Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 8 ta' Settembru 2015 - Strasburgu
Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat tal-ILO: politika soċjali ***
 It-tneħħija tal-immunità ta' Janusz Korwin-Mikke
 Applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli ***II
 Kummerċ tal-prodotti mill-foki ***I
 Ikklonar ta' annimali miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta' biedja ***I
 Sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE (2013-2014)
 Proċeduri u prattiki rigward is-Seduti ta' smigħ tal-Kummissarji, tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-proċess tal-2014
 Drittijiet tal-bniedem u teknoloġija: l-impatt ta' sistemi ta' intrużjoni u sorveljanza fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi
 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea: lejn kontrolli bbażati fuq il-prestazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni
 In-Negozji tal-Familja fl-Ewropa
 Nisfruttaw il-potenzjal ta' Riċerka u Innovazzjoni fl-Ekonomija Blu biex jinħolqu t-Tkabbir u l-Impjiegi
 Il-promozzjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ
 Lejn approċċ integrat għall-wirt kulturali għall-Ewropa
 Segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej 'Right2Water'

Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat tal-ILO: politika soċjali ***
PDF 249kWORD 61k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-politika soċjali (06732/2015 – C8-0079/2015 – 2014/0259(NLE))
P8_TA(2015)0281A8-0243/2015

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abboż ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06732/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 153(2), b'rabta mal-Artikolu 153(1)(a) u (b), l-Artikolu 218(6)(2a)(v) u l-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0079/2015),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0243/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


It-tneħħija tal-immunità ta' Janusz Korwin-Mikke
PDF 254kWORD 70k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Janusz Korwin-Mikke (2015/2102(IMM))
P8_TA(2015)0282A8-0229/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Janusz Korwin-Mikke, mibgħuta fit-13 ta' Marzu 2015 mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja b’konnessjoni ma’ proċeduri legali mressqa mill-Kap tal-Pulizija Muniċipali ta' Piotrków Trybunalski, bid-data tad-9 ta' Marzu 2015 (Kawża Nru SM.O.4151-F.2454/16769/2014), u mħabbra fis-seduta plenarja tal-15 ta' April 2015,

–  wara li sema' lis-Sur Korvin-Mikke skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010, tas-6 ta' Settembru 2011 u tas-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-Artikoli 7b(1) u 7c(1) b'rabta mal-Artikolu 10b tal-Att tal-Polonja, tad-9 ta’ Mejju 1996 dwar l-eżerċizzju tal-mandat ta’ Deputat jew Senatur,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1), u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0229/2015),

A.  billi l-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja għadda talba mill-Kap tal-Pulizija Muniċipali ta' Piotrków Trybunalski għall-awtorizzazzjoni biex jinfetħu proċeduri kontra Membru tal-Parlament Ewropew, Janusz Korwin-Mikke, fir-rigward ta’ reat skont l-Artikolu 92a tal-Att tal-20 ta' Mejju 1971 li jistabbilixxi l-Kodiċi ta' Reati żgħar b'rabta mal-Artikolu 20(1) tal-Att dwar it-Traffiku tat-Triq tal-20 ta' Ġunju 1997; billi, b'mod partikolari, ir-reat allegat jammonta għal sewqan b'veloċità li teċċedi l-veloċità massima permessa f'żona mibnija;

B.  billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom;

C.  billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri jgawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-Parlament ta' pajjiżhom;

D.  billi, skont l-Artikolu 105(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, deputat m’għandux jiġi soġġett għal responsabbiltà kriminali mingħajr il-kunsens tas-Sejm;

E.  billi huwa f’idejn il-Parlament biss li jiddeċiedi jekk l-immunità għandhiex tiġi rinunzjata jew le f’każ partikolari; billi l-Parlament jista’ raġonevolment iqis il-pożizzjoni tal-Membru sabiex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu dwar jekk hemmx lok jew le ngħat-teħħija tal-immunità tiegħu jew tagħha(2);

F.  billi r-reat allegat ma għandux rabta diretta jew ovvja mal-prestazzjoni tas-Sur Korwin-Mikke fid-dmirijiet tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew, u lanqas ma jikkostitwixxi opinjoni jew vot espressi fil-qadi ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

G.  billi f'dan il-każ il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li l-każ tressaq bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru kkonċernat;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Janusz Korwin-Mikke;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu immedjatament lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Janusz Korwin-Mikke.

(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
(2) Kawża T-345/05 Mote v Il-Parlament (imsemmija iktar ’il fuq), paragrafu 28.


Applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli ***II
PDF 326kWORD 63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tal-Kunsill dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (08257/3/2015 – C8-0159/2015 – 2013/0410(COD))
P8_TA(2015)0283A8-0234/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (08257/3/2015 – C8-0159/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-25 ta' Frar 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0796),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0234/2015),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 94, 31.3.2014, p. 1.
(2) Testi adottati tal-15.4.2014, P7_TA(2014)0344.


Kummerċ tal-prodotti mill-foki ***I
PDF 337kWORD 65k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1007/2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (COM(2015)0045 – C8-0037/2015 – 2015/0028(COD))
P8_TA(2015)0284A8-0186/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0045),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni preżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0037/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta’ Mejju 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-30 ta' Ġunju 2015 sabiex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, f'konformità mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali kif ukoll tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0186/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Settembru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1007/2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2010

P8_TC1-COD(2015)0028


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/1775.)

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.


Ikklonar ta' annimali miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta' biedja ***I
PDF 546kWORD 146k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikklonjar ta' annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta' biedja (COM(2013)0892 – C7-0002/2014 – 2013/0433(COD))
P8_TA(2015)0285A8-0216/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0892),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0002/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1331/2008 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' April 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0216/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Settembru 2015 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikklonjar ta’ annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina miżmuma u riprodotti għal skopijiet ta’ biedja [Em. 1. L-ewwel parti ta' din l-emenda, jiġifieri l-bidla minn Direttiva għal Regolament, tapplika għat-test kollu.]

P8_TC1-COD(2013)0433


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2),

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(-1) Fl-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni, u filwaqt li jitqies it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun garantit livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bnedmin u ta' ħarsien tal-konsumatur, kif ukoll livell għoli ta' benessri tal-annimali u ta' ħarsien ambjentali. F'kull ħin, għandu jiġi applikat il-prinċipju ta' prekawzjoni, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.(5) [Em. 2]

(1)  L-ikklonjar tal-annimali mhuwiex konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE(6), li tistabbilixxi standards minimi ġenerali dwar il-benessri tal-annimali mrobbija jew miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. HijaId-Direttiva 98/58/KE titlob lill-Istati Membri sabiex jevitaw uġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn tal-annimali tal-irziezet, u, aktar speċifikament, tiddikjara fil-punt 20 tal-Anness tagħha li "ma jistgħux jiġu prattikati trobbija jew proċeduri ta' trobbija naturali jew artifiċjali li jikkawżaw jew li aktarx jistgħu jikkawżaw tbatija jew korriment lil xi wieħed mill-annimali konċernati". Jekk l-ikklonjar jikkawża wġigħ, sofferenza jew korriment bla bżonn, l-Istati Membri jridu jaġixxu fuq livell nazzjonali sabiex jevitaw li jsir dan. Approċċi nazzjonali differenti għall-ikklonjar tal-annimali jew għall-użu ta' prodotti miksuba mill-ikklonjar jistgħu jwasslu għal distorsjoni tas-suq. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi assigurat li japplikaw l-istess kundizzjonijiet għal dawk kollha involuti fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ annimali ħajjinu ta’ prodotti miksuba minn annimali madwar l-Unjoni. [Em. 3]

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonkludiet, fl-opinjoni tagħha tal-2008 dwar l-ikklonjar tal-annimali(7), li "is-saħħa u l-benessri ta' proporzjon sinifikanti tal-kloni instabu li huma affettwati ħażin, ħafna drabi b'mod sever u b'riżultat fatali". B'mod aktar speċifiku, l-EFSA kkonfermat li l-ommijiet surrogati li jintużaw fl-ikklonjar jsofruisofru b’mod partikolari minn disfunzjonijiet tal-plaċenta li jikkontribwixxu għal livelli ogħla ta’ korrimenti(8), bil-possibilità ta' effetti ħżiena fuq saħħithom. Dan jikkontribwixxi, fost ħwejjeġ oħra, għall-effiċjenza baxxa tat-teknika, 6 sa 15 % għall-ispeċi bovina u 6 % għall-ispeċi porċina, u l-ħtieġa li jiġu impjantati kloni tal-embrijuni f’diversi ommijiet sabiex jinkiseb klonu wieħed. Barra minn hekk, l-abnormalitajiet fil-kloni u l-frieħ kbar aktar mis-soltu jwasslu għal twelidijiet diffiċli u mwiet fil-frieħ tat-twelid. Rati ta' mortalità għolja fl-istadji kollha tal-iżvilupp huma karatteristika tat-teknika tal-ikklonjar(9). [Em. 4]

(2a)  Rigward is-sikurezza tal-ikel, l-EFSA enfasizzat l-importanza li jkun rikonoxxut li l-bażi tad-data hija limitata, u fl-opinjoni tagħha tal-2008 dwar l-ikklonjar tal-annimali kkonkludiet li: "L-inċertezzi fil-valutazzjoni tar-riskji jqumu minħabba n-numru limitat ta' studji disponibbli, id-daqsijiet żgħar tal-kampjuni investigati u, b'mod ġenerali, in-nuqqas ta' approċċ uniformi li jippermetti li l-kwistjonijiet kollha rilevanti għal din l-opinjoni jkunu indirizzati b'mod sodisfaċenti." Pereżempju, l-EFSA sostniet li l-informazzjoni dwar il-kompetenza immunoloġika tal-kloni hija limitata u tirrakkomanda li, jekk ikun hemm evidenza disponibbli ta' tnaqqis fl-immunokompetenza tal-kloni, għandu jiġi investigat "jekk, u jekk huwa l-każ, sa liema punt, il-konsum tal-laħam u l-ħalib li ġejjin mill-kloni jew il-frieħ tagħhom jista' jwassal għal żieda fl-esponiment tal-bniedem għal aġenti trażmissibbli". [Em. 5]

(2b)  Fir-rigward ta' impatti potenzjali fuq l-ambjent, l-EFSA ddikjarat li d-data disponibbli hija limitata u, fir-rigward ta' impatti potenzjali fuq id-diversità ġenetika, l-EFSA ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li jista' jkun hemm effett indirett minħabba l-użu żejjed ta' numru limitat ta' annimali fi programmi ta' tgħammir, u li żieda fl-omoġeneità ta' ġenotip fi ħdan xi popolazzjoni tal-annimali tista' żżid is-suxxettibbiltà ta' dik il-popolazzjoni għal infezzjoni u riskji oħrajn. [Em. 6]

(2c)  Il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda fir-rapport speċifiku tiegħu fl-2008(10) esprima dubji li l-ikklonjar tal-annimali għal skopijiet ta' biedja jista' jkun ġustifikat "meta jitqies il-livell preżenti ta' tbatija u problemi għas-saħħa tal-ommijiet surrogati u tal-kloni tal-annimali". [Em. 7]

(2d)  Wieħed mill-objettivi tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huwa "li tkabbar il-produzzjoni agrikola billi tippromwovi progress tekniku u billi tassigura l-iżvilupp razzjonali ta' produzzjoni". Dak il-għan għandu l-mira, inter alia, li jtejjeb il-produzzjoni u, fir-rigward tal-iżvilupp razzjonali ta' produzzjoni agrikola, dan jinvolvi l-aħjar utilizzazzjoni possibbli tal-fatturi ta' produzzjoni, jiġifieri l-produzzjoni xierqa għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li tieħu kont tal-interessi tal-konsumaturi. [Em. 8]

(2e)  F’konformità mal-ġurisprudenza(11) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 43 tat-TFUE huwa l-bażi ġuridika adatta għal kwalunkwe leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE li jikkontribwixxi għall-kisba ta' wieħed jew aktar mill-objettivi tal-politika agrikola komuni stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE. Anki fejn tali leġiżlazzjoni tista' tiġi diretta lejn objettivi differenti minn dawk tal-politika agrikola komuni, li, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet speċifiċi, se jiġu segwiti abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE, dan jista' jinvolvi l-armonizzazzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali f'dak il-qasam mingħajr ma jkun meħtieġ li wieħed jirrikorri għall-Artikolu 114. Barra minn hekk, il-miżuri meħuda fil-kuntest tal-politika agrikola komuni jistgħu wkoll jaffettwaw l-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati. [Em. 9]

(2f)  Kif muri b'mod ċar u konsistenti mir-riċerka dwar il-konsumatur, il-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni huma kontra l-ikklonjar għal skopijiet ta' biedja minħabba, inter alia, il-benessri tal-annimali u t-tħassib etiku ġenerali(12). L-ikklonjar għal skopijiet ta' biedja jista' jwassal sabiex kloni tal-annimali jew dixxendenti tagħhom jidħlu fil-katina alimentari. Il-konsumaturi jopponu bil-qawwa l-konsum ta' ikel li jkun ġej minn annimali kklonjati jew mid-dixxendenti tagħhom. [Em. 10]

(2g)  L-ikklonjar tal-annimali għall-produzzjoni tal-ikel jipperikola l-karatteristiċi li jiddefinixxu l-mudell agrikolu Ewropew, li huwa bbażat fuq il-kwalità tal-prodott, is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-konsumatur, regoli stretti dwar il-benessri tal-annimali kif ukoll fuq l-użu ta' metodi li jħarsu l-ambjent. [Em. 11]

(3)  Meta jitqiesu l-għanijiet tal-politika agrikola komuni tal-Unjoni, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet xjentifiċi riċenti tal-EFSA bbażati fuq l-istudji disponibbli, ir-rekwiżit dwar il-benessri tal-annimali previst fl-Artikolu 13 tat-Trattattat-TFUE u t-tħassib taċ-ċittadini, huwa prudentixieraq li jiġi pprojbit b’mod provviżorju l-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni ta’ annimali ta’ ċerti speċi għal skopijiet ta’ biedja u t-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodotti miksuba mill-użu tat-teknika tal-ikklonjar. [Em. 12]

