet Nanoelettroniċi Ewropej (AENEAS);

D.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta hija ta' EUR 450 000 000, u din għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru tar-Riċerka;

E.  billi l-kontribuzzjoni massima tal-AENEAS għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR 30 000 000 u l-Istati Membri għandhom jagħtu kontributi in natura għall-ispejjeż operattivi kif ukoll jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' mill-anqas 1,8 darba l-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

F.  billi l-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC ingħaqdu biex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (JTI ECSEL) li bdiet l-attività tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' għaddejja għal 10 snin;

G.  billi r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 ġie prodott fuq il-prinċipju ta' negozju avvjat;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 kif ukoll ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għal tmiem is-sena, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

2.  Jesprimi tħassib li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali, abbażi tal-fatt li ma setgħetx tikkonkludi jekk l-istrateġija ta' awditjar ex post, li tiddependi ħafna mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali (NFAs) għall-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż marbuta mal-proġetti, tipprovdix jew le assigurazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi; iqis li l-opinjoni kkwalifikata qiegħdet dubju dwar ir-rieda tal-Impriża Konġunta li tkun effikaċi u effiċjenti skont il-prinċipju tal-"valur għall-flus"; iħeġġeġ għalhekk lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-istrateġija tagħha biex tibdel malajr il-prattiki attwali;

3.  Jinnota li l-Qorti tqis li l-informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' awditjar ex post tal-Impriża Konġunta mhijiex suffiċjenti biex il-Qorti tasal għal konklużjoni dwar jekk din l-għodda ta' kontroll ewlenija hijiex qed tiffunzjona b'mod effikaċi; itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex, permezz tal-awditi indipendenti tagħha, tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza l-opinjoni tagħha stess dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta;

4.  Ifakkar li fl-2010 l-Impriża Konġunta adottat strateġija ta' awditjar ex post u li l-implimentazzjoni tagħha bdiet fl-2011; jinnota li l-awditjar tad-dikjarazzjonjiet tal-ispejjeż marbuta mal-proġetti ġie delegat lill-NFAs tal-Istati Membri; jinnota li l-istrateġija ta' awditjar ex post tal-Impriża Konġunta tiddependi ħafna mill-NFAs għall-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż marbuta mal-proġetti;

5.  Jinnota, barra minn hekk, li fl-2010 l-Impriża Konġunta wettqet analiżi limitata tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż li kkonkludiet li r-rata ta' żball fil-programm hija taħt it-2 %; jinnota l-opinjoni tal-Qorti li l-eżerċizzju ma inkluda l-ebda awditjar u li ma pprovdiex assigurazzjoni għar-regolarità tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż analizzati;

6.  Jirrikonoxxi mill-Impriża Konġunta li ġie preżentat pjan ta' azzjoni bl-għan li jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti fl-opinjoni kwalifikata tagħha; jikkonferma li rċieva mingħand l-Impriża Konġunta l-aħħar aġġornament fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-awditjar ex post fl-Impriża Konġunta; jistenna l-opinjoni tal-Qorti dwar il-formola l-ġdida proposta għall-kalkolu tal-istima tar-rata ta' erruri residwi fit-tranżazzjonijiet tal-Impriża Konġunta; jinnota li l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni bdiet fl-2014; jistenna bil-ħerqa l-implimentazzjoni b'suċċess tal-pjan ta' azzjoni kollu kif ukoll l-opinjoni tal-Qorti dwar l-eżitu tiegħu; jirrimarka li jistgħu jinqalgħu diffikultajiet dwar il-konfini bejn l-awtorità sovrana tal-NFAs u l-awtorità tal-Impriża Konġunta; jistieden lill-Impriża Konġunta biex tipprovdi l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni;

7.  Jieħu nota li fil-bidu l-baġit operattiv tal-Impriża Konġunta għas-sena 2013 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 115 600 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 59 700 000; jinnota li fi tmiem is-sena l-Bord ta' Tmexxija adotta baġit emendatorju, li żied l-approprjazzjonijiet ta' impenn għal EUR 170 000 000 u naqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament għal EUR 36 100 000 u li rriżulta f'rata ta' implimentazzjoni ta' 100 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn operattivi u ta' 95 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament;

8.  Jinsab imħasseb minħabba li hemm ftit informazzjoni dwar l-evalwazzjoni biex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri jikkorrispondu għal-livell reali tal-pagamenti tal-Unjoni; skont l-informazzjoni li waslet, il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri hija taħt il-livell ta' 1,8 mitlub mill-Istatut tal-Impriża Konġunta; jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza rigward il-kontribuzzjonijiet tal-membri kollha apparti l-Kummissjoni, inkluża l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-evalwazzjoni, flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

9.  Jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proġetti li diġà tlestew; jappella biex dak ir-rapport jiġi ppreżentat lill-awtorità ta' kwittanza flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

Sistemi ta' kontroll intern

10.  Jirrikonoxxi li fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni awditja l-adegwatezza u l-effikaċja tal-proċess ta' ġestjoni tal-għotjiet u kkonkluda li l-proċeduri fis-seħħ qed jipprovdu assigurazzjonijiet suffiċjenti; jinnota li r-rapport jinkludi għadd ta' rakkomandazzjonijiet u li l-Impriża Konġunta indirizzat it-tnejn prinċipali minnhom, jiġifieri t-twaqqif ta' proċess dokumentat għall-għażla tal-esperti u l-kontroll fuq id-drittijiet ta' aċċess;

11.  Jieħu nota li l-Impriża Konġunta, flimkien mal-Impriżi Konġunti Clean Sky, ARTEMIS, FCH u IMI, kienet soġġetta għal valutazzjoni tar-riskju tal-IT imwettqa mill-IAS dwar l-infrastruttura tal-IT komuni kondiviża bejniethom; jinnota mir-rapport il-ħtieġa li jkunu formalizzati l-politiki ta' sigurtà tal-IT kif ukoll il-ħtieġa li jkunu inklużi proċeduri dettaljati f'kuntratti futuri mal-fornituri ta' servizz tal-IT;

12.  Jinnota li d-deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar relatata mal-protezzjoni, id-disseminazzjoni u t-trasferiment tar-riżultati ta' riċerka; jaċċerta li l-Impriża Konġunta żviluppat proċeduri f'dan ir-rigward sabiex jiġu mmonitorjati l-protezzjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati ta' riċerka tagħhom fi stadji differenti tal-proġett; jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li hemm aktar bżonn ta' żvilupp sabiex id-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni jiġu ssodisfati għalkollox;

13.  Jirrikonoxxi li bejn Settembru 2012 u Frar 2013, il-Kummissjoni wettqet it-Tieni Evalwazzjoni Interim sabiex tivvaluta l-Impriża Konġunta u l-Impriża Konġunta ARTEMIS f'termini ta' rilevanza, effikaċja, effiċjenza u kwalità tar-riċerka; jieħu nota li r-rapport inħareġ f'Mejju 2013 u kien fih diversi rakkomandazzjonijiet għall-Impriża Konġunta; ifakkar li l-miżuri jikkonċernaw l-effiċjenza tal-analiżijiet tal-proġetti, il-miżuri li għandhom jittieħdu biex ikun hemm tqabbil aħjar tal-portafoll tal-proġetti mal-miri strateġiċi tal-Unjoni u l-parametri xierqa għall-kejl tal-impatt u s-suċċess tal-proġetti tagħha;

Sejħiet għal proposti

14.  Jirrikonoxxi li l-aħħar żewġ sejħiet għal proposti tnedew fl-2013 u ppermettew lill-Impriża Konġunta tuża l-EUR 170 000 000 li kien fadal;

Qafas ġuridiku

15.  Jieħu inkonsiderazzjoni l-fatt li r-Regolament Finanzjarju ġdid applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ġie adottat fil-25 ta' Ottubru 2012 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013, filwaqt li l-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid ma daħalx fis-seħħ qabel it-8 ta' Frar 2014; jinnota li r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati biex jikkunsidraw il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju minħabba l-fużjoni tagħha mal-Impriża Konġunta ECSEL;

16.  Jikkonstata d-Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(17) u l-qbil politiku sussegwenti li ntlaħaq dwar ir-rilaxx separat għall-Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju;

17.  Itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex tippreżenta valutazzjoni finanzjarja kompluta u xierqa tad-drittijiet u l-obbligi tal-Impriża Konġunta għall-perjodu sad-data meta l-Impriża Konġunta ECSEL bdiet l-attività tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

18.  Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta adottat miżuri komprensivi biex tevita l-kunflitti ta' interess u ppubblikathom fuq is-sit web tagħha; jinnota mir-rapport tal-Qorti li għandu jitqies titjib addizzjonali bħall-ħolqien ta' bażi ta' data biex tinkludi l-informazzjoni kollha relatata mal-kunflitti ta' interess;

19.  Jistieden lill-Aġenzija tinforma l-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li qed isir fil-bażi ta-data fir-rigward tal-kunflitti ta' interess;

20.  Ifakkar li l-awtorità ta' kwittanza ġa talbet lill-Qorti tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, biex jiżguraw valur miżjud u eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni.

(1) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 26.
(2) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 27.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.
(6) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(8) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(9) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 26.
(10) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 27.
(11) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(12) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(13) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.
(14) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(17) ĠU L 163, 29.5.2014, p. 21.


Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunti dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu
PDF 438kWORD 98k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2134(DEC))
P8_TA(2015)0166A8-0112/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 521/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0112/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2134(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8‑0049/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0112/2015),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2134(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni ta l-baġit tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0112/2015),

A.  billi l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu ("l-Impriża Konġunta") ġiet stabbilita f'Mejju 2008 bħala sħubija pubblika-privata mir-Regolament (KE) Nru 521/2008 għal perjodu sal-31 ta' Diċembru 2017 biex tiffoka fuq l-iżvilupp ta' applikazzjonjiet tas-suq u b'hekk tiffaċilita sforzi industrijali addizzjonali lejn mobilizzazzjoni rapida tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu,

B.  billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-Grupp tal-Industrija għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu ("il-Grupp tal-Industrija") u l-Grupp ta' Riċerka N.ERGHY ("il-Grupp ta' Riċerka"),

C.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu sħiħ mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta hi ta' EUR 470 000 000 li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru, u li l-proporzjon minnhom allokat għall-ispejjeż ta' tmexxija m'għandux jaqbeż l-EUR 20 000 000,

D.  billi l-Grupp tal-Industrija hu mistenni jikkontribwixxi 50 % tal-ispejjeż ta' tmexxija u l-Grupp ta' Riċerka għandu jikkontribwixxi parti minn kull tnax tal-ispejjeż ta' tmexxija u t-tnejn għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi permezz ta' kontributi in natura li tal-anqas ikunu daqs il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jikkonstata li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2013 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji tagħha;

2.  Jikkonstata, barra minn hekk, li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2013 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 74,5 miljun u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 69,7 miljun; jikkonstata, apparti dan, li r-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 98,9 % u ta' 56,7 % rispettivament; jirrikonoxxi li l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament hu anqas minn dak tas-sena preċedenti, fatt iddeterminat mill-posponiment tal-finanzjament ta' tliet proġetti;

Sejħiet għal proposti

3.  Jindika li, sal-31 ta' Diċembru 2013, il-programm tal-Impriża Konġunta kien jikkonsisti minn 130 ftehim ta' għotja li rriżultaw mill-ħames sejħiet annwali li saru bejn l-2008 u l- 2012; jikkonstata li t-total ta' dawn l-għotjiet hu ta' EUR 365 miljun, li jammontaw għal 81 % tal-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta għall-attivitajiet ta' riċerka ta' EUR 452,5 miljun;

4.  Jikkonstata li ġew iffirmati 23 ftehim ta' għotja ulterjuri mis-sejħa 2013-1, kif ukoll żewġ għotjiet addizzjonali mit-tnedija tas-sejħa 2013-2 għall-ammonti ta' EUR 75 200 000 u EUR 7 000 000 rispettivament;

5.  Jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza rigward il-kontribuzzjonijiet tal-membri kollha apparti l-Kummissjoni, inkluża l-applikazzjoni tal-metodoloġija għall-valutazzjoni, flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

Qafas ġuridiku

6.  Jieħu inkonsiderazzjoni l-fatt li r-Regolament Finanzjarju ġdid applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ġie adottat fil-25 ta' Ottubru 2012 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013, filwaqt li l-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid ma daħalx fis-seħħ qabel it-8 ta' Frar 2014; jirrikonoxxi li r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta ġew emendati sabiex jirriflettu dawn il-bidliet fit-30 ta' Ġunju 2014;

7.  Jikkonstata d-Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(17) u l-qbil politiku sussegwenti li ntlaħaq dwar ir-rilaxx separat għall-Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju;

8.  Jappella lill-Qorti biex tippreżenta valutazzjoni finanzjarja sħiħa u xierqa tad-drittijiet u l-obbligi tal-Impriża Konġunta għall-perjodu sad-data meta bdiet topera l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2;

Sistemi ta' kontroll intern

9.  Jikkonstata li l-Kapaċità ta' Awditjar Intern tal-Impriża Konġunta, bi qbil mal-pjan strateġiku tas-Servizz ta' Awditjar Intern/Kapaċità ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni għall-Impriża Konġunta għall-perjodu 2011-2013, wettqet awditu wieħed dwar "Ġestjoni tal-Għotjiet - in-negozjati, l-għoti ta' kuntratti u l-prefinanzjament" matul l-2013, apparti li wettqet servizzi oħra ta' assigurazzjoni u konsulenza;

10.  Josserva bi tħassib li r-Rapport Finali dwar "Ġestjoni tal-Għotjiet" ikkonstata l-ħtieġa li jitnaqqsu ż-"Żmien sal-Għotja" u ż-"Żmien biex Jingħalqu n-Negozjati" u l-ħtieġa li jiġu ċċarati xi aspetti tal-proċedura tal-Impriża Konġunta għall-"Kontrolli tal-Vijabilità Finanzjarja". jirrikonoxxi l-iżvilupp ta' pjan ta' azzjoni biex jiġu indirizzati dawn ir-rakkomandazzjonijiet, kif ukoll biex jitqies l-impatt tal-ambjent ġuridiku u r-regoli l-ġodda taħt il-programm Orizzont 2020, u jappella lill-Impriża Konġunta biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tiegħu;

11.  Jieħu nota tal-fatt li l-Impriża Konġunta, flimkien mal-Impriżi Konġunti ARTEMIS, Clean Sky, Eniac u IMI, kienet is-suġġett ta' valutazzjoni tar-riskji informatiċi tal-infrastruttura informatika komuni mwettqa mis-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni;

12.  Jirrikonoxxi l-miżuri speċifiċi implimentati mill-Impriża Konġunta għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tat-tliet partijiet interessati ewlenin tagħha: il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, l-esperti u l-impjegati, bħal definizzjoni ċara ta' kunflitt ta' interess b'databażi ta' kull informazzjoni relatata u l-proċess biex jiġu ġestiti; jikkonstata li l-proċedura bil-miktub rigward il-miżuri speċifiċi tressqet quddiem il-Bord tat-Tmexxija f'Novembru 2014; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni talbet biex l-adozzjoni tal-miżuri speċifiċi tiġi posposta b'mod li jiġi pprovdut mudell armonizzat għall-miżuri minħabba n-natura orizzontali tas-suġġett; jappella lill-Impriża Konġunta biex tipproċedi malajr bl-adozzjoni ta' dawn il-miżuri speċifiċi;

13.  Jindika li, bejn Novembru 2012 u Mejju 2013, twettqet it-tieni evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta mill-Kummissjoni; jikkonstata li r-rapport fih diversi rakkomandazzjonijiet, bħall-assenjazzjoni ta' aktar riżorsi għall-operazzjonijiet permezz tal-kondiviżjoni tal-funzjonijiet amministrattivi ma' Impriżi Konġunti oħra u/jew billi jintraddu lura lis-servizzi tal-Kummissjoni, kif ukoll attenzjoni aktar iffokata fuq l-istrateġija ta' riċerka għat-tkomplija tal-Impriża Konġunta fil-programm Orizzont 2020 bi qbil mat-tliet prinċipji ewlenin (allinjament mal-politiki tal-UE, oqsma fejn l-Ewropa għandha jew tista' tikseb rwol ta' tmexxija, adattament għall-ħtiġijiet tas-settur li qed jinbidlu) u t-tisħiħ tal-kapaċità għal bidla; jirrikonoxxi l-fatt li l-Impriża Konġunta qed tirrevedi pjan ta' azzjoni sabiex tindirizza dawn l-aspetti;

Monitoraġġ u rapportar

14.  Jieħu nota tal-fatt li d-Deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru(18) tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rapportar relatata mal-protezzjoni, id-disseminazzjoni u t-trasferiment tar-riżultati ta' riċerka; jaċċerta li, fl-2013, l-Impriża Konġunta żiedet il-kapaċità proprja tagħha għall-monitoraġġ u r-rapportar dwar ir-riżultati ta' riċerka tal-proġetti tagħha u għall-valutazzjoni tal-ksib tal-objettivi tal-programm tagħha billi impjegat uffiċjal għall-Ġestjoni tal-Għarfien u għall-Politika dwar il-qasam; jikkonstata l-introduzzjoni ta' għodda informatika ġdida bħala għajnuna għall-analiżi u s-sinteżi tar-riżultati tal-proġetti mitmuma u għar-rapportar dwar l-ewwel riżultati tanġibbli pubbliċi mir-riċerka ta' proġetti kumplessi fuq il-sit tagħha fuq l-internet;

15.  Jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proġetti li diġà tlestew; jappella biex dak ir-rapport jiġi ppreżentat lill-awtorità ta' kwittanza flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

16.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Impriża Konġunta biex teżamina l-possibilità li tuża s-sistema informatika tal-Kummissjoni għal skopijiet ta' monitoraġġ relatati mal-protezzjoni, id-disseminazzjoni u t-trasferiment tar-riżultati ta' riċerka, kif ukoll biex tiżviluppa r-rapportar tagħha dwar ir-riżultati, b'mod konformi mal-kummenti inklużi fir-Rapport ta' Progress Annwali 2012 tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-Impriżi Konġunti(19);

17.  Ifakkar li l-awtorità ta' kwittanza ġa talbet lill-Qorti tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, biex jiżguraw valur miżjud u eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni.

(1) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 67.
(2) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 68.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1.
(6) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(8) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(9) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 67.
(10) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 68.
(11) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(12) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(13) ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1.
(14) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 108.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(17) ĠU L 163, 29.5.2014, p. 21.
(18) Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 6).
(19) Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-Impriżi Konġunti għall-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti fl-2012 (SWD(2013) 539 finali).


Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta dwar l-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi
PDF 444kWORD 105k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2133(DEC))
P8_TA(2015)0167A8-0106/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8-0049/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi(5),

–  wara li kkunsidra Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0106/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lil Aġent Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lil Aġent Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2133(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8-0049/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi(13),

–  wara li kkunsidra Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0106/2015),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lil Aġent Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2133(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0106/2015),

A.  billi l-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi ("l-Impriża Konġunta") twaqqfet f'Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin bil-għan li ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċess ta' żvilupp tal-mediċini, bil-mira fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi aktar effikaċi u sikuri;

B.  billi l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi (EFPIA), huma l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta;

C.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009;

D.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta, li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka, hija ta' EUR 1 000 000 000, u l-membri fundaturi għandhom jikkontribwixxu b'mod ugwali għall-ispejjeż ta' operat, kull wieħed minnhom b'ammont li ma jisboqx l-4 % tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni, kif ukoll għall-attivitajiet ta' riċerka permezz ta' kontribuzzjonijiet in natura li jkunu tal-anqas ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li fl-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

2.  Jieħu nota tal-fatt li l-istrateġija ta' awditjar ex post tal-Impriża Konġunta ġiet adottata b'deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija fl-14 ta' Diċembru 2010 u hija meqjusa bħala għodda ewlenija għall-valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

3.  Jinnota bi tħassib li sa Ġunju 2014 kienu ġew iffinalizzati 14 minn 40 awditu ex post tat-tieni kampjun rappreżentattiv, li jkopru EUR 3 000 000 u jirrappreżentaw 11,8 % tal-popolazzjoni awditjata; jirrimarka li r-rata ta' żbalji identifikata li rriżultat minn dan l-awditjar hija ta' 2,3 %; ifakkar li r-rata ta' żbalji li tirriżulta mis-56 awditu konkluż tal-ewwel kampjun rappreżentattiv fl-2012 kienet ta' 5,82 %;

4.  Jinnota bi tħassib li l-Qorti, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Impriża Konġunta minħabba l-fatt li r-rata ta' żbalji identifikata kienet ogħla mil-limitu ta' materjalità ta' 2 %; jinnota bi tħassib li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata għat-tielet sena konsekuttiva;

5.  Jistieden lill-Impriża Konġunta tagħmel rapport ta' segwitu dwar ir-riżervi tal-Impriża Konġunta f'dawn l-aħħar tliet snin;

6.  Jirrikonoxxi mill-Impriża Konġunta li tnedew l-azzjonijiet ta' segwitu marbuta mal-benefiċjarji awditjati bi żbalji identifikati u li l-iżbalji identifikati kollha ġew ikkomunikati lil dawn il-benefiċjarji; jinnota barra minn hekk li sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' żbalji futuri fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-benefiċjarji, l-Impriża Konġunta ħadet miżuri speċifiċi, bħall-ħolqien ta' sessjonijiet ta' ħidma finanzjarji għall-benefiċjarji kif ukoll l-aġġornament regolari tal-Linji Gwida Finanzjarji tagħha għall-parteċipanti;

7.  Jitlob sabiex jitressaq fil-ħin lill-awtorità ta' kwittanza, pjan ta' azzjoni b'objettivi ċari immirat sabiex isewwi n-nuqqasijiet u l-iżbalji identifikati mill-Qorti, li għandu jiġi segwit minn rapport ta' valutazzjoni interim inizjali dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni;

8.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-baġit inizjali tal-2013 kien jinkludi EUR 226 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 135 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota barra minn hekk li fi tmiem is-sena, il-Bord ta' Tmexxija adotta baġit emendat li żied l-approprjazzjonijiet ta' impenn għal EUR 255 700 000 u naqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament għal EUR 130 600 000; jieħu nota tal-fatt li wara li l-baġit ġie emendat, ir-rata ġenerali ta' implimentazzjoni kienet ta' 99,5 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u 97,5 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament; jaċċerta mir-rapport tal-Qorti li fil-każ tal-attivitajiet operattivi, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u dik tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 100 % u 99 % rispettivament;

9.  Jistieden lill-Impriża Konġunta tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza informazzjoni dettaljata dwar il-kontribuzzjonijiet in natura tal-kumpaniji EFPIA, speċjalment dwar it-tip ta' kontribuzzjonijiet in natura u l-valur rispettiv tagħhom;

10.  Jistieden lill-Impriża Konġunta tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza rigward il-kontribuzzjonijiet tal-membri kollha apparti l-Kummissjoni, inkluża l-applikazzjoni tal-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura, flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

11.  Jappella lill-Qorti biex tippreżenta valutazzjoni finanzjarja sħiħa u xierqa tad-drittijiet u l-obbligi tal-Impriża Konġunta għall-perjodu sad-data meta bdiet topera l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2;

Sejħiet għal proposti

12.  Jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li fil-qafas tas-Seba' Programm Kwadru (FP7)(17), l-2013 kienet l-aħħar sena li fiha setgħu jitnedew sejħiet għal proposti; jinnota li l-baġit kollu għar-riċerka ta' EUR 970 000 000 ġie impenjat flimkien mal-kontribuzzjonijiet in natura korrispondenti neċessarji mill-kumpaniji EFPIA fl-ammont ta' EUR 982 000 000;

Qafas ġuridiku

13.  Jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li r-Regolament Finanzjarju l-ġdid applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ġie adottat fil-25 ta' Ottubru 2012 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013, filwaqt li r-regolament finanzjarju mudell għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid ma daħalx fis-seħħ qabel it-8 ta' Frar 2014; jirrikonoxxi li r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta ġew emendati biex jieħdu inkunsiderazzjoni r-regolament finanzjarju mudell f'Lulju 2014;

14.  Jinnota d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni(18) u l-ftehim politiku sussegwenti li ntlaħaq dwar kwittanza separata li għandha tingħata mill-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju;

Sistemi ta' kontroll intern

15.  Jinnota li f'konformità mal-pjan ta' awditjar strateġiku għall-2012-2014 approvat mill-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta fit-3 ta' Novembru 2011, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq inkarigu ta' assigurazzjoni dwar il-ġestjoni tal-proġetti u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni operattiva; jirrimarka li r-rapport finali bid-data tat-30 ta' Jannar 2014 jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar il-proċess ta' titjib tal-Impriża Konġunta fir-rigward tas-sistemi ta' monitoraġġ tagħha dwar il-prestazzjoni operattiva, bħalma huma r-rieżami tat-tfassil u r-rappurtar tal-objettivi u tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs), it-tisħiħ tal-monitoraġġ tal-proġetti u t-titjib fis-sistemi tal-IT bil-ħsieb li jissaħħaħ ir-rappurtar;

16.  Jirrikonoxxi li l-IAS wettaq ukoll valutazzjoni tar-riskju tal-IT fil-konfront tas-sistemi tal-IT speċifiċi tal-Impriża Konġunta kif ukoll tal-infrastruttura komuni li tikkondividi mal-Impriżi Konġunti FCH, Clean Sky, ENIAC u ARTEMIS; jirrimarka li fil-każ tas-sistemi tal-IT speċifiċi tal-Impriża Konġunta, l-IAS jirrapporta l-ħtieġa ta' aktar istruzzjonijiet formali dwar il-ġestjoni tal-proġetti u dwar il-proċeduri ta' kontroll tat-tibdil fil-kuntratti sabiex jittaffa r-riskju relatat mal-ġestjoni tal-kuntratti; jinnota mir-rapport tal-Qorti li din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata f'Jannar 2014;

17.  Jieħu nota tal-fatt li l-Impriża Konġunta żviluppat proċeduri rigward il-protezzjoni, it-tixrid u t-trasferiment ta' riżultati tat-tfittxija b'rabta mal-Artikolu 7 tal-FP7; jinnota barra minn hekk li l-Impriża Konġunta stabbilixxiet ir-rekwiżiti rigward ir-rapport ta' monitoraġġ ġenerali tal-FP7, u ttrasferiet id-data relatata mal-proġetti tagħha lill-Kummissjoni matul l-2013, bil-għan li d-data tiġi integrata fil-Maħżen tad-Data Komuni ta' Riċerka; jinsab imħasseb, madankollu, li l-proċessi ta' monitoraġġ stabbiliti għandhom bżonn jiġu żviluppati ulterjorment sabiex jikkonformaw għalkollox mad-dispożizzjonijiet meħtieġa;

18.  Jieħu nota tal-fatt li biex tipprevjeni kunflitti ta' interess fil-konfront tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija tagħha u tal-esperti u l-impjegati tagħha, l-Impriża Konġunta stabbilixxiet miżuri speċifiċi li huma inklużi fir-regoli ta' proċedura kemm tal-Bord ta' Tmexxija u kemm tal-Kumitat Xjentifiku, kif ukoll fid-dokumentazzjoni dwar il-kodiċi ta' kondotta u l-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-esperti indipendenti matul evalwazzjoni; jinnota barra minn hekk li f'April 2013, l-Impriża Konġunta adottat politika aġġornata u komprensiva dwar il-kunflitti ta' interess kemm għall-maniġment u kemm għall-membri tal-persunal;

19.  Jirrikonoxxi li bejn Marzu u Lulju 2013 twettqet it-Tieni Evalwazzjoni Interim tal-Kummissjoni bil-għan li tivvaluta lill-Impriża Konġunta f'termini ta' rilevanza, effikaċja, effiċjenza u politika ta' riċerka u li r-rapport dwar l-evalwazzjoni nħareġ fil-31 ta' Lulju 2013;

20.  Jirrimarka li r-rapport jenfasizza l-oqsma fejn jista' jsir titjib; jieħu nota tal-fatt madankollu, li r-rapport iqis li l-Impriża Konġunta kellha suċċess fl-ilħuq tal-objettivi tagħha; jinnota b'mod partikolari li fir-rigward tal-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-Impriża Konġunta, hemm bżonn li jiġu żviluppati KPIs addizzjonali li għandhom jgħinu biex juru l-impatt u l-benefiċċji soċjoekonomiċi tagħha, l-ottimizzazzjoni tal-istruttura organizzattiva u mekkaniżmu ta' finanzjament aktar flessibbli b'mod kwantitattiv;

21.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-korrezzjonijiet tal-awditjar ex post li rriżultaw mill-ewwel awditi tal-kampjun rappreżentattiv ġew implimentati u huma riflessi fil-kontijiet finanzjarji tal-2013; josserva li l-validazzjoni tas-sistema kontabilistika għadha ma tkoprix l-implimentazzjoni tar-riżultati tal-awditjar ex post; jistieden lill-Impriża Konġunta tindirizza din is-sitwazzjoni b'urġenza;

22.  Jieħu nota tal-fatt li l-metodoloġija għall-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura, li tispeċifika li l-validazzjoni tal-kontribuzzjonijiet hija bbażata fuq ċertifikazzjonijiet ex ante u awditjar ex post, ġiet approvata mill-Bord ta' Tmexxija fl-2011; jinnota barra minn hekk, li l-bqija tat-tmien metodoloġiji ċċertifikati għal kontribuzzjonijiet in natura ġew ikkompletati matul l-2013 u li l-għadd totali ta' kumpaniji EFPIA kien inġieb għal 22; jaċċerta li l-ewwel tliet awditi ex post li jkopru l-kontribuzzjonijiet in natura ġew ikkompletati matul l-2013, inbeda awditu ex post ieħor u tnejn oħra kienu fil-proċess li jinbdew fi tmiem is-sena;

Kummenti oħra

23.  Jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proġetti li diġà tlestew; jappella biex dak ir-rapport jiġi ppreżentat lill-awtorità ta' kwittanza flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

24.  Ifakkar li l-awtorità ta' kwittanza kienet talbet lill-Qorti tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, biex tiżgura valur miżjud u eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni.

(1) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 35.
(2) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 36.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38.
(6) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(8) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(9) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 35.
(10) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 36.
(11) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(12) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(13) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38.
(14) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 54.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(17) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
(18) ĠU L 163, 29.5.2014, p. 21.


Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta għall-ITER u l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni
PDF 466kWORD 123k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2129(DEC))
P8_TA(2015)0168A8-0108/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0108/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2013 / Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza lid-Direttur tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2129(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0108/2015),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2013 / Jipposponi l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2129(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0108/2015),

A.  billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni ("l-Impriża Konġunta") ġiet stabbilita f'Marzu 2007 għal perjodu ta' 35 sena;

B.  billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Euratom, irrappreżentata mill-Kummissjoni, l-Istati Membri tal-Euratom u pajjiżi oħra li kkonkludew ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kontrollata;

C.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Marzu 2008;

D.  billi, fid-9 ta' Ottubru 2008, il-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") ressqet l-Opinjoni Nru 4/2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-Qorti ddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2013 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Finanzjarji tagħha;

2.  Jinnota bi tħassib li r-rapport tal-Qorti jinkludi osservazzjonijiet bħala parti mid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha, li jindikaw riskju sinifikanti ta' żieda li għalih l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta għall-fażi ta' kostruzzjoni tal-proġett ITER huwa espost; jinnota, barra minn hekk, li r-riskju ta' żieda tal-ammont tal-kontribuzzjoni jirriżulta prinċipalment minn tibdil fl-ambitu tar-riżultati tanġibbli tal-proġett kif ukoll mill-iskeda attwali li mhijiex meqjusa bħala waħda realistika u bħalissa qed tiġi riveduta; jemmen fl-importanza ta' approċċ realistiku għal ġestjoni baġitarja u finanzjarja effikaċi; josserva li l-Impriża Konġunta qiegħda tikkontribwixxi fl-eżerċizzju mifrux fuq l-ITER kollu biex tingħata skeda realistika ġenerali għall-proġett kollu kemm hu; jistieden lill-Impriża Konġunta tippreżentaha b'urġenza lill-Kunsill tal-ITER;

3.  Josserva li l-konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fis-7 ta' Lulju 2010(15) approvaw EUR 6,6 biljun fil-valuri tal-2008 sabiex l-Impriża Konġunta tikkontribwixxi għall-fażi ta' kostruzzjoni tal-proġett ITER; jindika bi tħassib mill-osservazzjonijiet tal-Qorti dan l-ammont huwa d-doppju meta mqabbel mal-kostijiet ibbaġitjati inizjalment u ma jinkludix l-ammont ta' EUR 663 000 000 propost mill-Kummissjoni Ewropea u maħsub biex ikopri kontinġenzi potenzjali; iqis li ż-żieda notevoli tal-proġett tista' tikkomprometti lill-programmi l-oħrajn li huma wkoll iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni u tista' tmur kontra l-prinċipju tal-"valur għall-flus";

4.  Jesprimi tħassib kbir dwar il-fatt li f'Novembru 2013, l-Impriża Konġunta stmat li d-defiċit tal-baġit sal-finalizzazzjoni tal-fażi ta' kostruzzjoni tal-proġett kien ta' EUR 290 000 000, ammont li jirrappreżenta devjazzjoni ta' 4,39 % fil-konfront taċ-ċifra approvata mill-Kunsill fl-2010 u jirrappreżenta żieda ta' 10,7 % meta mqabbla mal-baġit inizjali tal-proġett;

5.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li b'rabta ma' dawn ir-riskji, l-Impriża Konġunta għadha ma implimentatx sistema fil-livell kuntrattwali biex twettaq monitoraġġ regolari tad-devjazzjonijiet tal-kostijiet u għadha ma aġġornatx il-valwazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta għall-proġett ITER lil hinn mill-finalizzazzjoni tal-fażi ta' kostruzzjoni;

6.  Josserva bi tħassib li r-reviżjonijiet kontinwi tal-iskeda tal-ħin u tal-kostijiet minħabba d-dewmien eżistenti fl-iffirmar ta' kuntratti importanti, li ma jippermettix l-eżekuzzjoni tal-posponimenti ppjanati tal-prefinanzjament marbuta mal-proċeduri ta' akkwist operattivi tal-Impriża Konġunta;

7.  Jindika bi tħassib li fir-rapporti finanzjarji tagħha, l-Impriża Konġunta ma tatx rendikont dettaljat tal-livell ta' avvanzament tal-ħidma; jirrikonoxxi mill-Qorti li din l-informazzjoni hija essenzjali biex jiġi rifless l-istatus tal-attivitajiet imwettqa s'issa mill-Impriża Konġunta rigward l-arranġamenti għall-akkwist iffirmati mal-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER; jindika li mill-Impriża Konġunta tali informazzjoni dwar il-progress ġenerali kienet fornuta bis-saħħa tar-Rapport ta' Progress Annwali u tar-Rapport ta' Attività Annwali tagħha iżda limitata għal stima preliminari bażika tal-perċentwali ta' xogħlijiet li tlestew, abbażi tal-ammont ta' spejjeż relatati mal-arranġamenti ta' akkwist inkors sal-lum u mqabbla mal-valur stmat tal-kontribuzzjoni in natura tal-proġetti; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li stima preliminari bażika tax-xogħlijiet li tlestew hija inkluża fil-Kontijiet Annwali 2013; jenfasizza l-ħtieġa ta' informazzjoni u indikaturi għall-kejl xieraq tal-prestazzjoni, applikabbli kemm għall-output kif ukoll għall-ġestjoni interna;

8.  Jinnnota li l-baġit finali 2013 tal-Impriża Konġunta disponibbli għall-implimentazzjoni kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 1 297 000 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 432 400 000; jinnota, barra minn hekk, li r-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 100 % u ta' 89,8 % rispettivament; jissottolinja li r-rata ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' pagament fir-rigward tal-baġit inizjali 2013 qabel it-tnaqqis kienet ta' 57,8 %; jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li dan kien ikkawżat minn dewmien fil-forniment ta' data mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER kif ukoll minn negozjati li ħadu aktar fit-tul milli ppjanat ma' kumpaniji sabiex jitnaqqsu l-kostijiet; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-eventwali dewmien jew kost eċċessiv tal-futur u l-impatt tagħhom fuq il-baġit tal-proġett ITER;

9.  Jitlob lill-Kummissjoni u lid-Direttur tal-Impriża Konġunta għall-ITER jippreżentaw rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-pożizzjoni uffiċjali tal-partijiet interessati kollha fir-rigward tal-impenji futuri tagħhom fil-proġett ITER;

10.  Jinnota fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-Impriża Konġunta li, minn total ta' EUR 1 254 000 000 li kienu disponibbli għal attivitajiet operattivi, 61,7 % ġew implimentati permezz ta' impenji individwali diretti filwaqt li t-38,3 % li kien għad fadal ġew implimentati permezz ta' impenji globali;

11.  Jinnota bi tħassib li seba' membri ħallsu tard il-kontribuzzjonijiet tas-sħubija annwali tagħhom għall-2013, li kienu jammontaw għal EUR 2 200 000; iqis li kwalunkwe dewmien fil-pagament tal-kontribuzzjoni annwali jaf ikollha impatt fuq il-mod kif jitmexxa l-proġett; jenfasizza li d-dewmien ivarja minn tlieta sa 48 jum; jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li 77 % tal-pagamenti li saru tard kienu jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni ta' żewġ membri u waslu jum ta' xogħol tard;

12.  Jistieden lill-Impriża Konġunta tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-kontribuzzjonijiet tal-membri kollha għajr il-Kummissjoni, inkluża l-applikazzjoni tar-regoli ta' evalwazzjoni għall-kontribuzzjonijiet in natura, flimkien mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni;

13.  Jinsab imħasseb li fir-Rapport ta' Attività Annwali 2013 il-President tal-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta jirreferi għad-dewmien fil-proġetti kif ukoll għall-ħtieġa li jipprova jinstab iffrankar fil-kostijiet; jinnota, barra minn hekk, li d-Direttur jirreferi għar-riskji assoċjati għal defiċit potenzjal tal-baġit sal-2020, primarjament b'rabta mat-twessigħ fl-ambitu tal-bini tal-ITER u mal-iskeda attwali; jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li l-baġit allokat mill-QFP attwali sal-2020 se jkun rispettat billi firxa wiesgħa ta' miżuri ta' limitazzjoni tal-kostijiet tibqa' tiġi żviluppata u implimentata;

14.  Jistieden lill-Impriża Konġunta tippreżenta fi żmien debitu rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-livell effettiv tal-implimentazzjoni tal-proġett, ir-riskji potenzjali u l-iżviluppi futuri tal-proġett, flimkien mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u t-trasparenza

15.  Itenni l-bżonn li s-CVs tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija, tad-Direttur u tad-diriġenti għolja tal-Impriża Konġunta jsiru disponibbli għall-pubbliku; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrimedja s-sitwazzjoni b'mod urġenti; jirrikonoxxi li r-Regoli dwar il-Ġestjoni tal-Kunflitt ta' Interessi fir-rigward tal-membri tal-persunal daħal fis-seħħ u jappella biex tinżamm każistika rigoruża;

