Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Diċembru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jistipula miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax (COM(2015)0395 – C8-0320/2015 – 2015/0175(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2015)0395),
– wara li kkunsidra l-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax (11798/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b) u l-paragrafu (8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0320/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 59, 108(7) u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0334/2015),
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Prinċipat tal-Liechtenstein.