(3a)  Il-kloni tal-annimali mhumiex prodotti sabiex iservu għall-produzzjoni tal-laħam jew tal-ħalib, iżda pjuttost għal skopijiet ta' trobbija. Huma d-dixxendenti riprodotti sesswalment tal-kloni tal-annimali li jsiru annimali għall-produzzjoni tal-ikel. Għalkemm it-tħassib dwar il-benessri tal-annimali jista' ma jkunx apparenti fil-każ tad-dixxendenti ta' annimali kklonjati, minħabba li dawn jitwieldu permezz tar-riproduzzjoni sesswali konvenzjonali, sabiex ikun hemm dixxendent, huwa meħtieġ li jkun hemm proġenitur ta' annimal ikklonjat, li jinvolvi preokkupazzjonijiet sinifikanti dwar il-benessri tal-annimali u preokkupazzjonijiet etiċi. Miżuri li għandhom l-għan li jindirizzaw it-tħassib dwar il-benessri tal-annimali u l-perċezzjonijiet tal-konsumaturi relatati mat-teknika tal-ikklonjar għandhom għalhekk jinkludu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom prodotti li ġejjin mid-dixxendenti ta' annimali kklonjati, dixxendenti ta’ kloni tal-annimali u prodotti derivati minn dixxendenti ta’ annimali kkolonati. [Em. 13]

(4)  Fil-preżent, annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina huma probabbli li jiġu kklonati għal skopijiet ta’ biedja. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għalhekk għandu jkun limitat għall-użu tal-ikklonjar għal skopijiet ta’ biedja ta’ dawk il-ħames speċijiet. [Em. 14]

(4a)  Fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, bħala konsegwenza li jiġi projbit l-użu tal-ikklonjar u sabiex jiġu indirizzati l-perċezzjonijiet tal-konsumaturi dwar l-ikklonjar b'rabta, inter alia, mal-benessri tal-annimali, in-nuqqas ta' studji xjentifiċi suffiċjenti u t-tħassib etiku ġenerali, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li ikel mill-kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom ma jidħolx fil-katina tal-ikel. Jekk jittieħdu miżuri inqas restrittivi, bħat-tikkettar tal-ikel, dawn ma jindirizzawx kompletament it-tħassib taċ-ċittadini peress li l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-ikel prodotti permezz ta' teknika li timplika t-tbatija għall-annimali xorta waħda tkun permessa. [Em. 15]

(4b)  L-użu tal-ikklonjar fil-produzzjoni tal-annimali għal skopijiet ta' biedja hu permess f'ċerti pajjiżi terzi. Skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, ikel importat minn pajjiżi terzi għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-liġi dwar l-ikel tal-Unjoni jew mal-kundizzjonijiet rikonoxxuti mill-Unjoni bħala tal-inqas ekwivalenti għal dawk ir-rekwiżiti. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri sabiex tiġi evitata l-importazzjoni fl-Unjoni minn pajjiżi terzi ta' annimali klonati u d-dixxendenti tagħhom u ta' prodotti miksuba minn annimali klonati u d-dixxendenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tissupplimenta jew tipproponi li l-leġiżlazzjoni żooteknika u dwar is-saħħa tal-annimali rilevanti tiġi emendata biex tiżgura li ċ-ċertifikati tal-importazzjoni li jakkumpanjaw annimali u prodotti ġerminali u ikel u għalf li joriġinaw mill-annimali jindikaw jekk humiex, jew huma derivati minn, kloni tal-annimali jew dixxendenti ta' kloni tal-annimali. [Em. 16]

(4c)  Kloni tal-annimali, kloni tal-embrijuni, dixxendenti ta' kloni tal-annimali, prodotti ġerminali ta' annimali klonati u d-dixxendenti tagħhom, u ikel u għalf minn annimali klonati u d-dixxendenti tagħhom ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala prodotti simili għal annimali, l-embrijuni, il-prodotti ġerminali, l-ikel u l-għalf li ma jirriżultawx mill-użu tat-teknika tal-ikklonjar fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu III.4 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT). Barra minn hekk, il-projbizzjoni tal-ikklonjar tal-annimali u tat-tqegħid fis-suq u tal-importazzjoni ta' kloni tal-annimali u ta' kloni tal-embrijuni, dixxendenti ta' kloni tal-annimali, prodotti ġerminali ta' kloni tal-annimal u d-dixxendenti tagħhom, u ikel u għalf minn kloni tal-annimal u d-dixxendenti tagħhom hija miżura li hija meħtieġa għall-protezzjoni tal-morali pubblika u għall-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu XX tal-GATT. [Em. 17]

(4d)  Għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-ftehimiet kummerċjali li attwalment qed jiġu nnegozjati ma jinkoraġġixxux l-awtorizzazzjoni ta' prattiki li jista' jkollhom effett negattiv fuq is-saħħa tal-konsumaturi u l-bdiewa, l-ambjent jew fuq il-benessri tal-annimali. [Em. 18]

(4e)  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tista' tiġi pperikolata jekk ikun impossibbli jiġi traċċat ikel miksub minn kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom. Għaldaqstant, skont il-prinċipju ta' prekawzjoni u sabiex jiġu infurzati l-projbizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, sistemi ta' traċċabilità fil-livell tal-Unjoni. Dawn is-sistemi jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operaturi ekonomiċi biex jiġbru data dwar il-kloni tal-annimali, id-dixxendenti tagħhom u l-prodotti ġerminali tal-kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom, u l-ikel mill-kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha sabiex tikseb impenji f'dan ir-rigward mis-sħab kummerċjali tal-Unjoni fejn isir l-ikklonjar tal-annimali għal skopijiet ta' biedja, fi ħdan il-qafas ta' negozjati kummerċjali attwali u futuri, kemm fil-livell bilaterali kif ukoll f'dak multilaterali. [Em. 19]

(4f)  Fir-rapport tagħha tal-2010 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni sostniet li kienu xierqa miżuri biex tiġi stabbilita t-traċċabilità tal-importazzjonijiet tas-semen u l-embrijuni sabiex jiġu stabbiliti banek tad-data tal-frieħ fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk għandha taġixxi b’mod korrispondenti. [Em. 20]

(4g)  B'konsistenza mal-implimentazzjoni tal-projbizzjoni tal-ikklonjar stabbilita f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu applikati miżuri ta' promozzjoni tal-bejgħ adottati mill-Kummissjoni sabiex jiġu appoġġjati l-produzzjoni tal-laħam u t-tnissil tal-annimali ta' kwalità għolja fl-Unjoni. [Em. 21]

(5)  Huwa mistenni li l-għarfien dwar l-impatt tat-teknika tal-ikklonjar fuq il-benessri tal-annimali użati ser jiżdied. It-teknika tal-ikklonjar hija probabbli li maż-żmien ser titjieb. Għaldaqstant il-projbizzjonijiet għandhom japplikaw biss b’mod provviżorju. Dan id-Direttivair-Regolament għandha tiġi riveduta għandu jiġi rivedut fi żmien raġonevoli, billi titqies l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha, fl-applikazzjoni tiegħu, il-progress xjentifiku u tekniku, l-evoluzzjoni tal-perċezzjonijiet tal-konsumatur, u l-iżviluppi internazzjonali, b'mod partikolari l-flussi kummerċjali u r-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni. [Em. 22]

(5a)  Skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru, il-maġġoranza tal-Ewropej ma jikkunsidrawx l-ikklonjar tal-annimali fil-produzzjoni tal-ikel bħala sikur għas-saħħa tagħhom u għal familja tagħhom. Barra minn hekk, fil-każ tal-ikklonjar tal-annimali, hemm aktar pajjiżi fl-Ewropa li jesprimu b'mod ċar preferenza li deċiżjonijiet jittieħdu primarjament mill-perspettiva ta' kwistjonijiet morali u etiċi, aktar milli fuq il-bażi ta' evidenza xjentifika. Għalhekk, qabel ma din il-leġiżlazzjoni tiġi riveduta, il-Kummissjoni għandha twettaq Stħarriġ tal-UE uffiċjali li jivvaluta mill-ġdid il-perċezzjonijiet tal-konsumaturi. [Em. 23]

(5b)  Is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' regoli għal sistemi ta' traċċabilità għall-kloni tal-annimali, id-dixxendenti tal-kloni tal-animali u għall-prodotti ġerminali tal-kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 24]

(6)  Din id-Direttiva tirrispettaDan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-libertà ta’ intrapriża u l-libertà tax-xjenzi. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentataDan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji. [Em. 25]

(6a)  Billi l-għan ta' dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jkun jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak il-għan. [Em. 26]

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:

(a)  l-ikklonjar tal-annimali fl-Unjoni;

(b)  it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta’ kloni tal-embrijuni ukloni tal-annimali, kloni tal-embrijuni, dixxendenti ta' kloni tal-annimali, prodotti ġerminali ta' kloni tal-annimali u tad-dixxendenti tagħhom, u ikel u għalf minn kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom. [Em. 27]

Għandha tapplika għal annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina ('l-annimali') imrobbijagħall-ispeċijiet tal-annimali kollha mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja. [Am. 28]

Artikolu 1a

Objettiv

L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jindirizza t-tħassib relatat mas-saħħa u l-benessri tal-annimali u mal-perċezzjonijiet tal-konsumaturi u l-kunsiderazzjonijiet etiċi rigward it-teknika tal-ikklonjar. [Em. 29]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  "annimali mrobbija u miżmuma għal skopijiet ta’ biedja" ("annimali") tfisser annimali miżmuma u riprodotti għall-produzzjoni tal-ikel, l-għalf, suf, ġilda jew pil jew għal skopijiet oħra ta’ biedja. Ma għandhiex tinkludi annimali miżmuma u riprodotti esklussivament għal skopijiet oħra bħar-riċerka, il-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali u apparat mediku, il-preservazzjoniu l-preservazzjoni ta’ razez rari jew speċi fil-periklu, avvenimenti sportivi u kulturali u ta' razez rari identifikati bħala tali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fejn l-ebda metodu alternattiv ma huma disponibbli; [Em. 30]

(b)  "klonjar" tfisser ir-riproduzzjoni veġetattiva ta’ annimali biex jinħoloq, inter alia, bl-użu permezz ta’ teknika li biha n-nukleu ta’ ċellola ta’ annimal individwali jiġi trasferit f’ooċit li minnu jkun tneħħa n-nukleu, embrijuni individwali ġenetikament identiċi ("kloni ta’ embrijuni"), li mbagħad ikunu jistgħu jiġu impjantati f’ommijiet surrogati sabiex jipproduċu popolazzjonijiet ta’ annimali ġenetikament identiċi ("kloni tal-annimali"); [Em. 31]

(ba)  "dixxendenti ta' kloni tal-annimali" tfisser annimali, għajr kloni tal-annimali, fejn mill-inqas proġenitur wieħed huwa klonu tal-annimal; [Em. 32]

(bb)  "prodotti ġerminali" tfisser semen, ooċiti u embrijuni miġburin jew prodotti minn annimali għall-fini ta' riproduzzjoni; [Em. 33]

(bc)  "traċċabilità" tfisser il-kapaċità li jiġi traċċat u segwit ikel, għalf, annimal li jipproduċi l-ikel jew sustanza maħsuba biex tkun, jew mistennija li tkun inkorporata fl-ikel jew fl-għalf, matul l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni; [Em. 34]

(c)  "tqegħid fis-suq" tfisser l-ewwel darba li annimal jew prodott jitqiegħed disponibbli fis-suq intern.

(ca)  "ikel" tfisser ikel kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. [Em. 35]

Artikolu 3

Projbizzjoni provviżorja [Em. 36]

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu provviżorjamentDan li ġej għandu jiġi pprojbit: [Em. 37]

(a)  l-ikklonjar tal-annimali;

(b)  it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta' kloni tal-annimali, u ta’ kloni tal-embrijuni, dixxendenti ta' kloni tal-annimali, prodotti ġerminali ta' kloni tal-annimali u tad-dixxendenti tagħhom, u ikel u għalf minn kloni tal-annimali u d-dixxendenti tagħhom. [Em. 38]

Artikolu 3a

Kundizzjonijiet tal-importazzjoni

L-annimali ma għandhomx jiġu importati minn pajjiżi terzi sakemm iċ-ċertifikati ta' importazzjoni li jakkumpanjawhom ma jurux li mhumiex kloni tal-annimali jew dixxendenti ta' kloni tal-annimali.

Prodotti ġerminali u ikel u għalf li joriġinaw mill-annimali m'għandhomx jiġu impurtati minn pajjiżi terzi sakemm iċ-ċertifikati ta' importazzjoni li jakkumpanjawhom ma jurux li dawn mhumiex ġejjin minn kloni tal-annimali jew minn dixxendenti ta' kloni tal-annimali.

Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċertifikati ta' importazzjoni li jakkumpanjaw l-annimali u l-prodotti ġerminali u ikel u għalf li joriġinaw mill-annimali jindikaw jekk humiex, jew humiex derivati minn, kloni tal-annimal jew dixxendenti ta' kloni tal-annimali, il-Kummissjoni għandha tadotta kundizzjonijiet speċifiċi ta' importazzjoni skont l-Artikolu 48 jew l- Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) sa ...(14) u għandha, jekk meħtieġ, tippreżenta proposta biex temenda leġiżlazzjoni oħra fil-qasam tas-saħħa tal-annimali jew kundizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għal importazzjonijiet. [Em. 39]

Artikolu 3b

Traċċabilità

Sabiex tiġi provduta lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operaturi ekonomiċi l-informazzjoni li jeħtieġu għall-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 3, is-sistemi ta' traċċabilità għandhom jiġu stabbiliti għal:

(a)  kloni tal-annimali;

(b)  dixxendenti ta' kloni tal-annimali;

(c)  prodotti ġerminali ta' kloni tal-annimali u tad-dixxendenti tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 4a, biex tistabbilixxi regoli dettaljati għall-inklużjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu fiċ-ċertifikati previsti fil-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali u ż-żooteknoloġija jew fiċ-ċertifikati mfassla mill-Kummissjoni għal dawk il-finijiet. Dawk l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati sa ...(15). [Em. 40]

Artikolu 4

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttivata' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati applikati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi effettivi, proporzjonati, dissważivi u għandhom jiżguraw kundizzjonijiet ekwi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn [data għat-traspożizzjoni tad-Direttiva] ...(16) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom tagħhom. [Em. 41]

Artikolu 4a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li jiġu adotatti atti delegati kif imsemmi fl-Artikolu 3a għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ...(17). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3a tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 42]

Artikolu 5

Rapportar u Reviżjoni

1.  Sa [data = 5 snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva] ... (18), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni fuq l-esperjenza miksuba minnhom dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva dan ir-Regolament. [Em. 43]

2.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi tikkunsidra:

(a)  ir-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1;

(b)  il-progress xjentifikul-evidenza xjentifika u tekniku teknika kollha disponibbli tal-progress, b’mod partikolari dak dik li jirrigwardatirrigwarda l-aspetti tal-ikklonjar relatati mal-benessri tal-annimali u l-kwistjonijiet dwar is-sikurezza alimentari, u l-progress fil-ħolqien ta' sistemi ta' traċċabilità affidabbli għall-kloni u d-dixxendenti tagħhom; [Em. 44]

(ba)  l-evoluzzjoni tal-perċezzjonijiet tal-konsumatur dwar l-ikklonjar; [Em. 45]

(c)  l-iżviluppi internazzjonali.