Ftehim mal-Istat Ospitanti

16.  Jirrikonoxxi mill-Impriża Konġunta li skont il-Ftehim mal-Istat Ospitanti, iffirmat mar-Renju ta' Spanja fit-28 ta' Ġunju 2007, il-bini permanenti kellu jsir disponibbli għall-Impriża Konġunta sa Ġunju 2010; jinnota bi tħassib li, fiż-żmien tal-awditu f'April 2014, dan kien għadu ma seħħx; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Impriża Konġunta biex tirranġa din il-kwistjoni kif ukoll in-nuqqas ta' riżultati fid-djalogu mal-pajjiżi ospitanti;

Kundizzjonijiet tax-xogħol

17.  Huwa mħasseb ħafna bil-fatt li l-Impriża Konġunta għadha ma adottatx ir-regoli kollha li jimplimentaw ir-Regolamenti tal-Persunal; jinnota bi tħassib li l-ispazju tax-xogħol attwalment disponibbli huwa insuffiċjenti u qed ifixkel il-persunal tagħha milli jopera f'kundizzjonijiet raġonevoli; jinsab imħasseb bil-kbir dwar il-fatt li l-kundizzjonijiet tal-ispazju tax-xogħol qed ikollhom impatt negattiv fuq l-isforzi tal-Impriża Konġunta biex timla l-pożizzjonijiet disponibbli kollha u tnaqqas ir-rata ta' pożizzjonijiet vakanti; josserva bi tħassib li l-kundizzjonijiet tal-ispazju tax-xogħol ġew iċċitati mill-impjegati tagħha bħala waħda mill-akbar diffikultajiet u preokkupazzjonijiet fi stħarriġ li sar dan l-aħħar fost il-membri tal-persunal tal-Impriża Konġunta; jitlob lill-Kummissjoni u lid-Direttur tal-Impriża Konġunta jippreżentaw rapport lill-awtorità ta' kwittanza li fih jesponu fid-dettall ir-raġunijiet tad-dewmien fl-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u dwar is-sitwazzjoni relatata mal-kundizzjonijiet tax-xogħol;

Sistemi ta' kontroll intern

18.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li, għalkemm sar progress sinifikanti matul l-2013 fir-rigward tas-sistema ta' kontroll intern tal-Impriża Konġunta, għadd ta' azzjonijiet għadhom iridu jiġu implimentati; dawn l-azzjonijiet jinkludu aktar żvilupp tal-proċess għall-ġestjoni tal-istima tal-ispiża fil-livell kuntrattwali, kif ukoll ir-riżultati tal-awditjar li jkunu ġejjin mill-implimentazzjoni tal-istrateġija kumplessiva ta' kontroll u monitoraġġ għal għotjiet u l-fatt li l-kuntratti operattivi mhux qed ikunu disponibbli fiż-żmien tal-awditjar; jistieden lill-Impriża Konġunta tagħmel mod li r-rapport ikun disponibbli skont it-talba tal-Qorti;

19.  Jinnota bi tħassib li bl-eċċezzjoni tal-pjan ta' azzjoni li rriżulta bħala rispons għall-awditu intern dwar il-ġestjoni tal-kuntratti tal-esperti, il-pjanijiet ta' azzjoni l-oħrajn adottati mill-Impriża Konġunta b'rispons għal awditi interni ma ġewx implimentati bis-sħiħ;

20.  Jistieden lill-Impriża Konġunta tforni fil-ħin l-ispeċifikazzjonijiet bil-għan li jkunu eliminati l-inċertezzi relatati mal-kostijiet assoċjati mal-evoluzzjoni possibbli tad-disinn u tal-ippjanar tal-proġetti ITER;

21.  Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li, fir-rigward tal-azzjonijiet adottati b'rispons għar-riskji prinċipali identifikati qabel, 12 ġew implimentati, 19 kienu qed jitwettqu u 6 kienu għadhom ma nbdewx sa Novembru 2013; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrettifika dawn il-kwistjonijiet b'mod urġenti;

22.  Jinnota li l-Impriża Konġunta adottat regoli speċifiċi li jipprevjenu kunflitti potenzjali ta' interess tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija, tal-Kumitat Eżekuttiv, tal-Kumitat tal-Awditjar u tal-esperti tagħha; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li saż-żmien tal-awditu ma kinux ġew stabbiliti regoli dwar il-membri tal-persunal kif ukoll bażi ta' data għad-dikjarazzjonijiet ġenerali tal-interessi; jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li r-regoli dwar il-ġestjoni tal-kunflitt ta' interess fir-rigward tal-membri tal-persunal ġew adottati mill-Bord ta' Tmexxija u daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2014; jinnota, barra minn hekk, li bdiet tiġi żviluppata bażi ta' data dedikata għal dikjarazzjonijiet ġenerali;

Għotjiet u kuntratti ta' akkwist operattivi

23.  Jinnota li minn 41 proċedura tal-offerti operattivi mnedija fl-2013, il-proċeduri nnegozjati kienu jikkostitwixxu 44 %; jirrimarka li dan il-perċentwal huwa ogħla b'4 % meta mqabbel man-numru rreġistrat fl-2012; jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti li hemm bżonn żieda fil-kompetittività tal-proċeduri ta' akkwist billi jitnaqqas l-użu tal-proċeduri nnegozjati; jieħu nota li l-għadd medju ta' proposti għal għotjiet kien biss ta' waħda għal kull sejħa; jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li minħabba l-valur medju baxx, il-proċeduri nnegozjati msemmija mill-Qorti jikkorrispondu biss għal 15 % tal-impenn annwali tal-Impriża Konġunta;

24.  Josserva bi tħassib id-dgħufijiet eżistenti relatati mal-proċeduri ta' akkwist operattivi tal-Impriża Konġunta; jistieden lill-Impriża Konġunta tippreżenta lill-awtorità ta' kwittanza rapport dettaljat dwar il-proċeduri ta' akkwist li saru mill-2008 sal-lum, li fih jesponi dan li ġej:

   f'kemm-il proċedura kien hemm żieda sinifikanti tal-kostijiet (aktar minn 5 %) fir-rigward tal-qafas inizjali tal-kostijiet iffissat tal-kuntratt u x'kienu r-raġunijiet eżatti għal tali żidiet,
   liema proċeduri ġarrbu dewmien konsiderevoli f'termini ta' żmien meta mqabbla mad-data prevista inizjali tagħhom u x'kienu r-riperkussjonijiet finanzjarji minn tali dewmien,
   l-Impriża Konġunta kif qiegħda tiggarantixxi għall-futur li d-dati ffissati tal-iffirmar tal-kuntratti qegħdin jiġu rispettati,
   liema proċeduri tal-akkwist ma ffissaw l-ebda data prevista speċifika huma u jagħtu l-kuntratt,
   f'liema proċedura l-Impriża Konġunta ma tatx pubbliċità lill-kuntratt rispettiv permezz ta' avviżi ta' informazzjoni minn qabel, b'hekk naqset milli żżid il-kompetittività tal-proċedura u x'kienu r-raġunijiet għal dan. Liema sħab kuntrattwali ħadu partikolarment vantaġġ mill-kompetittività limitata konsegwenti,
   Xi proċeduri (barra r-Regolamenti tal-Persunal applikabbli) huma fis-seħħ biex jipprevjenu l-eventwali kunflitt ta' interessi fir-rigward tal-membri tal-persunal involuti fil-proċeduri tal-offerti u kemm kienu l-każijiet li fihom il-membri tal-persunal ma kellhomx il-mandat formali li jkunu involuti fil-proċeduri tal-offerti,
   l-Impriżi Konġunta kif tiggarantixxi li l-proċedura interna tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha titjieb biex jiġi evitat dewmien ulterjuri fil-proċeduri tal-offerti, kif determinat mill-Qorti, bil-għan li jiġu garantiti offerti trasparenti, puntwali u legali fil-futur;

25.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li wara l-awditjar ta' ħames proċeduri ta' akkwist operattivi ġew identifikati d-dgħufijiet li ġejjin:

   fi proċedura waħda ta' akkwist, l-Impriża Konġunta naqset milli tagħti pubbliċità lil kuntratt wieħed permezz ta' avviż ta' informazzjoni minn qabel; jirrikonoxxi mill-Impriża Konġunta li l-kuntratt inkwistjoni tnieda qabel ma l-proċedura ta' informazzjoni minn qabel ġiet approvata f'Settembru 2012;
   fi proċedura waħda ta' akkwist, ġiet osservata żieda ta' 32 % meta mqabbla mal-istima tal-kost inizjali; jinnota, barra minn hekk, li f'żewġ proċeduri oħra ta' akkwist oħra, minħabba n-natura tal-informazzjoni disponibbli fil-fajls, ir-rikonċiljazzjoni tad-differenza bejn il-valur tal-kuntratt finali u l-valur ta' stima inizjali kienet ikkumplikata; jirrikonoxxi mill-Impriża Konġunta li l-kumplessità tar-rikonċiljazzjoni hija dovuta għar-rievalwazzjoni tal-ambitu inizjali tal-kuntratt, li wasslet għal żieda fiż-żmien, kif ukoll għan-natura, il-kumplessità u l-ammonti involuti f'tali kuntratti;
   fi proċedura waħda nstab li ma kienx hemm linji gwida u proċeduri speċifiċi biex jiżguraw li r-riżultati tanġibbli, użati mill-partijiet terzi bħala dokumenti tal-input għall-proċeduri tal-offerti, jiġu rieżaminati sistematikament u b'mod uniformi u jiġu aċċettati formalment mill-Impriża Konġunta; jieħu nota li l-Impriża Konġunta se tħejji lista ta' kontroll formali sabiex tiżgura l-użu xieraq ta' informazzjoni minn terzi; jistieden lill-Impriża Konġunta timplimenta l-lista ta' kontroll mill-aktar fis possibbli sabiex jiġu evitati tali sitwazzjonijiet fil-futur;
   emendi għall-kuntratt oriġinali ta' waħda mill-proċeduri ta' akkwist żiedu l-valur tal-kuntratt bi 15 % meta mqabbel mal-ammont inizjali; jirrimarka li l-informazzjoni disponibbli ma kinitx biżżejjed biex wieħed jikkonkludi li l-valutazzjoni tal-materjalità tal-emendi twettqet kif meħtieġ mill-proċeduri interni tal-Impriża Konġunta;
   fi proċedura waħda, il-fażi ta' djalogu għaddiet minn dewmien twil, li wassal biex il-kundizzjonijiet tal-kuntratt finali u l-verżjoni teknika aġġornata tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta ntbagħtu aktar tard milli ppjanat kif ukoll biex il-kuntratt ġie ffirmat erba' xhur wara d-data mmirata;

26.  Iqis li huwa inaċċettabbli li l-Impriża Konġunta ma żviluppatx proċedura interna għall-persunal involut fi proċeduri tal-offerti; jirrimarka li titjib f'dan il-qasam huwa meħtieġ b'mod urġenti;

27.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li f'żewġ proċeduri ta' akkwist, il-membri tal-persunal tal-Impriża Konġunta li jipprovdu parir tekniku matul l-evalwazzjoni tal-offerti, fuq talba tal-kumitat ta' evalwazzjoni, ma kinux ġew nominati formalment mill-Awtorità tal-Ħatra, jew bħala membri tal-kumitat ta' evalwazzjoni jew inkella bħala esperti li jipprovdu parir tekniku lill-kumitat; jirrimarka li fi proċedura waħda tal-offerti wara s-sejħa għal espressjoni ta' interess, l-Uffiċjal Awtorizzanti ħatar tim għat-tmexxija ta' djalogu mal-kandidati magħżula filwaqt li ma kien hemm l-ebda mandat formali biex dan it-tim jistabbilixxi l-istrateġija ta' djaloġu, l-objettivi li jridu jintlaħqu u l-parametri tekniċi, finanzjarji u kuntrattwali għan-negozjati;

Kontroll u monitoraġġ kumplessivi ta' għotjiet u kuntratti ta' akkwist operattivi

28.  Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta għandha sistema biex twettaq awditi fil-livell tal-kuntratturi bil-għan li tiċċekkja l-konformità mar-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tal-kwalità; jinnota li r-riżultat tal-awditi ex post dwar għotjiet u tal-verifiki ta' konformità finanzjarja dwar l-implimentazzjoni tal-kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-istrateġija kumplessiva ta' monitoraġġ u kontroll ma kinux disponibbli fiż-żmien tal-awditu tal-Qorti f'April 2014;

Qafas ġuridiku

29.  Jinnota li l-Impriża Konġunta ma emendatx ir-regoli finanzjarji tagħha sabiex jirriflettu l-bidliet li rriżultaw mir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u mir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi(16) msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid; jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li vvalutat il-bidliet u pproponiet l-emendi lill-Bord ta' Tmexxija tagħha; jinnota li skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni qabel it-tressiq tal-verżjoni finali tar-regoli finanzjarji lill-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Impriża Konġunta jirranġaw din il-kwistjoni mingħajr dewmien;

30.  Josserva d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(17) u l-ftehim politiku sussegwenti li ntlaħaq fuq il-kwittanza separata għall-Impriżi Konġunti;

Drittijiet ta' proprjetà intellettwali u politika industrijali

31.  Jieħu nota li l-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta adotta d-deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni tal-politika industrijali dwar il-fużjoni għall-enerġija u l-politika dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u t-tixrid ta' informazzjoni fis-27 ta' Ġunju 2013; jinnota li l-Impriża Konġunta għadha ma adottax u ma implimentatx ċerti miżuri mmirati lejn il-mitigazzjoni ta' ċerti riskji relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u t-tixrid tar-riżultati ta' riċerka; jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta hija tal-fehma li l-kostijiet ta' implimentazzjoni ta' tali miżuri ma jidhrux proporzjonati għad-daqs tar-riskju residwu u dawn se jkun diffiċli li jiġu implimentati fil-prattika;

32.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-kuntratturi tal-Impriża Konġunta qed jingħataw drittijiet esklużivi ta' sfruttament fuq proprjetà intellettwali prodotta f'oqsma lil hinn mill-fużjoni, filwaqt li fil-qasam tal-fużjoni l-kuntratturi għandhom drittijiet mhux esklużivi; jinnota l-esponiment potenzjali tal-Impriża Konġunta għar-riskju rigward l-obbligi tagħha li żżomm id-dritt ta' aċċess għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali sħaħ involuti fil-kontributi in natura Ewropej u li tkun tista' tittrasferixxi d-dritt ta' aċċess lill-Organizzazzjoni ITER, jekk ikun meħtieġ; jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti li jeħtieġ isir monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-klawsola tal-kuntratti, sabiex il-kuntratturi jkollhom l-obbligu li jieqfu milli jwettqu kwalunkwe tixrid tar-riżultati ta' riċerka sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-protezzjoni possibbli tagħhom; jistieden lill-Impriża Konġunta tiddefinixxi l-konfini ta' dak li jista' jitqies bħala applikazzjoni għal fużjoni sabiex jiġu żgurati l-ogħla livelli ta' ċarezza u trasparenza fir-rigward tal-kuntratturi.

(1) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 44.
(2) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 45.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 44.
(9) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 45.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istatus tal-ITER tas-7 ta' Lulju 2010 (ref. 11902/10).
(16) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(17) ĠU L 163, 29.5.2014, p. 21.


Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta SESAR
PDF 434kWORD 96k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2130(DEC))
P8_TA(2015)0169A8-0110/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8-0049/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tieghu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0110/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2130(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8-0049/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0110/2015),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2130(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tieghu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0110/2015),

A.  billi l-Impriża Konġunta SESAR ("l-Impriża Konġunta") twaqqfet fi Frar 2007 biex tmexxi l-programm ta' Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (Single European Sky Air Traffic Management Research - SESAR) li hu intenzjonat biex jimmodernizza l-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru fl-Ewropa;

B.  billi l-proġett SESAR hu maqsum f'"fażi ta' definizzjoni" (2004-2007) immexxija minn Eurocontrol, "fażi ta' żvilupp" inizjali (2008-2016), iffinanzjata mill-perjodu ta' programmazzjoni u ġestita mill-Impriża Konġunta u "fażi ta' twaqqif" (2014-2020) li tkun attiva b'mod parallel mal-"fażi ta' żvilupp"; billi hu mistenni li l-"fażi ta' twaqqif" titmexxa mill-industrija u mill-partijiet interessati għall-produzzjoni u l-implimentazzjoni fuq skala kbira tal-infrastruttura l-ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru;

C.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fl-2007;

D.  billi l-Impriża Konġunta ġiet iddisinjata bħala sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat bl-Unjoni u Eurocontrol bħala membri fundaturi;

E.  billi l-baġit għall-fażi ta' żvilupp tal-proġett SESAR fil-perjodu 2008-2016 huwa ta’ EUR 2 100 000 000 u għandu jiġi pprovdut f’partijiet ugwali mill-Unjoni, minn Eurocontrol u mis-sħab parteċipanti mis-settur pubbliku u dak privat;

1.  Jenfasizza r-rwol essenzjali tal-Impriża Konġunta fil-koordinament u l-implimentazzjoni tar-riċerka mwettqa mill-proġett SESAR, li huwa proġett pilastru tal-Ajru Uniku Ewropew; jikkonstata wkoll li s-sena 2014 irrappreżentat il-bidu tal-fażi ta' twaqqif tal-proġett SESAR;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jikkonstata li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2013 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji tagħha;

3.  Jikkonstata li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2013 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 64 300 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 105 400 000; jikkonstata, barra minn hekk, li r-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 99,6 % u ta' 94,7 % rispettivament;

4.  Jieħu nota tal-fatt li, sal-31 ta' Diċembru 2013, il-fażi ta' żvilupp tal-Impriża Konġunta kienet tikkonsisti minn ħidma fuq proġetti minn 16-il membru, inkluż Eurocontrol, fir-rigward ta' attivitajiet fil-programm li kienu jinvolvu lil aktar minn 100 entità jew subkuntrattur mis-settur privat u dak pubbliku u li rriżultaw biex ġew implimentati jew tlestew 333 mit-358 proġett fil-programm taħt it-tielet Ftehim Qafas Multilaterali (FQM);

5.  Jindika li ġie impenjat il-100 % tal-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni u Eurocontrol pagabbli lill-15-il membru l-ieħor taħt it-tielet FQM ta' EUR 595 000 000; jikkonstata barra minn hekk li 55 % ta' dak l-ammont, ekwivalenti għal EUR 316 000 000, tħallas sal-31 ta' Diċembru 2013 waqt li hu mistenni li l-45 % li jifdal (EUR 279 000 000) se jitħallas sal-31 ta' Diċembru 2016;

6.  Jirrikonoxxi l-fatt li, fl-2013, l-Impriża Konġunta kkonkludiet ir-raba' FQM tagħha, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014 u li hu mistenni li jibqa' fis-seħħ għat-tliet snin li jifdal mill-ħajja operattiva tal-Impriża Konġunta; jikkonstata li r-raba' FQM jiddisponi biex in-numru ta' proġetti jitnaqqas għal 250 billi proġetti attwali jiġu magħquda flimkien, u biex jiġu allokati EUR 38 000 000 għall-finanzjament ta' attivitajiet operattivi ġodda; jirrikonoxxi li din l-allokazzjoni se tiġi pprovduta mill-Impriża Konġunta u se tirriżulta mis-sinerġiji meta l-proġetti msemmija jiġu magħquda flimkien;

7.  Jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza rigward il-kontribuzzjonijiet tal-membri kollha apparti l-Kummissjoni, inkluża l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-evalwazzjoni għall-kontribuzzjonijiet in natura, flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

Qafas ġuridiku

8.  Jieħu nota tal-fatt li, nhar it-13 ta' Diċembru 2013, il-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta, bi qbil mal-Kummissjoni, adotta r-Regolamenti Finanzjarji tiegħu għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fuq bażi provviżorja; ifakkar li r-Regolamenti Finanzjarji ġew adottati skont ir-regolament finanzjarju ta' qafas tal-Kummissjoni(15) b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2014;

9.  Jikkonstata li r-Regolamenti Finanzjarji tal-Impriża Konġunta huma soġġetti għall-opinjonijiet u d-deċiżjonijiet li daqt toħroġ il-Kummissjoni, b'attenzjoni partikolari għall-kontinwazzjoni tad-derogi ta' finanzjament li kienu fis-seħħ fil-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti;

10.  Jikkonstata d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni(16) u l-qbil politiku sussegwenti li ntlaħaq dwar kwittanza separata għall-Impriżi Konġunti;

Sistemi ta' kontroll intern

11.  Jikkonstata li, bi qbil mal-pjan ta' awditjar strateġiku kkoordinat għall-Impriża Konġunta għall-perjodu 2012-2014, twettqu rieżami limitat tal-proċedura ta' għeluq applikabbli għall-proġetti ta' ġestjoni tal-għotjiet, kif ukoll valutazzjoni tar-riskji tat-teknoloġija informatika mis-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni; jikkonstata barra minn hekk li twettqu awditjar tal-konformità tal-ġestjoni tal-akkwisti u l-kuntratti, kif ukoll rieżami tal-awtorizzazzjonijiet għall-proċeduri tax-xogħol fis-sistema ABAC mill-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) fl-2013;

12.  Jindika li l-Impriża Konġunta implimentat miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni ta' kunflitti ta’ interess fir-rigward tat-tliet partijiet interessati ewlenin tagħha: il-membri tal-Bord Amministrattiv, l-impjegati u l-esperti;

13.  Jieħu nota tal-fatt li bejn Ottubru 2012 u Marzu 2014, twettqet it-Tieni Evalwazzjoni Interim tal-Kummissjoni sabiex l-Impriża Konġunta tiġi vvalutata fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regolament fundatur tagħha, il-metodi ta' ħidma tagħha, ir-riżultati li kisbet u l-qagħda finanzjarja ġenerali tagħha; jenfasizza l-fatt li r-rapport ipproduċa żewġ rakkomandazzjonijiet ewlenin, waħda li tindirizza l-ħtieġa li jittejjeb l-approċċ rigward il-ħtiġijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni speċifiċi tal-Istati Membri u l-oħra li tindirizza l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi biex tittejjeb ir-rata ta' tlestija tal-għanijiet annwali min-naħa tal-Impriża Konġunta; jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-rata ta' tlestija tal-għanijiet annwali kienet ta' 82 % sal-aħħar tal-2012 (60 % fl-2010) u jemmen li l-prestazzjoni trid tittejjeb;

14.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li ġie implimentat it-titjib fil-qasam tal-kontrolli ex ante;

Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati tar-riċerka

15.  Jieħu nota tal-fatt li, nhar il-31 ta' Mejju 2013, l-Impriża Konġunta ppubblikat ir-Rapport Annwali tagħha dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-Proprjetà Intellettwali f'kull sena finanzjarja qabel l-2013; jikkonstata barra minn hekk li, nhar it-30 ta' Ottubru 2013, il-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta adotta l-lista kkompilata bil-valutazzjoni tas-sjieda tar-riżultati miksuba mir-riċerka u tal-istatus tas-sjieda relatata għal kull sena finanzjarja qabel l-2013;

16.  Jemmen li, fejn ikun xieraq, ir-rabtiet bejn l-Impriża Konġunta u l-Impriża Konġunta "Clean Sky" għandhom jissaħħu; jistieden lill-Kummissjoni taħdem maż-żewġ impriżi konġunti sabiex itejbu l-komunikazzjoni u jsaħħu s-sinerġiji u l-komplementarjetajiet, waqt li jiżguraw fl-istess ħin li ma jkun hemm l-ebda riskju ta' elementi dduplikati bejn l-attivitajiet taż-żewġ impriżi konġunti kkonċernati;

17.  Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta kompliet bid-disseminazzjoni tar-riżultati miksuba mir-riċerka billi qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati rilevanti informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tanġibbli mistennija u l-proċessi tagħhom fuq l-extranet tagħha, kif ukoll billi ppubblikat id-dettalji ġenerali tar-riżultati tanġibbli mistennija fl-2013 fir-rapport annwali tal-attività 2013 tagħha.

18.  Jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proġetti li diġà tlestew; jappella biex dak ir-rapport jiġi ppreżentat lill-awtorità ta' kwittanza flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

19.  Ifakkar li l-Parlament ġa talab lill-Qorti tal-Awdituri tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, biex jiġu żgurati valur miżjud u eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni.

(1) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 58.
(2) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 59.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 58.
(9) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 59.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(11) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(12) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(15) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(16) ĠU L 163, 29.5.2014, p. 21.


Fondi tas-suq monetarju ***I
PDF 709kWORD 346k
Test
Test konsolidat
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju (COM(2013)0615 – C7-0263/2013 – 2013/0306(COD))(1)
P8_TA(2015)0170A8-0041/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Emenda 1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)
P8_TA(2015)0170A8-0041/2015
għall-proposta tal-Kummissjoni
P8_TA(2015)0170A8-0041/2015
---------------------------------------------------------
P8_TA(2015)0170A8-0041/2015

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Il-fondi tas-suq monetarju (money market funds, MMF) jipprovdu finanzi ta’ terminu qasir ta' żmien lill-istituzzjonijiet finanzjarji, lill-korporattivi jew lill-gvernijiet. Billi jipprovdu finanzi lil dawn l-entitajiet, il-fondi tas-suq monetarju jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ekonomija Ewropea. Dawn l-entitajiet jużaw l-investimenti tagħhom fl-MMF bħala mod effiċjenti sabiex jifirxu r-riskju ta’ kreditu u skopertura tagħhom, iktar milli jiddependu biss fuq depożiti bankarji.

(2)  Mil-lat tad-domanda, l-MMFs huma għodda ta’ mmaniġġar tal-flus ta’ terminu qasir ta' żmien li jipprovdu livell għoli ta’ likwidità, diversifikazzjoni, stabbiltà tal-valur tal-kapital investit flimkien ma’ redditu bbażat fuq is-suq. L-MMFs jintużaw ▌minn firxa wiesgħa ta’ entitajiet inklużi assoċjazzjonijiet tal-karità, assoċjazzjonijiet tad-djar, awtoritajiet lokali u investituri professjonali kbar bħal korporazzjonijiet u fondi tal-pensjoni li jkunu qegħdin ifittxu li jinvestu l-flus żejda tagħhom għal żmien qasir. L-MMFs għalhekk jirrappreżentaw rabta kruċjali li tgħaqqad flimkien id-domanda u l-offerta ta’ flus għal terminu qasir ta' żmien.

(3)  L-avvenimenti li seħħew matul il-kriżi finanzjarja xeħtu dawl fuq diversi aspetti tal-MMFs li jagħmluhom vulnerabbli meta jkun hemm diffikultajiet fis-swieq finanzjarji u għalhekk jistgħu jxerrdu jew jamplifikaw ir-riskji permezz tas-sistema finanzjarja. Meta l-prezzijiet tal-assi li fihom ikunu investiti l-MMFs jibdew jonqsu, speċjalment waqt sitwazzjonijiet ta’ suq taħt stress, l-MMF mhux dejjem jista’ jżomm il-wegħda ta’ tifdija immedjata u li jippreserva l-valur prinċipali ta’ unità jew sehem maħruġ mill-MMF lill-investituri. Din is-sitwazzjoni, li, skont il-Bord għall-Istabbilità Finanzjarja (FSB) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) tista’ tkun partikolarment serja għal valur nett tal-assi stabbli jew kostanti tal-MMFs, tista’ twassal għal talbiet f’daqqa u sostanzjali ta’ tifdija, li jistgħu jwasslu għal konsegwenzi makroekonomiċi aktar wiesgħa.

(4)  It-talbiet kbar ta’ tifdija jistgħu jġiegħlu lill-MMFs ibiegħu xi wħud mill-assi ta’ investiment tagħhom f’suq li jkun sejjer għan-niżla, li potenzjalment iwassal għal kriżi ta’ likwidità. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-emittenti tas-suq monetarju jistgħu jiffaċċaw diffikultajiet ta’ finanzjament jekk jinxef is-suq tal-karti kummerċjali u ta’ strumenti oħra tas-suq monetarju. Dan jista' jwassal għal kontaġju fi ħdan is-suq tal-finanzjament għal terminu qasir ta' żmien u jirriżulta f'diffikultajiet diretti u kbar fil-finanzjament ta' istituzzjonijiet finanzjarji, korporattivi u gvernijiet u għalhekk l-ekonomija.

(5)  Il-maniġers tal-assi, appoġġati mill-isponsors, jistgħu jiddeċiedu li jipprovdu appoġġ diskrezzjonarju sabiex iżommu l-likwidità u l-istabbiltà tal-MMFs tagħhom. L-isponsors sikwit huma sfurzati jappoġġaw l-MMFs sponsorjati tagħhom li qed jitilfu l-valur minħabba r-riskju għar-reputazzjoni u l-biża’ li l-paniku jista’ jinfirex fin-negozji l-oħra tal-isponsors. Skont id-daqs tal-fond u l-livell tal-pressjoni ta’ tifdija, l-appoġġ tal-isponsors jista’ jilħaq proporzjonijiet li jaqbżu r-riżervi immedjatament disponibbli tagħhom. Għalhekk, huwa importanti li jiġi pprovdut qafas ta’ regoli uniformi sabiex jiġi evitat il-falliment tal-isponsor u l-kontaġju tar-riskju għal entitajiet oħra li jisponsorjaw l-MMFs.

(6)  Sabiex jiġu ppreservati l-integrità u l-istabbiltà tas-suq intern ▌, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli rigward l-operat tal-MMFs, b’mod partikolari dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll tal-MMFs. Dan hu maħsub biex jagħmel l-MMFs aktar reżistenti u jillimita l-kanali ta' kontaġju. Huma meħtieġa regoli uniformi madwar l-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-MMFs ikunu jistgħu jonoraw it-talbiet ta' tifdija mill-investituri, speċjalment waqt sitwazzjonijiet ta’ suq taħt stress. Regoli uniformi dwar il-portafoll ta’ suq monetarju huma meħtieġa wkoll sabiex jiġi żgurat li l-MMFs ikunu kapaċi jiffaċċaw talbiet sostanzjali u f’daqqa ta’ tifdija minn grupp kbir ta’ investituri.

(7)  Ir-regoli uniformi dwar l-MMFs huma meħtieġa wkoll sabiex jiġi assigurat it-tħaddim mingħajr problemi tas-suq tal-finanzjament ta’ terminu qasir ta' żmien għall-istituzzjonijiet finanzjarji, l-emittenti korporattivi ta’ dejn ta’ terminu qasir u l-gvernijiet. Huma meħtieġa wkoll sabiex jassiguraw it-trattament indaqs ta' investituri tal-MMF u sabiex jiġi evitat li min jifdi tard ikun żvantaġġat jekk it-tifdija tiġi temporanjament sospiża jew jekk l-MMF jiġi likwidat.

(8)  Huwa meħtieġ li jsir provvediment għall-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali relatati mal-MMFs billi jiġu stabbiliti regoli ċari li jimponu obbligi diretti fuq l-MMFs u l-maniġers tagħhom madwar l-Unjoni kollha. Dan isaħħaħ l-istabbiltà tal-MMFs bħala sors ta’ finanzjament ta’ terminu qasir ta' żmien għall-gvernijiet u s-settur korporattiv madwar l-Unjoni. Jassigura wkoll li l-MMFs jibqgħu għodda kredibbli għall-ħtiġijiet ta’ mmaniġġar tal-flus tal-industrija tal-Unjoni.

(9)  Il-Linji gwida dwar l-MMFs li kienu adottati mill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (Committee of European Securities Regulators, CESR) sabiex joħolqu kundizzjonijiet ekwi minimi għall-MMFs fl-Unjoni, sena wara d-dħul fis-seħħ tagħhom kienu implimentati biss minn 12-il Stat Membru, li juri l-persistenza ta’ regoli nazzjonali diverġenti. L-approċċi nazzjonali differenti ma jindirizzawx il-vulnerabbiltajiet tas-swieq monetarji tal-Unjoni ▌u ma jirnexxilhomx inaqqsu r-riskji ta’ kontaġju u b’hekk jipperikolaw il-funzjonament u l-istabbiltà tas-suq intern, kif deher matul il-kriżi finanzjarja. Dawn ir-regoli komuni dwar l-MMFs għalhekk għandhom jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni tal-investituri u għandhom jipprevjenu u jimmitigaw kwalunkwe riskju potenzjali ta’ kontaġju li jirriżulta minn assalti bankarji possibbli mill-investituri fuq l-MMFs.

(10)  Fin-nuqqas ta’ Regolament li jistabbilixxi regoli dwar l-MMFs, jistgħu jiġu adottati miżuri diverġenti fuq livell nazzjonali, li huma probabbli li jikkawżaw distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni b’riżultat tad-differenzi importanti fl-istandards essenzjali tal-protezzjoni tal-investimenti. Ir-rekwiżiti diverġenti dwar il-kompożizzjoni tal-portafolli, l-assi eliġibbli, il-maturità, il-likwidità u d-diversifikazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-kwalità tal-kreditu tal-emittenti tal-istrumenti tas-suq monetarju jwasslu għal livelli differenti ta’ protezzjoni tal-investituri minħabba l-livelli differenti tar-riskju marbuta mal-proposta ta’ investiment assoċjat ma’ fond tas-suq monetarju. Għalhekk huwa essenzjali li jiġi adottat sett uniformi ta’ regoli sabiex jiġi evitat il-kontaġju fis-suq tal-finanzjament ta’ terminu qasir ta' żmien kif ukoll tal-isponsors tal-MMFs, għaliex dan ipoġġi f’riskju l-istabbiltà tas-suq finanzjarju tal-Unjoni. Sabiex jitnaqqas ir-riskju sistemiku, l-MMFs b’Valur Nett Fiss tal-Assi (CNAV MMFs) għandhom, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, joperaw fl-Unjoni biss bħala CNAV MMF ta’ dejn pubbliku, bħala CNAV MMF fil-livell tal-Konsumatur jew NAV MMF (LVNAV MMF) b’volatilità baxxa. Ir-referenzi kollha f’dan ir-Regolament għal CNAV MMFs għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal CNAV MMFs ta' dejn pubbliku tal-Gvern, CNAV MMFs fil-Livell tal-Konsumatur kif ukoll LVNAV MMFs, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor. CNAV MMFs eżistenti għandhom ukoll ikunu jistgħu jagħżlu li joperaw bħala MMFs b'valur nett varjabbli tal-assi (VNAV MMFS) minflok.

(11)  Ir-regoli l-ġodda dwar MMFs huma marbuta mill-qrib mad-Direttiva 2009/65/KE(4) u d-Direttiva 2011/61/UE(5) minħabba li dawn jiffurmaw il-qafas ġuridiku li jirregola l-istabbiliment, il-ġestjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ MMFs fl-Unjoni.

(12)  Fl-Unjoni, l-impriżi ta’ investiment kollettiv jistgħu joperaw bħala impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (Undertakings for Collective Investment in Transferable Securities, UCITS) immaniġġati minn maniġers tal-UCITS jew kumpaniji ta’ investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE jew bħala fondi ta’ investiment alternattivi (Alternative Investment Funds, AIFs) immaniġġati minn maniġers tal-fondi ta’ investiment alternattivi (Alternative Investment Fund Managers, AIFMs) awtorizzati jew irreġistrati skont id-Direttiva 2011/61/UE. Ir-regoli l-ġodda dwar l-MMFs jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi. Għalhekk ir-regoli uniformi l-ġodda dwar l-MMFs għandhom japplikaw flimkien ma’ dawk stabbiliti fid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE. Fl-istess ħin, numru ta’ regoli rigward il-politiki ta’ investiment tal-UCITS stabbiliti fil-Kapitolu VII tad-Direttiva 2009/65/KE għandhom jiġu diżapplikati b’mod espliċitu u għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar prodotti speċifiċi f’dawn id-dispożizzjonijiet uniformi l-ġodda dwar l-MMFs.

(13)  Ir-regoli armonizzati għandhom japplikaw għall-impriżi ta’ investiment kollettiv li l-karatteristiċi tagħhom jikkorrispondu ma’ dawk assoċjati ma’ MMF. Għall-UCITS u l-AIFs li jinvestu f’assi ta’ terminu qasir ta' żmien bħal strumenti tas-suq monetarju jew depożiti, jew li jidħlu fi ftehimiet ta’ riakkwist invers jew ċerti kuntratti tad-derivati bl-uniku għan li jagħmlu hedging ir-riskji inerenti għal investimenti oħra tal-fond, u li għandhom l-għan li joffru redditi skont ir-rati tas-suq monetarju jew li jippreservaw il-valur tal-investiment, il-konformità mar-regoli l-ġodda dwar l-MMFs għandha tkun obbligatorja.

(14)  L-ispeċifiċità tal-MMFs tirriżulta minn kombinazzjoni tal-assi li jinvestu fihom u l-għanijiet li jsegwu. L-għan li joffru redditu skont ir-rati tas-suq monetarju u l-għan li jippreservaw il-valur ta’ investiment ma jeskludix wieħed lill-ieħor. MMF jista’ jkollu jew wieħed minn dawn l-għanijiet jew iż-żewġ għanijiet flimkien.

(15)  L-għan li jiġu offruti redditi skont ir-rati tas-suq monetarju għandu jinftiehem f’sens wiesa’. Ir-redditu mistenni ma għandux għalfejn ikun allinjat perfettament mal-EONIA, Libor, Euribor jew xi rata rilevanti oħra tas-suq monetarju. L-għan li tinqabeż ir-rata tas-suq monetarju b’marġinu żgħir ma għandux jitqies li joħroġ UCITS jew AIF ’il barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli uniformi l-ġodda.

(16)  L-għan li jiġi ppreservat il-valur tal-investiment ma għandux jinftiehem bħala garanzija kapitali mwiegħda mill-fond. Dan għandu jinftiehem bħala mira li l-UCITS jew l-AIF ifittxu li jsegwu. Tnaqqis fil-valur tal-investimenti ma għandux jimplika li l-impriża ta’ investiment kollettiv tkun biddlet l-għan li tippreserva l-valur ta’ investiment.

(17)  Huwa importanti li l-UCITS u l-AIFs li għandhom il-karatteristiċi ta’ MMFs jiġu identifikati bħala MMFs u li l-kapaċità tagħhom li jikkonformaw fuq bażi kontinwa mar-regoli uniformi l-ġodda dwar l-MMFs tiġi verifikata b’mod espliċitu. Għal dan il-għan l-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw lill-MMFs. Għall-UCITS, l-awtorizzazzjoni bħala MMF għandha tkun parti mill-awtorizzazzjoni bħala UCITS skont il-proċeduri armonizzati previsti fid-Direttiva 2009/65/KE. Għall-AIFs, billi dawn mhumiex soġġetti għal proċeduri armonizzati ta’ awtorizzazzjoni u sorveljanza skont id-Direttiva 2011/61/UE, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti regoli bażiċi komuni dwar l-awtorizzazzjoni li jirriflettu r-regoli armonizzati eżistenti dwar l-UCITS. Proċeduri bħal dawn għandhom jassiguraw li AIF awtorizzat bħala MMF ikollu bħala maniġer, maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv (AIFM) awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE.

(18)  Sabiex ikun assigurat li l-impriżi kollha ta’ investiment kollettiv li juru l-karatteristiċi ta’ MMFs ikunu soġġetti għar-regoli komuni l-ġodda dwar l-MMFs, huwa meħtieġ li jiġi pprojbit l-isem "MMF" jew kwalunkwe terminu ieħor li jissuġġerixxi li impriża ta’ investiment kollettiv għandha l-istess karatteristiċi tal-MMFs għajr f’każ ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament. Sabiex jiġi evitat it-tidwir mar-regoli dwar l-MMFs, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw il-prattiċi tas-suq tal-impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti jew kummerċjalizzati fil-ġurisdizzjoni tagħhom sabiex jivverifikaw li dawn ma jużawx ħażin l-isem ta’ MMF jew jissuġġerixxu li huma MMF mingħajr ma jikkonformaw mal-qafas regolatorju l-ġdid.

