Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2015/0058(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0327/2015

Testi mressqa :

A8-0327/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/12/2015 - 4.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0430

Testi adottati
PDF 249kWORD 60k
It-Tlieta, 15 ta' Diċembru 2015 - Strasburgu
Ftehim UE-Timor Leste dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir ***
P8_TA(2015)0430A8-0327/2015

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta’ Timor Leste dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (07194/2015 – C8-0147/2015 – 2015/0058(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (07194/2015),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta’ Timor Leste dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (07125/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba ta' approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni inċiż, punt a) v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0147/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet inċiż, u l-paragrafu 2, kif ukoll l-Artikolu 108(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0327/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Demokratika ta’ Timor Leste.

Avviż legali - Politika tal-privatezza