(ca)  it-tħassib tal-konsumaturi fir-rigward tas-saħħa pubblika u l-benessri tal-annimali; [Em. 46]

(cb)  kwistjonijiet etiċi relatati mal-ikklonjar tal-annimali. [Em. 47]

2a.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli r-rapport imsemmi fil-paragrafu 2. [Em. 48]

2b.  Permezz ta' Stħarriġ uffiċjali tal-UE, il-Kummissjoni għandha tniedi konsultazzjoni pubblika bil-għan li tivvaluta kwalunkwe tendenza ġdida rigward il-perċezzjonijiet tal-konsumaturi tal-prodotti alimentari mill-annimali kklonati. [Em. 49]

Artikolu 6

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa [data = 12-il xahar wara d-data tat-trażpożizzjoni ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. [Em. 50]

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika minn ...(19). [Em. 52]

Artikolu 8

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. [Em. 53]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. [Em. 54]

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Testi adottati ta' dik id-data, P7_TA(2010)0266.
(2) ĠU C 311, 12.9.2014, p.73.
(3) ĠU C 311, 12.9.2014, p. 73
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-8 ta' Settembru 2015.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(6)Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23).
(7) http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/scientific_output/files/main_documents/sc_op_ej767_animal_cloning_en.pdf
(8)Opinjoni Xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà fl-Ikel, is-Saħħa tal-Annimali u l-Impatt Ambjentali tal-Annimali miksuba minn Klonjar permezz tat-Trasferiment ta’ Nuklei ta’ Ċelloli Somatiċi (SCNT) u l-Frieħ tagħhom u l-Prodotti Miksuba minn dawk l-Annimalihttp://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/cloning.htm?wtrl=01
(9) http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/2794.pdf
(10)Aspetti etiċi tal-ikklonjar tal-annimali għall-provvista tal-ikel 16 ta' Jannar 2008: http://ec.europa.eu/bepa/european-group-ethics/docs/publications/opinion23_en.pdf
(11) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Frar 1988, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq v il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, C-68/86, EU:C:1988:85; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Novembru 1989, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej v il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, C-131/87, EU:C:1989:581; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Novembru 1989, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej v il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, C-11/88, EU:C:1989:583.
(12) Ara pereżempju r-rapporti tal-Ewrobarometru tal-2008 u l-2010: http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_238_en.pdf u http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_341_en.pdf
(13) Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
(14) 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(15) 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(16) Sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(17) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(18) 6 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(19) Sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


Sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE (2013-2014)
PDF 971kWORD 398k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2013-2014) (2014/2254(INI))
P8_TA(2015)0286A8-0230/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-preambolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari t-tieni inċiż u mir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu,

–  wara li kkunsidra, fost l-oħrajn, l-Artikolu 2, it-tieni inċiż tal-Artikolu 3(3) u l-Artikoli 6, 7 u 9 tat-TUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-paragrafu 7 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta' Diċembru 2000 (minn hawn 'l isfel imsejħa "il-Karta"), li ġiet ipproklamata fit-12 ta' Diċembru 2007 fi Strasburgu u li daħlet fis-seħħ mat-Trattat ta' Lisbona f'Diċembru 2009,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-1948,

–  wara li kkunsidra t-trattati tan-NU dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-ġurisprudenza tal-korpi tat-trattati tan-NU,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabilità, li ġiet adottata fi New York fit-13 ta’ Diċembru 2006 u ratifikata mill-UE nhar it-23 ta' Diċembru 2010,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, adottata fi New York fl-20 ta’ Novembru 1989,

–  wara li kkunsidra l-Kummenti Ġenerali tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal: Nru 7 (2005) dwar l-implimentazzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-ewwel snin tat-tfulija, Nru 9 (2006)dwar id-drittijiet tat-tfal b'diżabilità, Nru 10 (2007) dwar id-drittijiet tat-tfal fil-ġustizzja tal-minorenni, Nru 12 (2009) dwar id-dritt tat-tfal li jiġu mismugħa, Nru 13 (2011) dwar id-dritt tat-tfal għall-ħelsien minn kull forma ta' vjolenza u Nru 14 (2013) dwar id-dritt tat-tfal li l-aħjar interessi tagħhom jittieħdu bħala kunsiderazzjoni ewlenija,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing, ir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa(1) u tas-6 ta' Frar 2014 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Lejn l-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili"(2), u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza fuq in-nisa u t-tfajliet, inkluża l-mutilazzjoni ġenitali femminili,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, tal-Kumitat tal-Ministri, tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta’ Cephas Lumina, Espert Indipendenti tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, dwar l-effetti tad-dejn barrani u obbligi finanzjarji internazzjonali oħra relatati tal-Istati fuq it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem kollha, b'mod partikolari d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali (Addendum, Mission to Greece, UN A/HRC/25/50/Add.1),

–  wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, ippubblikat f’April 2013, bl-isem "Management of the external borders of the European Union and its impact on the human rights of migrants" (Il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-26 ta’ Ġunju 2014 li titlob li jitwaqqaf grupp ta’ ħidma intergovernattiv indefinit bil-għan li jitfassal “strument internazzjonali ġuridikament vinkolanti dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħrajn fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem”.

–  wara li kkunsidra l-linji gwida strateġiċi għall-istabbiliment ta’ spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja adottati mill-Kunsill Ewropew fis-27 ta' Ġunju 2014,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (Konvenzjoni ta' Istanbul),

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea, li ġiet riveduta fl-1996, u l-ġurisprudenza tal-Kumitat Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji tal-Kunsill tal-Ewropa,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika(3),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri(4),

–  wara li kkunsidra l-pakkett ta’ direttivi dwar id-Drittijiet tad-Difiża Proċedurali fl-UE(5),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali(6),

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-Pjan ta' Azzjoni li jakkumpanjah, adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(7),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar l-iżgurar tar-rispett għall-istat tad-dritt, adottati fis-16 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol(8),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta ' merkanzija u servizzi(9),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI(10),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data(11),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI(12),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar “public access to European Parliament, Council and Commission documents” (l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni)(13),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (COM(2008)0229),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u l-każistika tal-qrati kostituzzjonali nazzjonali, li għalihom il-Karta hija wieħed mid-dokumenti ta' riferiment tagħhom fl-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea l-ġdida ppreżentati mill-President Juncker lill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Lulju 2014,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Dejta Ġenerali) (COM(2012)0011),

–   wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u l-moviment liberu ta' dik id-dejta (COM(2012)0010),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012 – 2016 (COM(2012)0286), b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament tal-iżvilupp ta' linji gwida dwar is-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal u dwar l-iskambju tal-aħjar prattiki,

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/112/UE tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu "L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ"(14),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha mill-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneri u intersesswali (LGBTI), adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fl-24 ta' Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020 (COM(2011)0173) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2011,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Passi ’l quddiem fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom” (COM(2013)0454),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni (COM(2014)0038) maħruġ mill-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2013 dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Frar 2014 dwar il-Pjan Direzzjonali tal-UE kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni abbażi ta’ orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2011 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Persuni Mingħajr Dar(17),

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar il-programmi ta’ detenzjoni u interrogazzjoni tas-CIA,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar is-sitwazzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati fl-UE(18),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar id-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-aħħar waħda, jiġifieri dik tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2012)(19),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-migrazzjoni, b'mod partikolari dik l-aktar riċenti datata s-17 ta' Diċembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni(20),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2005 dwar il-ħarsien tal-minoranzi u politiki kontra d-diskriminazzjoni f’Ewropa akbar(21),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar il-25 anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal(22),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2013 dwar il-programm ta’ sorveljanza tan-National Security Agency (NSA) tal-Istati Uniti tal-Amerika, korpi ta’ sorveljanza f’diversi Stati Membri u l-impatt tagħhom fuq il-privatezza taċ-ċittadini tal-UE(23), li fiha ta istruzzjonijiet lill-Kumitat tiegħu għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern biex iwettaq inkjesta fid-dettall dwar din il-kwistjoni, u wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2014 dwar il-programm ta’ sorveljanza tal-NSA tal-Istati Uniti, il-korpi ta’ sorveljanza f’diversi Stati Membri u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u dwar il-kooperazzjoni transatlantika fil-Ġustizzja u l-Intern(24);

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA(25),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-lingwi Ewropej fil-periklu ta’ estinzjoni u d-diversità lingwistika fl-Unjoni Ewropea(26),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar it-tiftix ta' opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR)(27),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2012(28) u tal-10 ta’ Ottubru 2013(29) dwar l-allegat trasport u detenzjoni illegali ta’ priġunieri f’pajjiżi Ewropej mis-CIA;

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar iċ-ċentru ta' detenzjoni tal-Bajja ta’ Guantanamo;

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar il-Karta tal-UE: Regoli komuni għal-libertà tal-midja fl-UE kollha(30),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/2013 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rigward l-abbozz ta' ftehim dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ April 2014 fil-kawżi konġunti C-293/12 u C/594/12 (Digital Rights Ireland u Seitlinger u Oħrajn), li annullat id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE,

–  wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ ta’ Frans Timmermans quddiem il-Parlament fis-7 ta’ Ottubru 2014 u d-dehra tiegħu waqt is-seduta tal-Parlament tal-11 ta’ Frar 2015,

–   wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ ta’ Dimitris Avramopoulos quddiem il-Parlament fit-30 ta’ Settembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-konferenza annwali tal-10 ta' Novembru 2014 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) dwar it-tema "Id-Drittijiet Fundamentali u l-Migrazzjoni lejn l-UE" u b'mod partikolari l-focus paper tal-FRA "Legal entry channels to the EU for persons in need of international protection: a toolbox” (Possibiltajiet ta' dħul legali lejn l-UE għall-persuni fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali: sett ta’ għodod),

–  wara li kkunsidra l-attivitajiet, ir-rapporti annwali u l-istudji tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) u tal-FRA, u l-istħarriġiet fuq skala kbira tal-FRA dwar id-diskriminazzjoni u r-reati ta' mibegħda kontra l-Lhud fl-Istati Membri tal-UE, dwar il-vjolenza fuq in-nisa fl-UE u l-esperjenzi ta' diskriminazzjoni, vjolenza u fastidju fuq persuni LGBT;

–   wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet tal-NGOs li qed jipparteċipaw fil-Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali tal-FRA (FRA Fundamental Rights Platform)

–  wara li kkunsidra r-rapporti u r-riċerka li saru minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) dwar it-tema tad-drittijiet tal-bniedem u r-riċerka mitluba f'dak il-qasam mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, b'mod partikolari l-istudju li sar mid-Dipartiment Tematiku C dwar l-impatt tal-kriżi fuq id-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri kollha tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-istudji tiegħu dwar l-impatt tal-kriżi fuq id-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji relatati mal-Istatus tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (il-"Prinċipji ta' Pariġi"), annessi mar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 48/134,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali: standards u prattiki fl-Ungerija (skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012)’(31),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (COM(2010)0573) u l-Gwida Operattiva fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni (SEC(2011)0567),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt (COM(2014)0158) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2014 bit-titolu "L-iżgurar tar-rispett għall-Istat tad-Dritt",

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE fl-2013(COM(2014)0224) u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal mehmuża miegħu,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tal-2013 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE – ċittadini tal-UE: id-drittijiet tiegħek, il-futur tiegħek (COM(2013)0269),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-UE għall-Istrateġiji ta' Integrazzjoni Nazzjonali tar-Rom (COM(2014)0209), tal-Kummissjoni, u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0230/2015),

A.  billi l-integrazzjoni Ewropea seħħet parzjalment sabiex jiġi evitat li jiġu riprodotti l-konsegwenzi drammatiċi tat-Tieni Gwerra Dinjija u l-persekuzzjoni u r-ripressjoni min-naħa tar-reġim Nażista, kif ukoll sabiex jiġu evitati kwalunkwe rigressjoni jew rinversament tad-demokrazija u l-istat tad-dritt permezz tal-promozzjoni, ir-rispett u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

B.  billi r-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali, tad-demokrazija u tal-valuri u l-prinċipji minquxa fit-trattati tal-UE u fl-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem (id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, eċċ.) huma obbligi li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom, u jeħtieġ ikunu ċentrali għall-integrazzjoni Ewropea;

C.  billi dawk id-drittijiet għandhom jiġu ggarantiti għal kull persuna li tgħix fit-territorju tal-UE, inkluż b’rispons għall-abbuż u atti ta’ vjolenza mill-awtoritajiet fi kwalunkwe livell;

D.  billi, skont l-Artikolu 2 tat-TUE, l-UE hija msejsa fuq ir-rispett tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-persuni li jappartienu lil minoranzi, il-valuri kondiviżi mill-Istati Membri kollha u li għandhom jiġu rispettati kemm mill-UE, kif ukoll mill-Istati Membri individwali, fil-politiki kollha tagħhom, kemm fil-livell intern kif ukoll fil-livell estern; billi skont l-Artikolu 17 tat-TUE, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-applikazzjoni tat-Trattati;

E.  billi, skont l-Artikolu 6 tat-TUE, l-UE għandha r-responsabilità li tappoġġa u tinforza d-drittijiet fundamentali fi kwalunkwe azzjoni li tieħu, irrispettivament mis-setgħat tagħha fil-qasam ikkonċernat; billi l-Istati Membri wkoll huma mħeġġa jagħmlu dan;

F.  billi r-reviżjoni tat-Trattati tal-UE hija neċessarja sabiex jiġu msaħħa l-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

G.  billi skont il-preambolu tat-TUE, l-Istati Membri kkonfermaw ir-rabta tagħhom mad-drittijiet soċjali kif definiti fil-Karta Soċjali Ewropea; billi l-Artikolu 151 tat-TFUE jinkludi wkoll referenza espliċita għad-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stipulati fil-Karta Soċjali Ewropea;

H.   billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġiet integrata kompletament fit-Trattati meta daħal fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, u għaldaqstant issa hija ġuridikament vinkolanti għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-UE u għall-Istati Membri fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE; billi jeħtieġ li tiġi żviluppata, imrawma u msaħħa kultura tad-drittijiet fundamentali ġenwina fl-istituzzjonijiet tal-UE, iżda wkoll fl-Istati Membri, partikolarment meta dawn japplikaw id-dritt tal-UE internament u fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE;

I.  billi l-Artikoli 2 u 3 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jirrikonoxxu d-dritt għall-ħajja u d-dritt għall-integrità tal-persuna;