(19)  Ir-regoli l-ġodda applikabbli għall-MMFs għandhom jibnu fuq il-qafas regolatorju eżistenti stabbilit permezz tad-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE u l-atti adottati għall-implimentazzjoni tagħhom. Għalhekk, ir-regoli tal-prodott fir-rigward tal-MMFs għandhom japplikaw flimkien mar-regoli tal-prodott stabbiliti fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni sakemm dawn ma jkunux diżapplikati b’mod espliċitu. Barra minn hekk, ir-regoli dwar l-immaniġġar u l-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fil-qafas eżistenti għandhom japplikaw għall-MMFs billi jiġi kkunsidrat jekk humiex UCITS jew AIFs. Bl-istess mod, ir-regoli dwar il-provvista transfruntiera ta’ servizzi u dwar il-libertà ta’ stabbiliment stipulati fid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE għalhekk għandhom japplikaw għall-attivitajiet transfruntiera tal-MMFs.

(20)  Billi l-UCITS u l-AIFs jista’ jkollhom forom legali differenti li mhux bilfors jagħtuhom personalità ġuridika, id-dispożizzjonijiet li jitolbu lill-MMFs jieħdu azzjoni għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għall-maniġer tal-MMF fil-każijiet fejn l-MMF ikun ikkostitwit bħala UCITS jew AIF li ma jkunx f’pożizzjoni li jaġixxi waħdu minħabba li ma jkollux personalità ġuridika proprja tiegħu.

(21)  Ir-regoli dwar il-portafoll tal-MMFs jitolbu identifikazzjoni ċara tal-kategoriji ta’ assi li għandhom ikunu eliġibbli għal investiment mill-MMFs u tal-kundizzjonijiet li bihom ikunu eliġibbli. Sabiex tkun assigurata l-integrità tal-MMFs huwa mixtieq ukoll li MMF ikun ipprojbit milli jinvolvi ruħu f’ċerti tranżazzjonijiet finanzjarji li jistgħu jipperikolaw l-istrateġija u l-għanijiet tal-investiment tiegħu.

(22)  L-istrumenti tas-suq monetarju huma strumenti trasferibbli li normalment jiġu nnegozjati fis-suq monetarju, bħall-kambjali tat-teżor u tal-awtoritajiet lokali, iċ-ċertifikati ta’ depożiti, il-karti kummerċjali, it-titoli garantiti b’assi likwidi ta' kwalità għolja, l-aċċettazzjonijiet bankarji jew in-noti ta’ terminu qasir jew medju ta' żmien. Huma għandhom ikunu eliġibbli għal investiment mill-MMFs biss sakemm jikkonformaw mal-limiti tal-maturità jew fil-każ ta’ titoli garantiti b’assi dawn għandhom ikunu eliġibbli bħala assi ta’ kwalità għolja skont ir-regoli tal-likwidità fil-Parti 6 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) u jkunu kkunsidrati mill-MMF bħala ta’ kwalità ta’ kreditu għolja.

(23)  Il-Karti Kummerċjali Garantiti b'Assi (Asset Backed Commercial Papers, ABCPs) għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti eliġibbli tas-suq tal-flus sakemm dawn jirrispettaw rekwiżiti addizzjonali. Minħabba li matul il-kriżi ċerti titolizzazzjonijiet kienu partikolarment instabbli, huwa meħtieġ li jiġu imposti limiti ta’ maturità u kriterji ta’ kwalità dwar l-assi sottostanti kif ukoll li jiġi assigurat li l-grupp ta’ skoperturi jkun diversifikat biżżejjed. Madankollu, mhux il-kategoriji kollha ta’ assi sottostanti wrew li kienu instabbli, inkluż partikolarment f'dawk it-titolizzazzjonijiet fejn l-assi sottostanti kienu assoċjati mal-appoġġ tal-kapital operattiv tal-manifattur u l-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi tal-ekonomija reali. Dawk it-titolizzazzjonijiet kellhom prestazzjoni tajba u għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti eliġibbli tas-suq monetarju sakemm dawn ikunu eliġibbli bħala assi likwidi ta’ kwalità għolja skont r-regoli tal-likwidità fil-Parti 6 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, speċifikati fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru...(7) . Dan għandu japplika għal titoli garantiti minn assi likwidi ta’ kwalità għolja magħmula minn wieħed mis-subkategoriji ta’ assi titolizzati sottostanti msemmija fil-punti (iii) u (iv) tal-Artikolu 13(2)(g) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru ... jiġifieri, self għal karozzi u l-lokazzjonijiet tagħhom lil mutwatarji jew lokatarji stabbiliti jew residenti fi Stat Membru u minn self kummerċjali, lokazzjonijiet u faċilitajiet ta’ kreditu għal impriżi stabbiliti fi Stat Membru biex jiffinanzjaw nefqiet kapitali jew operazzjonijiet ta’ negozju minbarra l-akkwist jew l-iżvilupp ta’ proprjetà immobbli kummerċjali. Ir-referenza għal ċerti kategoriji ta’ assi titolizzati sottostanti fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru ... hija importanti sabiex tiġi żgurata definizzjoni uniformi ta’ assi titolizzati sottostanti eliġibbli għall-fini ta’ regolamenti ta’ likwidità għal istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll għal dan ir-Regolament, li min-naħa tagħha hija ta’ importanza għall-likwidità ta’ dawn l-istrumenti biex jiġu evitati impedimenti għat-titolizzazzjonijiet tal ekonomija reali.

(23a)   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzati. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 460 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 135(2) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), u għandha tqis il-karatteristiċi speċifiċi tat-titolizzazzjonijiet b’maturitajiet fil-ħruġ ta’ inqas minn 397 jum. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ OFS li jispeċifikaw il-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ dejn ta’ kreditu ta’ kwalità għolja u ta' karti kummerċjali garantiti b’assi likwidi. Il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza mal-flussi ta’ ħidma rispettivi tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u għandha tappoġġahom.

(24)  Il-MMF għandu jitħalla jinvesti fid-depożiti sakemm huwa jkun jista’ jiġbed il-flus fi kwalunkwe ħin. Il-possibbiltà effettiva ta’ ġbid tkun imdgħajfa jekk il-penali assoċjati mal-ġbid kmieni jkunu tant għoljin li jaqbżu l-interessi akkumulati qabel il-ġbid. Għal din ir-raġuni l-MMF għandu joqgħod attent biex ma jagħmilx depożiti ma’ istituzzjoni ta’ kreditu li titlob penali ogħla mill-medja jew li jidħol f’depożiti fit-tul wisq fejn dan jirriżulta f’penali għoljin ħafna.

(25)  L-istrumenti finanzjarji derivati eliġibbli għal investiment minn MMF għandhom jaqdu l-iskop biss ta’ hedging tar-rata tal-imgħax u r-riskju tal-valuta u għandu jkollhom biss bħala strument sottostanti rati tal-imgħax, valuti tal-kambju jew indiċijiet li jirrappreżentaw dawn il-kategoriji. Kwalunkwe użu ta’ derivattivi għal skop ieħor jew fuq assi sottostanti oħra għandu jkun projbit. Id-derivattivi għandhom jintużaw biss bħala kompliment għall-istrateġija tal-fond iżda mhux bħala l-istrument prinċipali sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-fond. Jekk MMF jinvesti f’assi mmarkati f’valuta oħra li ma tkunx il-valuta tal-fond, huwa mistenni li l-maniġer tal-MMF jagħmel hedging l-iskopertura kollha kemm hi għar-riskju tal-valuta, inkluż permezz ta’ derivattivi. L-MMFs għandhom ikunu intitolati jinvestu fi strumenti finanzjarji derivati jekk dak l-istrument ikun innegozjat f’suq regolat kif imsemmi fl-Artikolu 50(1)(a), (b) jew (c) tad-Direttiva 2009/65/KE, jew barra l-Borża (OTC), jew f’sistema ta’ negozju organizzat kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji.

(26)  Il-ftehimiet ta’ riakkwist invers jistgħu jintużaw mill-MMFs bħala mezz sabiex jinvestu l-flus żejda fuq bażi ta’ terminu qasir ħafna ta' żmien, bil-kundizzjoni li l-pożizzjoni tkun kollateralizzata għal kollox. Sabiex jiġu mħarsa l-interessi tal-investituri huwa meħtieġ li jiġi assigurat li l-kollateral ipprovdut fil-qafas tal-ftehimiet ta’ riakkwist invers ikun ta’ kwalità għolja. It-tekniki effiċjenti l-oħra kollha ta’ mmaniġġar ta’ portafolli, inkluż l-għoti u t-teħid b’self ta’ titoli, ma għandhomx jintużaw mill-MMF billi dawn probabbli li jaffettwaw il-kisba tal-għanijiet ta’ investiment tal-MMF.

(27)  Sabiex jiġi limitat it-teħid tar-riskju mill-MMFs, huwa essenzjali li jitnaqqas ir-riskju tal-kontroparti billi l-portafoll tal-MMFs jiġi soġġett għal rekwiżiti ċari ta’ diversifikazzjoni. F’dan ir-rigward huwa meħtieġ ukoll li l-ftehimiet ta’ riakkwist invers ikunu kollateralizzati b’mod sħiħ u li, sabiex jiġi limitat ir-riskju operattiv, kontroparti waħda ta’ ftehim ta’ riakkwist invers ma tistax tkun responsabbli għal aktar minn 20 % tal-assi tal-MMF. Id-derivati kollha barra l-Borża (over-the-counter, OTC) għandhom ikunu soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 648/2012(8).

(28)  Għal raġunijiet prudenzjali u sabiex jiġi evitat l-eżerċizzju ta’ influwenza sinifikanti fuq l-immaniġġar ta’ korp emittenti mill-MMF, huwa meħtieġ li tiġi evitata l-konċentrazzjoni eċċessiva minn MMF f’investimenti maħruġa mill-istess korp emittenti.

(29)  L-MMF għandu jkollu r-responsabbiltà li jinvesti f’assi eliġibbli ta’ kwalità għolja. Għalhekk, l-MMF għandu jkollu proċedura prudenti u rigoruża ta’ valutazzjoni tal-kreditu sabiex jiddetermina l-kwalità tal-kreditu tal-istrumenti tas-suq monetarju li fih ikun beħsiebu jinvesti. Skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tillimita s-sovradipendenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, huwa importanti li l-MMFs jevitaw dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet maħruġa mill-aġenziji tal-kreditu meta jkunu qegħdin jivvalutaw il-kwalità tal-assi eliġibbli. ▌

(29a)   Meta jiġi kkunsidrat ix-xogħol li sar mill-korpi internazzjonali, bħall-IOSCO u l-FSB, kif ukoll fil-leġiżlazzjoni Ewropea, bħar-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) u d-Direttiva 2013/14/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil(10), dwar it-tnaqqis tad-dipendenza żejda tal-investituri fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu, mhuwiex xieraq li kwalunkwe prodott, inklużi MFFs, jiġi pprojbit espliċitament milli jitlob jew jiffinanzja klassifikazzjoni esterna tal-kreditu.

(30)  Sabiex jiġi evitat li l-maniġers tal-MMFs jużaw kriterji ta’ valutazzjoni differenti biex jevalwaw il-kwalità ta’ kreditu ta’ strument tas-suq monetarju u b’hekk jattribwixxu karatteristiċi ta’ riskju differenti lill-istess strument, huwa essenzjali li l-maniġers jistabbilixxu proċedura ta' valutazzjoni interna abbażi ta' metodoloġiji prudenti, sistematiċi u kontinwi ta' assenjament. Eżempji tal-kriterji ta' valutazzjoni huma l-miżuri kwantitattivi dwar l-emittent tal-istrument, bħall-proporzjonijiet finanzjarji, id-dinamiċi tal-karta bilanċjali, il-linji gwida dwar il-profittabilità, li jiġu evalwati u mqabbla ma’ dawk tal-pari u l-gruppi tal-industrija; miżuri kwalitattivi dwar l-emittent tal-istrument; bħall-effikaċja tal-maniġment, l-istrateġija korporattiva, li jkunu analizzati sabiex jiġi determinat li l-istrateġija globali tal-emittent ma xxekkilx il-kwalità tal-kreditu futur tiegħu. L-ogħla valutazzjonijiet interni għandhom jirriflettu l-fatt li l-kredibbiltà kreditizja tal-emittent tal-istrumenti tinżamm dejjem fl-ogħla livelli possibbli.

(31)  Biex jiżviluppa proċedura trasparenti u koerenti ta’ valutazzjoni tal-kreditu, il-maniġer għandu jiddokumenta l-proċeduri użati għall-valutazzjoni tal-kreditu. Dan għandu jassigura li l-proċedura ssegwi sett ċar ta’ regoli li jistgħu jiġu mmonitorjati u li l-metodoloġiji użati jiġu kkomunikati kemm lill-partijiet interessati meta dawn jitolbuhom, kif ukoll lill-awtorità nazzjonali kompetenti.

(32)  Sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-portafoll ta’ MMF huwa importanti li jiġu stabbiliti limitazzjonijiet fuq il-maturità, li jipprovdu għal maturità medja peżata (weighted average maturity, WAM) massima permissibbli u perjodu medju peżat (weighted average life, WAL).

(33)  Il-WAM tintuża sabiex titkejjel is-sensittività ta’ MMF għar-rati tal-imgħax li jinbidlu tas-suq monetarju. Fl-istabbiliment tal-WAM, il-maniġers iridu jikkunsidraw l-impatt tal-istrumenti derivattivi, id-depożiti u l-ftehimiet ta’ riakkwist invers u jirriflettu l-effett tagħhom fuq ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tal-MMF. Meta MMF jidħol fi tranżazzjoni ta’ swap biex jikseb skopertura għal strument b’rata fissa minflok rata varjabbli, dan għandu jiġi kkunsidrat għall-istabbiliment tal-WAM.

(34)  Il-WAL jintuża sabiex jitkejjel ir-riskju ta’ kreditu, billi aktar ma jiġi pospost ir-rimborż tal-kapital, aktar ikun kbir ir-riskju ta’ kreditu. Il-WAL jintuża wkoll sabiex jillimita r-riskju tal-likwidità. Kuntrarju għall-kalkolu tal-WAM, il-kalkolu tal-WAL għat-titoli b’rata varjabbli u l-istrumenti finanzjarji strutturati ma jippermettix l-użu ta’ dati għall-issettjar mill-ġdid tar-rati tal-imgħax iżda minflok juża l-maturità finali ddikjarata tal-istrument finanzjarju. Il-maturità użata għall-kalkolu tal-WAL hija l-maturità residwa sat-tifdija legali, billi din hija l-unika data li fiha l-kumpanija maniġerjali tista’ tkun assigurata li l-istrument ikun ġie rimborżat. Aspetti ta’ strument, bħall-possibbiltà ta’ tifdija f’dati speċifiċi, l-hekk imsejħa għażliet put, ma jistgħux jiġu kkunsidrati għall-kalkolu tal-WAL.

(35)  Sabiex tissaħħaħ il-ħila tal-MMFs li jiffaċċaw tifdijiet u jiġi evitat li l-assi tal-MMFs jiġu likwidati bi prezzijiet skontati ħafna, l-MMFs għandhom iżommu fuq bażi kontinwa ammont minimu ta’ assi likwidi li jimmaturaw kuljum jew kull ġimgħa. Sabiex jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-assi li jimmaturaw kuljum jew kull ġimgħa, għandha tintuża d-data tat-tifdija legali. Tista’ tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li l-maniġer itemm kuntratt fuq bażi ta’ terminu qasir ta' żmien. Pereżempju, jekk ftehim ta’ riakkwist invers ikun jista’ jiġi tterminat b’avviż ġurnata qabel, dan għandu jitqies bħala assi li jimmatura kuljum. Jekk il-maniġer ikollu l-possibbiltà li jiġbed flus minn kont ta’ depożitu b’avviż ġurnata qabel, dan jista’ jitqies bħala assi li jimmatura kuljum. It-titoli tal-gvern jistgħu jiġu inklużi bħala assi li jimmaturaw kuljum, fejn Maniġer tal-MMF jiddetermina li t-titoli tal-gvern huma ta’ kwalità ta’ kreditu għolja.

(36)  Minħabba li MMFs jistgħu jinvestu f’assi b’firxiet differenti ta’ maturità, l-investituri għandhom ikunu jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn kategoriji differenti tal-MMF. Għalhekk, l-MMFs għandhom jiġu kklassifikati bħala MMF għal terminu qasir ta' żmien jew bħala MMF standard. L-MMFs għal terminu qasir ta' żmien għandhom l-għan li joffru dħul bir-rata tas-suq filwaqt li jiżguraw l-ogħla livell ta’ sigurtà possibbli għall-investituri. Fuq rotot qosra WAM u WAL, ir-riskju tat-tul ta' żmien u r-riskju tal-kreditu tal-MMFs għal terminu qasir ta' żmien jinżammu f’livelli baxxi.

(37)  L-MMFs standard għandhom l-għan li joffru redditi daqsxejn ogħla mir-redditi tas-suq monetarju, u għalhekk jinvestu f’assi li għandhom maturità estiża. Barra minn hekk, sabiex jiksbu din il-prestazzjoni aħjar, din il-kategorija ta' MMFs għandha tippermetti li jitħallew jużaw limiti estiżi għar-riskju tal-portafoll bħall-maturità medja peżata u l-perjodu medju peżat.

(38)  Skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 84 tad-Direttiva 2009/65/KE, il-maniġers tal-UCITS MMFs għandhom il-possibbiltà li jissospendu temporanjament it-tifdijiet f’każijiet eċċezzjonali meta ċ-ċirkustanzi jeħtieġu hekk. Skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/61/UE u fl-Artikolu 47 Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013(11), il-maniġers ta’ AIF MMFs jistgħu jużaw arranġamenti speċjali sabiex jilqgħu għal xi illikwidità li tinterrompi tal-assi tal-fond.

(39)  Biex ikun evitat li l-immaniġġjar tar-riskju tal-MMFs jiġi preġudikat b’deċiżjonijiet ta’ terminu qasir influwenzati mill-klassifikazzjoni possibbli tal-MMF, fejn maniġer ta’ MMF ifittex klassifikazzjoni esterna tal-kreditu, din għandha tkun soġġetta għal, u mwettqa f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 462/ ▌Sabiex jiġi assigurat immaniġġar xieraq tal-likwidità huwa neċessarju li l-MMFs jistabbilixxu politiki u proċeduri tajba biex ikunu jafu lill-investituri tagħhom. Il-politiki li l-maniġer irid jimplimenta għandhom jgħinu sabiex tiġi mifhuma l-bażi tal-investituri tal-MMF, b’mod li tifdijiet kbar ikunu jistgħu jiġu antiċipati. Sabiex jiġi evitat li l-MMF jiffaċċa tifdijiet massivi f’daqqa, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil investituri kbar li jirrappreżentaw porzjon sostanzjali tal-assi tal-MMF, bħal investitur li jirrappreżenta aktar mill-proporzjon ta’ assi li jimmaturaw kuljum. F’dan il-każ l-MMF għandu jżid il-proporzjon tal-assi tiegħu li jimmaturaw kuljum meta mqabbel mal-proporzjon ta’ dak l-investitur. Kull fejn ikun possibbli, il-maniġer għandu jħares lejn l-identità tal-investituri, anki jekk ikunu rrappreżentati minn kontijiet nominati, portali jew kwalunkwe xerrej indirett ieħor.

(40)  Bħala parti minn immaniġġar prudenti tar-riskju, l-MMFs għandhom iwettqu ttestjar tal-istress tal-inqas kull trimestru. Il-maniġers tal-MMFs huma mistennija jaġixxu sabiex isaħħu r-robustezza tal-MMF kull meta r-riżultati tal-ittestjar tal-istress jindikaw vulnerabbiltajiet.

(41)  Sabiex jiġi rifless il-valur attwali tal-assi, l-użu ta’ valwazzjoni skont is-suq għandu jkun il-metodu preferut għall-valwazzjoni tal-assi tal-MMFs. Maniġer ma għandux jitħalla juża l-metodu ta’ valwazzjoni skont mudell meta l-valwazzjoni skont is-suq tipprovdi valur kredibbli tal-assi, billi l-metodu ta’ valwazzjoni skont mudell x’aktarx li jagħti valwazzjoni inqas preċiża. Assi bħall-bills tat-teżor u tal-awtoritajiet lokali, in-noti ta’ terminu medju jew qasir ta' żmien huma ġeneralment dawk li huma mistennija li jkollhom valwazzjoni skont is-suq kredibbli. Għall-valwazzjoni tal-karti kummerċjali jew taċ-ċertifikati ta’ depożitu, il-maniġer għandu jiċċekkja jekk ikunx ipprovdut ipprezzar korrett minn suq sekondarju. Il-prezz tar-riakkwist maħruġ mill-emittent għandu jitqies ukoll li jirrappreżenta stima tajba tal-valur tal-karta kummerċjali. Il-maniġer għandu jistma l-valur, pereżempju billi juża data tas-suq bħar-redditu fuq emissjonijiet komparabbli u emittenti komparabbli jew juża l-metodu ta’ kontabilità tal-kost amortizzat meqjus internazzjonalment kif stabbilit skont standards kontabilistiċi rikonoxxuti internazzjonalment.

(42)  CNAV MMFs għandhom l-għan li jippreservaw il-kapital filwaqt li jassiguraw grad għoli ta’ likwidità. Il-maġġoranza tas-CNAV MMFs għandhom valur nett tal-assi (net asset value, NAV) għal kull unità jew sett ta’ ishma, pereżempju, ta’ EUR 1, USD 1 jew GBP 1 meta jqassmu l-introjtu lill-investituri. L-oħrajn jakkumulaw l-introjtu fin-NAV tal-fond filwaqt li jżommu l-valur intrinsiku tal-assi f’valur kostanti.

(43)  Sabiex jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tas-CNAV MMFs huwa neċessarju li tas-CNAV MMFs jitħallew jużaw ukoll il-metodu kontabilistiku tal-kost amortizzat sabiex jistabbilixxu l-valur nett fiss tal-assi (NAV) għal kull unità jew sehem. Minkejja dan, sabiex ikun assigurat f’kull ħin il-monitoraġġ tad-differenza bejn in-NAV fiss għal kull unità jew sehem u n-NAV għal kull unità jew sehem, is-CNAV MMF għandu jikkalkula wkoll il-valur tal-assi tiegħu fuq il-bażi tal-metodi ta’ valwazzjoni skont is-suq jew ta’ valwazzjoni skont mudell.

(44)  Billi MMF għandu jippubblika NAV li jirrifletti l-movimenti kollha fil-valur tal-assi tiegħu, in-NAV ippubblikat għandu jiġi rrotondat sa mhux aktar mill-eqreb punt bażi jew l-ekwivalenti tiegħu. Minħabba f’hekk, meta n-NAV jiġi ppubblikat f’munita speċifika, pereżempju EUR 1, iż-żieda inkrementali fil-valur għandha ssir kull EUR 0,0001. Fil-każ ta’ NAV ta’ EUR 100, il-bidla inkrementali fil-valur għandha ssir kull EUR 0,01. Huwa biss jekk l-MMF ikun CNAV MMF li l-MMF jista’ jippubblika prezz li ma jsegwix kompletament il-movimenti fil-valur tal-assi tiegħu. F’dan il-każ in-NAV jista’ jiġi rrotondat sal-eqreb ċenteżmu għal NAV ta’ EUR 1 (kull moviment ta’ EUR 0,01).

(44a)   Qabel ma jinvestu f’MMF, l-investituri għandhom jiġu infurmati b’mod ċar jekk l-MMF ikunx għal terminu qasir jew ta’ natura standard. Biex jiġu evitati aspettattivi mhux xierqa mill-investitur, irid jiġi ddikjarat ukoll b’mod ċar fi kwalunkwe dokument promozzjonali li l-MMFs mhumiex strument ta’ investiment garantit.

(45)  Sabiex ikunu jistgħu jimmitigaw tifdijiet potenzjali ta’ klijenti fi żminijiet ta’ stress severi tas-suq, CNAV MMFs ta’ dejn pubbliku kollha, CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur u LVNAV MMFs għandu jkollhom fis-seħħ dispożizzjonijiet għal tariffi ta’ likwiditá u limiti ta’ tifdija li jimpedixxu tifdijiet sinifikanti fi żminijiet ta’ stress tas-suq u li jimpedixxu li investituri oħra jiġu esposti b’mod inġust għall-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq. Il-ħlas tal-likwidità għandu jkun ekwivalenti għall-ispiża attwali tal-likwidazzjoni tal-assi li tissodisfa t-tifdija tal-klijent waqt perjodi ta’ stress fis-suq u mhux għal ħlas ta' penali li jmur lil hinn minn dak li jista’ jibbilanċja t-telf impost fuq investituri oħra mit-tifdija.

(46)   CNAV MMFs ta’ Dejn Pubbliku u CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur għandhom jieqfu milli jkunu CNAV MMFs fejn ma jistgħux jissodisfaw l-ammont minimu ta’ rekwiżiti ta’ likwidità ta’ kull ġimgħa fi żmien 30 jum minn wara li jkunu ntużaw il-ħlasijiet ta’ likwidità jew ir-restrizzjonijiet fuq it-tifdijiet (redemption gates). F’dak il-każ, CNAV MMF ta' Dejn Pubbliku jew fil-livell tal-Konsumatur ikkonċernat għandu awtomatikament jikkonverti għal VNAV MMF jew ikun likwidat.

(46a)   LVNAV MMFs għandhom jiġu awtorizzati biss għal perjodu ta’ ħames snin. Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-adegwatezza ta’ LVNAV MMFs erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tikkunsidra l-impatt u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward LVNAV MMFs inkluża l-frekwenza ta’ mekkaniżmi ta’ salvagwardja msemmija f’dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tqis ukoll ir-riskju għall-istabbiltà finanzjarja tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni u l-ispejjeż lill-ekonomija inkluż għal korporattivi, is-settur tal-MMF u s-settur finanzjarju b’mod aktar wiesa’. L-evalwazzjoni għandha teżamina wkoll il-possibbiltà li LVNAV MMFs jiġu awtorizzati wara ħames snin jew li LVNAV MMFs jiġu awtorizzati b’mod indefinit, u jekk ikun il-każ, jekk humiex meħtieġa bidliet għar-reġim tal LVNAV MMFs.

(47)  L-appoġġ estern mogħti lil MMF ▌bl-għan li tinżamm jew il-likwidità jew l-istabbiltà ▌ jew li de facto jkollu dawn l-effetti jżid ir-riskju ta’ kontaġju bejn is-settur tal-MMF u l-bqija tas-settur finanzjarju. Il-partijiet terzi li jipprovdu tali appoġġ għandhom interess li jagħmlu dan, jew għax ikollhom interess ekonomiku fil-kumpanija maniġerjali li timmaniġġa l-MMF jew għax ikunu jridu jevitaw kwalunkwe dannu għar-reputazzjoni jekk isimhom ikun assoċjat mal-falliment ta’ MMF. Billi dawn il-partijiet terzi ma jintrabtux b’mod espliċitu li jipprovdu jew li jiggarantixxu l-appoġġ, hemm inċertezza dwar jekk tali appoġġ jingħatax meta l-MMF ikun jeħtieġu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-natura diskrezzjonali tal-appoġġ tal-isponsors tikkontribwixxi għall-inċertezza fost il-parteċipanti fis-suq dwar min se jġorr it-telf tal-MMF meta dan iseħħ. Din l-inċertezza x’aktarx tagħmel lill-MMFs saħansitra aktar vulnerabbli għall-assalti bankarji waqt perjodi ta’ instabbiltà finanzjarja, meta r-riskji finanzjarji aktar wiesgħa jkunu l-aktar evidenti u meta jinħoloq tħassib dwar is-saħħa tal-isponsors u l-ħila tagħhom li jipprovdu appoġġ lill-MMFs affiljati. Għal dawn ir-raġunijiet, ▌ l-appoġġ estern lill-MMFs għandu jkun projbit.

(48)  Qabel ma jinvestu f’MMF, l-investituri għandhom jiġu infurmati b’mod ċar jekk l-MMF ikunx ta’ natura għal terminu qasir jew ta’ natura standard ▌. Biex jiġu evitati aspettattivi mhux xierqa mill-investitur, irid jiġi ddikjarat ukoll b’mod ċar fi kwalunkwe dokument promozzjonali li l-MMFs mhumiex strument ta’ investiment garantit. ▌

(48a)   L-investituri għandhom jiġu infurmati dwar sorsi ta' aċċess għal informazzjoni dwar il-portafoll ta' investiment u l-livelli ta' likwidità tal-MMF.

(50)  L-awtorità kompetenti tal-MMF għandha tivverifika jekk MMF huwiex kapaċi jikkonforma ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa. Billi l-awtoritajiet kompetenti diġà huma mogħtija setgħat estensivi bid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE, huwa meħtieġ li dawn is-setgħat jiġu estiżi sabiex jiġu eżerċitati b’referenza għar-regoli komuni l-ġodda dwar l-MMFs. L-awtoritajiet kompetenti għall-UCITS jew l-AIF għandhom jivverifikaw ukoll il-konformità tal-impriżi kollha ta’ investiment kollettiv li għandhom il-karatteristiċi tal-MMFs li jkunu jeżistu fil-ħin li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

(50a)   Matul it-tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-impatti fuq l-aspetti ekonomiċi differenti marbuta mal-MMFs. Id-dejn maħruġ jew garantit mill-Istati Membri jirrappreżenta kategorija distinta ta’ investiment li juri karatteristiċi tal-kreditu u tal-likwidità speċifiċi. Barra minn hekk, dejn sovran għandu rwol vitali fl-iffinanzjar tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-evoluzzjoni tas-suq għal dejn sovran maħruġ jew garantit mill-Istati Membri u l-possibilità li jinħoloq qafas speċjali għal MMF li jikkonċentra l-politika ta’ investiment tiegħu fuq dak it-tip ta’ dejn.

(51)  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ddelegati fil-qasam tal-proċedura ta’ valutazzjoni interna skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti.

(52)  Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12). L-ESMA għandha tkun inkarigata mit-tfassil ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ mudell ta’ rapportar li jinkludi informazzjoni dwar l-MMFs għall-awtoritajiet kompetenti.

(53)  L-ESMA għandha tkun kapaċi teżerċita s-setgħat kollha mogħtija lilha bid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE fir-rigward ta’ dan ir-Regolament. Hija inkarigata wkoll mill-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni.

(54)  ▌Matul it-tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, huwa essenzjali li l-Kummissjoni tanalizza l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-impatti fuq l-aspetti ekonomiċi differenti marbuta mal-MMFs. Din ir-reviżjoni għandha tiffoka fuq l-effett li l-bidliet meħtieġa minn dan ir-Regolament ikollhom fuq l-ekonomija reali u l-istabbiltà finanzjarja.

(55)  Ir-regoli uniformi l-ġodda dwar MMFs għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14).

(56)  Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu żgurati rekwiżiti prudenzjali li japplikaw għall-MMFs madwar l-Unjoni, filwaqt li tittieħed il-konsiderazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikun hemm bilanċ bejn is-sikurezza u l-kredibbiltà tal-MMFs bl-operat effiċjenti tas-swieq monetarji u l-kost għall-bosta partijiet interessati tagħhom, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant jista', minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(57)  Ir-regoli uniformi l-ġodda dwar l-MMFs jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-protezzjoni tal-konsumatur, il-libertà tat-twettiq ta’ attivitajiet ekonomiċi u l-protezzjoni ta’ data personali. Ir-regoli uniformi l-ġodda dwar l-MMFs għandhom jiġu applikati skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-istrumenti finanzjarji eliġibbli għal investiment minn fond tas-suq monetarju (MMF), il-portafoll u l-valutazzjoni tiegħu, u r-rekwiżiti ta' rapportar fir-rigward ta' MMF stabbilit, amministrat jew imqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

Dan ir-Regolament japplika għal impriżi ta' investiment kollettiv li:

i.   jeħtieġu awtorizzazzjoni bħala UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE jew li huma AIFs skont id-Direttiva 2011/61/UE;

ii.  jinvestu f'assi b'terminu qasir ta' żmien;

iii.  għandhomgħanijiet distinti jew kumulattivi li joffru redditi konformi mar-rati tas-suq monetarju jew li jippreservaw il-valur tal-investiment.

2.  L-Istati Membri ma għandhomx iżidu xi rekwiżit addizzjonali fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament.

Artikolu 1a

Tipi ta' CNAV MMF

Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, CNAV MMFs għandhom joperaw fl-Unjoni biss bħala:

(a)  CNAV MMF ta’ Dejn Pubbliku;

(b)  CNAV MMF fil-livell tal-Konsumatur; jew

(c)  LVNAV MMF.

Ir-referenzi kollha f’dan ir-Regolament għal CNAV MMFs għandhom x’jaqsmu kemm ma’ CNAV MMFs ta' Dejn Pubbliku, CNAV MMFs fil-Livell tal-Konsumatur kif ukoll LVNAV MMFs, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “assi b'terminu qasir ta' żmien” tfisser assi finanzjarji b'maturità residwa li ma taqbiżx is-sentejn;

(2)  “strumenti tas-suq monetarju” tfisser strumenti trasferibbli msemmija fl-Artikolu 2(1)(o) tad-Direttiva 2009/65/KE li normalment jiġu nnegozjati fis-suq monetarju, bħall-kambjali tat-teżor u tal-awtoritajiet lokali, iċ-ċertifikati ta’ depożiti, il-karti kummerċjali, l-aċċettazzjonijiet bankarji jew in-noti għal terminu qasir jew medju ta’ żmien kif ukoll strumenti kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/16/KE;

(3)  “titolizzazzjonijiet trasferibbli” tfisser titolizzazzjoni trasferibbli kif iddefinita fl-Artikolu 2(1)(n) tad-Direttiva 2009/65/KE;

(4)  “ftehim ta' riakkwist” tfisser kwalunkwe ftehim li fih parti waħda tittrasferixxi titoli jew drittijiet relatati ma' kontroparti, soġġetta għal impenn ta' riakkwist tagħhom bi prezz speċifikat f'data fil-ġejjieni speċifikata jew li għad trid tiġi speċifikata;

(5)  “ftehim ta' retroriakkwist” tfisser kwalunkwe ftehim li fih parti minnhom tirċievi titoli, jew xi dritt relatat ma' titlu jew titolu minn kontroparti soġġetta għal impenn li tbiegħhom lura bi prezz speċifikat f'data fil-ġejjieni speċifikata jew li għad trid tiġi speċifikata;

(6)  “għoti b'self ta' titoli” u “teħid b'self ta' titoli” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li fiha istituzzjoni jew il-kontroparti tagħha tittrasferixi titoli soġġetta għal impenn li l-mutwatarju se jrodd lura titoli ekwivalenti f'xi data fil-ġejjieni jew meta jintalab jagħmel hekk mit-trasferitur, bit-tranżazzjoni li tkun għoti b'self ta' titoli għall-istituzzjoni li tittrasferixxi t-titoli u li tkun teħid b'self ta' titoli għall-istituzzjoni li huma ttrasferiti lilha;

(7)  “titolizzazzjoni” tfisser titolizzazzjoni kif definita fl-Artikolu 4 (1)(61) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(7a)   “titolu garantit minn assi likwidi ta’ kwalità għolja” tfisser titolu garantit minn assi kwalifikat li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru ... li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità għal Istituzzjonijiet ta’ Kreditu abbażi tal-Artikolu 460 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 definit għal speċifikazzjoni uniformi bħala assi trasferibbli eliġibbli ta’ likwidità għolja u ta’ kwalità ta' kreditu għolja skont l-Artikolu 416(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(8)  “dejn korporattiv” tfisser strumenti ta’ dejn maħruġa minn impriża li hija effettivament involuta fil-produzzjoni jew mal-kummerċ ta’ prodotti u servizzi mhux finanzjarji;

(9)  “skontil-valur tas-suq” tfisser il-valwazzjoni tal-pożizzjonijiet fi prezzijiet ta' għeluq bil-lest li jinġiebu b'mod indipendenti, inklużi prezzijiet tal-kambju, prezzijiet tal-iskrin jew kwotazzjonijiet minn bosta sensara indipendenti b'reputazzjoni tajba;

(10)  “skont mudell” tfisser kwalunkwe valwazzjoni li trid titqabbel ma' punt ta' riferiment, tiġi estrapolata jew tiġi kkalkolata b'xi mod ieħor minn input wieħed jew iktar tas-suq;

(11)  “metodu ta' kost amortizzat” tfisser metodu ta' valwazzjoni li jieħu l-kost tal-akkwiżizzjoni ta' assi u jaġġusta dan il-valur għal amortizzazzjoni ta' primjums (jew skontijiet) sal-maturità;

(12)  “Fond tas-Suq Monetarju tal-Valur kostanti tal-Assi Netti” (constant net assets value Money Market Fund, CNAV MMF) tfisser fond tas-suq monetarju li jżomm NAV b'valur stabbli għal kull unità jew sehem; fejn id-dħul fil-fond ikun dovut kuljum jew inkella jista' jitħallas lill-investitur, u fejn l-assi ġeneralment jiġu valutati skont il-metodu ta' kost amortizzat jew in-NAV jitqarreb lejn l-eqreb punt perċentwali jew l-ekwivalenti tiegħu f'terminu monetarju;

(12a)   “Fond tas-Suq Monetarju tal-Valur Kostanti tal-Assi Netti fil-Livell tal-Konsumatur” (CNAV MMF fil-Livell tal-Konsumatur) tfisser CNAV MMF li hu disponibbli għas-sottoskrizzjoni biss għal karità, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, awtoritajiet pubbliċi u fondazzjonijiet pubbliċi;

(12b)   “Volatilità Baxxa tal-Valur tal-Assi Netti tal-Fond tas-Suq Monetarju” (LVNAV MMF) tfisser LVNAV MMF li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27(1) sa (4);

(13)  “MMF għal terminu qasir ta' żmien” tfisser fond tas-suq monetarju li jinvesti f’eliġibbli l-istrumenti ta-suq monetarju msemmija fl-Artikolu 9(1);

(14)  “MMF standard” tfisser fond tas-suq monetarju li jinvesti f’eliġibbli l-istrumenti ta-suq monetarju msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2);

(15)  “istituzzjonijiet ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(16)  “awtorità kompetenti tal-MMF” tfisser:

(a)  għall-UCITS, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' oriġini tal-UCITS magħżula skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva 2009/65/KE

(b)  għall-AIF tal-UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' oriġini tal-AIF kif definit fl-Artikolu 4(1)(p) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(c)  għal AIF mhux tal-UE xi wieħed minn dan li ġej:

(i)  l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-AIF mhux tal-UE jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bla passaport;

(ii)  l-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE li jmexxi l-AIF mhux tal-UE, fejn l-AIF mhux tal-UE jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bla passaport jew ma jitqiegħedx fis-suq tal-Unjoni;

(iii)  l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' referenza jekk l-AIF mhux tal-UE ma jkunx immexxi minn AIFM tal-UE u jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni b'passaport;

(17)  “Stat Membru ta' oriġini tal-MMF” tfisser l-Istat Membru fejn l-MFF ikun awtorizzat;

(18)  “maturità medja peżata (weighter average maturity, WAM)” tfisser it-tul medju ta' żmien għall-maturità legali jew, jekk iqsar, għar-rata tal-imgħax li jmiss issettjata mill-ġdid għal rata tas-suq monetarju, tal-assi sottostanti kollha fil-fond li jirriflettu l-parteċipazzjonijiet relattivi f'kull assi;

(19)  “ħajja medja peżata (weighted average life, WAL)” tfisser it-tul medju ta' żmien għall-maturità legali tal-assi kollha sottostanti fil-fond li jirriflettu l-parteċipazzjonijiet relattivi f'kull assi;

(20)  “maturità legali” tfisser id-data li fiha l-kapital prinċipali ta' titolu għandu jitħallas lura bis-sħiħ u li mhuwiex soġġett għal xi għażla;

(21)  “maturità residwa” tfisser it-tul ta' żmien sal-maturità legali;

(22)  “bejgħ bin-nieqes” tfisser il-bejgħ skopert ta' strumenti tas-suq monetarju;

(22a)   “CNAV MMF ta’ dejn pubbliku” tfisser CNAV MMF li jinvesti 99.5 % tal-assi tiegħu fi strumenti ta’ dejn pubbliku u, sal-2020, tal-inqas 80 % tal-assi tiegħu fi strumenti ta’ dejn pubbliku tal-UE, CNAV MMFs ta’ dejn pubbliku għandhom jibnu dan l-investiment fid-dejn pubbliku gradwalment;

(22b)   “Appoġġ estern” tfisser appoġġ dirett jew indirett offrut minn parti terza, inkluż l-isponsor tal-MMF, li huwa intiż għal, jew li jirriżulta f'garanzija tal-likwidità tal-MMF jew fl-istabbilizzazzjoni tan-NAV għal kull unità jew sehem tal-MMF u għandha tinkludi:

(a)  flus kontanti minn parti terza;

(b)  ix-xiri minn parti terza tal-assi tal-MMF bi prezz esaġerat;

(c)  ix-xiri minn parti terza tal-unitajiet jew l-ishma tal-MMF sabiex tiġi pprovduta likwidità lill-fond;

(d)  il-ħruġ minn parti terza ta’ kwalunkwe tip ta’ garanzija, assigurazzjoni jew ittra ta’ appoġġ impliċita jew espliċita għall-benefiċċju tal-MMF;

(e)  kwalunkwe azzjoni minn parti terza, li l-objettiv dirett jew indirett tagħha huwa li żżomm il-profil tal-likwidità u n-NAV għal kull unità jew sehem tal-MMF;

(22c)   “strumenti ta’ dejn pubbliku tal-UE” tfisser strumenti ta’ dejn pubbliku li jikkonsistu fi flus kontanti, assi pubbliċi tal-Istati Membri jew ftehimiet ta’ riakkwist invers b’dejn pubbliku garantit tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-uffiċċji jew l-aġenziji tagħha, inklużi fost oħrajn il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, u l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi;

(22d)   “Strumenti ta' Dejn Pubbliku” tfisser flus kontanti, assi tal-gvern jew ftehimiet ta’ riakkwist invers garantit b’dejn tal-gvern ta’ kwalunkwe emittent sovran eliġibbli, kif determinat mill-maniġer tal-MMF.