J.  billi l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxi kull sura ta' trattament inuman jew degradanti;

K.  billi l-importanza tad-drittijiet soċjali fundamentali hi rikonoxxuta fl-Artikoli 8, 9, 10, 19 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-istess kif inhi fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, u b’hekk hu enfasizzat il-fatt li dawk id-drittijiet, u partikolarment id-drittijiet tat-trejdunjins, id-dritt tal-istrajkjar, id-dritt tal-assoċjazzjoni u d-dritt tal-għaqda, għandhom jingħataw l-istess salvagwardji bħad-drittijiet fundamentali l-oħra rikonoxxuti mill-Karta;

L.  billi l-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jobbliga lill-Unjoni "tirrispetta d-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika", u l-Artikolu 21 jipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa u/jew l-appartenenza għal minoranza nazzjonali;

M.  billi l-Artikolu 33 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jiggarantixxi l-protezzjoni tal-familja fl-isfera ġuridika, f'dik ekonomika u f’dik soċjali;

N.  billi l-Artikoli 37 u 38 tal-Karta jirrikonoxxu d-dritt għal livell għoli ta' ħarsien ambjentali intrinsikament marbut mal-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni;

O.  billi l-Istati Membri ma jistgħux inaqqsu l-livell tal-garanziji offruti mill-kostituzzjoni tagħhom fir-rigward ta' ċerti drittijiet bil-pretest li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew strumenti oħra tad-dritt tal-UE jipprevedu livell ta' protezzjoni inferjuri;

P.  billi huwa rikonoxxut li l-awtoritajiet nazzjonali (l-awtoritajiet ġudizzjarji, il-korpi tal-infurzar tal-liġi u l-amministrazzjonijiet) huma atturi ewlenin dfil-għoti ta’ effett konkret lid-drittijiet u l-libertajiet stipulati fil-Karta;

Q.  billi l-ħolqien ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja kif deskritt fit-Titolu V tat-TFUE jirrikjedi li l-UE u kull Stat Membru jirrispettaw għalkollox id-drittijiet fundamentali;

R.  billi l-persuni li huma ċittadini jew residenti jitpoġġew fiċ-ċentru tal-attenzjoni fl-UE u billi d-drittijiet personali, ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali rikonoxxuti mill-Karta mhux biss għandhom il-għan li jħarsu liċ-ċittadini u r-residenti Ewropej minn kwalunkwe indħil, abbuż jew vjolenza, iżda huma wkoll prekundizzjonijiet biex jiġi żgurat l-iżvilupp personali sħiħ u seren tagħhom;

S.  billi, l-istat tad-dritt huwa s-sinsla tad-demokrazija liberali Ewropea, u huwa wieħed mill-prinċipji ta’ bażi tal-UE li joriġinaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni tal-Istati Membri kollha;

T.  billi l-mod li bih jiġi implimentat l-istat tad-dritt fil-livell nazzjonali għandu rwol ewlieni fl-iżgurar tal-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u l-ordinament ġuridiku tagħhom, u b'hekk huwa ta' importanza vitali biex jinħoloq spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, kif deskritt fit-Titolu V tat-TFUE;

U.  billi r-rispett tal-istat tad-dritt huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u huwa ta' importanza partikolari fi ħdan l-UE minħabba li huwa wkoll prerekwiżit għar-rispett tad-drittijiet u l-obbligi kollha li jitnisslu mit-Trattati u mid-dritt internazzjonali;

V.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha huma involuti fi proċess globali miexi lejn objettivi ġodda ta’ żvilupp sostenibbli li taħthom id-drittijiet tal-bniedem huma universali, indiviżibbli u inaljenabbli;

W.  billi l-implimentazzjoni ta’ dawn il-valuri u prinċipji jeħtieġ tkun imsejsa wkoll fuq monitoraġġ effettiv tar-rispett tad-drittijiet fundamentali garantiti fil-Karta, pereżempju meta jkunu qed jiġu mfassla proposti leġiżlattivi;

X.  billi l-UE għaddejja minn perjodu ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja serja, li l-impatt tagħha, flimkien ma’ ċerti miżuri, fosthom tnaqqis drastiku fil-baġit, implimentati biex jiġi indirizzat f’xi Stati Membri, qed jolqot negattivament il-kundizzjonijiet tal-għajxien taċ-ċittadini tal-UE – fejn qed naraw żieda fil-qgħad, il-faqar, l-inugwaljanzi u l-kundizzjonijiet prekarji tax-xogħol, waqt li qed jiġi limitat l-aċċess għas-sewrvizzi u l-kwalità tagħhom – u għaldaqstant il-benessri taċ-ċittadini;

Y.  billi kważi terz tal-petizzjonijiet li jirċievi l-Parlament huma relatati ma’ allegat ksur tad-drittijiet fundamentali msemmija fil-Karta, u jinvolvu kwistjonijiet bħaċ-ċittadinanza, l-erba’ libertajiet, l-impjieg, iċ-ċirkostanzi ekonomiċi, il-ħarsien ambjentali u tal-konsumaturi, is-sistemi tal-ġustizzja, id-drittijiet tal-vot u l-parteċipazzjoni demokratika, it-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet, id-diżabilità, id-drittijiet tat-tfal, l-aċċess għall-edukazzjoni u d-drittijiet tal-lingwa; billi wħud minn dawk il-petizzjonijiet iqajmu mistoqsijiet relatati ma’ kwistjonijiet tas-saħħa u tal-aċċess għall-kura tas-saħħa u għas-servizzi tas-saħħa, iżda wkoll kwistjonijiet relatati mad-dritt għax-xogħol bħala konsegwenza diretta tal-kriżi ekonomika; billi l-petizzjonijiet is-soltu huma l-aktar indikaturi bikrija tas-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri;

Z.  billi l-UE topera abbażi tal-preżunzjoni u l-fiduċja reċiproka li l-Istati Membri tal-UE jikkonformaw mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif minquxa fil-KEDB u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bʼmod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp taʼ spazju taʼ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku;

AA.  billi sitwazzjoni ta’ qgħad, faqar jew marġinalizzazzjoni soċjali għandha konsegwenzi kbar fuq l-aċċess u l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali u tfisser li nies f'pożizzjonijiet vulnerabbli bħal dawn għandhom ikomplu jkollhom aċċess għas-servizzi bażiċi, partikolarment is-servizzi soċjali u s-servizzi finanzjarji;

AB.  billi, wara l-attakki terroristiċi riċenti fit-territorju tal-UE, ċerti politiki u miżuri ta’ kontra t-terroriżmu aktarx li jikkomprometti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fl-UE; billi huwa essenzjali li jiġi żgurat li jinżamm bilanċ bejn is-salvagwardja tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali u t-tisħiħ tas-sigurtà; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom l-obbligu li jipproteġu liċ-ċittadini Ewropej, filwaqt li jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom fit-tfassil u t-tħaddim tal-politiki ta’ sigurtà; billi l-ħtieġa u l-proporzjonalità jeħtieġ li jkunu l-prinċipji prevalenti f’dan il-qasam, sabiex iżommu lill-azzjonijiet tal-politika milli jiksru l-libertajiet ċivili;

AC.  billi eluf ta' ħajjiet qed jintilfu fuq il-Baħar Mediterran, sitwazzjoni bla preċedent, u dan jitfa’ fuq l-UE responsabbiltà enormi li tieħu azzjoni biex issalva l-ħajjiet, twaqqaf it-traffikanti tal-bnedmin, tipprovdi possibiltajiet ta’ passaġġ legali għall-migranti u tgħin u tipproteġi lill-persuni li qed ifittxu asil u lir-rifuġjati;

AD.  billi fl-2014 mietu jew għebu kważi 3 500 migrant waqt li kienu qed jippruvaw jidħlu fit-territorju Ewropew, b’mod li l-għadd totali ta’ persuni mejta u li għebu tul dawn l-aħħar 20 sena tela’ għal kwazi 30 000; billi skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, ir-rotta migratorja lejn l-Ewropa saret l-aktar rotta perikoluża fid-dinja għall-migranti;

AE.  billi kull sena jsiru madwar elf applikazzjoni għall-asil marbuta direttament mal-mutilazzjoni ġenitali;

AF.  billi d-dritt għall-asil huwa garantit mill-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati (Konvenzjoni ta’ Ġinevra) tal-1951 kif ukoll mill-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967;

AG.  billi l-manifestazzjonijiet ta’ nazzjonaliżmu estrem, razziżmu, ksenofobija u intolleranza għadhom ma għebux mill-komunitajiet tagħna; billi għall-kuntrarju, speċjalment wara l-attakki terroristiċi riċenti jidher li qed jiżdiedu f'ħafna Stati Membri, u jolqtu kemm lill-minoranzi tradizzjonali kif ukoll lill-komunitajiet minoritarji nazzjonali ġodda;

AH.  billi skont l-Artikolu 49 tat-TUE, kwalunkwe Stat Ewropew li jirrispetta l-valuri msemmija fl-Artikolu 2 u jimpenja ruħu sabiex jippromwovihom jista' japplika sabiex isir membru tal-Unjoni; billi l-konformità mal-Kriterji ta’ Kopenħagen hija prekondizzjoni essenzjali għall-adeżjoni mal-UE; billi l-obbligi tal-pajjiżi kandidati skont il-kriterji ta’ Kopenħagen mhumiex biss rekwiżiti bażiċi ta' qabel l-adeżjoni, iżda jridu jkomplu japplikaw wara li dawn il-pajjiżi jingħaqdu mal-UE, skont l-Artikolu 2 tat-TUE; billi fid-dawl ta' dan, l-Istati Membri kollha għandhom jiġu vvalutati fuq bażi kontinwa sabiex tiġi vverifikata l-konformità kontinwa tagħhom mal-valuri bażiċi tal-UE tar-rispett għad-drittijiet fundamentali, l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt; billi, barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu gradwat u korrettiv sabiex jimtela l-vojt ta’ bejn id-djalogu politiku u ‘l-għażla nukleari’ tal-Artikolu 7 tat-TUE u sabiex tiġi indirizzata ‘d-dilemma ta’ Kopenħagen’ fi ħdan it-Trattati attwali.

AI.  billi, peress li ma hemm l-ebda punt ta’ riferiment ċar u komuni,it-tqajjim ta’ mistoqsijiet dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali fi ħdan Stat Membru dan il-fatt huwa kontinwament ikkontestat fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet politiċi u istituzzjonali; billi f’kollużjoni mal-istituzzjonijiet tal-UE, minħabba li ma hemmx proċeduri vinkolanti, l-għadd ta’ każijiet fejn hemm inerzja permanenti u fejn it-Trattati u l-valuri Ewropej ma jiġux osservati huwa kbir wisq;

AJ.  billi d-dritt għal petizzjoni stabbilixxa rabta soda bejn iċ-ċittadini tal-UE u l-Parlament Ewropew; billi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej introduċiet rabta diretta ġdida bejn iċ-ċittadini tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UE u tista’ ttejjeb l-iżvilupp tad-drittijiet fundamentali u dawk taċ-ċittadini; billi d-drittijiet taċ-ċittadini jinkludu d-dritt għal petizzjoni bħala strument biex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali tagħhom stess, kif stabbilit fl-Artikolu 44 tal-Karta u l-Artikolu 227 tat-TFUE;

AK.  billi n-nisa għadhom qed jiffaċċjaw bosta suriet ta’ diskriminazzjoni fl-UE u sikwit huma vittmi ta’ vjolenza u abbuż, partikolarment dawk ta’ natura sesswali;

AL.  billi l-vjolenza kontra n-nisa hija l-aktar ksur mifrux tad-drittijiet fundamentali fl-UE u fid-dinja, li jolqot l-istrati kollha tas-soċjetà, indipendentement mill-età, il-livell ta’ edukazzjoni, id-dħul, il-pożizzjoni soċjali u l-pajjiż tal-oriġini jew residenza, u jirrappreżenta ostaklu ewlieni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

AM.  billi, skont is-sejbiet ta’ stħarriġ li wettqet l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali fl-2014, il-parti l-kbira tan-nisa li jisfaw vittmi tal-vjolenza ma jagħmlux rapport lill-pulizija dwar dak li jkun ġara;

AN.  billi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi (SRHR) huma msejsa fuq drittijiet bażiċi tal-bniedem u huma elementi essenzjali tad-dinjità tal-bniedem(32); billi l-projbizzjoni ta’ abort biex tissalva ħajja tikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;

AO.  billi t-traffikar u l-isfruttament sesswali tan-nisa u tat-tfal huma ksur ċar tad-drittijiet tal-bniedem, tad-dinjità tal-bniedem u tal-prinċipji fundamentali tad-dritt u tad-demokrazija; billi llum il-ġurnata n-nisa huma aktar vulnerabbli għal dan it-tip ta’ riskji minħabba ż-żieda fl-inċertezza ekonomika u r-riskju ogħla ta' qgħad u ta' faqar;

AP.  billi l-vjolenza kontra n-nisa bħala forma ta’ diskriminazzjoni msejsa fuq il-ġeneru mhix inkluża espliċitament fid-dritt Ewropew, u hi preżenti biss fi tliet ordinamenti ġuridiċi nazzjonali (Spanja, l-Isvezja u l-Ġermanja), bir-riżultat li mhix meqjusa bħala kwistjoni ta’ ugwaljanza sostantiva; billi l-Istati Membri jadottaw approċċ ad hoc għad-definizzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza sessista, b’definizzjonijiet li jvarjaw ħafna fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u dan ifisser li d-data ma tistax titqabbel;

AQ.  billi l-Istati Membri m’għandhomx immunità mill-pjaga tal-mutilazzjoni ġenitali, li hu rappurtat li sfaw vittma tagħha mal-500 000 persuna fl-UE, waqt li 180 000 oħra jinsabu f’riskju li jisfaw vittmi tagħha;

AR.  billi fl-UE u l-Istati Membri għadhom iseħħu għadd kbir ta’ każijiet ta' ksur tad-drittijiet fundamentali, kif jixhdu, pereżempju, is-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u kif jissemma fir-rapporti mill-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-Kunsill tal-Ewropa u n-NU, bħall-ksur tad-dritt tal-libertà tal-għaqda u tal-espressjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, id-diskriminazzjoni istituzzjonali kontra persuni LGBTI permezz tal-projbizzjoni taż-żwiġijiet u leġiżlazzjonijiet kontra l-propoganda, u l-livelli għolja li għad fadal ta’ diskriminazzjoni u delitti ta' mibegħda mmotivati mir-razziżmu, il-ksenofobija, l-intolleranza reliġjuża, jew il-preġudizzju kontra d-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru ta’ persuna; billi r-reazzjonijiet tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Istati Membri mhumiex tal-livell meħtieġ, meta wieħed iqis il-gravità ta' dawn il-każijiet ta' ksur rikorrenti;

AS.   billi s-soċjetajiet li fihom id-drittijiet fundamentali jiġu implimentati bis-sħiħ u ssalvagwardjati għandhom aktar ċansijiet li jiżviluppaw ekonomija dinamika u kompetittiva;

AT.   billi r-Rom, l-akbar minoranza etnika fl-Ewropa, għadhom qed ikunu vittmi ta’ diskriminazzjoni severa, attakki razzisti, diskors ta' mibegħda, faqar u esklużjoni;

AU.  billi l-azzjoni esterna Ewropea hija bbażata fuq l-istess prinċipji li huma sottostanti għat-twaqqif u l-iżvilupp tal-UE, jiġifieri d-demokrazija, is-solidarjetà, id-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali kollha; billi fil-politiki esterni tal-UE ġew żviluppati linji gwida speċifiċi tad-drittijiet tal-bniedem , iżda dan ma kienx il-każ fir-rigward tal-politiki interni tagħha, u dan jista' jwassal għal allegazzjonijiet ta' standards doppji; billi huwa essenzjali li l-promozzjoni mill-Unjoni tad-drittijiet fundamentali fil-qafas tal-azzjoni esterna tagħha għandu jkollha bħala korollari politika interna robusta u sistematika ta’ monitoraġġ tar-rispett ta’ dawn id-drittijiet fi ħdan l-UE nnifisha;

AV.  billi d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data personali għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’ skop, dak ta’ neċessità u dak ta’ proporzjonalità, anke fil-kuntest tan-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, kif ġie enfasizzat bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tas-6 ta’ April 2014 li invalidat id-Direttiva 2006/24/KE u bl-opinjonijiet tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data;

AW.  billi d-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u għall-protezzjoni tad-data personali huma mnaqqxa fil-Karta u għaldaqstant huma komponent integrali tad-dritt primarju tal-UE;

AX.  billi t-teknoloġiji ġodda jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali kif preskritt fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta;

AY.  billi l-aċċess tal-massa għall-internet kompla jiftaħ jerġa’ aktar opportunitajiet għat-twettiq ta’ azzjonijiet dannużi kontra l-integrità fiżika u morali tan-nisa, permezz, pereżempju, tas-solleċitazzjoni online;

AZ.  billi l-evoluzzjoni rapida tad-dinja diġitali (inkluż iż-żieda fl-użu tal-Internet, tal-applikazzjonijiet u tan-netwerks soċjali) toħloq il-ħtieġa ta’ żieda fil-protezzjoni tad-data personali u tal-ħajja privata sabiex tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tagħhom;

BA.  billi l-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem u l-opportunitajiet indaqs jeħtieġ jiġu żgurati għaċ-ċittadini kollha tal-UE, inklużi l-persuni li jappartienu għall-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi;

BB.  billi fl-Ewropa, skont id-WHO, mill-inqas 850 tifel u tifla ta’ inqas minn 15-il sena jmutu kull sena b’riżultat ta’ maltrattament;

BC.  billi skont stħarriġ tal-FRA dwar id-diskriminazzjoni u d-delitti ta’ mibegħda kontra persuni LGBTI, apparti d-diskriminazzjoni u l-vjolenza li tagħhom huma vittmi, kważi nofs il-persuni LGBTI kollha li wieġbu għall-istħarriġ “kienu jqisu li l-lingwaġġ offensiv dwar persuni LGBTI min-naħa tal-politikanti kien mifrux ħafna fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom”;

BD.  billi l-persuni LGBTI huma vittmi ta’ diskriminazzjoni istituzzjonali jew minħabba l-projbizzjoni tal-unjonijiet ċivili jew minħabba l-eżistenza ta’ liġijiet li jipprojbixxu d-dikjarazzjoni tal-orjentazzjoni sesswali;

BE.  billi l-persuni b’diżabilità iħabbtu wiċċhom ma’ ħafna forom differenti ta’ diskriminazzjoni li jżommuhom milli jeżerċitaw għalkollox id-drittijiet fundamentali tagħhom;

BF.  billi għal persuni bʼdiżabbiltà r-rata tal-faqar hi 70 % ogħla mill-medja, minn banda minħabba aċċess limitat għall-impjiegi;

BG.  billi s-sekulariżmu u n-newtralità joffru l-garanziji l-aktar effettivi ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni lejn il-komunitajiet reliġjużi differenti li jifformaw parti minn kwalunkwe stat partikolari;

BH.  billi l-libertà tal-istampa u l-libertà tal-operat għall-gruppi tas-soċjetà ċivili bħalma huma l-NGOs huma ċentrali għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; billi din il-libertà ġiet serjament mhedda permezz tal-adozzjoni ta’ liġijiet jew interventi diretti mill-awtoritajiet f’għadd ta’ Stati Membri;

BI.  billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tgħid li l-anzjani għandhom id-dritt “li jgħixu ħajja dinjituża u indipendenti u li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali”;

BJ.  billi, minkejja li huwa minnu li l-pieni proporzjonati għad-delitti mwettqa huma deterrent għall-ksur tad-drittijiet fundamentali, l-għan ewlieni xorta waħda jeħtieġ li jibqa’ l-prevenzjoni (permezz ta’ miżuri edukattivi u kulturali), aktar milli li jittieħdu miżuri wara li jkun seħħ il-fatt;

BK.  billi l-effikaċja ta’ istituzzjonijiet speċjalizzati bħalma huma l-istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem jew korpi tal-ugwaljanza hija importanti biex iċ-ċittadini jiġu megħjuna jinfurzaw aħjar id-drittijiet fundamentali tagħhom sal-punt li l-Istati Membri japplikaw il-liġi tal-UE;

BL.  billi d-dritt li dak li jkun jivvota u li joħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet lokali u tal-Parlament Ewropew fl-Istat Membru ta’ residenza huwa rikonoxxut fl-Artikoli 39 u 40 tal-Karta; billi l-eżerċitar tad-dritt għall-mobilità m’għandux jostakola dan id-dritt;

BM.  billi kienet dgħajfa r-reazzjoni tal-Kummissjoni u l-Istati Membri għar-revelazzjonijiet ta' Edward Snowden dwar operazzjonijiet massivi ta' spjunaġġ bl-użu tal-internet u netwerks tat-telekomunikazzjonijiet bħala parti mill-programm PRISM tal-NSA li jimmiraw ukoll fuq pajjiżi Ewropej, u billi jinsab imħassab għall-fatt li dawn naqsu li jinfurzaw miżuri biex jipproteġu liċ-ċittadini Ewropej jew liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgħixu fl-Ewropa;

1.  Iqis li huwa fundamentali li jiġi ggarantit ir-rispett sħiħ tal-valuri komuni Ewropej stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE, kemm fil-leġiżlazzjoni Ewropea kif ukoll fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, fil-politiki pubbliċi u l-implimentazzjoni tagħhom, filwaqt li jiġi rispettat għalkollox il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

2.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-leġiżlazzjoni kollha tal-UE, inklużi l-programmi ta' aġġustament ekonomiku u finanzjarju, tiġi implimentata skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Karta Soċjali Ewropea (Artikolu 151 tat-TFUE);

3.  Jinnota li l-Artikolu 6 tat-TUE jirrikjedi li l-Unjoni taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali; jieħu nota tal-Opinjoni 2/2013 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jistabbilixxu l-istrumenti meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-imsemmi obbligu – minqux fit-Trattati – jitwettaq mingħajr dewmien żejjed; iqis li dan jeħtieġ li jsir fuq il-bażi ta’ trasparenza sħiħa, peress li se jipprovdi mekkaniżmu addizzjonali biex jiżdied ir-rispett ġenwin u biex tiġi infurzata l-protezzjoni tal-individwi kontra l-ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom, inkluż id-dritt għal rimedju effettiv, u biex l-istituzzjonijiet Ewropej ikunu aktar responsabbli għall-azzjonijiet jew nuqqasijiet tagħhom fir-rigward tad-drittijiet fundamentali;

4.   Jilqa’ l-ħatra tal-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni b’setgħat relatati mar-rispett għall-istat tad-dritt u l-Karta, u jieħu nota tal-impenn tiegħu li jinforza kif jixraq il-qafas eżistenti; jistenna li jara strateġija interna dwar id-drittijiet fundamentali li tiġi adottata fil-ġejjieni qrib, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet l-oħra u b’konsultazzjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ rappreżentanza tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra; iqis li l-istrateġija għandha tkun imsejsa fuq l-Artikoli 2, 6 u 7 tat-TUE, u għandha tkun konsistenti mal-prinċipji u l-objettivi inkorporati fl-Artikoli 8 u 10 tat-TFUE; jiddeplora n-nuqqas ta’ rieda politika li jiġi invokat l-Artikolu 7 tat-TUE kontra l-Istati Membri responsabbli għal ksur tad-drittijiet fundamentali biex jippenalizzahom u jopera bħala deterrent;

5.   Jissottolinja l-ħtieġa li jsir użu sħiħ mill-mekkaniżmi eżistenti biex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali u l-valuri tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jiġu rispettati, protetti u promossi; jenfasizza li f'dan ir-rigward l-istrumenti kollha li hemm dispożizzjonijiet għalihom attwalment fit-Trattati jeħtieġ li jiġu applikati u implimentati b'mod urġenti;

6.  Jenfasizza li għandu jsir użu sħiħ mill-mekkaniżmi eżistenti, billi jiġu varati valutazzjonijiet u investigazzjonijet oġġettivi u jinbdew proċedimenti ta’ ksur jekk każ ikollu raġunijiet sodi;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li possibilment isiru bidliet fit-trattati bil-għan li jkompli jissaħħaħ il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fit-Trattati tal-UE;

8.  Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar qafas ġdid tal-UE għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt, li jirrappreżenta l-ewwel tentattiv biex jimtlew il-lakuni attwali fir-rigward tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-każijiet ta' ksur tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri; jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati regolarment dwar il-progress li jsir f’kull stadju; iqis, madankollu, li l-qafas propost jista’ ma jkunx deterrent suffiċjenti jew effettiv meta niġu għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri, għax il-Kummissjoni ippreżentat dan il-Qafas fis-sura ta’ komunikazzjoni mhux vinkolanti li ma tispeċifikax meta għandu jiġi attivat il-qafas;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta u ttejjeb aktar dan il-mekkaniżmu bil-għan li:

   (a) tinkludih fl-istrateġija interna dwar id-drittijiet fundamentali, minħabba li l-istat tad-dritt huwa prerekwiżit għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri tagħha;
   (b) tagħmel użu aħjar mill-għarfien espert tal-Kunsill tal-Ewropa u tistabbilixxi kanal ta' kooperazzjoni formali rigward kwistjonijiet relatati mal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;
   (c) tiddefinixxi b'termini ċari l-kriterji ta' applikazzjoni tiegħu u tiżgura li l-implimentazzjoni proattiva u trasparenti tiegħu jirnexxilha tipprevjeni milli jseħħ ksur tad-drittijiet fundamentali; b’mod partikolari, tiddefinixxi l-kriterji għal “riskju ċar ta’ ksur” u “ksur serju u persistenti”, li jibnu inter alia fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; tikkunsidra li tistabbilixxi dawn il-kriterji b’tali mod li kull ksur jista’ awtomatikament jiskatta l-applikazzjoni tal-qafas;
   (d) tagħti bidu għal proċeduri ta’ ksur li jistgħu jwasslu wkoll għal sanzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu 260 tat-TFUE, fil-każ li l-FRA tidentifika ksur sistemiku jew sinifikanti tal-Artikolu 2 tat-TUE;
   (e) tiżgura l-iskattar awtomatiku tal-proċedura skont l-Artikolu 7 tat-TUE, f’każ li l-proċess bi tliet stadji previst mill-qafas ma jirnexxilux jirriżolvi l-kwistjoni, filwaqt li tispeċifika liema drittijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Trattati għall-Istat Membru konċernat minbarra d-drittijiet tal-vot fil-Kunsill, jistgħu jiġu sospiżi, sabiex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu imposti aktar sanzjonijiet li jiżguraw il-funzjonament effikaċi tal-qafas b’konformità mad-dritt Ewropew u d-drittijiet fundamentali;
   (f) tistipula li l-proposti leġislattivi, il-politiki u l-azzjonijiet kollha tal-UE, inklużi dawk tal-qasam ekonomiku u tar-relazzjonijiet esterni u l-miżuri kollha ffinanzjati mill-UE, għandhom jikkonformaw mal-Karta u ssirilhom valutazzjoni ex ante u ex post tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali, kif ukoll li tinkludi pjan ta’ azzjoni proattiv li jiżgura l-applikazzjoni effiċjenti tal-istandards eżistenti u jidentifika l-oqsma fejn ir-riformi huma meħtieġa; f’dan ir-rigward, jemmen li l-għarfien espert indipendenti estern tal-FRA għandu jintuża bis-sħiħ mill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament waqt il-leġiferazzjoni u l-iżvilupp tal-politiki;
   (g) tiżviluppa, b'kooperazzjoni mal-FRA u l-korpi nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fl-Istati Membri, kif ukoll bil-kontribut mill-usa' rappreżentanza tas-soċjetà ċivili, bażi tad-data li tiġbor u tippubblika d-data u r-rapporti kollha disponibbli dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE u fl-Istati Membri individwali;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-istrateġija interna msemmija hawn fuq tkun akkumpanjata minn mekkaniżmu ġdid ċar u dettaljat, ibbażat fuq id-dritt internazzjonali u Ewropew u jħaddan il-valuri kollha protetti permezz tal-Artikolu 2 tat-TUE, sabiex tiġi żgurata koerenza mal-Qafas Strateġiku dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija li diġà huwa applikat fir-relazzjonijiet esterni tal-UE u jagħmel lill-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri responsabbli għall-azzjonijiet u għan-nuqqasijiet tagħhom fir-rigward tad-drittijiet fundamentali; jemmen li dan il-mekkaniżmu għandu jippermetti l-monitoraġġ tal-osservanza tal-Istati Membri kollha tal-UE fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u jiddisponi għal djalogu sistematiku u istituzzjonalizzat u f’każ ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali minn Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri; jemmen li biex tagħmel użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet tat-Trattati, il-Kummissjoni għandha:

   (a) tistabbilixxi tabella ta’ valutazzjoni fuq il-bażi ta’ indikaturi komuni u oġġettivi li permezz tagħhom se jitkejlu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; dawn l-indikaturi għandhom jirriflettu l-kriterji politiċi ta’ Kopenħagen li jirregolaw l-adeżjoni u l-valuri u d-drittijiet preskritti fl-Artikolu 2 tat-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u għandhom jiġu mfassla abbażi tal-istandards eżistenti; f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li twessa’ l-ambitu tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE biex tkopri l-valutazzjoni perjodika għal kull stat għalih tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;
   (b) tiżgura monitoraġġ kostanti, ibbażat fuq it-tabella ta’ valutazzjoni stabbilita u sistema ta’ valutazzjoni annwali tal-pajjiż, li għandhom jiġu żviluppati b’kooperazzjoni mal-Kunsill u l-Parlament, tar-rispett għall-istat tad-dritt u s-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u li jkunu bbażati fuq data pprovduta mill-FRA, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta’ Venezja tiegħu, u l-NGOs;
   (c) tipproponi, f’dan ir-rigward, li ssir reviżjoni tar-Regolament tal-FRA sabiex il-FRA tingħata setgħat usa’ u aktar riżorsi umani u finanzjarji, sabiex tkun tista’ timmonitorja s-sitwazzjoni fl-Istati Membri u tippubblika rapport annwali ta’ monitoraġġ li jkun jinkludi valutazzjoni dettaljata tal-prestazzjoni ta’ kull Stat Membru;
   (d) toħroġ twissija formali jekk, abbażi tat-tabella ta’ valutazzjoni stabbilita u r-rapport annwali ta’ monitoraġġ imsemmi hawn fuq, l-indikaturi juru li l-Istati Membri qed jiksru l-istat tad-dritt jew id-drittijiet fundamentali; din it-twissija formali għandha b’mod sistematiku tkun akkumpanjati mill-varar ta’ djalogu istituzzjonalizzat li jinvolvi – flimkien mal-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat – lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Parlament tal-Istat Membru kkonċernat;
   (e) tikkontribwixxi lejn it-titjib tal-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, il-Kunsill tal-Ewropa, in-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; tintensifika l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri, inkluż bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali;

11.  Jilqa' l-fatt li l-Kunsill se jorganizza dibattiti dwar l-istat tad-dritt; iqis, madankollu, li tali dibattiti mhumiex l-aktar mod effettiv biex jiġi riżolt kwalunkwe nuqqas ta' rispett għall-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Parlament la huwa infurmat u lanqas ma huwa involut fl-organizzazzjoni ta' dawn id-dibatti; jistieden lill-Kunsill jibbaża d-dibattiti tiegħu fuq ir-riżultati tar-rapporti annwali u speċifiċi tal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, is-soċjetà ċivili, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta' Venezja tiegħu u partijiet oħra involuti, kemm dawk istituzzjonali u kemm dawk li mhumiex;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestigaw kwalunkwe allegazzjoni ta' ksur tad-drittijiet fundamentali garantiti mill-Karta, u li jwettqu segwitu ta’ dawn l-allegazzjonijiet jekk jirriżulta li huma veri; iħeġġeġ b’mod partikolari lill-Kummissjoni tagħti bidu għal proċedura ta’ ksur f’każ li xi Stat Membru ikun issuspettat li aġixxa bi ksur ta’ dawk id-drittijiet;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar prijorità lill-preparazzjoni għall-adeżjoni tal-Unjoni mal-Karta Soċjali Ewropea, iffirmata fʼTurin fit-18 taʼ Ottubru 1961 u riveduta fi Strasburgu fit-3 taʼ Mejju 1996;

14.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu u jsaħħu l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-Drittjiet tal-Bniedem skont il-"Prinċipji ta' Pariġi" biex jiżguraw il-promozzjoni u l-protezzjoni indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell nazzjonali;

15.  Jitlob li jkun hemm garanzija ta’ koordinazzjoni u koerenza aqwa bejn l-attivitajiet tal-Parlament, il-Kunsill tal-Ewropa, il-FRA u l-EIGE;

16.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda allarmanti fil-għadd ta’ każijiet ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Unjoni Ewropea, partikolarment fl-oqsma tal-immigrazzjoni u l-asil, id-diskriminazzjoni u l-intolleranza – partikolament lejn ċerti komunitajiet – kif ukoll fl-għadd ta’ każijiet ta’ attakki imwettqa u l-pressjoni li qed tiġi eżerċitata fuq l-NGOs li jiddefendu d-drittijiet ta’ dawn il-gruppi u komunitajiet; jinnota n-nuqqas ta’ rieda tal-Istati Membri li jiżguraw ir-rispett ta’ dawn il-libertajiet u drittijiet fundamentali, partikolarment fir-rigward tar-Rom, in-nisa, il-komunità LGBTI, l-applikanti għall-asil, l-immigranti u gruppi vulnerabbli oħra;

17.  Jistieden lill-Kunsill isib bażi komuni dwar il-kontenut preċiż tal-prinċipji u l-istandards li joriġinaw mill-istat tad-dritt li jvarjaw fil-livell nazzjonali, u jikkunsidra d-definizzjoni eżistenti tal-istat tad-dritt tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja bħala punt ta' tluq għad-dibattitu, inklużi: il-legalità, li timplika proċess trasparenti, obbligat li jagħti rendikont u demokratiku għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; iċ-ċertezza ġuridika; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; il-qrati indipendenti u imparzjali; rieżami ġudizzjarju effettiv inkluż ir-rispett għad-drittijiet fundamentali; u l-ugwaljanza quddiem il-ġustizzja;

18.  Ifakkar li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prerekwiżit għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u li l-miżuri ta’ sigurtà m’għandhomx jikkompromettuhom, skont l-Artikolu 52 tal-Karta; ifakkar ukoll li skont l-Artikolu 6 tal-Karta kull persuna għandha d-dritt għal-libertà u s-sigurtà tal-persuna;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jiżguraw li d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali – kif stabbiliti, b’mod partikolari, fit-Trattati, fil-Karta u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem – jiġu integrati mill-bidu nett fil-politiki u l-miżuri ta’ sigurtà interna, kif issuġġerit fid-dokument ta’ fokus tal-FRA “Embedding fundamental rights in the security agenda” (L-integrazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-aġenda tas-sigurtà); iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jintegraw miżuri ta' inklużjoni soċjali u ta’ nondiskriminazzjoni fl-istrateġiji tas-sigurtà interna tal-ġejjieni;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-FRA, issaħħaħ il-miżuri u l-programmi ta' sensibilizzazzjoni, ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ fir-rigward tad-drittijiet fundamentali; dawn il-programmi għandhom jimmiraw li jistabbilixxu l-koeżjoni u l-fiduċja bejn is-sħab soċjali kollha u jinvolvu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-uffiċċji nazzjonali tal-ugwaljanza u ta’ kontra d-diskriminazzjoni;

21.  Jenfasizza li r-rwol tal-Kummissjoni bħala l-għassiesa tat-Trattati mhux limitat għall-iżgurar li l-leġiżlazzjoni tiġi trasposta mill-Istati Membri, iżda jestendi wkoll għall-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġijiet, b’mod partikolari bil-għan li jiġu mħarsa d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini; jiddispjaċih għall-limitazzjoni effettiva tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta minħabba interpretazzjoni eċċessivament restrittiva tal-Artikolu 51 tagħha, li jinqara bħala li qed iwaqqafha milli tkopri l-infurzar tal-liġi tal-UE; huwa tal-fehma li dan l-approċċ għandu jiġi rivedut biex jissodisfa l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE fir-rigward tad-drittijiet fundamentali tagħhom; ifakkar li l-aspettattivi taċ-ċittadini jmorru lil hinn mill-interpretazzjoni stretta tal-Karta u li l-objettiv għandu jkun li dawn id-drittijiet isiru effettivi kemm jista’ jkun; jiddispjaċih, għalhekk, li l-Kummissjoni tinvoka n-nuqqas ta’ kompetenza f’bosta tweġibiet għall-petizzjonijiet li jilmentaw minn ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali; f’dan l-ambitu, jitlob li jinħoloq mekkaniżmu għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni sistematika u l-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet, biex titrawwem osservanza globali tal-valuri fundamentali fl-Istati Membri;

22.  Ifakkar fl-importanza kruċjali tat-traspożizzjoni u tal-implimentazzjoni f’waqthom u korretti tad-dritt tal-UE, speċjalment meta dan jolqot jew jiżviluppa d-drittijiet fundamentali;

Il-Libertà u s-Sigurtà

Il-libertà tal-espressjoni u l-midja

23.  Ifakkar li l-libertà tal-espressjoni, tal-informazzjoni u tal-midja hi fundamentali biex jiġu żgurati d-demokrazija u l-istat tad-dritt; jikkundanna b’qawwa l-vjolenza, il-pressjoni u t-theddidiet kontra l-ġurnalisti u l-midja, fosthom dawk marbuta mad-divulgazzjoni tal-għejun tagħhom u informazzjoni dwar każi ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali mwettaq mill-gvernijiet u mill-istati; jistieden lill-Istati Membri joqogħdu lura milli japplikaw miżuri biex jimpedixxu dawk il-libertajiet; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex teżamina mill-ġdid u temenda d-direttiva dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżivi skont kif indikat mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat- 22 ta’ Mejju 2013;

24.  Jenfasizza li l-midja pubbliċi, indipendenti, ħielsa, imħallta u pluralisti, flimkien mal-ġurnalisti, kemm online kif ukoll offline, huma element fundamentali tad-demokrazija; jemmen li s-sjieda u l-ġestjoni tal-midja m’għandhomx ikunu kkonċentrati; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li t-trasparenza tas-sjieda tal-midja hija kruċjali għall-monitoraġġ ta’ investimenti li jistgħu jinfluwenzaw l-informazzjoni mogħtija; jitlob li jiġu żviluppati regoli ekonomiċi adegwati u ġusti, sabiex jiġi ggarantit ukoll il-pluraliżmu tal-midja online; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta’ azzjoni biex tiżgura li l-midja kollha tkun tirrispetta standards minimi ta’ indipendenza u kwalità;

25.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-miżuri dejjem aktar repressivi meħuda f'xi Stati Membri kontra l-movimenti soċjali u d-dimostrazzjonijiet, il-libertà tal-għaqda u l-libertà tal-kelma, partikolarment fir-rigward tal-użu sproporzjonat tal-forza kontra dimostranti paċifiċi, u l-għadd żgħr ta’ investigazzjonijiet tal-pulizija u tal-qrati f’dan il-qasam; jistieden lill-Istati Membri jipproteġu l-libertà tal-għaqda u ma jadottawx miżuri li jqajmu dubji jew saħansitra jikkriminalizzaw l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, bħalma huma d-dritt għall-ipprotestar u għall-istrajkjar jew id-dritt tal-għaqda u dak ta’ assoċjazzjoni u l-libertà tal-espressjoni; jesprimi tħassib kbir dwar il-liġijiet nazzjonali f’għadd ta’ Stati Membri li jolqtu lid-drittijiet fundamentali fl-ispazji pubbliċi u li jillimitaw id-dritt ta’ għaqda; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja u tindirizza l-interferenzi serji mad-drittijiet fundamentali kkawżati mil-liġijiet nazzjonali li jistabbilixxu restrizzjonijiet fl-ispazji pubbliċi għal raġunijiet ta’ sigurtà;

26.  Jinnota li l-każijiet ta’ terroriżmu wasslu lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jintensifikaw il-miżuri ta’kontra t-terroriżmu u ta’ kontra r-radikalizzazzjoni; iħeġġeġ lill-UE u lill-awtoritajiet nazzjonali jadottaw miżuri bħal dawn b’rispett sħiħ tal-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-dritt għal difiża legali, il-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt għal proċess ġust, u d-dritt għar-rispett tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali; jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jivvalutaw bi trasparenza sħiħa kwalunkwe abbozz jew proposta għal strumenti regolatorji u leġiżlattivi antiterroristiċi mil-lat tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 2 tat-TUE u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

27.  Jirrikonoxxi li n-natura mifruxa taċ-ċiberkriminalità u ċ-ċiberterroriżmu transnazzjonali toħloq sfidi u tħassib serji dwar il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-ambjent tal-internet; iqis li huwa essenzjali li l-UE tiżviluppa għarfien espert avvanzat fil-qasam taċ-ċibersigurtà sabiex tiżgura konformità aqwa fiċ-ċiberspazju mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta;

28.  Jilqa’ r-rapport mis-Senat tal-Istati Uniti dwar il-programmi ta’ detenzjoni u ta’ interrogazzjoni tas-CIA; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jittollerawx it-tortura jew forom oħra ta’ trattament inuman u degradanti fit-territorju tagħhom; itenni l-istediniet tiegħu lill-Istati Membri biex jiżguraw l-obbligu ta’ rendikont għall-ksur tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tat-trasportazzjoni u d-detenzjoni illegali ta’ priġunieri f’pajjiżi Ewropej mis-CIA; iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu investigazzjonijiet miftuħa u trasparenti biex tinstab il-verità dwar l-użu tat-territorju u tal-ispazju tal-ajru tagħhom u biex joffru kooperazzjoni sħiħa mal-inkjesta tal-Parlament Ewropew dwar il-kwistjoni, li riċentement reġgħet infetħet, u s-segwitu tagħha; jitlob għall-protezzjoni ta’ dawk li jiżvelaw ksur bħal dan, bħalma huma l-ġurnalisti u l-informaturi;

29.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti ripetuti dwar l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali tal-UE, u tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data b’mod partikolari, li seħħ mill-attivitajiet tas-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi terzi li jippermettu ż-żamma tad-data tal-komunikazzjonijiet elettroniċi taċ-ċittadini Ewropej u l-aċċess għaliha; jikkundanna bil-qawwa l-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-massa li ġew skopert li ilhom jitwettqu mill-2013, u jiddeplora l-fatt li dawn qed ikomplu jitwettqu; jitlob għal kjarifika ta’ dawn l-attivitajiet u b’mod partikolari dwar l-involviment attwali ta’ għadd ta’ Stati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu għalkollox ir-rekwiżiti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament kif stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2014 dwar il-programm ta’ sorveljanza tal-NSA tal-Istati Uniti, il-korpi ta’ sorveljanza f’diversi Stati Membri u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u dwar il-kooperazzjoni transatlantika fil-Ġustizzja u l-Intern; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-attivitajiet tas-servizzi ta’ intelligence tagħhom ikunu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u jkunu soġġetti għall-iskrutinju parlamentari u ġudizzjarju;

30.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali mill-Istati Membri li tippermetti sorveljanza komprensiva, u jtenni l-ħtieġa li jkun hemm strumenti ta’ sigurtà li jkollhom mira speċifika, ikunu strettament meħtieġa u proporzjonati f’soċjetà demokratika; itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jadottaw sistema ta’ protezzjoni tal-informaturi;