Artikolu 3

Awtorizzazzjoni tal-MMFs

1.  Ebda impriża ta' investiment kollettiv ma għandha titwaqqaf, titqiegħed fis-suq jew titmexxa fl-Unjoni bħala MMF sakemm ma tkunx ġiet awtorizzata skont dan ir-Regolament.

Din l-awtorizzazzjoni tkun valida għall-Istati Membri kollha.

2.  Impriża ta' investiment kollettiv li teħtieġ awtorizzazzjoni bħala UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE tkun awtorizzata bħala MMF bħala parti mill-proċedura ta' awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2009/65/KE.

3.  Impriża ta' investiment kollettiv li hija AIF tkun awtorizzata bħala MMF skont il-proċedura ta' awtorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 4.

4.  Ebda impriża ta' investiment kollettiv ma għandha tkun awtorizzata bħala MMF sakemm l-awtorità kompetenti tal-MMF ma tkunx issodisfata li l-MMF se jkun kapaċi jilħaq ir-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament.

5.  Għall-fini ta' awtorizzazzjoni, l-MMF jissottometti lill-awtorità kompetenti tiegħu d-dokumenti li ġejjin:

(a)  ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni;

(b)  identifikazzjoni tal-maniġer;

(c)  identifikazzjoni tad-depożitarju;

(d)  deskrizzjoni tal-MMF disponibbli għall-investituri, jew kwalunkwe informazzjoni fuqu;

(e)  deskrizzjoni tal-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa biex tinżamm konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-Kapitoli minn II sa VII, jew kwalunke informazzjoni fuqhom;

(f)  kwalunkwe informazzjoni jew dokumenti oħrajn mitlubin mill-awtorità kompetenti tal-MMF biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

6.  Fuq bażi trimestrali, l-awtoritajiet kompetenti jgħarrfu lill-ESMA dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija jew irtirati skont dan ir-Regolament.

7.  L-ESMA żżomm reġistru ċentrali pubbliku u fih tidentifika kull MMF awtorizzat skont dan ir-Regolament, it-tipoloġija tiegħu, il-maniġer tiegħu u l-awtorità kompetenti tal-MMF. Ir-reġistru jkun disponibbli f'format elettroniku.

Artikolu 4

Proċedura biex jiġu awtorizzati MMFs tal-AIF

1.  AIF ikun awtorizzat bħala MMF biss jekk l-awtorità kompetenti tiegħu approvat l-applikazzjoni ta' AIFM awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE biex imexxi l-AIF, ir-regoli tal-fond u l-għażla tad-depożitarju.

2.  Meta jissottometti l-applikazzjoni biex imexxi l-AIF, l-AIFM awtorizzat jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-MMF:

(a)  bil-ftehim miktub mad-depożitarju;

(b)  b'informazzjoni fuq l-arranġamenti ta' delegazzjoni dwar il-portafoll u l-immaniġġar u l-amministrazzjoni tar-riskji fir-rigward tal-AIF;

(c)  b'informazzjoni fuq l-istrateġiji ta' investiment, il-profil ta' riskju u karatteristiċi oħrajn tal-AIFs li l-AIFM huwa awtorizzat imexxi.

L-awtorità kompetenti tal-MMF tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-AIFM għal kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni msemmija fis-sottoparagrafu ta' qabel jew attestazzjoni dwar jekk l-MMFs jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni ta' tmexxija tal-AIFM. L-awtorità kompetenti tal-AIFM twieġeb fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mit-talba mill-awtorità kompetenti tal-MMF.

3.  Kwalunkwe modifika sussegwenti fid-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tiġi notifikata minnufih mill-AIFM lill-awtorità kompetenti tal-MMF.

4.  L-awtorità kompetenti tal-MMF tista' tirrifjuta l-applikazzjoni tal-AIFM biss jekk:

(a)  l-AIFM ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament;

(b)  l-AIFM ma jikkonformax mad-Direttiva 2011/61/UE;

(c)  l-AIFM mhuwiex awtorizzat mill-awtorità kompetenti tiegħu biex imexxi MMFs;

(d)  l-AIFM ma pprovdiex id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Qabel tirrifjuta applikazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-MMF tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-AIFM.

5.  L-awtorizzazzjoni tal-AIF bħala MMF ma għandhiex tkun soġġetta għal rekwiżit li l-AIF jitmexxa minn AIFM awtorizzat fl-Istat Membru ta' oriġini tal-AIF jew li l-AIFM iwettaq jew jiddelega xi attivitajiet fl-Istat Membru ta' oriġini tal-AIF.

6.  L-AIFM jiġi mgħarraf fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni ta' applikazzjoni sħiħa dwar jekk ingħatatx awtorizzazzjoni tal-AIF bħala MMF.

7.  L-awtorità kompetenti tal-MMF ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni jekk l-AIF huwa legalment projbit milli jqiegħed fis-suq l-unitajiet jew l-ishma tiegħu fl-Istat Membru ta' oriġini tiegħu.

Artikolu 5

L-użu tad-deżinjazzjoni bħala MMF

1.  L-UCITS jew l-AIF jużaw id-deżinjazzjoni "fond tas-suq monetarju" jew "MMF" dwarhom infushom jew l-unitajiet jew l-ishma li joħorġu biss meta l-UCITS jew l-AIF ikunu ġew awtorizzati skont dan ir-Regolament.

L-UCITS jew l-AIF jużaw deżinjazzjoni li tissuġġerixxi fond tas-suq monetarju jew li tuża termini bħal “flus kontanti”, “likwidi”, “flus”, “assi lesti”, “bħal depożiti” jew kliem simili biss fejn ikunu ġew awtorizzaati skont dan ir-Regolament.

2.  L-użu tad-deżinjazzjoni "fond tas-suq monetarju", “MMF” jew deżinjazzjoni li tissuġġerixxi MMF jew l-użu ta' termini msemmija fil-paragrafu 1 jinvolvi l-użu tagħha fi kwalunkwe dokument estern jew intern, rapport, dikjarazzjoni, reklam, komunikazzjoni, ittra jew kwalunkwe materjal ieħor indirizzat jew maħsub biex jitqassam lil investituri prospettivi, detenturi ta' unitajiet, azzjonisti jew awtoritajiet kompetenti bil-miktub, b'mod orali, elettroniku jew xi mod ieħor.

Artikolu 6

Regoli applikabbli

1.  L-MMF jikkonforma l-ħin kollu mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2.  L-MMF li jkun UCITS u l-maniġer tiegħu jikkonforma l-ħin kollu mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/65/KE, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament.

3.  L-MMF li jkun AIF u l-maniġer tiegħu jikkonforma l-ħin kollu mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/61/UE, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament.

4.  Il-maniġer tal-MMF ikun responsabbli milli jiżgura li tinżamm konformità ma' dan ir-Regolament. Il-maniġer ikun responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara li ġejjin min-nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament.

5.  Dan ir-Regolament ma għandux iżomm lil MMFs milli japplikaw il-limiti tal-investimenti li huma iktar stretti minn dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament.

Kapitolu II

Obbligi li jikkonċernaw il-politiki ta' investiment tal-MMFs

Taqsima I

Regoli ġenerali u assi eliġibbli

Artikolu 7

Prinċipji ġenerali

1.  Meta l-MMF ikun fih aktar minn kompartiment wieħed ta' investiment, kull kompartiment jitqies bħala MMF separat għall-finijiet tal-Kapitoli minn II sa VII.

2.  L-MMFs awtorizzati bħala UCITS ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi li jikkonċernaw politiki ta' investiment ta' UCITS stabbiliti fl-Artikoli 49, 50, 50a, 51(2), u minn 52 sa 57 tad-Direttiva 2009/65/KE, sakemm ma jiġix speċifikat b'mod espliċitu b'xi mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Assi eliġibbli

1.  L-MMF jinvesti biss f'waħda jew iktar mill-kategoriji li ġejjin ta' assi finanzjarji u dejjem bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan ir-Regolament:

(a)  strumenti tas-suq monetarju;

(aa)   strumenti finanzjarji maħruġa u ggarantiti individwalment jew b’mod konġunt mill-awtorità ċentrali, reġjonali u lokali tal-Istati Membri, il-banek ċentrali tagħhom, mill-Istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni, inklużi fost l-oħrajn il-Bank Ċentrali Ewropew, jew il-Bank Ewropew tal-Investimenti, il-Fond Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew ġdid għal Investimenti Strateġiċi, kif ukoll il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank tal-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;

(b)  depożiti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu;

(c)  strumenti eliġibbli derivati użati esklussivament għal finijiet ta’ hedging;

(d)  ftehimiet ta’ riakkwist invers jew ftehimiet ta’ riakkwist, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

i)  assi użati bħala kollateral ma’ jinbiegħux, lanqas jerġgħu jiġu investiti jew mirhuna;

(ii)  il-ftehim ta’ riakkwist jintuża fuq bażi temporanja u mhux għal finijiet ta’ investiment;

(iii)  l-MMF għandu d-dritt itemm il-ftehim fi kwalunkwe ħin wara avviż ta’ mhux aktar minn jumejn ta' xogħol;

(iv)  il-flus kontanti li jirċievi l-MMF bħala parti mill-ftehimiet ta’ riakkwist ma’ jaqbżux l-10 % tal-assi tiegħu u ma’ jiġux trasferiti, investiti mill-ġdid jew inkella użati mill-ġdid;

2.  L-MMF ma għandux iwettaq xi waħda minn dawn l-attivitajiet:

(a)  jinvesti f'assi minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)  ibigħ bin-nieqes strumenti tas-suq monetarju;

(c)  jieħu skopertura diretta jew indiretta għal fondi nnegozjati fil-borża (EFTs), ekwitajiet jew komoditajiet, inkluż permezz ta' derivattivi, ċertifikati li jirrappreżentawhom, indiċijiet ibbażati fuqhom jew xi mezzi jew strumenti oħrajn li jagħtu xi skopertura għalihom;

(d)  jidħol fi ftehimiet ta' għoti b'self ta' titoli jew ftehimiet ta' teħid b'self ta' titoli, ▌jew kwalunkwe ftehim ieħor li jkun ta' gravama għall-assi tal-MMF;

(e)  jieħu u jagħti b'self flus kontanti.

(ea)   jinvesti f'MMFs oħra.

Artikolu 9

Strumenti eliġibbli tas-suq monetarju

1.  Strument tas-suq monetarju jkun eliġibbli għal investiment minn MFF diment li jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)  jaqa' f'waħda mill-kategoriji ta' strumenti tas-suq monetarju msemmija fl-Artikolu 50(1)(a), (b), (c) jew (h) tad-Direttiva 2009/65/KE.

(b)  juri wieħed mill-karatteristiċi alternattivi li ġejjin:

(i)  ikollu maturità legali fil-ħruġ ta' 397 jum jew inqas;

(ii)  ikollu maturità residwa ta' 397 jum jew inqas. jew

(iii)   huwa eliġibbli bħala titolu garantit minn assi likwidu ta’ kwalità għolja msemmi fl-Artikolu 2(7a).

(c)  l-emittent tal-istrument tas-suq monetarju ngħata waħda mill-ogħla żewġ gradi ta' klassifikazzjoni interna skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.

(d)  Fil-każ li tieħu l-espożizzjoni għal titolizzazzjoni, din tkun soġġetta għal rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 10.

2.  L-MMF standard jitħalla jinvesti fi strument tas-suq monetarju li jġarrab aġġustamenti regolari fil-qligħ b'konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq monetarju kull 397 jum jew fuq bażi iktar spissa filwaqt li ma jkollux maturità residwa li taqbeż is-sentejn.

3.  Il-paragrafu 1(c), ma għandux japplika għal strumenti tas-suq monetarju maħruġin jew garantiti minn awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta' Stat Membru, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Unjoni, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà jew il-Bank Ewropew tal-Investiment.

Artikolu 10

Titolizzazzjonijiet eliġibbli

1.  It-titolizzazzjoni għandha tkun ▌ eliġibbli sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  l-iskopertura sottostanti jew grupp ta’ skoperturi tkun tikkonsisti esklussivament minn dejn eliġibbli u tkun suffiċjentement diversifikata;

(b)  id-dejn eliġibbli huwa ta’ kwalità għolja ta’ kreditu u likwidu;

(c)  id-dejn eliġibbli sottostanti għandu maturità legali fil-ħruġ ta' 397 jum jew inqas; jew għandu maturità residwa ta' 397 jum jew inqas.

1a.   Titoli garantiti b’assi likwidi ta’ kwalità għolja msemmija fl-Artikolu 2(7a) għandhom jiġu kkunsidrati bħala titolizzazzjonijiet eliġibbli.

1b.   Karti kummerċjali garantiti b’assi għandhom jiġu kkunsidrati bħala titolizzazzjonijiet eliġibbli sakemm dawn huma likwidi kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li l-iskoperturi sottostanti huma ta' kwalità għolja ta’ kreditu.

2.  Il-Kummissjoni għandha, sa [6 xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] tadotta atti delegati skont l-Artikolu 44 dwar l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata fir-rigward ta’ kwalunkwe mill-aspetti li ġejjin:

(a)  il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom l-iskopertura sottostanti jew grupp ta’ skoperturi jkun meqjus li jikkonsisti esklussivament f’dejn eliġibbli u jekk jitqiesx li huwa diversifikat biżżejjed;

(b)  kundizzjonijiet u limiti numeriċi li jiddeterminaw meta d-dejn sottostanti huwa ta’ kwalità għolja ta’ kreditu u likwidità.

(ba)  ir-rekwiżiti ta’ trasparenza tat-titolizzazzjoni u l-assi sottostanti tagħha.

B’hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza mal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 460 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 135(2) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), u għandha tqis il-karatteristiċi speċifiċi tat-titolizzazzjonijiet b’maturitajiet fil-ħruġ ta’ inqas minn 397 jum.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, sa [6 xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] tadotta atti delegati li jispeċifikaw il-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ dejn ta’ kwalità għolja ta’ kreditu u karti kummerċjali garantiti b’assi likwidi fir-rigward tal-paragrafu 1a. B’hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza u appoġġ tal-flussi ta’ ħidma rispettivi tal-EBA.

Artikolu 11

Depożiti eliġibbli ma' istituzzjonijiet ta' kreditu

Depożitu ma' istituzzjoni ta' kreditu jkun eliġibbli għal investiment minn MFF diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  id-depożitu jista' jitħallas lura wara talba jew jista' jiġi prelevat fi kwalunkwe waqt;

(b)  id-depożitu jimmatura f'mhux iktar minn 12-il xahar;

(c)  l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew, meta l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha f'pajjiż terz hija soġġetta għar-regoli prudenzjali meqjusa ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni b’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 12

Strumenti finanzjarji derivati eliġibbli

Strument finanzjarju derivattiv għandu jkun eliġibbli għal investiment minn MMF jekk huwa nnegozjat f'suq irregolat imsemmi fl-Artikolu 50(1)(a), (b) jew (c) tad-Direttiva 2009/65/KE jew huwa soġġett għall-obbligu tal-ikklerjar previst fir-Regolament (UE) Nru 648/2012,sakemm ▌ jiġu ssodisfati ▌ l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  is-sottostanti tal-istrument derivattiv tikkonsisti f'rati tal-imgħax, rati tal-kambju, muniti jew indiċijiet li jirrappreżentaw waħda minn dawn il-kategoriji;

(b)  l-istrument derivattiv jintuża biss għall-fini ta' hedging tad-durata u r-riskji tal-kambju inerenti għal investimenti oħrajn tal-MMF;

(c)  il-kontropartijiet għall-istrumenti derivattivi ▌ huma istituzzjonijiet soġġetti għal regolament u superviżjoni prudenzjali u li jappartjenu għall-kategoriji approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' oriġini tal-MMF;

(d)  id-derivattivi ▌ huma soġġetti għal valwazzjoni kredibbli u verifikabbli fuq bażi ta' kuljum u jistgħu jinbiegħu, jiġu likwidati jew jingħalqu permezz ta' tranżazzjoni ta' tpaċija fi kwalunkwe żmien bil-valur ġust tagħhom fuq inizjattiva tal-MMF.

Artikolu 13

Ftehimiet ta’ retroriakkwist eliġibbli

1.  Ftehim ta' retroriakkwist ikun eliġibbli sabiex MMF jidħol fih dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  l-MMF għandu d-dritt itemm il-ftehim fi kwalunkwe ħin wara li jingħata avviż ta’ mhux aktar minn jumejn xogħol;

(b)  il-valur fis-suq tal-assi riċevuti bħala parti mill-ftehim ta' riakkwist invers huwa fil-ħinijiet kollha tal-inqas daqs il-valur tal-flus kontanti distribwiti.

2.  L-assi riċevuti mill-MMF bħala parti minn ftehim ta' riakkwist invers ikunu strumenti tas-suq monetarju kif stabbilit fl-Artikolu 9.

3.  It-Titolizzazzjonijiet kif definiti fl-Artikolu 10 ma għandhomx ikunu waslu għand l-MMF bħala parti ta’ ftehim ta' retroakkwist. ▌

4.  L-assi riċevuti mill-MMF bħala parti minn ftehim ta' riakkwist invers jiġu inklużi għall-fini ta' kalkolu tal-limiti fuq id-diversifikazzjoni u l-konċentrazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawn l-assi ma għandhomx jinbiegħu, jerġgħu jiġu investiti, mirhuna jew trasferiti b’xi mod ieħor.

5.  B’deroga mill-paragrafu 2, l-MMF jista' jirċievi bħala parti minn ftehim ta’ retroakkwist titolizzazzjonijiet likwidi trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 9 sakemm dawk l-assi jkunu konformi ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ikunu ta’ kwalità għolja ta’ kreditu u huma maħruġa jew garantiti minn awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta’ Stat Membru, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Unjoni, il-mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbiltà, il-Bank Ewropew tal-Investiment;

(b)  ikunu maħruġa jew iggarantiti minn awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta’ pajjiż terz, sakemm l-emittent tal-assi tal-pajjiż terz jgħaddi mill-valutazzjoni interna skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli minn 16 sa 19.

L-assi riċevuti bħala parti minn ftehim ta’ tranżazzjoni ta’ retroriakkwist skont l-ewwel subparagrafu jkunu żvelati għall-investituri tal-MMF.

L-assi riċevuti bħala parti minn ftehim ta’ tranżazzjoni ta’ retroriakkwist skont l-ewwel subparagrafu jkunu suġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14(6).

5a.   MMF jista’ jissellef jew jidħol fi ftehimiet ta’ riakkwist, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  il-ftehim ta’ riakkwist jintuża fuq bażi temporanja, għal mhux aktar minn sebat ijiem ta' xogħol, u mhux għal finijiet ta’ investiment;

(b)  is-somma mill-ftehimiet ta’ riakkwist m’għandhiex taqbeż l-10 % tal-assi tal-MMF ikkonċernat u m’għandhiex tiġi investita f’assi eliġibbli;

(c)  l-MMF għandu d-dritt itemm il-ftehim fi kwalunkwe ħin wara avviż ta’ mhux aktar minn jumejn ta' xogħol;

(d)  il-kollateral tal-flus kontanti rċevuti għandu jkun biss:

—  iddepożitat mal-entitajiet preskritti fl-Artikolu 50(f) tad-Direttiva UCITS;

—  investit f’bonds tal-gvern ta’ kwalità għolja;

—  użat għall-iskop ta’ tranżazzjonijiet ta’ riakkwist invers sakemm it-tranżazzjonijiet ikunu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal superviżjoni prudenzjali u l-UCITS tkun tista’ ġġib lura fi kwalunkwe ħin l-ammont sħiħ ta’ flus kontanti fuq bażi dovuta;

—  investit f’fondi tas-suq monetarju fuq terminu qasir ta’ żmien kif definit fil-Linji Gwida dwar Definizzjoni Komuni tal-Fondi tas-Suq Monetarju Ewropew.

Kollateral ta’ flus kontant investiti mill-ġdid għandu jiġi diversifikat skont ir-rekwiżiti ta’ diversifikazzjoni applikabbli għal kollateral mhux ta’ flus kontanti. Il-prospett għandu jinforma b’mod ċar lill-investituri dwar il-politika tal-kollateral tal-UCITS, inkluż, fil-każ ta’ kollateral ta’ flus kontanti, il-politika ta’ investiment mill-ġdid fil-UCITS u r-riskji li jirriżultaw minn dan.

Taqsima II

Dispożizzjonijiet fuq Politiki tal-Investiment

Artikolu 14

Diversifikazzjoni

1.  L-MMF ma għandux jinvesti iktar minn 5 % tal-assi tiegħu f'xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  strumenti tas-suq monetarju maħruġin mill-istess korp;

(b)  depożiti li saru mal-istess istituzzjoni ta' kreditu;

2.  L-aggregat tal-iskoperturi kollha għal titolizzazzjonijiet ma għandux jaqbeż l-10 % tal-assi ta’ MMF.

3.  L-iskopertura ta' riskju aggregat għall-istess kontroparti tal-MMF li ġejja minn tranżazzjonijiet derivattivi ▌ ma għandhiex taqbeż il-5 % tal-assi tiegħu.

4.  L-ammont aggregat ta' flus kontanti pprovdut lill-istess kontroparti tal-MMF fi ftehimiet ta' riakkwist invers ma għandux jaqbeż 10 % tal-assi tiegħu.

5.  Minkejja l-limiti individwali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3, fejn dan ikun iwassal għal investiment ta' iktar minn 8 % tal-assi tiegħu f'korp individwali, la MMF ta' dejn pubbliku u lanqas MMF standard m'għandhom iħalltu bejn dawn li ġejjin:

(a)  investimenti fi strumenti tas-suq monetarju maħruġin minn dak il-korp;

(b)  depożiti li saru minn dak il-korp;

(c)  strumenti finanzjarji derivati ▌li jġibu skopertura għar-riskju tal-kontroparti lil dak il-korp.

6.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1(a), awtorità kompetenti tista' tawtorizza lill-MMF biex jinvesti skont il-prinċipju ta' tifrix tar-riskju sa 100 % tal-assi tiegħu fi strumenti tas-suq monetarju differenti maħruġin jew garantiti minn awtorità ċentrali, reġjonali jew lokali jew bank ċentrali ta' Stat Membru, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Unjoni, il-mekkaniżmu Ewropew ta' stabbiltà jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta' pajjiż terz, jew minn korp pubbliku internazzjonali li għalih jappartjeni Stat Membru wieħed jew iktar.

L-ewwel sottoparagrafu japplika biss fejn jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)  l-MMF ikollu strumenti tas-suq monetarju minn tal-inqas sitt ħarġiet differenti mill-emittent rispettiv;

(b)  l-MMF jillimita l-investiment fi strumenti tas-suq monetarju mill-istess ħarġa sa massimu ta' 30 % tal-assi tiegħu;

(c)  l-MMF isemmi b'mod espliċitu fir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni l-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali jew banek ċentrali ▌tal-Istati Membri, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Unjoni, il-mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbiltà jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi, awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta’ pajjiż terz, strumenti ta' dejn pubbliku, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Bank tal-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, kwalunkwe organizzazzjoni pubblika internazzjonali oħra li għaliha jappartjeni Stat Membru wieħed jew iktar li qed joħorġu jew jiggarantixxu strumenti tas-suq monetarju li fih beħsiebu jinvesti iktar minn 5 % tal-assi tiegħu;

(d)  l-MMF jinkludi dikjarazzjoni prominenti fil-prospectus u l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tiegħu fejn jiġbed l-attenzjoni lejn l-użu ta’ din id-deroga u jindika l-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali, reġjonali jew lokali jew banek ċentrali ta' Stati Membri, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Unjoni, il-mekkaniżmu Ewropew ta' stabbiltà jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta’ pajjiż terz, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, jew kwalunkwe organizzazzjoni pubblika internazzjonali oħra li għaliha jappartjeni Stat Membru wieħed jew iktar li qed joħorġu jew jiggarantixxu strumenti tas-suq monetarju li fih beħsiebu jinvesti iktar minn 5 % tal-assi tiegħu;

7.  Kumpaniji li jkunu inklużi fl-istess grupp għall-fini ta' kontijiet konsolidati, kif irregolat mid-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE(15) jew f'konformità mar-regoli internazzjonali rikonoxxuti dwar il-kontabbiltà, jitqiesu bħala korp wieħed għall-fini ta' kalkolu tal-limiti msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5.

Artikolu 15

Konċentrazzjoni

1.  L-MMF ma jistax ikollu iktar minn 5 % tal-istrumenti tas-suq monetarju maħruġin minn korp wieħed.

2.  Il-limitu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għal parteċipazzjonijiet ta' strumenti tas-suq monetarju maħruġin jew garantiti minn awtorità ċentrali, reġjonali jew lokali jew bank ċentrali ta' Stat Membru, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Unjoni, il-mekkaniżmu Ewropew ta' stabbiltà jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta' pajjiż terz, jew minn korp pubbliku internazzjonali li għalih jappartjeni Stat Membru wieħed jew iktar.

TAQSIMA III

KWALITÀ TAL-KREDITU TA' STRUMENTI TAS-SUQ MONETARJU

Artikolu 16

Proċedura interna ta' valutazzjoni

1.  Il-maniġer tal-MMF jistabbilixxi, jimplimenta u japplika ▌ proċedura prudenti ▌ ta' valutazzjoni interna sabiex tiġi determinata l-kwalità tal-kreditu tal-istrumenti tas-suq monetarju, filwaqt li jieħu f'kunsiderazzjoni l-emittent tal-istrument u l-karatteristiċi tal-istrument innifsu.

1a.   Il-maniġer tal-MMF għandu jiżgura li l-informazzjoni użata meta tiġi applikata l-proċedura tal-valutazzjoni interna tkun ta' kwalità suffiċjenti, aġġornata u li ġejja minn sorsi kredibbli.

2.  Il-proċedura ta' valutazzjoni interna tkun ibbażata fuq metodoloġiji prudenti, ▌ sistematiċi u kontinwi ta' assenjament. Il-metodoloġiji użati għandhom ikunu soġġetti għal validazzjoni mill-maniġer tal-MMF fuq il-bażi ta' esperjenza storika u evidenza empirika, inkluż ittestjar retrospettiv.

3.  Il-proċedura ta’ valutazzjoni tikkonforma mal-prinċipji ġenerali li ġejjin:

(a)  din għandha tistabbilixxi proċess effettiv biex jikseb u jaġġorna informazzjoni rilevanti fuq il-karatteristiċi tal-emittent;

(b)  il-maniġer tal-MMF għandu jadotta u jimplimenta miżuri adegwati biex jara li l-valutazzjoni tal-kreditu hija bbażata fuq analiżi ▌ tal-informazzjoni ▌ li hija disponibbli u pertinenti u li jinkludi l-fatturi xprunaturi rilevanti kollha li jinfluwenzaw l-kredibbiltà kredizja tal-emittent;

(c)  il-maniġer tal-MMF jissorvelja l-proċedura interna ta’ valutazzjoni tiegħu fuq bażi kontinwa u jirrevedi l-valutazzjonijiet kollha tal-kreditu tal-inqas kull sitt xhur. Dan il-maniġer jerġa' jqis il-valutazzjoni interna kull darba li sseħħ bidla materjali li tista' tħalli impatt fuq il-valutazzjoni tal-kreditu tal-emittent tiegħu.

(d)  meta japplika l-proċedura interna ta’ valutazzjoni tiegħu, maniġer ta’ MMF għandu jagħmel dan suġġett għal, u skont, ir-Regolament (UE) Nru 462/2013;

(e)  il-metodoloġiji ta' valutazzjoni tal-kreditu għandhom jiġu riveduti mill-maniġer tal-MMF tal-inqas kull sitt xhur biex jiġi ddeterminat jekk jibqgħux xierqa għall-kundizzjonijiet attwali esterni u tal-portafoll u din ir-reviżjoni għandha tiġi trażmessa lill-awtoritajiet kompetenti.

(f)  meta jinbidlu l-metodoloġiji, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni ewlenin użati fil-proċeduri ta' valutazzjoni interna, il-maniġer ta' MMF għandu jirrevedi l-valutazzjonijiet tal-kreditu interni affettwati kollha malajr kemm jista' jkun▌;

(g)  il-valutazzjonijiet tal-kreditu interni u r-reviżjonijiet perjodiċi tagħhom mill-maniġer ta' MMF ma għandhomx jitwettqu minn persuni inkarigati jew responsabbli għall-immaniġġar tal-portafoll tal-MMF.

Artikolu 17

Proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kreditu

1.  Kull emittent ta' strument tas-suq monetarju li fih MMF ikun beħsiebu jinvesti ssirlu valutazzjoni tal-kreditu skont il-proċedura ta' valutazzjoni tal-kreditu stabbilita f'konformità mal-proċedura ta' valutazzjoni interna.

2.  L-istruttura tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-kreditu tikkonforma mal-prinċipji ġenerali li ġejjin:

(a)  il-proċedura għandha tikkunsidra kwantifikazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-emittent filwaqt li tqis ir-riskju relattiv ta’ inadempjenza;

(b)  il-proċedura għandha tikkunsidra r-riskju ta’ kreditu ta’ emittent u tiddokumenta l-kriterji użati biex tiddetermina l-livell ta’ riskju ta’ kreditu▌;

(c)  il-proċedura tqis in-natura ta' terminu qasir ta' żmien tal-istrumenti tas-suq monetarju.

3.  Il-valutazzjoni tal-kreditu imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq kriterji li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  jinvolvu tal-inqas indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi fuq l-emittent tal-istrument, u s-sitwazzjoni makroekonomika u tas-suq finanzjarju;

(b)  jirreferu għall-valuri referenzjarji numeriċi u kwalitattivi komuni użati biex jiġu vvalutati l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi;

(c)  ikunu adegwati għat-tip partikolari ta' emittent. Issir distinzjoni bejn tal-inqas it-tipi li ġejjin ta' emittenti: sovrani, awtorità pubblika reġjonali jew lokali, korporazzjonijiet finanzjarji, u korporazzjonijiet mhux finanzjarji;

(d)  f’każ ta’ skopertura għal titolizzazzjonijiet, iqisu r-riskju tal-kreditu tal-emittent, l-istruttura tat-titolizzazzjoni u r-riskju tal-kreditu tal-assi sottosanti.

Artikolu 18

Dokumentazzjoni

1.  Il-maniġer tal-MMF jiddokumenta l-proċedura ta' valutazzjoni interna u s-sistema ta' klassifikazzjoni interna tiegħu. Id-dokumentazzjoni tinkludi:

(a)  id-disinn u d-dettalji operazzjonali tal-proċeduri ta' valutazzjoni interna u s-sistemi interni ta' klassifikazzjoni tiegħu b'tali mod li l-awtorità kompetenti tkun tista' tifhem l-assenjament għal gradi speċifiċi u biex tiġi evalwata l-adegwatezza ta' assenjament għal grad;

(b)  il-ħsieb għal u l-analiżi li ssostni l-għażla tal-maniġer tal-kriterji ta' klassifikazzjoni u l-frekwenza ta' rieżami tiegħu. Din l-analiżi tinkludi l-parametri, il-mudell u l-limiti tal-mudell użat biex jingħażlu l-kriterji ta' klassifikazzjoni;

(c)  il-bidliet ewlenin kollha fil-proċedura ta' valutazzjoni interna, inkluża l-identifikazzjoni tal-ixkattaturi tal-bidliet;

(d)  l-organizzazzjoni tal-proċedura ta' valutazzjoni interna, inkluż il-proċess ta' assenjament tal-klassifikazzjoni u l-istruttura interna ta' kontroll;

(e)  l-informazzjoni interna sħiħa dwar il-klassifikazzjonijiet fl-imgħoddi fuq l-emittenti u l-garanti rikonoxxuti;

(f)  id-dati tal-assenjament tal-klassifikazzjonijiet interni;

(g)  id-data u l-metodoloġija ewlenin użati biex tinħareġ klassifikazzjoni interna, inklużi suppożizzjonijiet ta' klassifikazzjoni ewlenin;

(h)  il-persuna jew persuni responsabbli għall-assenjament tal-klassifikazzjoni interna.

2.  Il-proċedura ta' valutazzjoni interna tiġi dettaljata fir-regoli tal-fond jew ir-regoli ta' inkorporazzjoni tal-MMF u d-dokumenti kollha msemmija fil-paragrafu 1 ikunu disponibbli fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti tal-MMFs u l-awtoritajiet kompetenti tal-maniġer tal-MMF.

Artikolu 19

Atti delegati

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 44, billi tispeċifika dawn il-punti li ġejjin:

(a)  il-kundizzjonijiet li fihom il-metodoloġiji ta' assenjamnet jitqiesu prudenti, rigorużi, sistematiċi u kontinwi u l-kundizzjonijiet tal-validazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 16(2);

(b)  id-definizzjonijiet ta’ kull grad rigward il-kwantifikazzjoni tar-riskju tal-kreditu ta’ emittent imsemmija fl-Artikolu 17(2)(a), u l-kriterji li jiddeterminaw il-kwantifikazzjoni tar-riskju tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 17(2)(b);

(c)  il-valuri ta’ referenza preċiżi għal kull indikatur kwalitattiv u l-valuri numeriċi ta’ referenza għal kull indikatur kwantitattiv. Dawn il-valuri ta’ referenza tal-indikaturi jiġu speċifikati għal kull grad ta' klassifikazzjoni filwaqt li jitqiesu l-kriterji fl-Artikolu 17(3);

(d)  it-tifsira ta' bidla materjali kif imsemmija fl-Artikolu 16(3)(c).

Artikolu 20

Governanza tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu

1.  Il-proċeduri ta' valutazzjoni interna jiġu approvati mill-maniġment superjuri, il-korp governattiv, u, fejn tkun teżisti, il-funzjoni superviżorja tal-maniġer tal-MMF.

Dawn il-partijiet ikollhom fehim tajjeb tal-proċeduri ta' valutazzjoni interna, is-sistemi ta' klassifikazzjoni interna u l-metodoloġiji ta' assenjament tal-maniġer u fehim dettaljat tar-rapporti assoċjati.

2.  Analiżi bbażata fuq il-klassifikazzjonijiet interni tal-profil ta' riskju ta' kreditu tal-MMF tkun parti essenzjali mir-rapportar lill-partijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Ir-rapportar jinkludi bħala minimu l-profil ta' riskju skont il-grad, il-migrazzjoni bejn il-gradi, stima tal-parametri rilevanti għal kull grad, u paragun tar-rati ta' inadempjenza realizzati. Il-frekwenzi tar-rapportar jiddependu fuq l-importanza u t-tip ta' informazzjoni u tal-inqas ir-rapportar jsir darba fis-sena.

3.  Fuq bażi kontinwa, il-maniġment superjuri jara li l-proċedura ta' valutazzjoni interna qed taħdem kif suppost.

Il-maniġment superjuri jiġi mgħarraf b'mod regolari dwar kif sejjer il-proċess ta' valutazzjoni interna, l-oqsma fejn instabu nuqqasijiet, u l-qagħda tal-isforzi u l-azzjonijiet meħuda biex jittejbu nuqqasijiet identifikati qabel.

Kapitolu III

Obbligi li jikkonċernaw l-immaniġġar tar-riskji tal-MMFs

Artikolu 21

Regoli tal-portafoll għall-MMFs b'terminu qasir ta' żmien

L-MMF għal terminu qasir ta' żmien jikkonforma l-ħin kollu mar-rekwiżiti kollha li ġejjin tal-portafoll:

(a)  il-portafoll tiegħu jkollu maturità peżata medja (weighted average maturity, WAM) ta' mhux iktar minn 60 jum;

(b)  il-portafoll tiegħu jkollu ħajja medja peżata (weighted average life, WAL) ta' mhux iktar minn 120 jum;

(c)  tal-inqas 10 % tal-assi tiegħu jkunu msawra minn assi li jimmaturaw kuljum. L-MMF għal terminu qasir ta' żmien ma għandux jixtri xi assi minbarra assi li jimmaturaw f'jum meta t-tali xiri jkun jirriżulta f'investiment mill-MMF għal mien qasir ta' inqas minn 10 % tal-portafoll tiegħu f'assi li jimmaturaw kuljum;

(d)  tal-inqas 20 % tal-assi tiegħu jkunu msawra minn assi li jimmaturaw kull ġimgħa. L-MMF għal terminu qasir ta' żmien ma għandux jixtri xi assi oħra minbarra assi li jimmaturaw kull ġimgħa meta t-tali xiri jkun jirriżulta f'investiment mill-MMF għal terminu qasir ta' żmien ta' inqas minn 20 % tal-portafoll tiegħu f'assi li jimmaturaw kull ġimgħa. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, strumenti tas-suq monetarju jistgħu jiġu nklużi fi ħdan assi li jimmaturaw kull ġimgħa sa 5 % sakemm ikunu jistgħu jinbiegħu għas-saldu fi żmien il-ħamest ijiem ta’ xogħol li jkun imiss.

(da)   Ir-rekwiżiti ta’ likwidità ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa msemmija fil-paragrafi (c) u (d) għandhom jiġu miżjuda rispettivament bi:

—  5 % tal-assi tal-MMF ivvalutati bl-użu tal-kontabilità tal-kost amortizzat;

—  10 % tal-assi tal-MMF ivvalutati bl-użu tal-kontabilità tal-kost amortizzat.

Artikolu 22

Regoli tal-portafoll għall-MMFs standard

1.  L-MMF standard jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin tal-portafoll:

(a)  il-portafoll tiegħu jkollu l-ħin kollu WAM ta' mhux iktar minn sitt xhur;

(b)  il-portafoll tiegħu jkollu l-ħin kollu WAL ta' mhux iktar minn 12-il xahar;

(c)  tal-inqas 10 % tal-assi tiegħu jkunu msawra minn assi li jimmaturaw kuljum. L-MMF standard ma għandux jixtri xi assi minbarra assi li jimmatura kuljum meta t-tali xiri jkun jirriżulta f'investiment mill-MMF standard ta' inqas minn 10 % tal-portafoll tiegħu f'assi li jimmaturaw kuljum;

(d)  tal-inqas 20 % tal-assi tiegħu jkunu msawra minn assi li jimmaturaw kull ġimgħa. L-MMF standard ma għandux jixtri xi assi oħra minbarra assi li jimmaturaw kull ġimgħa meta t-tali xiri jkun jirriżulta f'investiment mill-MMF standard ta' inqas minn 20 % tal-portafoll tiegħu f'assi li jimmaturaw kull ġimgħa. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, strumenti tas-suq monetarju jistgħu jiġu inklużi fi ħdan assi li jimmaturaw kull ġimgħa sa 5 % sakemm ikunu jistgħu jinbiegħu għas-saldu fi żmien il-ħamest ijiem ta’ xogħol li jkun imiss.

(da)   Ir-rekwiżiti ta’ likwidità ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa msemmija fil-paragrafi (c) u (d) għandhom jiġu miżjuda rispettivament bi:

—  5 % tal-assi tal-MMF ivvalutati bl-użu tal-kontabilità tal-kost amortizzat;

—  10 % tal-assi tal-MMF ivvalutati bl-użu tal-kontabilità tal-kost amortizzat.

2.  L-MMF standard jista’ jinvesti mhux aktar minn 10 % tal-assi tiegħu fi strumenti tas-suq tal-flus maħruġa minn korp wieħed.

3.  Minkejja l-limiti individwali stabbiliti fil-paragrafu 2, u permezz ta’ deroga, MMF standard jista' jikkumbina, fejn dan ikun iwassal għal investiment ta’ aktar minn 15 % tal-assi tiegħu f'korp wieħed, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  investimenti fi strumenti tas-suq monetarju maħruġin minn dak il-korp;

(b)  depożiti li saru minn dak il-korp;

(c)  strumenti finanzjarji derivati ▌li jġibu skopertura għar-riskju tal-kontroparti lil dak il-korp.

4.  L-assi kollha fil-portafoll li MMF standard jinvesti f’skont il-paragrafi 2 u 5 jiġu żvelati lil investituri tal-MMF.

5.  L-MMF standard ma għandux ikun fil-forma ta' CNAV MMF.

Artikolu 23

Klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-MMF

Meta MMF ifittex klassifikazzjoni esterna tal-kreditu, din għandha tkun soġġetta għal, u mwettqa f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 462/2013.

Artikolu 24

IIl-politika "Kun af il-klijent"

1.  Il-maniġer tal-MMF jistabbilixxi, jimplimenta u japplika proċeduri u jeżerċita d-diliġenza kollha biex jidentifika n-numru ta’ investituri f'MMF, il-ħtiġijiet u l-imġiba tagħhom, l-ammont tal-parteċipazzjonijiet tagħhom bl-għan li jantiċipa sew l-effett ta’ tifdijiet simultanji minn bosta investituri, billi tal-inqas jikkunsidra t-tip ta’ investituri, l-għadd ta’ ishma fil-fond ta’ proprjetà ta’ investitur waħdieni u l-evoluzzjoni tal-flussi ta’ dħul u ta’ ħruġ. Għal dan il-għan, bħala minimu l-maniġer tal-MMF iqis il-fatturi li ġejjin:

(a)  xejriet identifikabbli fil-ħtiġijiet ta' flus kontanti tal-investitur;

(b)  it-tip ta’ investitur;

(c)  l-averżjoni għar-riskju tal-investituri differenti;

(d)  il-grad ta' korrelazzjoni jew rabtiet mill-qrib bejn investituri differenti fl-MMF;

(da)   l-evoluzzjoni ċiklika tal-għadd ta’ ishma fl-MMF.

1a.   Meta l-investituri tal-MMF jidderieġu l-investimenti tagħhom permezz ta’ intermedjarju, il-maniġer tal-MMF għandu jfittex, u l-intermedjarju għandu jipprovdi, data li tippermetti li l-maniġer tal-MMF jimmaniġġja b’mod xieraq il-likwidità u l-konċentrazzjoni tal-investitur tal-MMF.

2.  Il-maniġer tal-MMF jiżgura li:

(a)  il-valur tal-unitajiet jew ishma miżmuma minn investitur waħdieni ma jaqbiżx, fi kwalunkwe ħin, il-valur tal-maturazzjoni ta’ kuljum valur tal-assi;

(b)  il-fidi minn investitur ma tħallix impatt b'mod materjali fuq il-profil ta' likwidità tal-MMF.

Artikolu 25

Ittestjar tal-istress

1.  Għal kull MMF ikun hemm fis-seħħ proċessi sodi ta' ttestjar tal-istress li jippermettu li jiġu identifikati avvenimenti jew bidliet possibbli fil-ġejjieni fil-kundizzjonijiet ekonomiċi li jistgħu jħallu effetti mhux favorevoli fuq l-MMF. Il-maniġer tal-MMF iwettaq b'mod regolari testijiet tal-istress u jiżviluppa pjanijiet ta' azzjoni għal xenarji possibbli differenti. Barra minn hekk, fil-każ ta' LVNAV MMFs, it-testijiet tal-istress jagħtu stima għal xenarji differenti tad-differenza bejn in-NAV kostanti għal kull unità jew sehem u n-NAV attwali għal kull unità jew sehem.

It-testijiet tal-istress ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u jqisu l-effetti ta' xenarji plawżibbli severi. Ix-xenarji ta' testijiet tal-istress tal-inqas jieħdu f'kunsiderazzjoni l-parametri ta' referenza, li jinkludu l-fatturi li ġejjin:

(a)  bidliet ipotetiċi fil-livell ta' likwidità tal-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF;

(b)  bidliet ipotetiċi fil-livell ta' riskju ta' kreditu tal-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF, inklużi eventi ta' kreditu u event ta' klassifikazzjoni;

(c)  ċaqliq ipotetiku tar-rati tal-imgħax;

(d)  livelli ipotetiċi ta' tpaċija;

(da)   twessigħ jew djuq ipotetiku tal-firxiet fost l-indiċijiet li magħhom huma marbutin ir-rati tal-imgħax tat-titoli ta’ portafoll;

(db)   xokkijiet makrosistemiċi ipotetiċi li jaffettwaw l-ekonomija ġenerali.

2.  Barra minn hekk, fil-każ ta' CNAV MMFs ta' dejn pubbliku u ta' CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur, it-testijiet tal-istress jagħtu stima fix-xenarji differenti tad-differenza bejn in-NAV kostanti għal kull unità jew sehem u n-NAV għal kull unità jew sehem. Abbażi tar-riżultat tat-test tal-istress, il-maniġer tal-MMF għandu jiżviluppa pjanijiet ta' rkupru għal xenarji possibbli differenti. Dawn il-pjanijiet ta' rkupru għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti.

4.  It-testijiet tal-istress isiru bi frekwenza determinata mill-bord tad-diretturi ▌ tal-MMF, wara li jiġi kkunsidrat x'inhu intervall xieraq u raġonevoli fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq u wara li tiġi kkunsidrata kwalunkwe bidla prevista fil-portafoll tal-MMF. Din il-frekwenza għandha tkun tal-inqas kull tliet xhur.

4a.   Meta t-test tal-istress juri xi vulnerabbiltà tal-MMF, il-maniġer tal-MMF għandu jieħu azzjoni biex isaħħaħ ir-robustezza tal-MMF, inklużi azzjonijiet li jsaħħu l-likwidità jew il-kwalità tal-assi tal-MMF u immedjatament għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar il-miżuri meħuda.

5.  Rapport estensiv bir-riżultati tat-testijiet tal-istress flimkien ma pjan ta' azzjoni propost jiġu ppreżentati għal analiżi lill-bord tad-diretturi tal-maniġer tal-MMF. Il-bord tad-diretturi jemenda l-pjan ta' azzjoni propost jekk ikun hemm bżonn, u japprova l-pjan ta' azzjoni finali. Ir-rapport għandu jinżamm għall-perjodu ta' mill-inqas ħames snin.

6.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 5 jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti tal-maniġer u tal-MMF. L-awtoritajiet kompetenti jibagħtu r-rapport lill-ESMA.

KAPITOLU IV

Regoli ta' valwazzjoni u Trattament Kontabilistiku

Artikolu 26

Valwazzjoni tal-assi tal-MMF

1.  L-assi tal-MMF jiġu vvalutati mill-inqas fuq bażi ta’ kuljum. Ir-riżultat ta’ din l-evalwazzjoni għandu jkun ippubblikat kuljum fuq il-websajt tal-MMF. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(4)(a) u (b) l-evalwazzjoni għandha titwettaq minn parti terza indipendenti li tuża metodi ta’ evalwazzjoni skont il-valur tas-suq jew evalwazzjoni skont mudell. Dan m’għandux isir mill-MMF innifsu, mill-maniġer tal-assi relatati tiegħu jew mill-isponsor tiegħu.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(4)(b) l-assi ta’ MMF jiġu vvalutati bl-użu ta’ evalwazzjoni skont il-valur fis-suq.

3.  Meta jintuża metodu ta' evalwazzjoni skont il-valur tas-suq, l-assi jiġu vvalutati mil-lat l-aktar prudenti ta’ offerta sakemm l-istituzzjoni tkun tista' tikkwota prezz medju. Meta jintuża metodu ta’ evalwazzjoni skont il-valur tas-suq, tintuża biss data ta’ kwalità dwar is-suq pprovduta minn bejjiegħa tal-ipprezzar indipendenti rikonoxxuti sakemm ma tkunx ta’ ħsara bla bżonn għas-saldu fl-istess jum. Il-kwalità tad-data dwar is-suq tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-fatturi kollha li ġejjin:

(a)  in-numru u l-kwalità tal-kontropartijiet;

(b)  il-volum u l-introjtu ta’ dak l-assi fis-suq;

(c)  id-daqs tal-ħruġ u l-porzjon tal-ħruġ li jippjana li jixtri jew ibiegħ l-MMF.

4.  Meta ma jkunx possibbli l-użu ta’ metodu ta’ evalwazzjoni skont il-valur fis-suq jew id-data dwar is-suq ma tkunx ta’ kwalità suffiċjenti, l-assi tal-MMF jiġi vvalutat b’mod konservattiv bl-użu tal-metodu tal-evalwazzjoni skont mudell. Il-mudell jistma b’mod preċiż il-valur intrinsiku tal-assi, fuq il-bażi tal-fatturi ewlenin aġġornati li ġejjin:

(a)  il-volum u l-introjtu ta’ dak l-assi fis-suq;

(b)  id-daqs tal-ħruġ u l-porzjon tal-ħruġ li jippjana li jixtri jew ibiegħ l-MMF;

(c)  ir-riskju tas-suq, ir-riskju tar-rata tal-imgħax u r-riskju tal-kreditu marbut mal-assi.

Meta jintuża metodu ta’ valutazzjoni skont mudell il-metodu tal-evalwazzjoni tal-kost amortizzat m’għandux jintuża.

Meta ssir evalwazzjoni skont mudell, tista’ tintuża biss data tal-ipprezzar provduta minn bejjiegħa tal-ipprezzar indipendenti u rikonoxxuti u l-metodoloġija tal-ipprezzar tal-mudell għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-MMF.

5.  B’deroga mill-paragrafi 1 sa 4, l-assi tas-CNAV MMF ta’ dejn pubbliku u CNAV MMF fil-livell tal-Konsumatur jistgħu jiġu vvalutati bl-użu tal-metodu tal-kost amortizzat għall-evalwazzjoni tal-assi.

Artikolu 27

Kalkolazzjoni tan-NAV għal kull unità jew sehem

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(13b),in-NAV attwali għal kull unità jew sehem jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn is-somma tal-assi kollha ta’ MMF u s-somma tal-obbligazzjonijiet kollha tal-MMF u għandu jiġi vvalutat skont il-metodi ▌ tal-valur fis-suq jew skont mudell, diviżi bin-numru ta’ unitajiet jew ishma pendenti tal-MMF.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-MMFs kollha inklużi LVNAV MMFs, CNAV MMFs ta’ dejn pubbliku u CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur.

2.  In-NAV attwali għal kull unità jew sehem jiġi arrotondat għall-eqreb punt bażi jew l-ekwivalenti tiegħu meta n-NAV jiġi ppubblikat f’unità monetarja.

3.  In-NAV attwali għal kull unità jew sehem tal-MMF jiġi kkalkolat mill-inqas kuljum.

4.  Barra minn hekk biex ikun ikkalkulat in-NAV għal kull unità jew sehem attwali skont il-paragrafi 1 sa 3, LVNAV MMF jista' wkoll juri NAV kostanti għal kull unità jew sehem sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  l-użu tal-metodu tal-kost amortizzat għall-evalwazzjoni għal assi b’maturità residwa ta’ inqas minn 90 jum; l-assi kollha b’maturità residwa ta’ aktar minn 90 jum għandhom ikunu pprezzati bl-użu ta’ evalwazzjoni tal-prezzijiet skont il-valur tas-suq jew skont mudell;

(b)  għal skopijiet ta’ evalwazzjoni l-assi huma mqarrba għal żewġ punti deċimali sakemm in-NAV kostanti għal kull unità jew sehem ma tiddevjax min-NAV attwali tagħha b’aktar minn 20 punt bażi u sa erba’ postijiet deċimali minn hemm’ il quddiem;

(c)  tifdi jew tabbona f’NAV kostanti għal kull unità jew sehem sakemm dik in-NAV kostanti għal kull unità jew sehem ma tiddevjax minn NAV attwali tagħha b’aktar minn 20 punt bażi;

(d)  tifdi jew tabbona NAV attwali għal kull unità jew sehem b'aġġustament sa 4 ċifri wara l-punt deċimali, jew inqas meta n-NAV kostanti tiddevja min-NAV attwali b’aktar minn 20 punt bażi;

(e)  l-investituri potenzjali jkunu mgħarrfa b’mod ċar bil-miktub qabel il-konklużjoni tal-kuntratt dwar iċ-ċirkustanzi li fihom il-Fond mhux se jifdi jew jabbona f’NAV kostanti;

(f)  id-differenza bejn in-NAV kostanti għal kull unità jew sehem u n-NAV attwali għal kull unità jew sehem tiġi mmonitorjata kontinwament u ppubblikata fuq il-websajt tal-MMF kuljum.

5.  Erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi tal-impatt u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament inkluża l-frekwenza ta’ mekkaniżmi ta’ salvagwardja impjegati kif imsemmi fl-Artikolu 27(4)(d) u tippreżentaha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Awtorizzazzjonijiet mogħtija lil LVNAV fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandhom jiskadu ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk LVNAV MMF indirizzax b'mod xieraq jew le kwalunkwe riskju sistemiku kif ukoll kwalunkwe theddida għall-istabbiltà finanzjarja ta’ parti mis-sovrastruttura jew tas-sistema kollha tal-Unjoni. F’konformità mar-riżultati ta' din ir-reviżjoni u l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti leġiżlattivi skont l-ewwel subparagrafu, inkluż li tiġi eżaminata l-possibilità li jitħassar it-tieni subparagrafu.

Artikolu 28

Prezz tal-ħruġ u tal-fidwa

1.  L-unitajiet jew l-ishma tal-MMF, ħlief għal xi LVNAV MMF li għandu jkun soġġett għall-Artikolu 27(4), jinħarġu jew jinfdew bi prezz li jkun ugwali għan-NAV tal-MMF għal kull unità jew sehem.

2.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-unitajiet jew l-ishma tas-CNAV MMF fil-livell tal-Konsumatur u CNAV MMF ta' Dejn Pubbliku jinħarġu jew jinfdew bi prezz li jkun ugwali għan-NAV kostanti tal-MMF għal kull unità jew sehem.

KAPITOLU Va

Rekwiżiti speċifiċi għal CNAV MMFs ta’ Dejn Pubbliku, CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur u LVNAV MMFs

Artikolu 34a

Rekwiżiti addizzjonali għal CNAV MMFs ta’ dejn pubbliku u CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur

MMF ma għandux juża l-metodu tal-kost amortizzat għall-evalwazzjoni, jew biex jirreklama n-NAV kostanti għal kull unità jew sehem, jew iġib in-NAV kostanti għal kull unità jew sehem għall-eqreb punt perċentwali jew l-ekwivalenti tiegħu meta n-NAV jiġi ppubblikat f’unità monetarja, sakemm ma jkunx awtorizzat b’mod espliċitu bħala CNAV MMF ta' dejn pubbliku jew fil-livell tal-Konsumatur jew sakemm hu LVNAV MMF suġġett għall-Artikolu 27(4).

Artikolu 34b

Tariffi ta’ Likwiditá u Limiti ta’ Tifdija għal CNAV MMFs ta’ dejn pubbliku, CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur u LVNAV MMFs

1.   Il-maniġer ta' CNAV MMF ta' Dejn Pubbliku jew CNAV MMF fil-livell tal-Konsumatur jew LVNAV MMF, għandu jistabbilixxi, jimplimenta u japplika b'mod konsistenti proċedura ta' valutazzjoni interna prudenti, rigoruża, sistematika u kontinwa biex jiddetermina l-limiti minimi ta' likwidità għal kull ġimgħa applikabbli għall-MMFs. Fil-ġestjoni tal-limiti minimi ta’ likwidità ta’ kull ġimgħa, għandhom japplikaw il-proċeduri li ġejjin:

(a)   Meta l-porporzjon ta' assi li qed jimmaturaw ta' kull ġimgħa jaqa' taħt it-30 % tal-assi totali tal-MMF, il-maniġer u l-bord tal-MMF għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(i)   Il-maniġer għandu jgħarraf minnufih lill-bord tal MMF. Il-bord tal-MMF għandu jagħmel valutazzjoni dokumentata tas-sitwazzjoni biex jiddetermina l-perkors xieraq ta’ azzjoni waqt li jikkunsidra l-interessi tal-investituri fl-MMF u għandu jiddeċiedi jekk għandux japplika waħda jew aktar minn mill-miżuri li ġejjin:

—  tariffi ta’ likwidità fuq it-tifdijiet li b’mod adegwat jirriflettu l-kost tal-MMF biex jilħaq il-likwidità u jiżgura li l-investituri li jibqgħu fil-fond ma jiġux żvantaġġjati b’mod inġust meta investituri oħrajn jifdu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom waqt il-perjodu;

—  limiti ta' tifdija li jillimitaw l-ammont ta' ishma jew unitajiet li se jkunu mifdija fuq kwalunkwe jum ta' ħidma sa 10 % tal-ishma jew tal-unitajiet fl-MMF għal kwalunkwe perjodu ta' 15-il jum ta' ħidma;

—  sospensjoni tat-tifdijiet għal kwalunkwe perjodu ta’ mhux aktar minn 15-il jum ta’ ħidma; or

—  ma jieħdu ebda azzjoni immedjata.

(b)   Meta l-porporzjon ta' assi li qed jimmaturaw ta' kull ġimgħa jaqa' taħt it-30 % tal-assi totali tal-MMF, il-maniġer u l-bord tal-MMF għandhom jikkonformaw ma' dan li ġej:

(i)   Il-maniġer għandu jgħarraf minnufih lill-bord tal-MMF. Il-bord tal-MMF għandu jagħmel valutazzjoni ddokumentata tas-sitwazzjoni biex jiddetermina l-perkors xieraq ta’ azzjoni waqt li jikkunsidra l-interessi tal-investituri fl-MMF u għandu jiddeċiedi jekk għandux japplika waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

—  tariffi ta’ likwidità fuq it-tifdijiet li b’mod adegwat jirriflettu l-kost tal-MMF għall-ilħuq tal-likwidità u jiżgura li l-investituri li jibqgħu fil-fond ma jiġux żvantaġġjati b’mod inġust meta investituri oħrajn jifdu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom waqt il-perjodu;

—  sospensjoni tat-tifdijiet għal perjodu ta' mhux aktar minn 15-il jum;

(c)   Wara li l-bord tal-MMF ikun iddetermina l-kors ta’ azzjoni tiegħu f’kull wieħed mill-punti (a) u (b) msemmija hawn fuq, għandu fil-pront jipprovdi dettalji dwar id-deċiżjoni tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-MMF.

Kapitolu VI

Appoġġ estern

Artikolu 35

Appoġġ estern

1.  ▌MMF ma jistax jirċievi appoġġ estern▌.

3.  Appoġġ estern ifisser appoġġ dirett jew indirett offrut minn parti terza, inkluż l-isponsor tal-MMF, li huwa intiż għal jew li effettivament jirriżulta fil-garanzija tal-likwidità tal-MMF jew fl-istabbilizzazzjoni tan-NAV għal kull unità jew sehem tal-MMF.

L-appoġġ estern jinkludi:

(a)  injezzjonijiet ta’ flus minn parti terza;

(b)  ix-xiri minn parti terza tal-assi tal-MMF bi prezz esaġerat;

(c)  ix-xiri minn parti terza tal-unitajiet jew l-ishma tal-MMF sabiex tiġi pprovduta likwidità lill-fond;

(d)  il-ħruġ minn parti terza ta’ kwalunkwe tip ta’ garanzija, assigurazzjoni jew ittra ta’ appoġġ impliċita jew espliċita għall-benefiċċju tal-MMF;

(e)  kwalunkwe azzjoni minn parti terza, li l-objettiv dirett jew indirett tagħha huwa li żżomm il-profil tal-likwidità u n-NAV għal kull unità jew sehem tal-MMF.

Kapitolu VII

Rekwiżiti tat-trasparenza

Artikolu 37

Trasparenza

1.  Investituri f'MMF għandhom jirċievu mill-anqas kull xahar l-informazzjoni li ġejja:

a)  il-profil tal-likwidità tal-MMF inkluż il-perċentwal kumulattiv ta' investimenti li jimmaturaw matul il-lejl u fi żmien ġimgħa u kif dik il-likwidità nkisbet;

b)  il-profil tal-kreditu u l-kompożizzjoni tal-portafoll;

c)  il-WAM u l-WAL tal-MMF;

d)  il-konċentrazzjoni kumulattiva tal-akbar ħames investituri fl-MMF.

2.  Minbarra li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, CNAV MMFs ta’ dejn pubbliku, CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur u LVNAVgħandhom ukoll jagħmlu l-informazzjoni li ġejja disponibbli għall-investituri tagħhom:

(a)  il-valur totali tal-assi;

(b)  il-WAM u l-WAL;

(c)  l-analiżi tal-maturità;

(d)  il-proporzjon tal-assi fil-portafoll li jimmatura fi żmien ġurnata;

(e)  il-proporzjon tal-assi fil-portafoll li jimmatura fi żmien ġimgħa;

(f)  il-qligħ nett;

(g)  il-valur indikattiv ta’ kuljum fil-prezzijiet tas-suq sa erba’ postijiet deċimali;

(h)  dettalji dwar l-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF, bħall-isem, il-pajjiż, il-maturità u t-tip ta’ assi (inklużi d-dettalji tal-kontroparti f’każ ta’ ftehimiet ta’ bejgħ mill-ġdid).

(i)  in-NAV kif ippubblikat fuq il-websajt tagħha.

3.  MMF għandu jagħmel disponibbli fuq bażi regolari informazzjoni dwar il-proporzjon tal-portafoll globali tiegħu li jikkonsisti f’dawn li ġejjin:

a)  strumenti tas-suq monetarju maħruġin mill-isponsor tal-MMF;

b)  jekk applikabbli, titolizzazzjonijiet maħruġin mill-isponsor tal-MMF;

c)  jekk l-isponsor ikun istituzzjoni tal-kreditu, depożiti f’kontanti lill-isponsor tal-MMF; kif ukoll

d)  l-esponiment għall-isponsor tal-MMF bħala kontroparti għal tranżazzjonijiet tad-derivattivi OTC.

4.  Fil-każ li sponsor ta’ MMF jinvesti fl-ishma jew fl-unitajiet tal-MMF, il-fond għandu jiżvela lill-investituri l-oħra fl-MMF l-ammont totali li l-isponsor ikun investa fl-MMF, u għandu sussegwentement jinnotifika lill-investituri l-oħra bi kwalunkwe bidla fl-ishma jew fl-unitajiet totali miżmuma.

Artikolu 38

Rapportar lill-awtoritajiet kompetenti

1.  Għal kull MMF ġestit, il-maniġer tal-MMF jirrapporta l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-MMF, mill-inqas kull tliet xhur. Il-maniġer, wara talba, jipprovdi l-informazzjoni wkoll lill-awtorità kompetenti tal-maniġer jekk din tkun differenti mill-awtorità kompetenti tal-MMF.

2.  L-informazzjoni rrapportata skont il-paragrafu 1 tinkludi l-punti li ġejjin:

(a)  it-tip u l-karatteristiċi tal-MMF;

(b)  l-indikaturi tal-portafoll bħall-valur totali tal-assi, in-NAV, il-WAM, il-WAL, it-tqassim tal-maturità, il-likwidità u r-redditu;

(d)  it-tip u l-karatteristiċi tal-MMF;

(e)  l-informazzjoni dwar l-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF:

(i)  il-karatteristiċi ta’ kull assi, bħalma huma l-isem, il-pajjiż, il-kategorija tal-emittent, ir-riskju jew il-maturità, u l-kklassifikar intern assenjat;

(ii)  it-tip ta’ assi, inklużi d-dettalji tal-kontroparti f’każ ta’ derivattivi jew ftehimiet ta’ riakkwist bil-maqlub;

(f)  l-informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet tal-MMF li tinkludi l-punti li ġejjin:

(i)  il-pajjiż fejn huwa stabbilit l-investitur;

(ii)  il-kategorija tal-investitur;

(iii)  l-attività ta’ sottoskrizzjoni u tifdija.

Jekk ikun meħtieġ u debitament ġustifikat, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali.

3.  L-ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi mudell ta’ rapportaġġ li jinkludi l-informazzjoni kollha elenkata fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.  L-awtoritajiet kompetenti jittrażmettu lill-ESMA l-informazzjoni kollha riċevuta skont dan l-Artikolu, u kwalunkwe notifika jew informazzjoni oħra skambjata mal-MMF jew mal-maniġer tiegħu permezz ta’ dan ir-Regolament. Tali informazzjoni tiġi trażmessa lill-ESMA sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-aħħar tal-perjodu ta’ tliet xhur ta’ rapportar.

L-ESMA tiġbor l-informazzjoni biex toħloq bażi ta' data ċentrali tal-MMFs kollha stabbiliti, ġestiti jew ikkummerċjalizzati fl-Unjoni. Il-Bank Ċentrali Ewropew ikollu dritt ta’ aċċess għal din il-bażi ta' data għal skopijiet ta’ statistika biss.

Kapitolu VIII

Superviżjoni

Artikolu 39

Sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa. L-awtorizzazzjoni ta' MMF għandha tkun irtirata fil-każ ta' ksur tal-projbizzjoni ta' appoġġ minn sponsor.

2.  L-awtorità kompetenti tal-MMF tkun responsabbli li tiżgura l-konformità mar-regoli preskritti fil-Kapitoli minn II sa VII.

3.  L-awtorità kompetenti tal-MMF tkun responsabbli mis-sorveljanza tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni, kif ukoll mal-obbligi stabbiliti fil-prospett, li jkunu konsistenti ma’ dan ir-Regolament.

4.  L-awtorità kompetenti tal-maniġer tkun responsabbli mis-sorveljanza tal-adegwatezza tal-arranġamenti u l-organizzazzjoni tal-maniġer sabiex il-maniġer tal-MMF ikun f’pożizzjoni li jikkonforma mal-obbligi u r-regoli li huma relatati mal-kostituzzjoni u l-funzjonament tal-MMFs kollha li jiġġestixxi.

5.  L-awtoritajiet kompetenti isegwu l-UCITS jew l-AIFs stabbiliti jew ikkummerċjalizzati fit-territorji tagħhom sabiex jivverifikaw li huma ma jużawx in-nominazzjoni tal-MMF jew jissuġġerixxu li huma MMF sakemm ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 40

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat ta’ sorveljanza u investigazzjoni kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 41

Setgħat u kompetenzi tal-ESMA

1.  L-ESMA jkollha s-setgħat meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti attribwiti lilha minn dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħat tal-ESMA skont id-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dan ir-Regolament u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

3.  Għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, dan ir-Regolament jiġi inkluż fi kwalunkwe att ulterjuri tal-Unjoni legalment vinkolanti li jikkonferixxi l-kompiti fuq l-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 1095/2010.

Artikolu 42

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.  L-awtorità kompetenti tal-MMF u l-awtorità kompetenti tal-maniġer, jekk ikunu differenti, jikkooperaw ma’ xulxin u jiskambjaw informazzjoni għall-finijiet tat-twettiq tad-doveri tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.  L-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-awtoritajiet maħtura minn Stat Membru skont ir-Regolament (UE) 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istat Membru tad-domiċilju, MSU u BĊE tal-MMF, u l-ESMA għandhom jikkooperaw ma’ xulxin għall-finijiet tat-twettiq tad-doveri rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  L-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-awtoritajiet maħtura minn Stat Membru skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istat Membru tad-domiċilju, MSU u BĊE tal-MMF, u l-ESMA għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa sabiex iwettqu d-doveri rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, b’mod partikolari sabiex jidentifikaw u jirrimedjaw il-ksur ta’ dan ir-Regolament.

Kapitolu IX

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 43

It-trattament tal-UCITS u l-AIFs eżistenti

1.  Sa disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, UCITS jew AIF eżistenti li jinvesti f’assi għal terminu qasir ta’ żmien u li jkollu għanijiet distinti jew kumulattivi li joffri redditi skont ir-rati tas-suq monetarju jew li jippriserva l-valur tal-investiment jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tiegħu flimkien mad-dokumenti u l-evidenza kollha meħtieġa sabiex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 44

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet preskritti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 13 u 19 tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13 u 19 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat skont l-Artikoli 13 u 19 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill- Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 45

Rieżami

Sa [mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-adegwatezza tar-Regolament minn lat prudenzjali u ekonomiku. B’mod partikolari r-rieżami għandu jqis jekk humiex meħtieġa bidliet għar-reġim għal CNAV MMFs fil-livell tal-Konsumatur, CNAV MMFs ta’ Dejn Pubbliku u LVNAV MMFs. Ir-rieżami għandu wkoll:

(a)  janalizza l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-impatt fuq l-investituri, l-MMFs u l-maniġers tal-MMFs fl-Unjoni;

(b)  jivvaluta r-rwol li għandhom l-MMFs fix-xiri ta’ dejn maħruġ jew garantit mill-Istati Membri;

(c)  iqis il-karatteristiċi speċifiċi ta’ dejn maħruġ jew garantit mill-Istati Membri u r-rwol dan id-dejn għandu fl-iffinanzjar l-Istati Membri;

(d)  iqis ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 509(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)  iqis l-iżviluppi regolatorji fil-livell internazzjonali.

Ir-riżultati ta’ dan ir-rieżami jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, akkumpanjati fejn meħtieġ mill-proposti adattati għall-emendi.

Artikolu 46

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0041/2015).
(2) Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(3)ĠU C 170, 5.6.2014, p. 50.
(4)Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(5)Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(6) Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(7) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru … li jissupplimenta r-Regolament (UE) 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu.
(8)Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(9) Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 146, 31.5.2013, p. 1).
(10) Direttiva 2013/14/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/41/KE dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, id-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza żejda fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu (ĠU L 145, 31.5.2013, p. 1).
(11)Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni (ĠU L 83, 22.3.2013, p. 1).
(12)Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(13)Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(14)Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il- protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(15)Is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1–17).
(16) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).


Importazzjoni ta' prodotti tessili minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti minn regoli tal-importazzjoni speċifiċi tal-Unjoni ***I
PDF 343kWORD 87k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokoll jew arranġamenti oħra, jew minn regoli tal-importazzjoni speċifiċi tal-Unjoni (riformulazzjoni) (COM(2014)0345 – C8-0023/2014 – 2014/0177(COD))
P8_TA(2015)0171A8-0016/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0345),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0023/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-10 ta’ Diċembru 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-13 ta' Novembru 2014 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali b'konformità mal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Frar 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0016/2015),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda din il-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn (tfassil mill-ġdid) 

P8_TC1-COD(2014)0177


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/936.)