31.  Jinsab imħasseb li ċ-ċittadini mhumiex konxji għalkollox mid-drittijiet tagħhom għall-protezzjoni tad-data u l-privatezza u mill-mezzi ta’ rimedju ġuridiku disponibbli għalihom; jenfasizza, f’dan ir-rigward, ir-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data biex jiddefendu dawn id-drittijiet u jieħdu ħsieb is-sensibilizzazzjoni dwarhom; iqis li huwa essenzjali li l-pubbliku, b’mod partikolari t-tfal, isir familjari mal-importanza tal-protezzjoni tad-data personali fiċ-ċiberspazju, u l-perikli li hu espost għalihom; jistieden lill-Istati Membri jvaraw kampanji ta’ sensibilizzazzjoni fl-iskejjel; jenfasizza li fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi rapidi u ż-żieda fl-attakki ċibernetiċi, hemm bżonn li tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tad-data personali, b’fokus qawwi fuq is-sigurtà tal-ipproċessar u l-ħżin; għalkemm id-dritt li wieħed jintesa mhuwiex assolut u se jeħtieġ li jiġi bbilanċjat b’paragun ma’ drittijiet fundamentali oħra, jeħtieġ li l-individwi jingħataw id-dritt li d-data personali tagħhom fuq l-internet tiġi rettifikata; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar id-diffikultà li għandhom il-parti l-kbira tal-utenti tal-internet biex jiżguraw li d-drittijiet tagħhom jiġu rispettati fl-isfera diġitali; jistieden lill-Kunsill jagħmel progress rapidu fuq il-pakkett tal-protezzjoni tad-data, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-data fl-UE kollha;

32.  Ifakkar li l-Istati Membri jeħtieġ jiżguraw li s-servizzi tal-intelligence tagħhom joperaw b’mod leċitu u f’konformità sħiħa mat-Trattati u mal-Karta; jistieden f’dan ir-rigward lill-Istati Membri jiżguraw li l-liġi nazzjonali tkun tippermetti biss il-ġbir u l-analiżi ta’ data personali (inkluża l-hekk imsejħa metadata) bil-kunsens tal-persuna kkonċernata jew wara ordni tal-qorti mogħtija fuq il-bażi ta’ suspett raġonevoli li l-persuna tkun involuta f’attività kriminali;

33.  Jenfasizza li l-ġbir u l-ipproċessar illegali tad-data għandhom jiġu penalizzati bl-istess mod bħall-ksur tal-kunfidenzjalità tradizzjonali tal-korrispondenza; jinsisti li l-ħolqien ta’ ‘backdoors’ jew kwalunkwe teknika oħra biex idgħajfu jew jevadu l-miżuri ta’ sigurtà jew biex jisfruttaw nuqqasijiet eżistenti għandu jkun ipprojbit b’mod strett;

34.   Jiddeplora l-pressjoni li qed titqiegħed fuq l-intrapriżi privati minn korpi kemm pubbliċi kif ukoll privati sabiex jingħataw aċċess għad-data tal-utenti tal-Internet, jikkontrollaw il-kontenut fuq l-Internet jew jitfgħu fil-periklu l-prinċipju tan-newtralità tal-Internet;

35.  Jenfasizza li s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali fis-soċjetà tal-informatika ta’ llum hija kwistjoni ewlenija għall-UE, għax l-użu dejjem jikber tat-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni (ICT) joħloq theddidiet ġodda kontra d-drittijiet fundamentali fiċ-ċiberspazju, li l-protezzjoni tagħhom jeħtieġ tissaħħaħ billi jiġi żgurat li dawn ikunu promossi u protetti online bl-istess mod u sal-istess livell bħal fid-dinja offline;

36.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja b’mod intensiv l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE f’dan il-qasam u jqis li l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali fil-prattika permezz ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni effettivi biex jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-vittmi;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri juru l-akbar viġilanza rigward l-impatt li ċertu teknoloġiji ġodda, bħal pereżempju d-drones, jista’ jkollhom fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali;

38.  Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-edukazzjoni fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u ż-żieda fl-intolleranza u l-estremiżmu fost iż-żgħażagħ;

39.  Jiddeplora l-atti ta' diskriminazzjoni, jekk mhux brutalità, imwettqa mill-forzi tal-pulizija f'xi Stati Membri kontra gruppi ta' minoranzi bħall-migranti, ir-Rom, persuni LGBTI, jew persuni b'diżabilità; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestigaw u jikkastigaw tali azzjonijiet; jemmen li l-forzi tal-pulizija għandhom isiru aktar konxji tad-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra dawn il-minoranzi, u jiġu mħarrġa sabiex jindirizzawhom; jistieden lill-Istati Membri jirbħu lura l-fiduċja li l-minoranzi għandu jkollhom fil-pulizija u jħeġġuhom jirrapportaw l-abbużi; jistieden ukoll lill-awtoritajiet fl-Istati Membri jiġġieldu t-tfassil ta' profili etniċi diskriminatorji mwettaq minn uħud mill-forzi tal-pulizija;

Il-libertà tar-reliġjon u tal-kuxjenza

40.  Jirreferi għall-Artikolu 10 tal-Karta, li jipproteġi l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, inkluża l-libertà ta' kull persuna li tipprattika r-reliġjon tal-għażla tagħha u li tibdel ir-reliġjon jew it-twemmin; iqis li dan ikopri wkoll il-libertà ta’ dawk li ma jemmnux; jikkundanna kull xorta ta’ diskriminazzjoni u intolleranza u jitlob għal projbizzjoni ta’ kull xorta ta’ diskriminazzjoni għal dawn ir-raġunijiet; jiddeplora, f’dan ir-rigward, l-episodji riċenti ta' diskriminazzjoni u vjolenza anti-Semitika u anti-Iżlamika; jistieden lill-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet reġjonali, biex jipproteġu permezz tal-għodod kollha disponibbli, il-libertà tar-reliġjon jew twemmin u biex jippromwovu t-tolleranza u d-djalogu interkulturali permezz ta’ tfassil effettiv tal-politiki, filwaqt li jsaħħu l-politiki kontra d-diskriminazzjoni fejn meħtieġ; ifakkar fl-importanza ta’ stat sekulari newtrali fil-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni kontra kwalunkwe komunità reliġjuża, atea jew anjostika u biex jiġi ggarantit trattament ugwali ta’ kull reliġjon u twemmin; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet dwar id-dagħa u l-insulti reliġjużi fl-Unjoni Ewropea, li jistgħu jolqtu serjament il-libertà tal-espressjoni, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jabolixxuhom; jikkundanna bil-qawwa l-attakki kontra postijiet ta’ qima, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jippermettux li tali reati ma jiġux ikkastigati;

41.  Iħeġġeġ ir-rispett tal-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin fil-parti okkupata ta’ Ċipru, fejn aktar minn 500 monument reliġjuż u kulturali jinsabu f’qagħda ta’ kollass;

42.  Jinsab allarmat minħabba ż-żieda fl-anti-Semitiżmu fl-Ewropa u minħabba l-isforzi dejjem iktar mifruxa biex l-Olokawst jiġi miċħud jew biex titnaqqas l-importanza tiegħu; jinsab imħasseb serjament minħabba li ħafna membri tal-Komunità Lhudija qed jippjanaw li jitilqu mill-Ewropa minħabba d-deterjorament tal-klima ta’ anti-Semitiżmu u diskriminazzjoni u vjolenza kontrihom;

43.  Jesprimi tħassib kbir minħabba ż-żieda fid-dimostrazzjonijiet anti-Iżlamiċi, attakki fuq moskej u t-tendenza mifruxa li l-Iżlam jiġi assoċjat mal-fanatiżmu reliġjuż ta’ minoranza żgħira; jiddeplora d-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra l-komunità Musulmana; jistieden lill-Istati Membri jikkundannaw tali atti b’mod sistematiku u japplikaw tolleranza żero f’dan ir-rigward;

L-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni

44.  Jiddeplora bil-qawwa l-fatt li l-Kunsill għadu ma adottax il-proposta għal direttiva tal-2008 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali; jilqa' l-prijoritizzazzjoni ta' din id-Direttiva mill-Kummissjoni Ewropea; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill sabiex jadotta l-proposta mill-aktar fis possibbli;

45.  Jinnota li l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni u t-tolleranza huma fost il-valuri fundaturi tal-Unjoni, skont l-Artikolu 2 tat-TUE; iqis li huma biss il-politiki mfassla biex jippromwovu kemm l-ugwaljanza formali u kemm dik sostantiva u biex jiġġieldu l-forom kollha ta’ preġudizzju u diskriminazzjoni li jistgħu jippromwovu soċjetà koeżiva billi jkissru s-suriet kollha ta’ preġudizzju li jagħmlu ħsara lill-integrazzjoni soċjali; jiddeplora l-fatt li anke llum il-ġurnata fl-UE għad hemm każijiet ta’ diskriminazzjoni, emarġinazzjoni u anke vjolenza u abbuż ibbażati, b’mod partikolari, fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew twemmin personali, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal xi minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

46.  Iqis li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu lid-diskriminazzjoni u jipproteġu d-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika, u jippromwovu miżuri biex isaħħu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-persuni anzjani, id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, id-drittijiet tal-persuni LGBTI u persuni li jappartienu lill-minoranzi nazzjonali; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jinkludu d-diskriminazzjoni multipla fi ħdan il-politiki tal-ugwaljanza;

47.  Jikkundanna s-suriet kollha ta’ vjolenza u ta’ diskriminazzjoni mwettqa fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u jinsab imħasseb minħabba ż-żieda fil-għadd tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw impenji politiċi speċifiċi biex jiġġieldu kontra kull sura ta’ razziżmu, inklużi l-antisemitiżmu, l-islamofobija, l-afrofobija u l-antiġitaniżmu;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrikonoxxu l-ħtieġa ta’ data dwar l-ugwaljanza li tkun affidabbli u komparabbli biex titkejjel id-diskriminazzjoni, diżaggregata skont ir-raġunijiet tad-diskriminazzjoni, sabiex it-tfassil tal-politika jkun wieħed infurmat, tiġi valutata l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE ta’ kontra d-diskriminazzjoni, u jkun hemm infurzar aħjar tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi standards konsistenti ta’ ġbir tad-data dwar l-ugwaljanza, ibbażati fuq l-awtoidentifikazzjoni, l-istandards tal-UE għall-protezzjoni tad-data u l-konsultazzjoni tal-komunitajiet rilevanti; jistieden lill-Istati Membri jiġbru data dwar ir-raġunijiet kollha ta’ diskriminazzjoni;

49.  Iħeġġeġ lill-UE tadotta direttiva li tikkundanna d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru u li tfittex li tiġġieled lill-preġudizzji u l-clichés dwar in-nisa u l-irġiel fl-edukazzjoni u l-midja;

Il-promozzjoni tal-minoranzi

50.  Jitlob għal konsistenza akbar min-naħa tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-protezzjoni tal-minoranzi; jemmen bil-qawwa li l-Istati Membri kollha, kif ukoll il-pajjiżi kandidati, għandhom ikunu marbuta bl-istess prinċipji u kriterji sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni taʼ standards doppji; jitlob, għalhekk, għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu effettiv biex jissorvelja u jiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-minoranzi tat-tipi kollha kemm fil-pajjiżi kandidati kif ukoll fl-Istati Membri tal-UE;

51.  Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tkun żona li fiha jipprevali r-rispett għad-diversità etnika, kulturali u lingwistika ; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jiżviluppaw sistema ta’ protezzjoni komprensiva tal-UE għall-minoranzi nazzjonali, etniċi u lingwistiċi sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-istandards legali internazzjonali rilevanti u l-prattiki tajba eżistenti, u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw ugwaljanza effettiva ta’ dawn il-minoranzi, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ lingwa, edukazzjoni u kultura; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri li għadhom m’għamlux dan biex jirratifikaw u jimplimentaw b’mod effettiv il-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali; ifakkar ukoll fil-ħtieġa li jiġu implimentati l-prinċipji żviluppati fil-qafas tal-OSKE;

52.  Jikkundanna kull forma ta’ diskriminazzjoni għal raġunijiet tal-użu ta’ lingwa u jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom m’għamlux dan biex jirratifikaw u jimplimentaw b’mod effettiv il-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu kull azzjoni meħtieġa biex jiġi indirizzat b’mod determinat kwalunkwe ostakolu amministrattiv jew leġiżlattiv sproporzjonat li jista’ jxekkel id-diversità lingwistika fil-livell Ewropew jew nazzjonali;

53.  Jenfasizza li l-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza quddiem il-liġi u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi ta’ kwalunkwe raġuni huma l-pedamenti tal-istat tad-dritt; jistieden lill-Istati Membri jadottaw qafas leġiżlattiv nazzjonali biex jindirizzaw il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni u jiggarantixxu implimentazzjoni effettiva tal-qafas legali eżistenti tal-UE;

Is-sitwazzjoni tal-persuni Rom

54.  Jiddeplora t-tendenza dejjem tiżdied lejn sentimenti kontra r-Rom fl-Unjoni Ewropea u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tar-Rom fl-Unjoni Ewropea u l-bosta każijiet ta’ persekuzzjoni, vjolenza, stigmatizzazzjoni, diskriminazzjoni u tkeċċijiet illegali, li jmorru kontra d-drittijiet fundamentali u d-dritt tal-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tieħu azzjoni kontra dawk l-Istati Membri li jippermettu d-diskriminazzjoni u s-segregazzjoni istituzzjonalizzati; jistieden għal darba oħra lill-Istati Membri jimplimentaw b’mod effettiv strateġiji sabiex irawmu inklużjoni reali, biex isegwu azzjoni msaħħa u rilevanti għall-promozzjoni tal-integrazzjoni, b’mod partikolari fl-oqsma tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni, l-impjieg, l-abitazzjoni u l-kura tas-saħħa, u għall-ġlieda kontra l-vjolenza, lid-diskors ta’ mibegħda u d-diskriminazzjoni kontra r-Rom, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri tad-9 ta’ Diċembru 2013;

55.  Jenfasizza l-importanza li jiġu implimentati kif suppost l-istrateġiji nazzjonali tal-integrazzjoni tar-Rom permezz tal-iżvilupp ta’ politiki integrati li jinvolvu l-awtoritajiet lokali, il-korpi mhux governattivi u l-komunitajiet tar-Rom fi djalogu li jibqa’ għaddej kontinwament; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi għal monitoraġġ u koordinazzjoni aħjar tal-implimentazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mar-rappreżentanti tal-popolazzjoni Rom fil-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta’ proġetti li jolqtu lill-komunitajiet tagħhom, bl-użu ta’ fondi disponibbli, inklużi fondi tal-UE, filwaqt li jiġi ssorveljat b’mod strett ir-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-persuni Rom, inkluża l-libertà ta’ moviment, skont id-Direttiva 2004/38/KE dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri;

56.  Jiddeplora d-diskriminazzjoni eżistenti kontra l-persuni Rom fis-sistemi edukattivi nazzjonali u fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-vulnerabilità miżjuda tan-nisa u tat-tfal Rom b'mod partikolari għall-vjolazzjonijiet multipli u simultanji tad-drittijiet fundamentali tagħhom; itenni l-importanza li jiġi protett u promoss l-aċċess indaqs għad-drittijiet kollha għat-tfal Rom;