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(2) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016 - Sezzjoni I - Parlament
PDF 441kWORD 116k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016 (2015/2012(BUD))
P8_TA(2015)0172A8-0144/2015

Il-Parlament Ewropew,,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 27 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013(5) u tat-22 ta' Ottubru 2014(6) dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-snin finanzjarji 2014 u 2015 rispettivament,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016,

–  wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fis-27 ta' April 2015,

–  wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Kumitat tal-Baġits skont l-Artikolu 96(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 96 u 97 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0144/2015),

A.  billi din il-proċedura hija l-ewwel proċedura baġitarja sħiħa mwettqa fil-leġiżlatura l-ġdida u t-tielet proċedura tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 (QFP);

B.  billi fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Frar 2015 il-Bureau approva l-linji gwida għall-baġit 2016, kif ippropona is-Segretarju Ġenerali; billi dawn il-linji gwida huma impernjati fuq it-tisħiħ tal-kapaċità tal-kumitati parlamentari li jikkontrollaw l-eżekuttiv, partikolarment fir-rigward tal-atti delegati, l-investimenti fis-sigurtà tal-bini tal-Parlament u fiċ-ċibersigurtà u s-sostenn għall-Membri, partikolarment fir-rigward tal-assistenza parlamentari;

C.  billi ġie propost baġit ta' EUR 1 850 470 600 mis-Segretarju Ġenerali għall-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għall-2016, li jirrappreżenta żieda ta' 3,09 % fuq il-baġit għall-2015 u 19,51 % tal-intestatura V 2014-2020 tal-QFP;

D.  billi, fil-kuntest tat-tagħbija tqila ta' dejn pubbliku u konsolidament fiskali li attwalment iridu jerfgħu l-Istati Membri, il-Parlament għandu juri responsabilità u awtokontroll baġitarji filwaqt li jiggarantixxi l-allokazzjoni ta' biżżejjed riżorsi biex hu ikun jista' jeżerċita l-poteri kollha tiegħu u jiggarantixxi l-funzjonament korrett tal-istituzzjoni;

E.  billi, minkejja l-marġni limitat għall-manuvra u l-bżonn li r-riżorsi ffrankati jiġu kkontrobilanċjati f'oqsma oħrajn, għandhom jiġu kkunsidrati ċerti investimenti bil-għan li jsaħħu r-rwol istituzzjonali tal-Parlament;

F.  billi l-limitu massimu għall-Intestatura V tal-QFP għall-baġit 2016 huwa ta' EUR 9 483 miljun fi prezzijiet kurrenti;

G.  billi saru laqgħat ta' konċiljazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-Bureau u tal-Kumitat għall-Baġits fl-24 ta' Marzu u fl-14 u fil-15 ta' April 2015;

Qafas ġenerali u baġit komplessiv

1.  Jilqa' l-kooperazzjoni tajba li ġiet stabbilita bejn il-Bureau tal-Parlament Ewropew u l-Kumitat għall-Baġits matul il-proċedura baġitarja attwali u l-ftehim milħuq waqt il-proċess ta' konċiljazzjoni;

2.  Jikkonstata l-objettivi prijoritarji proposti mis-Segretarju Ġenerali għall-2016;

3.  Ifakkar li, mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-baġit tal-Parlament ġarrab nefqa addizzjonali sinifikanti minħabba l-iżviluppi segwenti: l-istabbiliment tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur ta' vera u l-politika immobiljari msaħħa (2010-2012), l-adeżjoni tal-Kroazja, Dar l-Istorja Ewropea (2013), l-istabbiliment tas-servizz ta' riċerka tal-Parlament (2014-2015); jilqa' l-fatt li l-Parlament kien kapaċi jikkumpensa għal parti kbira minn din in-nefqa bis-saħħa tar-riżorsi li ffranka b'riżultat ta' riformi strutturali u organizzattivi, biex b'hekk iż-żidiet baġitarji madwar ir-rata ta' inflazzjoni kienu moderati biss;

4.  Jikkonstata li, matul l-aħħar leġiżlatura, il-Parlament qabel fuq numru ta' prijoritajiet politiċi, li taw lok għal żidiet baġitarji moderati jew għal ekonomiji baġitarji; jikkunsidra li l-Parlament li għadu kif ġie elett għandu jagħmel skrutinju fil-fond tal-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti pluriennali u jiddeċiedi, abbażi ta' dak, rigward il-prijoritajiet politiċi proprji tiegħu, inklużi, jekk ikun hemm bżonn, dawk negattivi; jitlob f'dan ir-rigward, lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta rapport ta' valutazzjoni dwar dawk il-proġetti pluriennali fi żmien xieraq qabel il-qari tal-Parlament fil-ħarifa 2015;

5.  Jikkunsidra li għall-2016 jeħtieġ li tingħata prijorità lir-rinforz tal-ħidma parlamentari, partikolarment billi jissaħħu l-ħidma leġiżlattiva tal-Parlament, kif ukoll il-kapaċità tiegħu ta' skrutinju fuq l-eżekuttiv, u r-rinforz tas-sigurtà tal-bini u taċ-ċibersigurtà tal-Parlament ;

6.  Huwa tal-fehma li l-Parlament imissu jkun ta' eżempju, billi jagħmel sforzi partikolari fir-rigward tad-daqs tal-baġit tiegħu u l-livell ta' żieda fin-nefqa meta mqabbla ma' dik tal-2015; jisħaq fuq il-fatt li l-baġit 2016 għandu jiġi stabbilit fuq bażi realistika u għandu jkun konformi mal-prinċipji ta' dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba;

7.  Jikkunsidra li r-riformi strutturali u organizzattivi mmirati biex jiksbu aktar effiċjenza, sostenibilità ambjentali u effikaċja għandhom jitkomplew permezz ta' eżami bir-reqqa tas-sinerġiji u tal-iffrankar possibbli; ifakkar li jistgħu jiġu ffrankati riżorsi sostanzjali jekk il-Parlament ikollu post tax-xogħol wieħed biss minflok tlieta (Brussell, Strasburgu, il-Lussemburgu); jissottolinja l-fatt li dan il-proċess għandu jitmexxa mingħajr ma jipperikola l-eċċellenza leġiżlattiva tal-Parlament, is-setgħat baġitarji u ta' skrutinju tiegħu, kif ukoll il-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-Membri, l-assistenti u l-persunal;

8.  Jisħaq fuq il-fatt li, sabiex il-Membri tal-Parlament ikunu jistgħu jwettqu l-mandat tagħhom u jqawwu l-kapaċità tal-Parlament biex jeżerċita s-setgħat kollha tiegħu, għandu jiġi żgurat livell ta' riżorsi suffiċjenti; jissottolinja l-fatt li n-nefqa statutorja u obbligatorja meħtieġa għall-2016 trid tiġi koperta;

9.  Jilqa' l-fatt li s-sehem tal-baġit tal-Parlament mit-total tal-intestatura V tal-QFP, bl-eċċezzjoni tal-2011 u l-2014, kien inqas minn 20 % matul l-aħħar leġiżlatura; jikkunsidra li s-sehem tal-baġit tal-Parlament fl-2016 għandu jinżamm ukoll taħt l-20 %;

10.  Huwa tal-fehma li ż-żieda totali tan-nefqa tal-baġit tal-Parlament għall-2016 meta mqabbla ma' dik tal-2015 għandha tiġi ddeterminata miż-żewġ fatturi segwenti:

   (i) ir-rata ta' żieda fin-nefqa attwali, li ma tistax taqbeż il-1,6 %;
   (ii) il-livell ta' nefqa eċċezzjonali meħtieġa fl-2016 għar-rinforz tas-sigurtà tal-bini tal-Parlament u ċ-ċibersigurtà fi Brussell għal ammont massimu ta' EUR 15-il miljun;

jisħaq fuq il-fatt li, għal dan l-iskop, hemm bżonn li jiġu ffrankati r-riżorsi f'oqsma oħra;

11.  Jilqa' l-ftehim dwar ekonomiji li ntlaħaq bejn il-Kumitat għall-Baġits u d-delegazzjonijiet tal-Bureau fil-laqgħat ta' konċiljazzjoni tal-14 u l-15 ta' April 2015, meta mqabbel mal-livell tal-abbozz preliminari tal-estimi oriġinalment issuġġerit mill-Bureau;

12.  Jistabbilixxi li l-livell ta' nefqa kurrenti/operattiva tiegħu għas-sena 2016 hu ta' EUR 1 823 648 600, li jikkorrispondi għal żieda ta' 1,6 % fuq il-baġit 2015, u jżid mal-abbozz tal-estimi tiegħu n-nefqa straordinarja eċċezzjonali li tammonta għal EUR 15–il miljun mitluba fl-2016 għar-rinforz tas-sigurtà tal-bini tiegħu fi Brussell kif ukoll taċ-ċibersigurtà tal-Parlament;

13.  Jaħtaf l-opportunità ta' dan l-ewwel proċess ta’ konċiljazzjoni vera u proprja fir-rigward tal-baġit tal-Parlament taħt it-8 leġiżlatura biex jitlob lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau jippreżentaw ippjanar baġitarju fuq żmien medju u twil, flimkien mad-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura għall-istabbiliment tal-baġit għall-2017; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jindika b'mod ċar l-infiq relatat ma' investimenti (bini, akkwisti, eċċ.) u l-infiq relatati mal-funzjonament tal-Parlament u l-obbligi statutorji tiegħu;

14.  Ifakkar li l-Parlament, fil-kuntest tal-proċedura baġitarja, għandu l-possibbiltà li jaġġusta l-prijoritajiet baġitarji u se jieħu d-deċiżjoni finali fil-ħarifa 2015;

Kwistjonijiet speċifiċi

Prijorità għall-ħidma parlamentari

15.  Jissottolinja li, b'segwitu għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, fejn il-Parlament ġie stabbilit bħala koleġiżlatur ta' vera, u minħabba l-fatt li wieħed mill-kompiti l-aktar importanti tal-Parlament hu l-kontroll tal-eżekuttiv, issa huwa assolutament essenzjali li l-enfasi titqiegħed fuq il-ħidma leġiżlattiva u ta' skrutinju tal-Membri;

16.  Jikkunsidra li, b'mod li jiġi kkonsolidat ir-rwol tal-Parlament, il-kapaċità amministrattiva tas-segretarjati tal-kumitati parlamentari speċjalizzati għandha tissaħħaħ, fejn dan għadu ma sarx, essenzjalment permezz ta' tqassim mill-ġdid;

17.  Jemmen li, b'mod li jiġi żgurat sostenn adegwat għall-Membri fit-twettiq tal-attivitajiet parlamentari tagħhom, hemm bżonn li jinstab bilanċ ġdid bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u l-assistenti lokali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta mill-aktar fis proposta għal deċiżjoni lill-Bureau għal dan il-fini; jemmen li għandu jiġi rispettat perjodu ta' tranżizzjoni fil-każ ta' reviżjoni tar-regoli attwali u jistenna li d-deċiżjoni finali se tidħol fis-seħħ sa mhux aktar tard minn Lulju 2016;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa għal trasparenza akbar fir-rigward tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali għall-Membri; jistieden lill-Bureau tal-Parlament jaħdem dwar definizzjoni ta' regoli aktar preċiżi fir-rigward tar-responsabbiltà tan-nefqa awtorizzata skont din l-allowance, mingħajr ma jkunu ġġenerati spejjeż addizzjonali għall-Parlament;

19.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 130 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, il-Konferenza tal-Presidenti għandha twettaq, sa Lulju 2015, valutazzjoni tar-reġim tal-mistoqsijiet bil-miktub fir-rigward tal-mistoqsijiet addizzjonali; jissottolinja l-fatt li l-fokus fuq l-istatistika tal-ħidma parlamentari m'għandux ikun għad-detriment tal-ħidma leġiżlattiva effettiva tal-Membri; jappella, għaldaqstant, għal reviżjoni ta' dak ir-reġim u jappella lill-awtorità kompetenti biex:

   tillimita, għal kull Membru, l-għadd ta' mistoqsijiet parlamentari li jistgħu jitressqu f'format elettroniku għal massimu ta' ħames mistoqsijiet kull xahar (mingħajr ma jitqiesu l-koawturi);
   it-traduzzjoni tal-mistoqsijiet bil-miktub tkun limitata għall-Ingliż u t-traduzzjonijiet għal-lingwi oħra jiġu awtorizzati biss fuq talba;

20.  Jisħaq fuq il-fatt li tali reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament li jirregolaw il-mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub (l-Artikolu 130) tista' twassal biex jiġu ffrankati r-riżorsi u se tillimita l-piż amministrattiv tal-istituzzjonijiet Ewropej mingħajr ma tipperikola s-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew; jistenna li r-regoli riveduti għandhom ikunu applikabbli minn Jannar 2016;

21.  Jikkunsidra li t-tiġdid tal-għamara fil-post ta' ħidma tal-Membri u l-persunal kollha mhijiex prijorità għall-baġit tal-2016;

Sigurtà

22.  Jenfasizza li, fil-kuntest attwali, għandha tingħata l-ogħla prijorità lis-sigurtà tal-bini tal-Parlament; jissottolinja l-fatt li l-Parlament se jkollu bżonn jieħu l-miżuri ġodda meħtieġa għat-tisħiħ tas-sigurtà ġewwa u barra l-bini tiegħu, filwaqt li jibqa' post miftuħ għaċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll taċ-ċibersigurtà;

23.  Jitlob, f'dan ir-rigward, lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits evalwazzjoni globali tal-miżuri ta' sigurtà li ttieħdu sal-lum mill-Parlament u l-konsegwenzi baġitarja tat-tali miżuri, minn mindu ttieħdet id-deċiżjoni li s-servizzi ta' sigurtà tal-Parlament jiġu internalizzati (deċiżjoni tal-Bureau ta' Ġunju 2012) u jagħti deskrizzjoni ħafifa tal-miżuri previsti għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-Parlament kemm fil-bini tiegħu u kemm barra minnu, kif ukoll l-impatt tat-tali miżuri fuq il-baġit 2016; jappella għal informazzjoni dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-arranġamenti għal kooperazzjoni amministrattiva interistituzzjonali fil-qasam tas-sigurtà;

Ċibersigurtà

24.  Huwa tal-fehma li, minħabba l-użu dejjem akbar ta' apparat u mezzi elettroniċi, għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sigurtà informatika, bil-għan li jiġi garantit il-livell massimu possibbli ta' sigurtà tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni tiegħu; jikkunsidra li kwalunkwe miżura f'dan il-qasam għandha tissejjes fuq evalwazzjoni ċara tal-ħtiġijiet tal-Parlament u tiġi deċiża fil-kuntest tal-proċedura baġitarja;

Politika immobiljari

25.  Ifakkar li l-istrateġija immobiljari fuq żmien medju, adottata mill-Bureau fl-2010, hija attwalment f'fażi ta' reviżjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits l-istrateġija immobiljari fuq żmien medju l-ġdida mill-aktar fis possibbli u qabel il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament fil-ħarifa 2015;

26.  Itenni li l-investimenti fuq żmien twil, bħall-proġetti immobiljari tal-Parlament, għandhom jiġu ġestiti bi prudenza u trasparenza; jinsisti li jkun hemm dixxiplina fil-ġestjoni tal-ispejjeż u fil-programmazzjoni u s-superviżjoni tal-proġetti; itenni l-appell tiegħu għal proċess deċiżjonali trasparenti fil-qasam tal-politika immobiljari, abbażi ta' informazzjoni bikrija, waqt li jitqies kif dovut l-Artikolu 203 tar-Regolament Finanzjarju;

27.  Jistieden lill-Viċi Presidenti responsabbli jippreżentaw lill-Kumitat responsabbli l-istrateġija immobiljari l-ġdida ta' nofs it-terminu kif ukoll rapport ta' progress dwar il-Bini KAD, b'inklużi l-għażliet ta' finanzjament; abbażi ta' dan se jiddeċiedi matul il-qari tal-baġit dwar l-inklużjoni ta' finanzjament għall-Bini KAD fil-baġit għal-2016, tal-Parlament, waqt li jikkunsidra l-possibilità li jiffranka mir-rati tal-imgħax;

28.  Ifakkar li, minħabba l-kostruzzjoni tal-Bini KAD, fil-ġejjieni l-pagamenti totali fis-sena se jkunu ħafna anqas mill-ispejjeż biex tinkera proprjetà immobbli paragunabbli;

Komunikazzjoni

29.  Jappella lis-Segretarju Ġenerali biex jirrapporta lill-Kumitat għall-Baġits dwar l-evalwazzjoni tal-kampanja elettorali parlamentari tal-2014 kif ukoll dwar l-effikaċja tal-miżuri ta' komunikazzjoni tal-Parlament indirizzati lejn il-pubbliku ġenerali;

30.  Jemmen bil-qawwa li l-mandat ewlieni tal-Membri huwa l-ħidma leġiżlattiva; jikkunsidra, għalhekk, li għal dan l-għan għandha tingħata prijorità għall-komunikazzjoni mal-pubbliku u partijiet interessati oħra permezz tal-aġġornament tat-tagħmir tekniku u l-faċilitajiet medjatiċi minħabba l-interess medjatiku akbar, l-importanza dejjem tikber tal-media soċjali u l-bżonnijiet addizzjonali tal-Membri matul is-sessjonijiet plenarji ordinarji;

31.  Jitlob lill-Bureau jipproċedi għal evalwazzjoni indipendenti tal-ewwel Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ qabel jorganizza avveniment ulterjuri;

L-impronta ambjentali tal-Parlament

32.  Itenni r-responsabbiltà tal-Parlament li jaġixxi b'mod sostenibbli; jilqa' l-isforzi li saru sabiex jinkiseb ambjent li ma jagħmilx użu mill-karti u l-ħidma prezzjuża li għadha qed titwettaq permezz tal-approċċ EMAS; jemmen li l-proċess EMAS jeħtieġ appoġġ baġitarju kontinwu;

33.  Jitlob li ssir evalwazzjoni tar-riżultati tal-approċċ volontarju f'dak li huwa użu tal-business class għal titjiriet fuq distanzi qosra;

Dar l-Istorja Ewropea

34.  Jikkonstata li l-ftuħ ta' Dar l-Istorja Ewropea hu previst għall-2016; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits, fi żmien utli qabel il-qari tal-Parlament fil-ħarifa 2015, programmazzjoni baġitarja aġġornata fuq il-ħames snin li ġejjin għan-nefqa operattiva u ta' funzjonament prevista għal Dar l-Istorja Ewropea minn mindu tiftaħ, inkluża l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni; ifakkar li, fil-baġit 2014, inħolqot linja tal-baġit ġdida, il-linja 16 03 04 "Dar l-Istorja tal-Ewropa" fit-Taqsima III tal-baġit tal-Unjoni għall-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-ispejjeż operattivi ta' Dar l-Istorja Ewropea;

Miżuri dwar il-persunal

35.  Jisħaq fuq il-fatt li l-implimentazzjoni tal-objettiv tat-tnaqqis tal-persunal b'5 %, kif deċiż fil-qafas tal-Ftehim dwar il-QFP 2014-2020, għandha tkompli fl-2016; jilqa' l-konferma biex it-tnaqqis tal-persunal ma jiġix estiż għall-persunal tal-gruppi politiċi, li hu totalment konformi mar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament imsemmijin hawn fuq fir-rigward tal-baġits 2014 u 2015;

36.  Jikkonstata li, għall-2016, qed jiġi propost li jitneħħew 57 pożizzjoni mill-organigramma tas-Segretarjat tal-Parlament, b'mod li jiġu ffrankati madwar EUR 1,8 miljun, wara li kkunsidra li wħud minn dawn il-pożizzjonijiet huma attwalment battala u li l-okkupanti tal-pożizzjonijiet li fadal se jirtiraw jew jiġu mċaqalqa lejn pożizzjonijiet oħra matul is-sena; jikkonstata li qed jiġi propost li żewġ pożizzjonijiet ulterjuri jitneħħew mill-organigramma tal-Parlament biex jiġu ttrasferiti lill-Kummissjoni fir-rigward ta' żewġ proġetti informatiċi interistituzzjonali ġestiti mill-Kummissjoni, u li konsegwentement se jinħolqu żewġ pożizzjonijiet addizzjonali fl-organigramma tal-Kummissjoni għall-2016;

37.  Japprova l-proposta tas-Segretarju Ġenerali biex jinħolqu 25 pożizzjoni addizzjonali ħalli jissaħħaħ id-DĠ SAFE, b'mod li jittejbu l-effikaċja tas-sistemi ta' sigurtà kemm fil-bini tal-Parlament u kemm barra minnu, il-prevenzjoni kontra n-nirien tal-bini, kif ukoll b'mod li tiġi żgurata protezzjoni adegwata għall-Membri, il-persunal u l-mistednin ta' livell għoli tiegħu fil-bini tal-Parlament; jitlob li jiġi mgħarraf dwar kemm se jiġu jiswew eżatt dawn il-pożizzjonijiet; jikkunsidra madankollu li s-sistema ta' sigurtà barra l-bini tal-Parlament għandha tiġi ggarantita mill-awtoritajiet Belġjani;

38.  Jilqa' l-proposta biex jissaħħu s-segretarjati tal-kumitati parlamentari b'mod li l-Membri jitħallew jirċievu s-sostenn neċessarju fil-qadi tal-funzjoni ta' skrutinju, partikolarment f'dawk il-kumitati parlamentari bl-ogħla numru ta' atti ta' implimentazzjoni u delegati, attwalment jew fil-ġejjieni; jissottolinja l-fatt li kwalunkwe tisħiħ għandu jsir permezz ta' tqassim mill-ġdid biss;

39.  Jikkonstata li, għal dan il-għan, is-Segretarju Ġenerali qed jipproponi l-ħolqien ta' 20 pożizzjoni addizzjonali biex jissaħħu s-segretarjati tal-kumitati parlamentari kkonċernati (ECON, ENVI, ITRE, TRAN u LIBE);

40.  Jappella lis-Segretarju Ġenerali biex jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits b'deskrizzjoni ġenerali sħiħa tal-iżvilupp tal-pożizzjonijiet fil-Parlament u ta' kif ġie ttrattat s'issa l-objettiv tat-tnaqqis tal-persunal b'5 % u kif se jintlaħaq fil-ħin u liema numru ta' riferiment tal-pożizzjonijiet fl-organigramma qed jintuża għall-implimentazzjoni ta' dan l-għan;

Kunsiderazzjonijiet finali

41.  Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2016;

42.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15.
(5) Testi adottati, P7_TA(2013)0437.
(6) Testi adottati, P8_TA(2014)0036.


L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
PDF 358kWORD 97k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)05342013/0255(APP))
P8_TA(2015)0173A8-0055/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (COM(2013)0534),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu(2),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) (COM(2013)0535),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, l-Artikoli 2, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 86, 218, 263, 265, 267, 268 u 340 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0055/2015),

A.  billi dejta miġbura u analizzata mill-Kummissjoni wasslet għall-identifikazzjoni ta' suspetti ta' frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għal medja ta' madwar EUR 500 miljun fis-sena, għalkemm hemm raġunijiet tajba sabiex jitwemmen li madwar EUR 3 biljun kull sena jistgħu ikunu f'riskju ta' frodi;

B.  billi r-rata ta' tressiq ta' akkuża huwa baxx - madwar 31 % fit-tmien snin bejn l-2006 u l-2013 – imqabbel man-numru ta' rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji maħruġa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) lill-Istati Membri; billi wieħed mill-għanijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa li jnaqqas dan id-distakk;

C.  billi huwa possibbli li xi Stati Membri jkunu anqas effettivi fid-detezzjoni u fil-prosekuzzjoni ta' frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE, bi ħsara għall-kontribwenti tal-Istati Membri kollha li jikkontribwixxu għall-baġit tal-Unjoni;

D.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014, il-Parlament talab lill-Kunsill għal involviment estensiv fix-xogħol leġiżlattiv permezz ta' fluss kostanti ta' informazzjoni u permezz ta' konsultazzjoni kontinwa;

E.  billi ġuriżdizzjonijiet, tradizzjonijiet legali, sistemi tal-infurzar tal-liġi u sistemi ġudizzjarji differenti fl-Istati Membri m'għandhomx itellfu jew jimminaw il-ġlieda kontra l-frodi u r-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

F.  billi t-terroriżmu huwa ffinanzjat ukoll mill-kriminalità organizzata, u l-gruppi kriminali jiġbru fondi permezz ta' frodi;

G.  billi l-Artikolu 86 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti l-estensjoni tas-setgħat tal-UPPE biex jinkludu reati serji b'dimensjoni transfruntiera; billi din il-possibilità tista' titqies mill-Kunsill ladarba l-UPPE jkun stabbilit u jkun qed jiffunzjona tajjeb;

1.  Jafferma mill-ġdid ir-rieda qawwija tiegħu biex jindirizza l-prijoritajiet għall-istabbiliment tal-UPPE u biex jidentifika l-prinċipji u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom ikun jista' jagħti l-approvazzjoni tiegħu;

2.  Itenni l-kontenut tar-rapport interim preċedenti tiegħu adottat permezz ta' riżoluzzjoni tat-12 ta' Marzu 2014, u jfittex li jissupplimentah u jaġġornah wara l-aħħar żviluppi fid-dibattitu tal-Kunsill;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jiżgura trasparenza u leġittimità demokratika billi jżomm lill-Parlament infurmat b'mod sħiħ u konsultat regolarment; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jikkunsidra l-fehmiet tiegħu kif jixraq, bħala prekundizzjoni biex tiġi żgurata l-awtorizzazzjoni għall-adozzjoni tar-Regolament dwar l-UPPE;

4.  Ifakkar li l-UPPE għandu jkollu kompetenza fuq reati relatati mal-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; ifakkar, filwaqt li jikkunsidra dan kollu, li r-reati kriminali relevanti għandhom ikunu stabbiliti fid-direttiva proposta dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (id-Direttiva PIF); jitlob lill-Kunsill, filwaqt li jirrikonoxxi l-progress magħmul mill-koleġiżlaturi fin-negozjati għall-adozzjoni tad-Direttiva PIF, iġedded l-isforzi tiegħu biex ifittex qbil dwar din id-direttiva għall-istabbiliment tal-UPPE;

5.  Jemmen li approċċ innovattiv huwa meħtieġ għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-tressiq il-qorti ta' dawk li jiffrodaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-ġlieda kontra l-frodi, ir-rata tal-irkupru u l-fiduċja tal-kontribwenti fl-istituzzjonijiet tal-UE;

6.  Iqis kruċjali li jiġi żgurat l-istabbiliment ta' UPPE uniku, b'saħħtu u indipendenti li jkun kapaċi jinvestiga, jipprosegwixxi u jressaq il-qorti dawk li jwettqu reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u jemmen li kwalunkwe soluzzjoni aktar dgħajfa tkun telf għall-baġit tal-Unjoni;

Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew indipendenti

7.  Jenfasizza li l-istruttura tal-UPPE għandha tkun interament indipendenti mill-gvernijiet nazzjonali u mill-istituzzjonijiet tal-UE u mħarsa mill-influwenza u l-pressjoni politika; jitlob, għaldaqstant, ftuħ, oġġettività u trasparenza fil-proċeduri tal-għażla u l-ħatra tal-Kap Prosekutur Ewropew, tad-deputati tiegħu/tagħha, tal-Prosekuturi Ewropej u tal-Prosekuturi Ewropej Delegati; jemmen li, sabiex jiġi evitat kull kunflitt ta' interess, il-kariga tal-Prosekutur Ewropew għandha tkun fuq bażi full-time;

8.  Jenfasizza l-importanza tal-involviment tiegħu fil-proċeduri ta' ħatra tal-Prosekuturi Ewropej u jissuġġerixxi kompetizzjoni miftuħa għall-kandidati li jkollhom il-kriterji meħtieġa ta' integrità, professjonalità, esperjenza u ħiliet; jemmen li l-Prosekuturi Ewropej għandhom jinħatru mill-Kunsill u l-Parlament bi ftehim abbażi ta' lista mqassra mfassla mill-Kummissjoni, wara valutazzjoni minn panel ta' esperti indipendenti magħżulin minn fost imħallfin, prosekuturi u avukati ta' kompetenza rikonoxxuta; il-Kap Prosekutur Ewropew għandu jinħatar skont l-istess proċedura wara smigħ mill-Parlament;

9.  Jemmen li l-membri tal-Kulleġġ għandhom jitkeċċew biss wara deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fuq talba tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Parlament u/jew tal-Kap Prosekutur Ewropew;

10.  Jenfasizza li l-Istati Membri jkollhom jinvolvu korpi ġudizzjarji nazzjonali awtonomi fil-proċeduri ta' nomina tal-Prosekuturi Ewropej Delegati skont il-prattiki u l-liġijiet nazzjonali;

11.  Jilqa' d-dispożizzjoni li tinsab fit-test tal-Kunsill rigward rapport annwali lill-Istituzzjonijiet tal-UE sabiex jiggarantixxi valutazzjoni kontinwa tal-attivitajiet imwettqa mill-korp il-ġdid; jitlob lill-Kunsill jiżgura li r-rapport annwali jkun fih, fost l-oħrajn, dettalji dwar ir-rieda tal-awtoritajiet nazzjonali li jikkooperaw mal-UPPE;

Diviżjoni ċara ta' ġuriżdizzjoni bejn l-UPPE u l-awtoritajiet nazzjonali

12.  Jemmen li regoli li jirregolaw id-diviżjoni ta' ġuriżdizzjoni bejn l-UPPE u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu definiti b'mod ċar sabiex jevitaw kull inċertezza jew miżinterpretazzjoni fil-fażi operazzjonali: l-UPPE għandu jkollu ġuriżdizzjoni biex jinvestiga u jipprosegwixxi r-reati li jikkostitwixxu frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni skont id-direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali; jemmen li l-UPPE għandu l-ewwel jiddeċiedi jekk ikollux kompetenza qabel ma l-awtoritajiet nazzjonali stess jibdew l-investigazzjonijiet tagħhom, bl-għan li jiġu evitati investigazzjonijiet paralleli li jkunu ineffiċjenti;

13.  Jinsisti li awtoritajiet nazzjonali li jwettqu investigazzjonijiet ta' reati li jistgħu jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UPPE għandhom ikunu obbligati jinfurmaw lill-UPPE dwar investigazzjonijiet tali; itenni l-ħtieġa li l-UPPE jkollu d-dritt li jmexxi investigazzjonijiet tali, fejn jiddetermina li dan ikun xieraq, sabiex l-indipendenza u l-effettività ta' dan l-Uffiċċju jkunu żgurati;

14.  Itenni li s-setgħat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jiġu estiżi għal reati oħra għajr dawk li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni biss meta, b'mod kumulattiv:

   (a) il-kondotta partikolari tikkostitwixxi fl-istess waqt kemm reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll reati oħrajn; u
   (b) ir-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu predominanti u l-oħrajn ikunu sempliċement anċillari; kif ukoll
   (c) ir-reati l-oħrajn ma jkunux jistgħu jitressqu l-qorti u ma jkunux jistgħu jiġu penalizzati jekk ma jkunux tħarrku u tressqu għall-ġudizzju tal-qorti flimkien mar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Jemmen, ukoll, li f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-UPPE u l-awtoritajiet prosekutorji nazzjonali dwar l-eżerċizzju ta' kompetenza, l-UPPE għandu jiddeċiedi, f'livell ċentrali, min għandu jinvestiga u jipprosegwixxi; jemmen, barra minn hekk, li d-determinazzjoni ta' kompetenza, skont dawn il-kriterji, għandha dejjem tkun soġġetta għal rieżami ġudizzjarju;

Struttura effiċjenti għall-ġestjoni effettiva tal-każijiet

15.  Jinnota b'dispjaċir li l-għażla ta' struttura kolleġġjali qiegħda titqies mill-Istati Membri, minflok dik ġerarkika inizjalment proposta mill-Kummissjoni; f'dan ir-rigward, jemmen li d-deċiżjoni għall-prosekuzzjoni, l-għażla tal-ġuriżdizzjoni kompetenti, id-deċiżjoni ta' riallokazzjoni jew ta' twaqqigħ ta' każ u d-deċiżjoni dwar tranżazzjonijiet għandhom jittieħdu kollha f'livell ċentrali mill-Kmamar;

16.  Jissottolinja l-fatt li l-Kmamar għandu jkollhom rwol ewlieni fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet u ma jillimitawx l-attivitajiet tagħhom għal sempliċi funzjonijiet ta' koordinazzjoni, imma għandhom jissorveljaw ix-xogħol tal-Prosekuturi Ewropej Delegati fil-qasam;

17.  Huwa mħasseb dwar il-konnessjoni awtomatika bejn il-Prosekutur Ewropew fl-Uffiċċju Ċentrali u każ imressaq fl-Istat Membru tiegħu/tagħha, peress li dan jista' jagħti lok għal nuqqasijiet evidenti fejn tidħol l-indipendenza tal-prosekuturi u d-distribuzzjoni uniformi tal-każijiet;

18.  Jitlob, għaldaqstant, għall-organizzazzjoni razzjonali tal-volum tax-xogħol tal-Uffiċju fuq livell ċentrali; jinnota, f'dan ir-rigward, li s-sistema tal-allokazzjoni tal-każijiet fost il-Kmamar għandha ssegwi kriterji predeterminati u oġġettivi; jissuġġerixxi wkoll li fi stadju aktar avvanzat speċjalizzazzjoni speċifika tal-Kmamar tista' tkun prevista;

19.  Huwa konvint li l-għarfien, l-esperjenza u l-kompetenza meħtieġa tas-sistemi nazzjonali tal-infurzar tal-liġi se jkunu garantiti wkoll mill-persunal tal-UPPE fl-Uffiċċju Ċentrali;

Miżuri investigattivi u ammissibilità tal-provi

20.  Jistieden lil-leġiżlatur jiżgura proċeduri simplifikati biex l-UPPE jikseb l-awtorizzazzjoni għal miżuri investigattivi f'każijiet transfruntiera, skont il-liġi tal-Istati Membri fejn il-miżura inkwistjoni tiġi eżegwita; ifakkar li l-koleġiżlaturi qablu dwar kriterji biex l-Istati Membri jitolbu miżuri investigattivi bbażati fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fid-Direttiva 2014/41/UE rigward l-Ordni tal-Investigazzjoni Ewropea fi kwistjonijiet kriminali; jemmen li l-istess kriterji għandhom japplikaw rigward miżuri investigattivi li għandhom jiġu awtorizzati mill-UPPE partikolarment rigward raġunijiet għal ċaħda;

21.  Jistieden lill-Kunsill biex jiżgura l-ammissibilità tal-provi miġbura mill-UPPE b'rispett sħiħ għal-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali relevanti madwar l-Unjoni, peress li dan hu kruċjali għall-effettività tal-prosekuzzjonijiet, f'konformità mal-Artikolu 6 tat-TUE, mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

22.  Itenni l-ħtieġa li l-UPPE ifittex il-provi relevanti kollha, kemm jekk jakkużaw kif ukoll jekk jiskużaw; jinsisti, barra minn hekk, li huwa meħtieġ li persuni suspettati jew akkużati f'kull investigazzjoni mwettqa mill-UPPE jingħataw ċerti drittijiet dwar il-provi, b'mod partikolari:

   (a) Il-persuna suspettata jew akkużata għandu jkollha d-dritt tippreżenta provi għall-kunsiderazzjoni tal-UPPE;
   (b) Il-persuna suspettata jew akkużata għandu jkollha d-dritt li titlob li l-UPPE jiġbor il-provi kollha ta' rilevanza għall-investigazzjonijiet, fosthom il-ħatra ta' esperti u s-smigħ tax-xhieda;

23.  Jemmen, li minħabba li jista' jkun hemm ġuriżdizzjonijiet multipli għal reati transfruntiera li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UPPE, huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-Prosekuturi Ewropej, il-Prosekuturi Delegati Ewropej u awtoritajiet nazzjonali ta' prosekuzzjoni jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipju ta' ne bis in idem fir-rigward ta' prosekuzzjonijiet li jinvolvu reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UPPE;

Aċċess għal rieżami ġudizzjarju

24.  Jafferma li d-dritt għal rimedju ġudizzjarju għandu jkun dejjem rispettat b'riferenza għall-attività tal-UPPE u jirrikonoxxi wkoll il-ħtieġa li l-UPPE jopera effettivament; jemmen, għaldaqstant, li kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-UPPE għandha tkun soġġetta għal rieżami ġudizzjarju quddiem il-qorti kompetenti; jenfasizza li d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kmamar, bħall-għażla ta' ġuriżdizzjoni għall-prosekuzzjoni, it-twaqqigħ jew ir-riallokazzjoni ta' każ jew tranżazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal rieżami ġudizzjarju quddiem il-qrati tal-Unjoni;

25.  Jemmen li għall-iskopijiet tar-rieżami ġudizzjarju tal-miżuri investigattivi kollha u ta' miżuri proċedurali oħrajn adottati fil-funzjoni prosekutorja tiegħu, l-UPPE għandu jkun meqjus awtorità nazzjonali quddiem il-qrati kompetenti tal-Istati Membri;

Protezzjoni legali koerenti ta' persuni suspettati jew akkużati

26.  Ifakkar li l-Uffiċċju l-ġdid għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-persuni suspettati jew akkużati li huma minquxa fl-Artikolu 6 tat-TUE, fl-Artikolu 16 tat-TFUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u f'dawk il-miżuri leġiżlattivi li diġà ġew adottati fil-livell tal-Unjoni dwar drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u dwar il-protezzjoni tad-dejta personali;

27.  Jafferma li d-direttiva futura dwar il-benefiċċju tal-għajnuna legali għandha tapplika bl-istess mod għall-persuni suspettati jew akkużati kollha li jkunu qed jiġu investigati jew ikunu qed jiġu mħarrka mill-UPPE; jistieden lill-Istati Membri, fin-nuqqas ta' direttiva tal-UE, sabiex jiżguraw aċċess effettiv għall-għajnuna legali f'konformità mal-liġijiet nazzjonali rilevanti;

28.  Jenfasizza li l-persuni suspettati jew akkużati kollha li jkunu qed jiġu investigati jew ikunu qed jiġu mħarrka mill-UPPE għandhom id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-fatt li l-ipproċessar ta' dejta personali mwettaq mill-UPPE jeħtieġ li jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001; jenfasizza li kwalunkwe dispożizzjoni speċifika dwar il-protezzjoni tad-dejta li tinsab f'regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-UPPE tista' biss tikkomplementa u telabora aktar id-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 45/2001, u biss sa fejn huwa meħtieġ;

29.  Jafferma mill-ġdid ir-rieda qawwija tiegħu biex jistabbilixxi l-UPPE u biex jirriforma l-Eurojust, kif ġie previst mill-Kummissjoni fiż-żewġ proposti tagħha; jitlob li l-Kummissjoni taġġusta mill-ġdid l-istimi tal-impatt baġitarju tal-istruttura kolleġġjali; jitlob li jiġu ċċarati r-relazzjonijiet bejn il-Eurojust, l-UPPE u l-OLAF sabiex ikun hemm distinzjoni bejn ir-rwoli rispettivi tagħhom fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jeżaminaw il-possibilità ta' approċċ integrat aktar b'saħħtu ta' dawn l-aġenziji sabiex l-investigazzjonijiet isiru aktar effettivi;

o
o   o

30.  Iħeġġeġ lill-Kunsill biex isegwi dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jenfasizza l-fatt li l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq huma essenzjali biex il-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' Regolament tal-Kunsill;

31.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0234.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0444.


Strateġija dwar l-Alkoħol
PDF 300kWORD 117k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar Strateġija dwar l-Alkoħol (2015/2543(RSP))
P8_TA(2015)0174B8-0357/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-istrateġija tal-Unjoni dwar l-alkoħol (O-000008/2015 – B8-0108/2015),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-istabbiliment tat-tielet programm ta ' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014- 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE(1),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-Tnaqqis tal-Inugwaljanzi fis-Settur tas-Saħħa fl-UE(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jgħid li l-Unjoni għandha biss tikkomplementa l-azzjoni meħuda mill-Istati Membri dwar kwistjonijiet tas-saħħa pubblika,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2011 dwar il-Pjattaforma tal-UE dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Settembru 2007 dwar Strateġija tal-Unjoni Ewropea biex tassisti lill-Istati Membri jnaqqsu d-danni li ġejjin mill-konsum tal-alkoħol(3),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur fl-1 u t-2 ta' Diċembru 2011 dwar l-għeluq ta' lakuni fil-qasam tas-saħħa fl-UE permezz ta' azzjoni miftiehma li tippromwovi mġiba għal stil ta' ħajja san,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-użu ħażin tal-alkoħol huwa t-tieni l-akbar kawża ta' mard relatat mal-istil ta' ħajja f’ċerti Stati Membri u l-vizzju tal-alkoħol huwa fattur ta' riskju għal aktar minn 60 marda kronika, inkluż il-mard tal-fwied marbut mal-alkoħol (ALD), il-pankreatite kronika alkoħolika u kważi kwalunkwe mard ieħor fl-apparat diġestiv, il-kanċer, id-dijabete, il-mard kardjovaskulari, l-obeżità, id-Disturbi tal-Ispettru Fetali Alkoħoliku (FASD), id-disturbi newropsikjatriċi bħal pereżempju, id-dipendenza fuq l-alkoħol;

B.  billi l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri huma l-aktar preparati tajjeb biex ifasslu politiki magħmula individwalment biex jipprevjenu lin-nies milli jabbużaw mill-alkoħol;

C.  billi hemm rabta kawżali bejn l-abbuż tal-alkoħol u medda sħiħa ta' disturbi mentali u ta' mġiba, apparti mard ieħor li ma jitteħidx u korrimenti;

D.  billi l-ispejjeż soċjali marbuta direttament u indirettament mal-użu ħażin tal-alkoħol huma stmati li laħħqu l-EUR 155.8 biljun fl-Ewropa fl-2010, li l-maġġoranza tagħhom (EUR 82.9 biljun) huma barra mis-sistema tal-kura tas-saħħa;

E.  billi l-abbuż tal-alkoħol jikkawża l-mewt ta' 3,3 miljun ruħ fis-sena madwar id-dinja, jew 5,9 % tal-imwiet; billi madwar 25 % tal-imwiet kollha fil-grupp tal-età bejn 20 u 39 jistgħu jiġu attribwiti għall-abbuż tal-alkoħol; billi dawn l-imwiet huma spiss riżultat ta’ inċidenti, vjolenza jew mard tal-fwied;

F.  billi madwar 5 sa 9 miljun tifel u tifla jgħixu f’familji li huma affettwati ħażin mill-konsum tal-alkoħol;

G.  billi mhux il-konsum kollu tal-alkoħol għandu l-istess konsegwenzi, peress li jiddependi ħafna fuq ix-xejra tal-konsum, inkluż dak li jiġi kkunsmat u l-mod kif inhu kkunsmat; billi x-xejriet u t-tendenzi tax-xorb ivarjaw ħafna bejn ir-reġjuni tal-Unjoni Ewropea, fejn hemm xejriet subreġjonali sinifikanti tal-effetti tal-konsum u tas-saħħa marbuta mal-użu ta' ħsara tal-alkoħol madwar l-UE; billi l-varjazzjonijiet soċjali, kulturali, ġeografiċi u ekonomiċi fil-pajjiżi tal-UE jagħmluha neċessarja li ssir distinzjoni bejn ix-xejriet u t-tendenzi ta’ konsum differenti;

H.  billi politika biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol u tappoġġja l-konsum responsabbli tal-alkoħol, li tkun imfassla għal sitwazzjonijiet reġjonali u lokali speċifiċi, tirriżulta fi tnaqqis fil-kura tas-saħħa u l-infiq soċjali relatati mal-effetti diretti u indiretti tal-ħsara relatata mal-alkoħol, bħad-dipendenza fuq l-alkoħol, il-mard kroniku, il-mortalità u l-vjolenza domestika, kif ukoll spejjeż relatati mal-alkoħol; billi politika għat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol għandha tinvolvi mhux biss lis-settur tas-saħħa iżda wkoll lill-partijiet interessati rilevanti, inklużi l-assoċjazzjonijiet li jagħtu appoġġ lill-persuni li jsofru mill-abbuż tal-alkoħol, u għandhom ikunu konsistenti għall-aħħar mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tas-Saħħa fil-Politiki Kollha, filwaqt li jiġi żgurat titjib sinifikanti tas-saħħa pubblika;

I.  billi l-konsum abbużiv u ta' ħsara tal-alkoħol jista' jwassal għal dipendenza fuq l-alkoħol, ħaġa li għandha bżonn tiġi indirizzata permezz ta' attenzjoni u appoġġ miżjuda fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri;

J.  billi għandu jiġi enfasizzat li xi gruppi aktar għandhom it-tendenza li juru mġiba ħażina relatata mal-konsum tal-alkoħol, fosthom iż-żgħażagħ. billi l-imwiet assoċjati mal-alkoħol huma madwar 25 % tal-imwiet kollha fl-irġiel żgħażagħ bejn il-15 u d-29 sena, u huma waħda minn kull għaxra fost iż-żgħażagħ nisa; billi l-konsum eċċessiv ta’ alkoħol fost iż-żgħażagħ huwa prattika li qed tinfirex fl-Istati Membri b’tip partikolari ta’ konsum bħal pereżempju il-“binge drinking”; billi, bħala regola, il-fwied ta’ raġel jista’ jipproċessa l-alkoħol ħafna darbiet aktar malajr mill-fwied ta’ mara, li jfisser li n-nisa jsiru alkoħoliċi kroniċi aktar malajr u minkejja li jixorbu kwantitajiet iżgħar ta’ alkoħol;

K.  billi l-ħsara relatata mal-alkoħol hija marbuta ma' diversi fatturi, bħal-livell soċjoekonomiku, l-isfond kulturali u x-xejriet tax-xorb u l-influwenza mill-ġenituri jew minn oħrajn, kif ukoll id-daqs u l-livell tal-implimentazzjoni u l-infurzar ta' politiki xierqa f'dan il-qasam; billi l-vulnerabilitajiet f'soċjetà waħda jistgħu kultant ikunu differenti daqs il-vulnerabilitajiet bejn soċjetajiet differenti;

L.  billi f’xi reġjuni tal-Ewropa l-produzzjoni artiġjanali tax-xorb alkoħoliku hija waħda mill-pedamenti tat-turiżmu lokali;

M.  billi l-pubbliċità u l-kumerċjazlizzazzjoni għandhom impatt fuq il-livell tal-konsum tal-alkoħol, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ; billi l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2010/13/UE dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżiva hija fundamentali għall-protezzjoni effettiva tal-iżvilupp fiżiku, mentali u morali tat-tfal u l-minorenni; billi hemm rabta bejn li wieħed jibda jixrob minn età żgħira u l-probabilità ta' problemi marbuta mal-alkoħol fil-kobor; billi l-aktar għodod effettivi fil-prevenzjoni tal-konsum eċċessiv tal-alkoħol miż-żgħażagħ huma l-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-kampanji ta’ prevenzjoni; billi, għalhekk, il-Kummissjoni għandha tibda tfassal mingħajr dewmien strateġija ġdida Ewropea għall-alkoħol li tgħin biex jiġi ristrett il-konsum eċċessiv tal-alkoħol, u l-pubbliku għandu jiġi infurmat permezz ta’ kampanja li tqajjem il-kuxjenza dwar l-effetti negattivi tal-konsum tal-alkoħol fuq is-saħħa;

N.  billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tenfasizza l-ħtieġa ta’ aktar għarfien u azzjoni f’suġġetti bħar-rabta bejn il-konsum tal-alkoħol u t-tarbija fil-ġuf, l-anzjani, l-impatti fuq persuni soċjalment żvantaġġjati, u l-esklużjoni soċjali marbuta mal-abbuż tal-alkoħol;

O.  billi l-fatturi soċjali, kulturali, ġeografiċi u ekonomiċi differenti fl-Unjoni Ewropea joħolqu drawwiet u tendenzi tal-konsum tal-alkoħol li jvarjaw anki lokalment, u li joħolqu attitudnijiet differenti fil-konfront tax-xorb;

P.  billi jinħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-konsum responsabbli tal-alkoħol u l-konsum ta' ħsara; billi l-konsum responsabbli tal-alkoħol hu kompatibbli ma' stil ta' ħajja li jkun tajjeb għas-saħħa;

Q.  billi madwar inċident wieħed tat-traffiku minn erbgħa jista' jiġi marbut mas-sewqan taħt l-effett tal-alkoħol, u tal-anqas 5 200 persuna fl-UE jinqatlu kull sena f'inċidenti tat-traffiku relatati mal-alkoħol; billi s-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb għadu t-tieni l-ikbar kawża ta' mwiet fit-toroq tal-UE;

R.  billi ħafna ċittadini tal-UE, speċjalment iż-żgħażagħ, mhumiex infurmati biżżejjed dwar il-perikli għas-saħħa tal-konsum ta' ħsara tal-alkoħol u d-dipendenza fuqu, u billi l-prevenzjoni u s-sensibilizzazzjoni huma għaldaqstant essenzjali fi ħdan l-istrateġija Ewropea l-ġdida dwar l-alkoħol; billi l-identifikazzjoni bikrija ta' persuni b'xejriet dannużi tal-konsum tal-alkoħol, kif ukoll l-għoti lilhom ta' pariri, irriżultaw effettivi; billi hemm ħafna lok għal titjib fir-rigward tal-protezzjoni tal-minorenni mir-reklamar tal-alkoħol;

S.  billi r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002(4) jikkonkludi li l-ikel li jitqies li hu ta' ħsara għas-saħħa jitqies ukoll bħala mhux sikur;

T.  billi faxex tal-età differenti juru tendenzi ta’ xorb differenti, li sa issa għadhom ma ġewx studjati b’mod proporzjonat;

U.  billi r- Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi(5) eskluda x-xorb b’kontenut alkoħoliku ta’ aktar minn 1.2 % ta’ volum minn żewġ dispożizzjonijiet, jiġifieri l-lista tal-ingredjenti u rekwiżiti ta’ tikkettar nutrizzjonali; billi, minħabba n-natura tar-riskji marbuta mal-alkoħol, informazzjoni komprensiva dwar ix-xorb alkoħoliku xorta waħda hija meħtieġa;

V.  billi skont ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 il-Kummissjoni kienet meħtieġa tipproduċi sa Diċembru 2014 rapport li jevalwa jekk ix-xorb alkoħoliku fil-ġejjieni għandux ikun kopert mir-rekwiżit biex tingħata informazzjoni dwar il-valur enerġetiku, u r-raġunijiet li jiġġustifikaw eżenzjonijiet possibbli, kif ukoll proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq, li tiddetermina r-regoli għal lista tal-ingredjenti jew dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni ta’ dawn il-prodotti;

W.  billi l-Istrateġija tal-UE dwar l-Alkoħol kellha suċċess fl-appoġġ tagħha tal-azzjonijiet tal-Istati Membri biex inaqqsu l-ħsara relatata mal-abbuż tal-alkoħol, b’mod partikolari permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki f’oqsma bħalma huma l-protezzjoni taż-żgħażagħ, it-tnaqqis tal-inċidenti tat-triq assoċjati mal-abbuż tal-alkoħol, l-edukazzjoni permezz ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-konsum tal-alkoħol, u database u monitoraġġ komuni fil-livell tal-UE, kif ukoll fit-tisħiħ tal-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li fl-aħħar mill-aħħar wasslu għall-iżvilupp tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar ix-Xorb taż-Żgħażagħ u x-Xorb Bla Rażan Episodiku (2014-2016) mill-Kumitat dwar il-Politika u l-Azzjoni Nazzjonali dwar l-Alkoħol (CNAPA);

X.  billi l-involviment taʼ firxa wiesgħa taʼ partijiet interessati fil-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa (EAHF), u lil hinn, rawwem l-iżvilupp taʼ azzjonijiet konkreti u li jistgħu jitkejlu għat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-abbuż mill-alkoħol fil-livell lokali fl-Unjoni Ewropea kollha;

Y.  billi t-tielet Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) jippromwovi l-adozzjoni tal-aħjar prattika vvalidata għall-miżuri ta' prevenzjoni kosteffettivi ffukati fuq il-fatturi ewlenin ta' riskju, inkluż l-abbuż mill-alkoħol;

Z.  billi l-evalwazzjoni esterna tal-Istrateġija mwettqa fl-2012 ikkonfermat ir-rilevanza u l-utilità tal-approċċ tal-Istrateġija eżistenti u t-temi ta’ prijorità tagħha;

1.  Jinnota li waqt il-laqgħa tas-CNAPA li saret fit-22 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri biex tiżviluppa Pjan ta’ Azzjoni Ewropew biex Titnaqqas il-Ħsara Relatata mal-Alkoħol; jinnota l-adozzjoni f’Settembru 2014 ta’ Pjan ta’ Azzjoni dwar ix-Xorb taż-Żgħażagħ u x-Xorb Bla Rażan Episodiku (binge drinking) (2014-2016), u jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu mill-Istati Membri;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida dwar il-ġlieda kontra l-ħsara relatata mal-alkoħol u biex tkompli bil-ħidma tagħha ta’ appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri fejn dan iġib miegħu valur miżjud, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

3.  Jenfasizza li biex jitnaqqsu l-problemi ta’ saħħa, ta’ sigurtà u dawk soċjoekonomiċi kkawżati mill-alkoħol, ikun jeħtieġ li tittieħed azzjoni fuq id-daqs, ix-xejriet u l-kuntesti tal-konsum tal-alkoħol, kif ukoll fuq l-elementi determinanti soċjali usa’, permezz ta' mezzi bħall-edukazzjoni u t-tnedija ta’ kampanji ta’ informazzjoni;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tibda minnufih il-ħidma fuq l-Istrateġija tal-UE dwar l-Alkoħol (2016-2022) bl-istess objettivi, filwaqt li taġġorna l-qafas regolatorju sabiex tappoġġja lill-gvernijiet nazzjonali biex jindirizzaw il-ħsara marbuta mal-alkoħol, biex tappoġġja l-monitoraġġ u l-ġbir tad-dejta affidabbli, biex tinkoraġġixxi l-prevenzjoni kif ukoll il-promozzjoni tas-saħħa u l-edukazzjoni, id-dijanjosi bikrija, l-aċċess imtejjeb għall-kura, l-appoġġ kontinwu għal dawk milquta u l-familji tagħhom, inklużi programmi ta’ pariri, sabiex jitnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku kkawżati minn sewqan taħt l-effett tal-alkoħol u biex tiddifferenzja aħjar bejn ix-xejriet differenti tax-xorb, bejn imġiba u oħra, u bejn attitudnijiet differenti fil-konfront tal-konsum tal-alkoħol;

5.  Iqis li l-Istrateġija attwali tal-UE li tappoġġja lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-ħsara relatata mal-alkoħol għandha tiġġedded bażikament fl-istess format, u bl-istess objettivi, jiġifieri li tindirizza l-ħsara relatata mal-alkoħol fuq livell tal-Istati Membri, tkun orjentata fuq l-azzjoni, u biex trawwem approċċ parteċipattiv ta’ ħafna partijiet interessati;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproduċi minnufih ir-rapport li jesiġi r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 sa Diċembru 2014, li jevalwa jekk ix-xorb alkoħoliku għandux fil-ġejjieni jkun kopert mir-rekwiżit li fuq ix-xorb alkoħoliku tingħata informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-kontenut nutrizzjonali; iqis li l-konsumaturi għandhom jiġu infurmati dwar l-ingredjenti u l-kontenut nutrizzjonali, filwaqt li jitqies, b'mod partikulari, l-impatt fuq l-SMEs u l-produzzjoni artiġjanali;

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex immedjatament titlob lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) biex tivvaluta mill-ġdid l-użu tal-aċetaldeid bħala sustanza aromatizzanti f’xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku;

8.  Jenfasizza l-ħtieġa li tal-inqas il-kontenut ta’ kaloriji tax-xorb alkoħoliku jiġi ddikjarat b’mod ċar fuq it-tikketti mill-aktar fis possibbli, u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva korrispondenti mhux aktar tard mill-2016;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tibda ħidma immedjata fuq Strateġija ġdida tal-UE dwar l-Alkoħol għall-perjodu 2016-2022, b’kont meħud tal-Pjan ta' Azzjoni tas-CNAPA u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni indipendenti tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħsara Relatata mal-Alkoħol, sabiex jiġi żgurat li r-riżultati miksuba s’issa jkollhom impatt dewwiemi u biex tkompli tappoġġja lill-gvernijiet nazzjonali biex jindirizzaw il-ħsara relatata mal-alkoħol fuq perjodu twil ta’ żmien;

10.  Jenfasizza li l-kumplimentarjetà bejn il-liġijiet u l-kodiċijiet ta' kondotta dwar il-protezzjoni tal-minorenni mill-konsegwenzji negattivi tal-konsum perikoluż tal-alkoħol hija meħtieġa biex tiżgura l-protezzjoni effettiva tal-minorenni; jistieden lill-Istati Membri jinforzaw b’mod strett il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti dwar il-limiti tal-età dwar il-konsum tal-alkoħol u biex tevalwa l-ħtieġa għal aktar rekwiżiti li jorbtu legalment biex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-minorenni;

11.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw politiki u trattamenti fi ħdan is-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom, li jnaqqsu d-dipendenza tal-individwi fuq l-alkoħol;

12.  Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jedukaw lill-pubbliku ġenerali, partikolarment lill-minorenni u n-nisa tqal, dwar l-effetti ta' ħsara tal-konsum tal-alkoħol, u sabiex, meta jkun meħtieġ, jilleġiżlaw kif xieraq;

13.  Jirrikonoxxi d-differenzi fix-xejriet tal-konsum fost l-Istati Membri u l-aspetti kulturali tal-konsum responsabbli tal-alkoħol;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa ta’ kampanja ta' informazzjoni fl-UE kollha li twissi lin-nisa tqal biex ma jikkunsmawx l-alkoħol, u jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-effett tat-tikkettar f'din il-kwistjoni u tippreżenta proposta leġiżlattiva korrispondenti mhux aktar tard mill-2016;

15.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, li f'dan il-qasam huma primarjament responsabbli li jfasslu, jimplimentaw u jivvalutaw il-politiki tas-saħħa pubblika maħsuba biex inaqqsu l-konsum ta' ħsara tal-alkoħol, jimplimentaw regoli stretti dwar il-bejgħ ta’ xorb alkoħoliku, b’mod partikolari lill-minorenni;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-implimentazzjoni ta’ tikketti fl-UE kollha li jwissu lill-konsumaturi dwar il-perikli tas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa u, jekk ikun meħtieġ, tirriforma r-rwol u l-funzjonament tal-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa, sabiex tiżgura li s-sħubija tkun verament rappreżentattiva tal-partijiet interessati kollha rilevanti, b’mod bilanċjat, b'rappreżentanza xierqa tal-operaturi ekonomiċi u tal-NGOs, u biex taħdem biex tinkoraġġixxi u tappoġġja l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Forum u favur l-impenn tagħhom li jiżviluppaw azzjonijiet konkreti u effettivi biex inaqqsu l-ħsara relatata mal-alkoħol u jappoġġjaw azzjonijiet immirati li jkunu rilevanti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi aktar titjib operattiv għall-implimentazzjoni attwali tal-istrateġija tal-UE, bħal: li testendi s-sħubija fl-EAHF mal-partijiet interessati rilevanti kollha; li jkun hemm żieda fl-interazzjoni mas-CNAPA fil-livell tal-UE; li tippromwovi l-prattiki tajba għat-tfassil, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impenji; li tiġbor indikaturi aktar effikaċi li jipprovdu stampa oġġettiva, aġġornata u realistika tax-xejriet tax-xorb tal-alkoħol u l-ħsara relatata mal-alkoħol; u li tappoġġja azzjonijiet immirati li jkunu rilevanti fil-livelli lokali, abbażi tar-rispett sħiħ tar-regoli fundamentali tat-Trattat UE;

19.  Jenfasizza li l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Alkoħol m’għandhiex tistabbilixxi miri ġodda, iżda pjuttost għandha tappoġġja dawk il-miri li dwarhom diġà ntlaħaq ftehim bħala parti mill-pjan ta’ azzjoni Ewropew tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għall-2012-2020 biex jitnaqqas l-użu ta' ħsara tal-alkoħol;

20.  Jinnota li strateġija ġdida tal-UE tista’ tkun ta’ valur billi toffri lill-Istati Membri għażliet għal azzjoni ibbażati fuq l-evidenza, billi hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jużaw l-approċċ l-aktar adattat għat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissokta fir-rwol ta’ valur tagħha fit-trawwim tar-riċerka tajba u l-kondiviżjoni tal-evidenza;

21.  Itenni l-importanza ta’ impenn politiku b’saħħtu mill-Kummissjoni, mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Istati Membri li jżidu l-isforzi biex jipprevjenu l-ħsara relatata mal-alkoħol u jipprovdu rispons ta’ politika adegwat ibbażat fuq l-evidenza li jirrifletti l-impatti severi u varji fuq is-saħħa u dawk soċjoekonomiċi tal-ħsara relatata mal-alkoħol u l-interrelazzjonijiet tagħha ma’ fatturi oħrajn ta’ riskju;

22.  Ifakkar fl-importanza tal-objettivi ta’ politika li jistgħu jitkejlu u li jkunu rigorużi u ta’ mekkaniżmi pluriennali adegwati biex jimmonitorjaw il-progress sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija fost l-Istati Membri; jisħaq dwar il-bżonn li tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata mal-alkoħol;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw b’mod attiv it-titjib tal-indikaturi, il-ġbir ta’ data affidabbli, il-komparabbiltà u l-analiżi f’waqtha fir-rigward tal-konsum tal-alkoħol u l-konsegwenzi fuq is-saħħa u soċjali tiegħu, biex jallokaw riżorsi xierqa biex jitnaqqas il-piż minħabba l-abbuż tal-alkoħol u l-ispejjeż diretti u indiretti għas-soċjetà tal-ħsara relatata mal-alkoħol, u biex jippromwovu l-integrazzjoni effettiva tad-data rilevanti fil-politiki dwar l-alkoħol tal-UE u dawk nazzjonali bl-użu ta’ bażi ta’ evidenza komuni;

24.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi biex iħarsu liż-żgħażagħ mill-ħsara relatata mal-alkoħol, b’mod partikolari billi jgħollu l-limitu tal-età għal tal-anqas 18-il sena u jiżguraw li jkun hemm reklamar responsabbli;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu fl-edukazzjoni sabiex jenfasizzaw l-effetti fuq is-saħħa u s-soċjetà tal-konsum ta’ alkoħol li jagħmel il-ħsara filwaqt li jippromwovu l-konsum moderat u responsabbli tax-xorb alkoħoliku;

26.  Jenfasizza li l-flus pubbliċi m'għandhomx jintużaw sabiex jippromwovu l-konsum tal-alkoħol, bl-eċċezzjoni ta' miżuri ta' promozzjoni koperti mir-Regolamenti (UE) Nru 1144/2014 u 1308/2013;

27.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jillimitaw il-bejgħ tal-alkoħol għal dawk taħt l-età legali għax-xiri tal-alkoħol billi jwettqu miżuri ta’ kontroll regolari, b’mod partikolari qrib l-iskejjel; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza kif xieraq il-bejgħ transkonfinali tal-alkoħol fuq l-internet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu kampanji biex iqajmu kuxjenza dwar il-perikli tax-xorb bla rażan (binge drinking), speċjalment għal persuni taħt l-età, u jagħmlu aktar sforzi biex inaqqsu l-inċidenti tat-traffiku relatati mas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb;

28.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE dwar is-servizzi tal-media awjdoviżiva u tikkunsidra li tirrivediha fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-alkoħol maż-żgħażagħ u l-isponsorizzazzjoni mill-alkoħol sabiex titnaqqas l-espożizzjoni taż-żgħażagħ għall-kummerċjalizzazzjoni tax-xorb alkoħoliku;

29.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, u lil kull parti interessata rilevanti oħra, jirrevedu u jsaħħu l-kampanji taʼ sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-konsum ta' ħsara tal-alkoħol, bʼmod speċjali minn nisa tqal, u l-impatt tal-alkoħol fuq il-tarbija fil-ġuf;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw miżuri konkreti biex jirrestrinġu l-konsum tal-alkoħol, b’mod partikolari fost il-persuni taħt l-età u l-individiwi li jbatu minn kundizzjonijiet serji, mard kroniku jew dipendenzi kbar marbuta mal-konsum tal-alkoħol;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni żżomm, fl-istrateġija tagħha, l-appoġġ finanzjarju għall-proġetti effettivi u bbażati fuq ix-xjenza li jindirizzaw il-ħsara marbuta mal-abbuż tal-alkoħol u l-fehim tal-kawżi sottostanti tal-abbuż mill-alkoħol fl-ambitu tal-Programm tas-Saħħa l-ġdid u tal-Programm Orizzont 2020; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-appoġġ finanzjarju tagħha jkun indirizzat biss lejn proġetti bʼmetodoloġija xjentifikament tajba u bʼoperatur li jwettaq l-objettiv;

32.  Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lil partijiet interessati oħra jiddiversifikaw il-kampanji ta’ informazzjoni dwar il-perikli tal-konsum tal-alkoħol għad-diversi gruppi ta’ etajiet, kif ukoll il-mod li bih isuqu n-nies u l-effetti tax-xorb u s-sewqan, sabiex jadattaw dawn il-kampanji għall-gruppi ta’ etajiet varji u biex jintlaħqu b’mod aktar vigoruż;

33.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ edukazzjoni mmirati lejn iż-żgħażagħ bħala parti mill-istrateġiji tagħhom biex jipprevjenu l-abbuż u biex ixerrdu l-aqwa prattiki;

34.  Jistieden lill-Istati Membri jibnu fuq l-Istrateġija tal-WHO dwar l-Alkoħol u jtejbu d-detezzjoni bikrija tal-konsum ta' ħsara tal-alkoħol fil-kura primarja, billi jippromwovu skrinjar u jiżguraw li jkun hemm servizzi ta' appoġġ adegwati għat-trattament tad-disturbi relatati mal-użu tal-alkoħol u l-kundizzjonijiet kroniċi relatati;

35.  Jenfasizza li r-regoli applikati mill-awtoritajiet rispettivi fl-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-konsegwenzi tal-abbuż mill-alkoħol, sabiex it-trattamenti jkunu aċċessibbli u bi prezz li jintlaħaq minn dawk li jbatu minn disturbi marbuta mal-konsum żejjed tal-alkoħol, u biex idaħħlu fis-seħħ programmi taʼ skrinjar u interventi qosra fil-każijiet taʼ konsum taʼ alkoħol taʼ ħsara u perikoluż; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw sabiex isibu soluzzjonijiet biex jassistu lill-persuni li jbatu minn disturbi, kundizzjonijiet kroniċi jew dipendenzi qawwija marbuta mal-konsum tal-alkoħol, jgħinuhom jieħdu ħsieb tagħhom infushom u biex itemmu s-sitwazzjoni ta’ dipendenza tagħhom;

36.  Jiddispjaċih għat-tnaqqis fis-servizzi ewlenin għall-vizzju tal-alkoħol fʼċerti Stati Membri;

37.  Jistieden lill-Istati Membri u lil kull parti interessata rilevanti oħra jkomplu jintensifikaw u/jew jiżviluppaw politiki u azzjonijiet li jippromwovu l-imġiba favur stil ta’ ħajja li jkun tajjeb għas-saħħa, inklużi l-alimentazzjoni tajba u l-isport u attivitajiet rikreattivi tajbin għas-saħħa, filwaqt li tirrikonoxxi li t-tgawdija moderata tax-xorb alkoħoliku hija komponent sinifikanti tal-ħajja kulturali f’ħafna Stati Membri u m’għandhiex għalfejn tkun f’kunflitt ma’ stil ta’ ħajja li jkun tajjeb għas-saħħa;

38.  Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw bir-reqqa l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta’ politiki nazzjonali mmirati biex jipprevjenu l-bejgħ ta’ alkoħol irħis ħafna, sakemm tali miżuri jiżguraw il-protezzjoni effettiva tas-saħħa u jirrispettaw il-prinċipji tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà u li l-opinjoni li hija mistennija tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-UE tal-politika ta’ prezzijiet minimi tal-Gvern Skoċċiż;

39.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jeżaminaw il-leġiżlazzjoni u l-inizjattivi eżistenti tagħhom relatati mal-informazzjoni lill-konsumatur u kultura xierqa tax-xorb, sabiex jedukaw u jissensibilizzaw dwar il-konsegwenzi tal-konsum ta’ ħsara tal-alkoħol u sabiex inaqqsu l-ħsara marbuta mal-abbuż tal-alkoħol; bʼmod partikolari, jirrakkomanda lill-Istati Membri jissorveljaw ir-reklamar tal-alkoħol u l-effetti tiegħu fuq iż-żgħażagħ u jieħdu azzjoni xierqa bl-intenzjoni li jnaqqsu l-esponiment tagħhom għalih;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti fir-rigward tal-ħtieġa li tittejjeb l-informazzjoni għall-konsumatur dwar l-alkoħol, filwaqt li tiżgura li l-konsumaturi jkunu konxji tal-kontenut tal-alkoħol u tal-kaloriji mingħajr ma timponi ostakli għas-suq uniku; jinsisti fuq l-importanza ta’ informazzjoni ċara, konċiża u effettiva dwar l-effetti tal-konsum tal-alkoħol u r-riskji tiegħu għas-saħħa; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-adozzjoni ta’ tikketta fil-livell tal-UE li jkun fiha twissija għall-konsumaturi dwar il-perikli marbuta mal-abbuż ta’ sustanzi alkoħoliċi waqt il-perjodu tat-tqala u waqt is-sewqan;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu strateġiji xierqa u jintensifikaw il-kontrolli sabiex jindirizzaw il-problema tal-iffalsifikar tal-alkoħol, kif ukoll il-bejgħ illegali u klandestin tal-alkoħol, li għandhom effetti partikolarment negattivi għas-sezzjonijiet l-aktar żvantaġġati tas-soċjetà u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu protetti l-indikazzjonijiet ġeografiċi fi ħdan l-Unjoni u globalment permezz ta’ ftehimiet kummerċjali internazzjonali;

42.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1.
(2) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 25.
(3) ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 160.
(4) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
(5) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.


It-tieni anniversarju tat-tiġrif tal-bini Rana Plaza u l-progress tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà tal-Bangladexx
PDF 316kWORD 131k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar it-tieni anniversarju tat-tiġrif tal-bini Rana Plaza u l-progress tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà tal-Bangladexx (2015/2589(RSP))
P8_TA(2015)0175RC-B8-0363/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bangladexx, b'mod partikolari dawk tat-18 ta' Settembru 2014(1), is-16 ta' Jannar 2014(2), il-21 ta' Novembru 2013(3) u l-14 ta' Marzu 2013(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali(5) u dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali(6),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Popolari tal-Bangladexx dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp(7),

–  wara li kkunsidra l-Patt dwar is-Sostenibbiltà għal Titjib Kontinwu fid-Drittijiet tax-Xogħol u fis-Sikurezza tal-Fabbriki fl-Industrija tal-Ilbies u tax-Xogħol tal-Malja Lesti fil-Bangladexx,

–  wara d-Dikjarazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà / Viċi President tal-Kummissjoni Federica Mogherini, il-Kummissarju għall-Kummerċ Cecilia Malmström, il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema Marianne Thyssen, u l-Kummissarju għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp Neven Mimica fl-okkażjoni tat-tieni anniversarju tat-traġedja ta' Rana Plaza,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Johannesburg tan-NU dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli għall-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku,

–  wara li kkunsidra l-Qafas Promozzjonali tal-ILO għas-Sikurezza u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (2006, C-187) u l-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol (1981, C-155) li għadhom ma ġewx ratifikati mill-Bangladexx, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet rispettivi tagħhom (R-197), wara li kkunsidra wkoll il-Konvenzjoni dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol (1947, C-081), li l-Bangladexx huwa firmatarju tagħha, u r-rakkomandazzjonijiet tagħha (R-164),

–  wara li kkunsidra l-Programm għal Xogħol Aħjar tal-ILO fil-Bangladexx, imniedi f’Ottubru 2013,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Strateġija rinnovata tal-UE 2011-2014 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva” (COM(2011)0681) u r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-ħidma tal-Kummissjoni fir-rigward tad-direzzjoni tal-politika dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) tagħha wara l-2014,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tas-6 ta' Frar 2013 dwar “ir-Responsabilità Soċjali Korporattiva: imġiba kummerċjali responsabbli u trasparenti u tkabbir sostenibbli”(8), u dwar “Ir-Responsabilità Soċjali Korporattiva: promozzjoni tal-interessi tas-soċjetà u rotta lejn l-irkupru sostenibbli u inklużiv’(9),

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar il-Kummerċ u d-Drittijiet tal-Bniedem, li jistabbilixxu qafas kemm għall-gvernijiet kif ukoll għall-kumpaniji biex jipproteġu u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, kif approvati mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Ġunju 2011,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, adottata fis-26 ta' Ġunju 2014, li tistabbilixxi grupp ta’ ħidma intergovernattiv bil-mandat li jiżviluppa strument internazzjonali legalment vinkolanti li jirregola l-attivitajiet ta' korporazzjonijiet transnazzjonali,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol,

–  wara li kkunsidra l-Patt Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem, ix-xogħol, l-ambjent u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għal diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista (COM(2014)0111) bl-għan li l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta’ Riskju Għoli jiġi traspost f'leġiżlazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ liġi dwar id-diliġenza dovuta ta’ kumpaniji prinċipali u kumpaniji prinċipali ta’ kuntratturi (Nru 2578) adottat fl-ewwel qari mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża fit-30 ta’ Marzu 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-24 ta' April 2013, Rana Plaza, bini ta' tmien sulari f'Savar, 'il barra minn Daka, fejn kien hemm diversi fabbriki tal-ilbies, iġġarraf u kkawża l-mewt ta' aktar minn 1100 persuna u ħalla madwar 2500 persuna midruba; billi t-tiġrif tal-bini Rana Plaza kienet l-agħar diżastru industrijali li qatt seħħ fil-Bangladexx u l-aktar kollass strutturali aċċidentali li kkawża mwiet fl-istorja moderna;

B.  billi mill-inqas 112-il persuna mietu fin-nirien li ħakmu l-fabbrika ta' Tazreen, fid-distrett ta' Ashulia f'Daka, fil-Bangladexx, nhar l-24 ta' Novembru 2012; billi n-nirien fil-fabbriki, it-tiġrif tal-bini u inċidenti oħra relatati ma' kwistjonijiet ta' saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol mhumiex limitati għas-settur tal-ilbies lest fil-Bangladexx biss, iżda huma kwistjonijiet li jqajmu tħassib serju f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u f'pajjiżi l-anqas żviluppati oħra b'settur qawwi tal-ilbies lest orjentat lejn l-esportazzjoni, bħall-Pakistan jew il-Kambodja;

C.  billi wara li skada l-Arranġament dwar il-Kummerċ Internazzjonali tat-Tessuti (MFA), u minħabba l-livell għoli ta' intensità tax-xogħol fis-settur tal-ilbies lest, pajjiżi li qed jiżviluppaw bħaċ-Ċina, il-Bangladexx, l-Indja u l-Vjetnam saru produtturi globali; billi l-Bangladexx kien sar it-tieni l-akbar esportatur tal-ilbies fid-dinja wara ċ-Ċina, u b'wieħed mill-iktar salarji baxxi tas-settur tal-ilbies, waqt li s-settur tat-tessuti jammonta għal kważi 85 % tal-esportazzjonijiet tal-pajjiż; billi 60 % tal-produzzjoni tal-ħwejjeġ tiegħu tmur lejn l-UE, li huwa s-suq ewlieni għall-esportazzjoni tal-Bangladexx;

D.  billi l-industrija tal-ilbies lest fil-Bangladexx timpjega madwar 4 miljun ruħ u b'mod indirett issostni l-għajxien ta' 40 miljun ruħ ­– madwar kwart tal-popolazzjoni tal-Bangladexx; billi l-industrija tal-ilbies lest għenet ħafna biex naqas il-faqar; billi l-Bangladexx għamel progress sinifikanti fit-tnaqqis tad-disparità bejn is-sessi fis-soċjetà, billi laħaq b'suċċess l-Għan ta' Żvilupp tal-Millenju tan-NU fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u billi s-settur tal-ilbies lest għen ħafna, peress li 3,2 miljun persuna mill-4 miljun ħaddiem impjegati fis-settur huma nisa; billi l-impjieg tan-nisa, f'ħafna każijiet, ikkontribwixxa għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom;

E.  billi r-riorganizzazzjoni tas-settur tal-ilbies lest fuq mudell integrat tal-katina tal-valur fissret li l-ordnijiet jistgħu jkunu żgurati biss permezz ta’ titjib fil-produttività u b'aktar tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni, u dan jagħmel il-forzi tax-xogħol tal-Bangladexx u ta' pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw partikolarment vulnerabbli; billi l-Bangladexx u s-Sri Lanka, fejn l-ekonomija hi ferm dipendenti fuq fis-settur tal-ilbies lest, esperjenzaw tnaqqis fil-pagi minkejja żieda qawwija fil-faċilitajiet tal-produzzjoni u fl-impjiegi; billi fil-Bangladexx il-paga minima żdiedet b'mod sostanzjali wara d-diżastru ta' Rana Plaza, iżda xorta waħda ma tistax titqies li hi ta' livell adegwat biex tkopri l-ħtiġijiet bażiċi tal-ħaddiema;

F.  billi, skont diversi rapporti, aktar minn 600 ħaddiem tas-settur tal-ilbies mietu minħabba n-nirien li ħakmu fabbriki fil-Bangladexx bejn l-2006 u l-bidu tal-2013, waqt li, skont rapporti minn organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem, ħadd mis-sidien jew maniġers tal-fabbriki ma tressaq quddiem il-qrati;

G.  billi l-bini mġarraf tal-kumpless ta' Rana Plaza kien mibni illegalment, u ma kienx jirrispetta l-istandards tas-sikurezza; billi wara d-diżastru 32 fabbrika ngħalqu b’mod permanenti fil-Bangladexx bħala riżultat ta’ tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza, waqt li 26 fabbrika ngħalqu parzjalment; billi għad hemm numru sinifikanti ta’ fabbriki li għad iridu jgħollu l-istandards tagħhom għal livell legali; billi l-ILO qed tappoġġa l-inizjattiva tal-Gvern tal-Bangladexx biex isiru spezzjonijiet tas-sikurezza strutturali, elettrika u ta' kontra n-nirien ta' madwar 1 800 fabbrika tal-ilbies lest, li ħafna minnhom oriġinarjament kienu binjiet kummerċjali jew residenzjali;

H.  billi fl-24 ta’ April 2013, il-"Ftehim għal Arranġament Prattiku dwar il-Pagamenti lill-Vittmi tal-Aċċidenti ta' Rana Plaza u l-Familji tagħhom" (il-Fond Fiduċjarju tad-Donaturi) biex jiġu kkumpensati l-vittmi tad-diżastru u l-familji tagħhom ġie ffirmat mir-rappreżentanti tal-Gvern tal-Bangladexx, manifatturi tal-ilbies lokali u ditti tal-ilbies internazzjonali, trade unions lokali u internazzjonali u NGOs internazzjonali; billi l-ammont stabbilit biex ikopri l-ispejjeż tat-talbiet kollha huwa ta’ USD 30 miljun; billi sat-tieni anniversarju tad-diżastru, l-ammont totali miġbur minn kontribuzzjonijiet korporattivi volontarji kien ta’ madwar USD 27 miljun, li jfisser li 3 miljuni għadhom pendenti;

I.  billi l-kumpens finanzjarju hu appoġġ ekonomiku fundamentali u li mhux se jkun possibbli li jitħallsu l-ispejjeż mediċi ta’ dawk il-vittmi li jeħtieġu kura medika fit-tul jekk il-fond jibqa’ sottofinanzjat; billi l-Parlament Ewropew iddispjaċih li l-arranġament ta’ kumpens volontarju permezz tal-Fond Fiduċjarju tad-Donaturi ma kienx laħaq il-mira tiegħu, u nnota li mekkaniżmu mandatorju jkunu aktar ta’ benefiċċju għas-superstiti u l-qraba tal-vittmi;

J.  billi b'riżultat tal-avvenimenti traġiċi ta' Rana Plaza, u wara l-protesti pubbliċi u t-talbiet għal azzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew, l-UE b'kollaborazzjoni mal-Gvern tal-Bangladexx u l-ILO, nediet, fit-8 ta' Lulju 2013, il-‘Patt għal Titjib Kontinwu fid-Drittijiet tax-Xogħol u s-Sikurezza fil-Fabbriki tal-Industrija tal-Ilbies u x-Xogħol tal-Malja lesti fil-Bangladexx”, li fih il-Bangladexx impenja ruħu li jieħu azzjoni biex ittejjeb l-istandards tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-industrija tal-ilbies lest tal-pajjiż;

K.  billi qabel l-aċċident, il-Bangladexx kellu biss 92 spettur biex jikkontrollaw madwar 5 000 fabbrika tal-ilbies lest u industriji oħra fil-pajjiż; billi l-Gvern tal-Bangladexx kien impenja ruħu li jirrekluta 200 spettur addizzjonali sa tmiem l-2013;

L.  billi l-ewwel rieżami tal-Patt sar f'Ottubru 2014, u ġie konkluż li waqt li sar progress tajjeb, il-Gvern tal-Bangladexx kien għad jonqsu jieħu passi importanti ulterjuri, notevolment rigward it-titjib u l-implimentazzjoni tal-Liġi tax-Xogħol, it-titjib tad-drittijiet tax-xogħol f'Żoni tal-Ipproċessar għall-Esportazzjoni u r-reklutaġġ ta' aktar spetturi tax-xogħol; billi t-tieni rieżami tal-Qbil se jsir fil-ħarifa tal-2015;

M.  billi l-Att dwar ix-Xogħol tal-Bangladexx (il-Liġi tax-Xogħol) kienet emendata f'Lulju 2013; billi l-liġi, filwaqt li tinkludi xi riformi pożittivi f'oqsma bħas-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol, xorta għadu 'l bogħod milli jilħaq l-istandards internazzjonali dwar il-libertà tal-assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv, kif enfasizzat mill-kummenti tal-Kumitat ta’ Esperti tal-ILO dwar il-Konvenzjonijiet 87 u 98, inklużi limitazzjonijiet fuq id-dritt li jeleġġu rappreżentanti f'libertà sħiħa, limitazzjonijiet numerużi fuq id-dritt tal-istrajk u setgħat amministrattivi wiesgħa għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' trade union, u billi l-gvern iddikjara ripetutament li m'għandu l-ebda intenzjoni li jikkunsidra emendi addizzjonali;

N.  billi l-Qbil dwar is-Sikurezza kontra n-Nirien u s-Sikurezza tal-Bini (il-Qbil), ftehim legalment vinkolanti, ġie ffirmat minn 187 impriża tal-ilbies, trade unions globali u lokali, NGOs u gruppi tad-drittijiet tal-ħaddiema fit-13 ta’ Mejju 2013, waqt li l-Alleanza għas-Sikurezza tal-Ħaddiema tal-Bangladexx ġiet stabbilita fid-9 ta’ Lulju 2013 u laqqgħet flimkien 26 impriża li l-parti l-kbira tagħhom huma mill-Amerika ta’ Fuq, iżda mingħajr involviment tat-trade unions; billi fil-preżent 175 impriża tal-moda u tal-bejgħ bl-imnut iffirmaw il-Qbil; billi l-Qbil u l-Alleanza wettqu spezzjonijiet f'1 904 fabbriki orjentati fuq l-esportazzjoni;

O.  billi l-Gvern tal-Bangladexx għadu ma addottax ir-regoli u r-regolamenti ta' implimentazzjoni tal-Liġi tax-Xogħol, minkejja wegħdiet ripetuti li se jagħmel dan, sa mhux aktar tard mis-sajd 2015; billi l-implimentazzjoni tal-Liġi hija kundizzjoni neċessarja għall-eliġibbiltà fil-Programm għal Xogħol Aħjar tal-ILO u għall-funzjonament tal-programm ta' taħriġ fl-ambitu tal-Qbil;

P.  billi fil-Bangladexx 10 % tal-forza tax-xogħol fis-settur tal-ilbies lest huma impjegata f'żoni tal-ipproċessar għall-esportazzjoni; billi Att dwar ix-Xogħol f'żoni tal-ipproċessar għall-esportazzjoni ġdid ġie adottat mill-kabinett f'Lulju 2014, iżda xorta waħda ma jagħtix lill-ħaddiema drittijiet li jikkorrispondu għad-drittijiet li għandhom ħaddiema oħra fil-Bangladexx; billi, filwaqt li l-projbizzjoni fuq l-istrajks skadiet fl-1 ta' Jannar 2014, l-Assoċjazzjonijiet tal-Benesseri tal-Ħaddiema m’għandhomx l-istess drittijiet u privileġġi bħat-trade unions;

Q.  billi madwar 300 trade union ġdida tas-settur tal-ilbies ġew reġistrati sa mill-bidu tal-2013; billi fl-2014, 66 applikazzjoni – 26 % tal-applikazzjonijiet kollha magħmula – ġew rifjutati; billi d-diskriminazzjoni kontra t-trade unions għadha problema serja ħafna u li qed tkompli tikber b'rata mgħaġġla; billi t-trade unions qed jirrapportaw li l-Gvern tal-Bangladexx qiegħed b’mod proattiv jostakola t-tentattivi tal-ħaddiema u ta' dawk li jħaddmu li jixtiequ jistabbilixxu kumitati tas-sikurezza tagħhom stess, skont ir-rekwiżiti tal-Qbil tal-Bangladexx;

R.  billi minn 177 pajjiż, il-Bangladexx jinsab fil-pożizzjoni 136 fl-Indiċi tat-Trasparenza u billi l-korruzzjoni hija endemika fil-katina tal-provvista globali tal-ilbies u tinvolvi kemm il-forzi politiċi kif ukoll il-korporazzjonijiet lokali u multinazzjonali;

S.  billi skont il-Konsorzju tad-Drittijiet tal-Ħaddiema, il-prezz tal-fabbrika ta’ kull waħda mis-7 biljun unità tal-ilbies mibjugħ kull sena mill-Bangladexx lil ditti tal-Punent jiżdied b'inqas minn 10 ċenteżmi kieku l-5 000 fabbrika tal-ilbies tal-pajjiż kellhom jgħollu l-istandards ta’ sikurezza tagħhom għal livell ekwivalenti għal dawk tal-Punent fi żmien 5 snin; billi ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet tal-artikli tal-ilbies u tat-tessuti żdiedu matul l-aħħar sentejn;

T.  billi s-settur tal-ilbies lest hu dominat sew minn bejjiegħa bl-imnut, produtturi u kummerċjanti tad-ditta kbar li jikkontrollaw il-produzzjoni globali tan-netwerks u jistipulaw direttament l-ispeċifikazzjonijiet tal-provvista; billi dawk li jimmanifatturaw l-ilbies u t-tessuti, fil-kuntest ta’ industrija globalizzata, spiss ma jkollhom l-ebda għażla ħlief li jaċċettaw prezzijiet aktar baxxi, iżidu l-istandards tal-kwalità, iqassru l-ħinijiet tal-konsenji, inaqqsu l-kwantitajiet minimi u jieħdu l-akbar riskju possibbli; billi hemm nuqqasijiet gravi fit-trasparenza u t-traċċabilità tal-katina tal-provvista globali; billi x-xogħol deċenti fil-katina tal-provvista globali se jkun punt ewlieni fuq l-aġenda tal-Konferenza tal-ILO tal-2016;

U.  billi wara d-diżastru kien hemm domanda bla preċedent min-naħa tal-konsumaturi Ewropew għal aktar informazzjoni dwar l-oriġini tal-prodotti u l-kundizzjoni tal-manifattura tagħhom; billi ċ-ċittadini Ewropej ressqu għadd kbir ta’ petizzjonijiet u kampanji organizzati li jesiġu responsabbiltà akbar minn ditti tal-ilbies biex jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikunu manifatturati b’mod etiku;

V.  billi bħala wieħed mill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, il-Bangladexx jibbenefika minn aċċess bla dazju u bla kwoti għas-suq tal-UE għall-prodotti kollha tiegħu skont l-inizjattiva ‘Kollox Ħlief Armi’ (‘Everything but Arms’ (EBA)), li tkopri 55 % tal-esportazzjoni mill-Bangladexx, li ħafna minnha tikkonsisti fi lbies jew tessuti, u għaldaqstant huwa marbut li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta’ għadd ta’ konvenzjonijiet ewlenin tan-NU/ILO dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-ħaddiema;

1.  Ifakkar il-vittmi fl-okkażjoni tat-tieni anniversarju tat-traġedja ta' Rana Plaza, wieħed mill-aktar diżastri industrijali qerrieda li qatt ġraw; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu għal darb' oħra lill-familji ta' dawk li mietu u lil dawk li sfaw korruti jew diżabbli; jenfasizza li dawn l-imwiet u korrimenti setgħu ġew evitati b'sistemi aqwa ta' sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

2.  Ifakkar li l-Kumitat ta' Koordinament ta' Rana Plaza stabbilixxa l-Fond Fiduċjarju tad-Donaturi għal Rana Plaza bil-għan li volontarjament jiġbor donazzjonijiet minn kumpaniji biex il-vittmi u l-familji jingħataw kumpens; jiddeplora l-fatt li, mill-USD 30 miljun kumpens totali, USD 3 miljun kienu għadhom pendenti f'April 2015, u jħeġġeġ lid-ditti internazzjonali li kienu jieħdu l-prodotti minn Rana Plaza, jew li għandhom rabtiet sinifikanti mal-Bangladexx, mal-Gvern tal-Bangladexx u mal-Assoċjazzjonijiet tal-Manufatturi u Esportaturi tal-Ilbies tal-Bangladexx (BGMEA), biex jiżguraw li kull kumpens dovut jitqassam bla dewmien;

3.  Jiddenunzja l-fatt li madwar terz tal-kumpaniji li jitqiesu li għandhom rabtiet mal-kumpless ta' fabbriki, bħal Adler Modemarkte, Ascena Retail, Carrefour, Grabalok, J.C. Penney, Manifattura Corona, NKD, PWT jew YesZee, għadhom ma għamlu l-ebda ħlas fil-Fond Fiduċjarju; jiddispjaċih profondament dwar il-fatt li wara li damet tittrattieni xhur sħaħ, id-ditta Benetton għadha kkontribwiet biss USD 1.1 miljun għall-Fond Fiduċjarju tad-Donaturi Rana Plaza, minkejja l-fatt li l-kontribut meħtieġ huwa stmat li huwa ħafna ogħla abbażi tal-kapaċità tagħha li tħallas u l-firxa tal-involviment tagħha f’Rana Plaza; jiddispjaċih bl-istess mod li kull ditta marbuta ma’ Rana Plaza għamlet donazzjonijiet insuffiċjenti, u b’hekk dawn id-ditti naqsu milli jwettqu r-responsabilitajiet tagħhom lejn il-vittmi, inklużi Mango, Matalan, u Inditex, li jirrifjutaw li jiżvelaw id-donazzjoni tagħhom, flimkien ma’ oħrajn, bħal Walmart u The Children’s Place, li kkontribwew biss ammont minimu;

4.  Jirrimarka li l-kumpens għan-nirien f'Tazreen issa qed jiġi nnegozjat fuq l-istess bażi bħall-arranġament ta' Rana Plaza, jiddispjaċih bil-qawwa dwar id-dewmien persistenti, u jitlob li l-kumpens jasal f'waqtu;

5.  Jilqa' l-passi li qed jittieħdu lejn l-istabbiliment ta' skema nazzjonali permanenti ta' assigurazzjoni kontra aċċidenti fuq il-post tax-xogħol, u jinkoraġġixxi lill-Gvern tal-Bangladexx jonora l-impenn tiegħu fil-qafas tal-Pjan Tripartitiku ta' Azzjoni Nazzjonali f'dak ir-rigward; jitlob li l-Kummissjoni tappoġġja dan l-isforz fejn dan ikun f'loku, iżda jinnota li, dment li sforzi ta' kumpens jibqgħu pendenti, dan se jibqa' ostakolu għall-progress f'dan il-qasam;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-UE u lil oħrajn biex jikkunsidraw proposti għal oqfsa mandatorji li se jiżguraw li l-aċċess għal rimedju u kumpens ikun ibbażat fuq il-bżonn u r-responsabbiltà, u mhux biss fuq il-kapaċità ta’ gruppi li jagħmlu kampanji biex “isemmu u jiddenunzjaw” (“name and shame”), jew inkella fuq l-isforzi volontarji tal-kumpaniji;

7.  Jilqa' l-inizjattiva mmexxija mill-UE li nediet il-Patt, bil-għan li jkun hemm bidu ġdid fis-saħħa u s-sikurezza okkupazzonali, fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, fir-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema u fil-promozzjoni ta' mġiba responsabbli tan-negozji fl-industrija tal-ilbies lest fil-Bangladexx;

8.  Jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-ewwel rieżami tal-Patt f'Ottubru 2014, li rrappurtaw li l-awtoritajiet tal-Bangladexx kienu għamlu progress tajjeb, u jirrikonoxxi l-kontribut tal-Patt fit-titjib tas-saħħa u s-sikurezza fil-fabbriki u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-industrija tal-ilbies lest; iħeġġeġ. madankollu, lill-Gvern tal-Bangladexx itejjeb il-livell ta' ħidma tiegħu biex jimplimenta b'mod attiv kull impenn fil-Patt, bħala kwistjoni tal-ogħla prijorità; huwa fiduċjuż li, fit-tieni rieżami tal-Patt li għandu jsir fil-Ħarifa tal-2015, ikun jista' jsir progress sostanzjali fuq il-kwistjonijiet kollha tax-xogħol u s-sikurezza, b'mod partikolari rigward id-drittijiet tal-ħaddiema, l-ispezzjonijiet tax-xogħol, pagi deċenti, l-integrità strutturali tal-binjiet, is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u l-imġiba responsabbli tan-negozji;

9.  Jieħu nota tal-passi li ħa l-Bangladexx biex jemenda l-Liġi tax-Xogħol tiegħu wara l-ġrajja ta' Rana Plaza, billi saħħaħ id-drittijiet fundamentali fl-oqsma tas-saħħa u sikurezza okkupazzjonali u d-drittijiet tal-ħaddiema; jiddispjaċih li għadd ta' restrizzjonijiet għal-liberta ta' assoċjazzjoni tal-ħaddiema ma ġewx indirizzati, u li l-Liġi għad mhijiex konformi mal-qofol tal-konvenzjonijiet tal-ILO;

10.  Bi qbil mal-impenji fil-Patt, iħeġġeġ lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bangladexx jadottaw, bħala ħaġa ta' prijorita assoluta, ir-regoli u r-regolamenti meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni effikaċi tal-Liġi, b'konsultazzjoni sħiħa mal-Kunsill Konsultattiv Tripartitiku u b'attenzjoni partikolari għall-implimentazzjoni sħiħa tal-konvenzjonijiet 87 u 88 tal-ILO dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv;

11.  Huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni fiż-Żoni ta' Produzzjoni għall-Esportazzjoni (EPZs), fejn it-trade unions għadhom projbiti u fejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza għadhom lura, u jenfasizza li l-ħaddiema hemmhekk għandhom igawdu libertajiet legali fundamentali u standards ta' sikurezza li jħabbtuha ma' dawk ta' ħaddiema fi nħawi oħra tal-pajjiż jiddispjaċih bil-qawwa li l-Att propost dwar ix-Xogħol fl-EPZ għadu jipprojbixxi lill-ħaddiema milli jiffurmaw unions fl-EPZs u jirrimarka li Assoċjazzjonijiet għall-Benessri tal-Ħaddiema bl-ebda mod m'għandhom drittijijet u privileġġi komparabbli ma' dawk ta' trade unions; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladexx biex jestendi l-Liġi tax-Xogħol għall-EPZs, minnufih u bis-sħiħ;

12.  Jilqa' ż-żieda b'77 % fil-paga minima fis-settur tal-ilbies lest, minn EUR 35 għal EUR 62 fix-xahar, u jħeġġeġ implimentazzjoni aktar universali; jinnota, madankollu, li fil-prattika l-paga minima fl-industrija tal-ilbies għadha ma tkoprix il-ħtiġijiet bażiċi tal-ħaddiema, u li għandha tammonta tal-anqas għal EUR 104 biex tkopri dawn il-ħtiġijiet, u lill-Gvern tal-Bangladexx jistiednu jistabbilixxi paga minima tal-għajxien b'konsultazzjoni sħiħa mat-trade unions u mal-impjegati; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Gvern jiżgura li l-fabbriki tal-ilbies tabilħaqq iħallsu l-pagi li jkunu dovuti;

13.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-reġistrazzjoni ta' madwar 300 trade union ġdida tas-settur tal-ilbies mill-bidu tal-2013 'il hawn, biex b'hekk l-għadd tagħhom fis-settur tal-ilbies irdoppja, imma huwa mħasseb li fl-2014 u fl-2015 il-proċess ta' reġistrazzjoni naqqas il-pass; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-Bangladexx jibqgħu mexjin fix-xejra pożittiva inizjali biex jilħqu l-mira ta' rappreżentanza adegwata ta' 4 miljun ħaddiem fis-settur tal-ilbies lest;

14.  Jinsab imħasseb ħafna dwar rapporti li trade unions li għadhom kif ġew iffurmati sofrew diskriminazzjoni, tkeċċijiet u rappreżalji; iqsiha ħaġa terribbli li d-diskriminazzjoni komuni kontra l-unions, issottolinjata minn atti dokumentati sewwa ta' theddid, fastidju u vjolenza fiżika kontra r-rappreżentanti tal-ħaddiema, inkluż il-qtil ta' Aminul Islam, mexxej ta' trade union; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladexx jindirizza b'mod effikaċi prattiki tax-xogħol inġusti, billi jimplimenta l-miżuri meħtieġa biex jipprevjeni, jinvestiga u jipprosegwixxi aġir ħażin bla dewmien u b'mod trasparenti, bil-għan li jtemm l-impunità u wkoll iressaq il-qattiela ta' Aminul Islam quddiem il-ġustizzja; huwa konvint li taħriġ u tkattir tal-għarfien adegwati dwar id-drittijiet tal-ħaddiema huma mod effikaċi kif titnaqqas id-diskriminazzjoni kontra t-trade unions;

15.  Iqis li l-eżistenza ta' strutturi demokratiċi tattrade unions għandhom rwol importanti fl-ilħiq ta' standards aħjar tas-saħħa u s-sikurezza, pereżempju l-issuktar tal-iżvilupp ta' kumitati tas-sikurezza mmexxija mill-ħaddiema f'kull fabbrika; jisħaq ukoll fuq l-importanza li l-unions ikollhom aċċess għall-fabbriki biex jedukaw il-ħaddiema dwar kif jistgħu jipproteġu drittijiethom u s-sikurezza tagħhom, inkluż id-dritt tagħhom li jirrifjutaw xogħol li ma jkunx sikur;

16.  Jilqa' l-impenn tal-Gvern li jerġa' jibni d-Dipartiment tal-Ispezzjonijiet tal-Fabbriki u l-Istabbilimenti (DIFE), li mistenni li fl-aħħar mill-aħħar ikollu persunal ta' 993 ruħ u 23 uffiċċju distrettwali, it-tisħiħ tal-istatus tas-servizzi ta' spezzjoni tiegħu f'Jannar 2014 u l-adozzjoni ta' Politika Nazzjonali dwar is-Saħħa u s-Sikurezza, kif ukoll standards unifikati għall-ispezzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza; jistieden lill-Kummissjoni u lis-sħab internazzjonali biex jipprovdu assistenza teknika u kondiviżjoni tal-aħjar prattika biex jassistu t-tisħiħ tal-istatus tad-DIFE; jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx jonora l-impenji tiegħu dwar l-ispezzjonijiet tax-xogħol u jirrispetta l-konvenzjoni 81 tal-ILO; jilqa' b'sodisfazzjon l-għeluq ta’ fabbriki li naqsu milli jissodisfaw l-istandards ta’ sikurezza;

17.  Għadu preokkupat dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni endemika fil-Bangladexx bejn spetturi tas-saħħa u s-sikerezza u sidien tal-fabbriki tal-ilbies, u jitlob li jsir aktar biex tali prattiki jiġu miġġielda;

18.  Jifhem li huwa diffiċli li jsir progress fir-reklutaġġ ta' spetturi, minħabba l-ħtieġa li l-persuni jiġu mħarrġa sewwa b'referenza għal standard wieħed u għal proċeduri operattivi armonizzati qabel ma jintbagħtu jaqdu dmirijiethom fil-prattika; jiddispjaċih, madankollu, li anke l-mira li jiġu reklutati 200 spettur addizzjonali sa tmiem l-2013 għadha ma twettqitx, ladarba r-rekluti li hemm bħalissa jgħoddu 173, u jissottolinja li 200 spettur huma ferm anqas mill-għadd meħtieġ għas-superviżjoni ta' industrija ta’ 4 miljun ħaddiem;

19.  Jilqa' l-fatt li l-Qbil u l-Alleanza kkompletaw l-ispezzjonijiet tal-fabbriki kollha li kienu responsabbli għalihom, u ffinalizzaw aktar min 400 Pjan ta' Azzjoni Korrettiva (CAPs); iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bangladexx biex jikkomplementa din l-azzjoni billi jwettaq bil-ħeffa l-ispezzjoni tal-fabbriki taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jadotta azzjonijiet ta' rimedju adegwati; jappoġġja l-ħidma importanti tal-ILO sabiex dan jiġi żgurat; jilqa' l-impenn ta' dawk il-manufatturi li jixtiequ jtejbu l-istandards u jistieden lill-persuni interessati kollha involuti jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tal-CAPs;

20.  Jilqa' l-fatt li, fil-preżent, aktar minn 250 ditta maġġuri tal-moda u tal-bejgħ lill-konsumaturi li jieħdu lbies lest mill-Bangladexx iffirmaw il-Qbil jew l-Alleanza biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom ħalli jkomplu jgħinu jtejbu s-sikurezza fil-fabbriki tal-Bangladexx li jfornuhom; f’dan il-kuntest, jinkoraġġixxi lil kumpaniji oħrajn, inklużi SMEs, biex jingħaqdu fil-Qbil; jissottolinja l-ħtieġa għal involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati kollha għal implimentazzjoni effikaċi tal-Qbil u jħeġġeġ ir-replikazzzjoni tiegħu f'pajjiżi oħra ta' riskju għoli;

21.  Jinkoraġġixxi lill-Qbil u lill-Alleanza biex itejbu l-kooperazzjoni bejniethom u jiskambjaw b'mod sistematiku rapporti ta' spezzjonijiet fil-fabbriki bil-għan li jevitaw xogħol doppju u standards diverġenti; jistieden lill-Allenza tippubblika wkoll ir-rapporti tagħha bil-Bengali, inkluż online, u żżewwaqhom bl-istampi b'tali mod li jkunu aċċessibbli għal kulħadd fil-pajjiż;

22.  Jemmen li bejjiegħa lill-konsumaturi u l-manufatturi ta' prodotti bil-marka madwar id-dinja għandhom responsabbiltà kbira, fix-xejriet ta' produzzjoni tal-lum, għall-fatt li taqqlu l-proċess tat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-pagi fil-pajjiżi tal-produzzjoni; huwa konvint li struttura tas-suq u kundizzjonijiet soċjali aktar ġusti jistgħu jinħolqu jekk dawk il-kumpaniji jimplimentaw, tul il-katini tal-provvista tagħhom, rispett sħiħ tal-istandards tax-xogħol ċentrali tal-ILO, l-istandards tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (CSR) rikonoxxuti internazzjonalment, b’mod partikolari l-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali li ġew aġġornati reċentement, l-għaxar prinċipji tal-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Istandard ta' Gwida ISO 26000 dwar ir-Responsabbiltà Soċjali, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar Prinċipji li jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, u l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; jilqa' l-inizjattiva ewlenija tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni responsabbli tal-katina tal-provvista fis-settur tal-ilbies, fil-qies tal-inizjattivi nazzjonali li diġà hemm fil-Ġermanja, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fi Franza u fid-Danimarka, u jemmen li l-UE għandha l-kapaċità u d-dmir li tkun protagonista dinjija tar-responsabbiltà fil-katina tal-provvista;

23.  Jemmen li l-aċċess għall-informazzjoni fis-settur tal-ilbies ħafna drabi huwa l-akbar ostaklu għat-trattament ta' vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-katina tal-provvista dinjija u li jeħtieġ li jkun hemm sistema ta' informazzjoni mandatorja li tipprovdi informazzjoni li tgħaqqad lill-atturi kollha fil-katina tal-valur ta' prodott wieħed, mis-sit tal-produzzjoni sal-bejjiegħa lill-konsmaturi; iqis li jeħtieġ leġiżlazzjoni ġdida tal-UE biex toħloq obbligu legali ta' diliġenza debita għal kumpaniji tal-UE li jikkonkludu kuntratti għall-produzzjoni f'pajjiżi terzi, inklużi miżuri għall-iżgurar tat-traċċabbiltà u t-trasparenza, bi qbil mal-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali;

24.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jinkludu klawsola obbligatorja u infurzabbli tas-CSR fil-ftehimiet bilaterali kollha dwar il-kummerċ u l-investiment iffirmati mill-UE, li torbot l-investituri Ewropej mal-prinċipji tas-CSR kif definiti fil-livell internazzjonali, inkluż l-aġġornament tal-2010 tal-Linji Gwida tal-OECD u l-istandards definiti min-NU, l-ILO u l-UE; jitlob li fil-ftehimiet kummerċjali futuri tal-UE ma' pajjiżi terzi, is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali jieħdu post aktar prominenti bħala parti mill-aġenda għal xogħol diċenti u li l-UE tipprovdi appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet sabiex ma jikkostitwixxux ostaklu għall-kummerċ;

25.  Jirrikonoxxi li l-impieg fis-settur tal-ilbies għen miljuni ta’ nisa fqar rurali fil-Bangladexx u bnadi oħra biex jaħarbu mid-deprivazzjoni u d-dipendenza fuq is-sostenn mill-irġiel; jinnota li l-ħaddiema li mhumiex membri ta' unions essenzjalment huma ħaddiema bla kwalifiki u ħiliet u nisa fis-settur tal-ilbies lest f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; jirrikonoxxi li l-progress fid-drittijiet tal-ħaddiema u l-protezzjoni huwa essenzjali għall-abilitazzjoni tan-nisa u jissottolinja l-ħtieġa li r-rappreżentanza tan-nisa fit-trade unions tikber, inklużi fit-trade unions li għadhom kemm ġew iffurmati fil-Bangladexx, u jilqa’ b’sodisfazzjon il-Patt li rrikonoxxa l-importanza ta’ aktar abilitazzjoni lin-nisa biex jittejbu l-istandards tax-xogħol;

26.  Jinnota li l-inizjattiva 'Kollox Barra l-Armi' (EBA) kellha rwol importanti għall-iżvilupp ekonomiku tal-Bangladexx u kkontribwiet għat-titjib tal-kundizzjonijiet materjali għal miljuni ta' nies, b'mod partikolari tan-nisa; huwa konvint, madankollu, li mingħajr kundizzjonalità soda fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, hemm is-sogru li l-EBA u l-SĠP jkomplu jgħarrqu l-istandards baxxi ta' protezzjoni tal-ħaddiema u jimminaw ix-xogħol deċenti; jitlob li l-Kummissjoni tiddetermina jekk il-Bangladexx huwiex qed jirrispetta d-drittijijet tal-bniedem, il-konvenzjonijiet tax-xogħol u ambjentali taħt l-SĠP, u tirrapporta lill-Parlament dwar dan; jenfasizza li pajjiżi li jagħmlu progress tajjeb fl-istandards soċjali u tax-xogħol għandhom jiġu ppremjati billi l-prodotti tagħhom ikomplu jgawdu aċċess sħiħ għas-suq;

27.  Iħeġġeġ lill-VP/RGħ Mogherini u lill-Kummissarju Malmström biex ikomplu jinkludu r-ratifika ta' standards ċentrali tal-ILO, l-ispezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza u l-libertà ta' assoċjazzjoni f'diskussjonijiet mal-Bangladexx dwar il-kontinwazzjoni ta' kummerċ preferenzjali;

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bangladexx, u lid-Direttur Ġenerali tal-ILO.

(1) Testi adottati, P8_TA(2014)0024.
(2) Testi adottati, P7_TA(2014)0045.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0516.
(4) Testi adottati, P7_TA(2013)0100.
(5) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 31.
(6) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 101.
(7) ĠU L 118, 27.4.2001, p.48.
(8) Testi adottati, P7_TA(2013)0049.
(9) Testi adottati, P7_TA(2013)0050.


Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (23 ta' April 2015) - L-aħħar traġedji fil-Mediterran u l-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-asil
PDF 274kWORD 88k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-aħħar traġedji fil-Mediterran u l-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-asil (2015/2660(RSP))
P8_TA(2015)0176RC-B8-0367/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 u l-protokoll addizzjonali tagħha,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-flussi migratorji fil-Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-ġrajjiet traġiċi ftit 'il barra minn Lampedusa(1),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni dwar il-ħidma tat-Task Force fil-Mediterran,

–  wara li kkunsidra d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni, li sar fil-Parlament fil-25 ta' Novembru 2014,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-Baħar Mediterran Ċentrali tal-UNHCR u l-proposti tal-UNHCR biex jiġu indirizzati l-wasliet attwali u futuri tal-persuni li jfittxu l-asil, ir-rifuġjati u l-migranti fl-Ewropa,

–  wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni fuq għaxar punti dwar il-migrazzjoni tal-Kunsill Konġunt tal-Affarijiet Barranin u l-Affarijiet Interni tal-20 ta' April 2015,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-summit speċjali tal-Kunsill tal-UE dwar il-kriżi tar-rifuġjati fil-Mediterran tat-22 ta' April 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), mill-bidu ta' din is-sena mietu aktar minn 1 500 persuna fil-Baħar Mediterran;

B.  billi skont l-IOM hu kkalkolat li 23 918-il migrant laħqu l-kosta Taljana mill-1 ta' Jannar 2015 'l hawn; billi skont l-awtoritajiet Griegi, 10 445 migrant ġew salvati mill-gwardja tal-kosta Griega fil-Baħar Eġew fl-ewwel kwart tal-2015;

C.  billi l-forzi marittimi Taljani, il-Gwardja tal-Kosta Taljana, il-qawwa Navali Taljana u bosta bastimenti kummerċjali wettqu operazzjonijiet bla heda biex isalvaw lill-migranti fil-periklu fuq il-Baħar Mediterran, u salvaw madwar 10 000 migrant f'sitt ijiem mill-Ġimgħa 10 ta' April sal-Ħamis 16 ta' April 2015;

D.  billi l-aħħar operazzjoni ddedikata biss għat-tfittxija u s-salvataġġ fil-Mediterran, Mare Nostrum, salvat 150 810 migrant matul perjodu ta’ 364 jum; billi bħalissa, stimi inizjali mhumiex qed juru tnaqqis fl-għadd ta' migranti li qed jaqsmu l-Mediterran;

E.  billi proporzjon ikbar ta’ nies li qed jippruvaw jaqsmu l-Mediterran qegħdin jaħarbu mill-kunflitti jew mill-persekuzzjoni fis-Sirja, l-Iraq, l-Eritrea, is-Somalja u l-Libja; billi madwar 700 migrant huma nieqsa u maħsuba mgħarrqa wara li d-dgħajsa tas-sajd tal-injam li kienu mgħaffġin fuqha nqalbet qrib il-Libja hekk kif bastiment merkantili Portugiż kien dirett lejhom biex jagħtihom l-għajnuna tard is-Sibt 18 ta' April 2015; billi wieħed minn dawk li salvaw ġie rrapurtat li informa lill-awtoritajiet Taljani li seta’ kien hemm massimu ta' 950 persuna abbord; billi traġedja simili seħħet aktar kmieni dan ix-xahar, fejn kien irrapurtat li 400 migrant kienu tilfu ħajjithom fuq il-baħar meta nqalbet dgħajsa tas-sajd tal-injam b'madwar 550 persuna abbord;

F.  billi l-operazzjoni konġunta "Triton" b'koordinament tal-Frontex, bdiet taħdem kompletament fl-1 ta' Novembru 2014, b'baġit inizjali ta' EUR 2.9 miljun fix-xahar biss, meta mqabbel ma' aktar minn EUR 9 miljuni fix-xahar għal Mare Nostrum; billi aktar minn 24 400 migrant irregolari ġie salvat fuq ir-rotta tal-Mediterran ċentrali mit-tnedija tal-Operazzjoni Konġunta "Triton" 'l hawn, inkluż madwar 7 860 bil-parteċipazzjoni tal-assi kofinanzjati mill-Frontex;

G.  billi l-kuntrabandisti u t-traffikanti tal-bnedmin jisfruttaw il-migrazzjoni irregolari u jipperikolaw il-ħajjiet tal-migranti għall-gwadann finanzjarju tagħhom, huma responsabbli għal eluf ta' mwiet, u jirrappreżentaw sfida serja għall-UE u għall-Istati Membri; billi t-traffikanti jiġġeneraw profitti ta' EUR 20 biljun fis-sena mill-attivitajiet kriminali tagħhom; billi skont il-Europol, il-gruppi kriminali organizzati li qegħdin jiffaċilitaw b'mod attiv it-trasport tal-migranti irregolari fil-Baħar Mediterran, kellhom rabta mat-traffikar tal-bnedmin, drogi, armi tan-nar u t-terroriżmu; billi fis-17 ta' Marzu 2015 il-Europol nieda t-Tim Operattiv Konġunt tiegħu "Mare" biex jindirizza dawn il-gruppi kriminali;

H.  billi l-instabbiltà u l-kunflitt reġjonali qegħdin ikollhom impatt fuq l-influss qawwi ta' migranti u l-flussi ta' persuni spostati u għalhekk, fuq l-għadd ta' individwi li qegħdin jippruvaw jaslu fl-UE; billi l-espansjoni rapida tal-IS u tad-Da’esh fiż-żoni ta' kunflitt tal-viċinat, fl-aħħar mill-aħħar se tħalli impatt fuq l-influss tal-massa tal-migranti u l-flussi ta' persuni spostati;

1.  Jesprimi dispjaċir u sogħba qawwija għat-telf traġiku ripetut ta’ ħajjiet fil-Mediterran; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jkomplu jibnu fuq il-kooperazzjoni eżistenti u jagħmlu dak kollu possibbli ħalli jipprevjenu aktar imwiet fuq il-baħar; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jagħmlu ħilithom sabiex jidentifikaw l-iġsma u l-persuni neqsin, u jinformaw lil qrabathom;

2.  Jappella lill-UE u lill-Istati Membri jipprovdu r-riżorsi meħtieġa biex jiżguraw li l-obbligi ta’ tfittxija u salvataġġ jiġu ssodisfati b’mod effikaċi u li għalhekk jiġu ffinanzjati kif inhu xieraq; jistieden lill-Istati Membri jkomplu juru solidarjetà u impenn billi jżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-baġits u l-operazzjonijiet ta' Frontex u tal-EASO, u jimpenja ruħu li jipprovdi lil dawn l-aġenziji bir-riżorsi (umani u tagħmir) neċessarji sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi tagħhom, u dan permezz tal-baġit tal-UE u l-fondi rilevanti tiegħu;

3.  Itenni l-ħtieġa li l-UE ssejjes r-reazzjoni tagħha għal dawn l-aħħar traġedji fil-Mediterran fuq is-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, kif iddikjarat fl-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u tieħu approċċ Ewropew komprensiv; itenni l-ħtieġa li l-UE tintensifika l-kondiviżjoni ġusta ta’ responsabbiltà u solidarjetà għal dawk l-Istati Membri li jirċievu l-ogħla numru ta’ rifuġjati u persuni li jfittxu l-asil f’termini assoluti jew f'termini proporzjonali;

4.  Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kunsill Ewropew li jsaħħaħ l-operazzjoni tal-UE Triton permezz ta’ aktar fondi u assi; iħeġġeġ lill-UE tistabbilixxi mandat ċar għal Triton sabiex tespandi ż-żona ta' operazzjoni li għandu u żżid il-mandat tiegħu għal operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ fil-livell tal-UE;

5.  Jitlob li jkun hemm operazzjoni Ewropea ta' salvataġġ umanitarju robusta u permanenti li, bħal Mare Nostrum, topera fl-ibħra miftuħa u li għaliha jkunu jistgħu jikkontribwixxu l-Istati Membri kollha b'mod finanzjarju u b'tagħmir u assi; iħeġġeġ lill-UE biex tikkofinanzja tali operazzjoni;

6.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kunsill Ewropew dwar l-ipproċessar konġunt tal-applikazzjonijiet għall-asil bl-appoġġ tat-timijiet tal-EASO; jistieden lill-Kummissjoni tespandi l-mandat tal-EASO biex tkabbar ir-rwol operattiv tiegħu fl-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal asil;

7.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-possibilitajiet eżistenti għall-ħruġ ta' viżi umanitarji fl-ambaxxati u l-uffiċċji konsulari tagħhom; jindika f'dan ir-rigward, li l-Kunsill għandu jqis serjament il-possibilità li jagħti bidu għad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja tal-2001 jew għall-Artikolu 78(3) tat-TFUE, li t-tnejn jipprevedu mekkaniżmu ta’ solidarjetà fil-każ ta’ influssi tal-massa jew f’daqqa ta’ persuni spostati;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu kontribuzzjonijiet akbar għall-programmi eżistenti ta' risistemazzjoni, speċjalment dawk l-Istati Membri li ma kkontribwixxew xejn;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi kwota vinkolanti għad-distribuzzjoni fost l-Istati Membri kollha tal-persuni li jfittxu asil;

10.  jenfasizza l-ħtieġa li jitħeġġu l-politiki ta' ritorn volontarju filwaqt li tiġi garantita l-protezzjoni tad-drittijiet għall-migranti kollha u jkun żgurat aċċess sikur u legali għas-sistema tal-asil tal-UE, b'rispett dovut tal-prinċipju tan-non refoulement;

11.  Jilqa' l-fatt li l-VP/RGħ u l-Presidenza Latvjana laqqgħu minnufih kunsill konġunt straordinarju tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin u l-Ministri tal-Intern fil-Lussemburgu, u jilqa' l-fatt li l-Istati Membru laqqgħu minnufih summit straordinarju sabiex isibu soluzzjonijiet komuni bi tweġiba għas-sitwazzjoni ta' kriżi fil-Mediterran; jinnota li sar l-ewwel dibattitu wiesa' dwar l-għażliet għas-salvataġġ tal-ħajjiet, il-ġlieda kontra l-kuntrabandisti u t-traffikanti u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri għal dak li jirrigwarda l-ilqugħ u l-protezzjoni; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-impenn ulterjorment, u jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' impenn min-naħa tal-Kunsill Ewropew li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' solidarjetà vinkolanti u kredibbli madwar l-UE kollha;

12.  Jitlob traspożizzjoni rapida u sħiħa u implimentazzjoni effettiva tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil mill-Istati Membri parteċipanti kollha, biex b'hekk jiġu żgurati standards Ewropej komuni, inkluż kundizzjonijiet ta' lqugħ tal-persuni li jfittxu asil u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, kif previst skont il-leġiżlazzjoni eżistenti;

13.  Jitlob koordinament aktar mill-qrib tal-politiki tal-UE u tal-Istati Membri sabiex jiġu indirizzati l-kawżi bażiċi tal-migrazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ olistiku tal-UE, li jsaħħaħ il-koerenza tal-politiki interni u esterni tagħha u b’mod partikolari l-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-politika tal-iżvilupp u l-politika dwar il-migrazzjoni tagħha; jitlob it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi sħab fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika biex jiġu promossi d-demokrazija, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, is-sigurtà u l-prosperità;

14.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali l-aktar qawwija kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu kemm lejn l-UE kif ukoll fi ħdanha, u anke kontra individwi jew gruppi li jisfruttaw lill-migranti vulnerabbli fl-UE, filwaqt li jiżguraw li l-individwi li jgħinu lill-persuni li jfittxu asil u l-bastimenti f'diffikultà ma jiġux imħarrka;

15.  Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu mill-qrib mal-Europol, il-Frontex, l-EASO u l-Eurojust fil-ġlieda kontra traffikanti tal-bnedmin u netwerks kriminali ta’ kuntrabandisti, u li jidentifikaw u jittraċċaw il-finanzjament tagħhom u jidentifikaw il-mod kif joperaw sabiex iwaqqfuhom milli jagħmlu l-flus billi jpoġġu l-ħajjiet tal-migranti f’riskju; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk li jinsabu madwar il-Libja, fattur indispensabbli biex netwerks kriminali bħal dawn jitneħħew b'suċċess, u li dan għandu jsir kemm f'termini ta' taħriġ ta' infurzar tal-liġi u kemm ta' forniment ta' servizzi ta' informazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi terzi jirrispettaw id-dritt internazzjonali rigward is-salvataġġ tal-ħajjiet fuq il-baħar, u jiżguraw il-protezzjoni tar-rifuġjati u r-rispett tad-drittijiet fundamentali;

16.  Jenfasizza li jeħtieġ li jiġu indirizzati l-kawżi primarji tal-vjolenza u tas-sottożvilupp fil-pajjiżi ta’ oriġini sabiex jitwaqqaf il-fluss ta’ rifuġjati u migranti ekonomiċi; jinnota, f'dan il-kuntest, li t-tisħiħ sinifikanti tal-istrutturi ta' governanza bil-bini ta' istituzzjonijiet pubbliċi effikaċi u inklużivi, l-iżgurar ta' bini tal-kapaċità f'sistemi ta' asil ta' pajjiżi terzi, l-istabbiliment tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni endemika fil-livelli kollha, kif ukoll il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u ta' demokrazija ulterjuri, għandhom ikunu l-prijoritajiet ewlenin għall-gvernijiet kollha fil-pajjiżi tal-oriġni;

17.  Itenni l-appoġġ tiegħu għan-negozjati kollha mmexxija min-NU intiżi biex jistabbilixxu mill-ġdid l-awtorità tal-gvern fil-Libja, u l-impenn tagħha li żżid l-isforzi sabiex tindirizza l-kunflitti u l-instabbiltà fil-Libja u fis-Sirja; jenfasizza li l-ħolqien ta' stabbiltà reġjonali f'żoni ta' kunflitt huwa essenzjali għat-tnaqqis ta' aktar spostament ta' individwi;

18.  Ifakkar li l-għan ta' din ir-riżoluzzjoni huwa li jiġu indirizzati l-avvenimenti traġiċi reċenti fil-Mediterran u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' April 2015, u li jiġi propost sett ta' miżuri urġenti li għandhom jittieħdu minnufih, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, li huwa l-kumitat kompetenti fi kwistjonijiet bħal dawn, bħalissa qed ifassal rapport li se jirrifletti l-orjentazzjoni politika tal-Parlament fuq perjodu medju u fit-tul b'rabta mal-migrazzjoni;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa u tressaq aġenda Ewropea ambizzjuża dwar il-migrazzjoni, li tkun tqis l-aspetti kollha tal-migrazzjoni;

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0448.
(2) Testi adottati, P8_TA(2014)0105.

Avviż legali - Politika tal-privatezza