57.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw il-bidliet leġiżlattivi meħtieġa fir-rigward tal-isterilizzazzjoni u jagħtu kumpens finanzjarju lill-vittmi tal-isterilizzazzjonijiet furzati mwettqa fuq nisa Rom u fuq nisa b’diżabilità mentali, b’konformità mal-ġurisprudenza tal-QEDB;

Il-vjolenza kontra n-nisa u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel

58.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jiġġieldu kontra u jġibu quddiem il-ġustizzja kull forma ta’ vjolenza u diskriminazzjoni kontra n-nisa; jistieden lill-Istati Membri b’mod partikolari biex jittrattaw b’mod effettiv l-effetti tal-vjolenza domestika u l-isfruttament sesswali fil-forom kollha tiegħu, inkluż dak tar-rrfuġjati u tat-tfal migranti, u ż-żwieġ bikri jew furzat;

59.  Jesprimi tħassib dwar il-firxa u s-suriet tal-vjolenza kontra n-nisa fl-UE, kif iddokumentati permezz ta’ stħarriġ fl-UE kollha tal-FRA, li wera li waħda minn kull tliet nisa esperjenzaw vjolenza fiżika u/jew sesswali sa mill-età ta’ 15-il sena, u li huwa stmat li madwar 3.7 miljun mara fl-UE jesperjenzaw vjolenza sesswali fuq perjodu ta’ sena; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrevedu l-leġiżlazzjoni eżistenti u jżommu l-kwistjoni taʼ vjolenza kontra n-nisa fost il-prijoritajiet fl-aġenda, peress li l-vjolenza sessista m’għandhiex tiġi ttollerata; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ ir-ratifiki nazzjonali u tagħti bidu għall-proċedura ta' adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Istanbul mill-aktar fis possibbli; jinnota li l-adeżjoni immedjata tal-Istati Membri kollha mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul għandha twassal għall-iżvilupp ta’ politika integrata u għall-promozzjoni ta’ kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa, inkluż il-fastidju sesswali kemm online kif ukoll offline;

60.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu netwerks ta' ċentri li jipprovdu appoġġ u kenn għan-nisa li jkunu vittmi tat-traffikar u l-prostituzzjoni, li jiżguraw li dawn jirċievu appoġġ psikoloġiku, mediku, soċjali u legali u inkoraġġiment biex isibu impjieg stabbli u l-intitolamenti li jakkumpanjawh;

61.  Jinsab imħasseb serjament dwar il-persistenza tal-prattiki tal-mutilazzjonijiet ġenitali, li jikkostitwixxu forma ta’ vjolenza gravi kontra n-nisa u l-bniet u ksur inaċċettabbli tad-dritt tagħhom għall-integrità fiżika; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jeżerċitaw l-akbar viġilanza u jiġġieldu kontra dawn il-prattiki fit-territorju tagħhom sabiex dawn jintemmu malajr kemm jista’ jkun; jistieden b’mod partikolari lill-Istati Membri jadottaw approċċ strett u dissważiv billi jħarrġu lill-persuni li jaħdmu mal-migranti u jressqu quddiem il-qrati u jikkastigaw b'mod effettiv u sistematiku lil min iwettaq il-mutilazzjoni ġenitali, li m'għandu jkun hemm ebda tolleranza lejha; jinsisti li dan għandu jkun akkumpanjat minn informazzjoni u kampanji ta’ tqajjim tal-kuxjenza mmirati lejn il-gruppi kkonċernati; jilqa’ l-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-asil tikkunsidra l-vittmi tal-mutilazzjonijiet ġenitali bħala persuni vulnerabbli u tinkludi l-mutilazzjonijiet ġenitali fost il-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-għoti tal-asil;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-kontinwità tal-ġbir tad-data dwar il-prevalenza u n-natura tal-vjolenza kontra n-nisa bħala bażi għal politiki robusti maħsuba biex jipprevjenu l-vjolenza u jaqdu l-ħtiġijiet tal-vittmi, inkluż l-ivvalutar tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-UE dwar il-Vittmi (2012/29/UE) u l-organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni kontra l-fastidju sesswali; iqis li l-ġbir tad-data għandu jkompli jinbena fuq l-ewwel stħarriġ madwar l-UE kollha li twettaq mill-FRA, u għandu jkun ibbażat fuq il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea (inkluż l-Eurostat), il-FRA u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE); itenni t-talba lill-Kummissjoni li saret fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Frar 2014 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa biex tippreżenta proposta għal att li jistabbilixxi miżuri għall-promozzjoni u l-appoġġ għall-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, inkluża l-mutilazzjoni ġenitali femminili; u jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-2016 bħala s-sena tal-ġlieda lill-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet;

63.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jiġġieldu u jressqu quddiem il-ġustizzja kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi inizjattiva leġiżlattiva biex tipprojbixxi l-vjolenza kontra n-nisa fl-UE;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni tqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa li titrawwem kultura ta’ rispett u tolleranza bil-għan li tintemm kull forma ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jiggarantixxu l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali li jirrigwardaw ir-rispett u s-salvagwardja tad-drittijiet u s-saħħa sesswali u riproduttiva tan-nisa; jinsisti fuq ir-rwol tal-Unjoni fis-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni tal-aħjar prattiki fuq din il-kwistjoni, peress li s-saħħa hija dritt fundamentali tal-bniedem essenzjali għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-bniedem l-oħra.

65.  Jinsab allarmat dwar il-fatt li n-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, fil-kumpaniji u fil-bordijiet tad-diretturi tagħhom, fix-xjenza u fl-isfera politika, kemm fil-livell nazzjonali u kemm f’dak internazzjonali (kumpaniji kbar, elezzjonijiet nazzjonali u Ewropej) u, b’mod partikolari, fil-livell lokali; jappella sabiex in-nisa jiġu appoġġjati fl-iżvilupp professjonali tagħhom u fl-isforzi tagħhom biex jilħqu karigi eżekuttivi, u jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jagħtu aktar attenzjoni lill-fatt li 17.8 % biss tal-membri tal-bordijiet tal-ikbar kumpaniji kkwotati fil-Borża fl-UE huma nisa;

66.  Jitlob għall-iżblokk tad-direttiva dwar il-liv tal-maternità fil-Kunsill, billi din il-leġiżlazzjoni se tippermetti ugwaljanza reali u konkreta bejn is-sessi, kif ukoll twassal għal armonizzazzjoni fil-livell tal-UE;

67.  Jirrimarka li aktar minn nofs l-istudenti postgradwati kollha huma nisa, u li din id-data mhijiex riflessa fis-suq tax-xogħol, b’mod speċjali f’pożizzjonijiet għolja ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jieħdu kull pass meħtieġ biex jiżguraw parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol u jgħinu lin-nisa jidħlu f’karigi ta’ livell għoli, u speċjalment jilħqu ftehim malajr kemm jista’ jkun dwar proposta għal direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati fil-boroż u miżuri relatati; jiddeplora l-fatt li fl-UE – meta t-tnejn jagħmlu xogħol ugwali – l-introjtu tan-nisa għadu, bħala medja, 16 % inqas minn tal-irġiel; jistieden lill-UE għalhekk tkompli l-ħidma tagħha fl-iżgurar tal-ugwaljanza fis-salarji bejn in-nisa u l-irġiel skont l-Artikolu 157 tat-TFUE, fil-pensjonijiet u fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, inkluż f’pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri; iqis li din l-azzjoni għandha tgħin biex issir il-ġlieda lill-faqar u biex jiġi żgurat li l-Ewropa qed tagħmel użu sħiħ mit-talenti kollu disponibbli; jiddeplora l-fatt li r-rata tal-qgħad tan-nisa għadu ogħla b’mod sinifikanti minn dak tal-irġiel, u jenfasizza li l-indipendenza finanzjarja tan-nisa għanduha tkun komponent tal-ġlieda kontra l-faqar;

68.   Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-monitoraġġ tar-rispett tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-leġiżlazzjoni Ewropea; jistieden lill-Istati Membri jwettqu analiżi simili tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom;

69.  Jirrikonoxxi l-fatt li s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi (SDSR) huma drittijiet fundamentali u huma element essenzjali tad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-awtodeterminazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi l-SDSR, bħala drittijiet bażiċi tal-bniedem, fl-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa li jmiss tagħha sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-politika interna u esterna tal-UE dwar id-drittijet fundamentali kif mitlub mill-Parlament fl-10 ta’ Marzu 2015;

70.  Jirrikonoxxi l-fatt li ċ-ċaħda ta’ abort li jsalva ħajja huwa ksur serju tad-drittijiet fundamentali;

71.  Jistieden lill-Istati Membri, f’kollegament mal-Kummissjoni, jirrikonoxxu d-dritt tal-aċċess għall-kontraċettivi sikuri u moderni u l-edukazzjoni dwar is-sesswalità fl-iskejjel; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkumplementa l-politiki nazzjonali sabiex ittejjeb is-saħħa pubblika, filwaqt li żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat bis-sħiħ;

Id-drittijiet tat-tfal

72.  Jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe forma ta’ vjolenza kontra t-tfal u t-trattament ħażin tagħhom; jistieden lill-Istati Membri, bħala Stati Partijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, biex jieħdu miżuri adegwati sabiex it-tfal jitħarsu mill-forom kollha ta’ vjolenza fiżika u psikoloġika, inklużi l-abbuż fiżiku u sesswali, iż-żwiġijiet furzati, it-tħaddim tat-tfal u l-isfruttament sesswali;

73.  Jikkundanna bil-qawwa l-isfruttament sesswali tat-tfal, b’mod partikolari l-fenomenu dejjem jikber tal-pedopornografija fuq l-internet; iħeġġeġ lill-Unjoni u lill-Istati Membri jingħaqdu fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu lil dawn il-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tat-tfal u biex iqisu kif dovut ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-abbuż sesswali tat-tfal online(33); itenni t-talba tiegħu biex dawk l-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan jittrasponu d-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija; jistieden, barra minn hekk, lill-Unjoni u lil dawk l-Istati Membri li għadhom m’għamlux dan biex jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament Sesswali u l-Abbuż Sesswali;

74.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva 2011/93/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u jsaħħu l-abilità ġuridika, il-kompetenzi tekniċi u r-riżorsi finanzjarji tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex iżidu l-koperazzjoni, inkluża dik mal-Europol, bil-għan li jinvestigaw u jżarmaw in-netwerks ta’ trasgressuri sesswali kontra t-tfal b’mod aktar effikaċi, filwaqt illi jipprijoritizzaw id-drittijiet u s-sikurezza tat-tfal involuti;

75.  Jenfasizza r-rwol tal-professjonisti li jaħdmu mat-tfal, bħalma huma l-għalliema, il-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u l-pedjatriċi, fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' sinjali ta' vjolenza fiżika u psikoloġika kontra t-tfal, inkluż il-bullying fuq l-internet; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li professjonisti bħal dawn jiġu sensibilizzati, u jirċievu t-taħriġ, għal dan l-għan; barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu hotlines fejn it-tfal jistgħu jirrappurtaw kwalunkwe att ta’ trattament ħażin, vjolenza sesswali, intimidazzjoni jew fastidju li titwettaq kontrihom;

76.  Huwa tal-fehma li d-data personali tat-tfal li tinsab online għandha tiġi protetta kif dovut u li t-tfal jeħtieġ li jiġu informati, b’mezzi li jirrispettaw il-fatt li huma tfal, dwar ir-riskji u l-konsegwenzi li jeżistu meta jużaw id-data personali tagħhom online; jistieden lill-Istati Membri jvaraw kampanji ta’ sensibilizzazzjoni fl-iskejjel; jisħaq fuq il-fatt li t-tfassil online ta' profili tat-tfal għandu jiġi pprojbit;

77.  Jikkundanna kull forma ta’ diskriminazzjoni kontra t-tfal u jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu azzjoni magħquda biex tinqered għalkollox id-diskriminazzjoni kontra t-tfal; b’mod partikolari, jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni espliċitament iqisu lit-tfal bħala prijorità meta jkunu qed jipprogrammaw u jimplimentaw il-politiki reġjonali u ta’ koeżjoni;

78.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess effettiv għall-ġustizzja għat-tfal kollha, kemm jekk bħala persuni suspettati, awturi ta’ reat, vittmi jew partijiet involuti fi proċedimenti; jafferma kemm hu importanti li jissaħħu s-salvagwardji proċedurali għat-tfal fi proċedimenti kriminali, b’mod partikolari fil-kuntest tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar direttiva dwar salvagwardji speċjali għal tfal issuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali;

79.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fin-numru ta’ każijiet ta’ ħtif internazzjonali mill-ġenituri; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza tar-rwol tal-Medjatur tal-Parlament Ewropew għall-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal mill-Ġenituri; jenfasizza l-importanza ta’ approċċ tal-UE komuni għas-sejbien tat-tfal li jisfaw nieqsa fl-UE; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni tal-pulizija u l-ġudikatura f’każijiet transfruntieri li jinvolvu t-tfal nieqsa u jiżviluppaw hotlines għat-tiftix tat-tfal nieqsa;

80.  Ifakkar li l-aħjar interessi tat-tfal kif imsemmi fl-Artikolu 24 tal-Karta għandhom dejjem ikunu l-kunsiderazzjoni primarja f’kull politika u miżura adottata fir-rigward tat-tfal; ifakkar li d-dritt għall-edukazzjoni tiddisponi għalih il-Karta u li l-edukazzjoni hija essenzjali, mhux biss għall-benesseri tat-tfal u l-iżvilupp personali tagħhom iżda wkoll għall-futur tas-soċjetà; iqis l-edukazzjoni tat-tfal minn familji bi dħul baxx bħala prekundizzjoni essenzjali li tippermetti lit-tfal biex jaħarbu mill-faqar; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, jippromwovu edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd;

81.  Jisħaq li l-interessi u d-drittijiet tat-tfal taċ-ċittadini tal-UE għandhom jiġu protetti kif xieraq, mhux biss fi ħdan l-Unjoni iżda wkoll lil hinn mill-fruntieri tagħha, u konsegwentement jitlob għal kooperazzjoni msaħħa mal-istituzzjonijiet responsabbli għall-benessri tat-tfal fil-pajjiżi Nordiċi mhux membri tal-UE; iqis li s-sħab kollha tal-UE (inklużi l-membri taż-ŻEE) għandhom jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 fuq il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal;

82.  Jirrikonoxxi li l-kriżi finanzjarja u ekonomika kellha impatt negattiv serju fuq ir-realizzazzjoni tad-drittijiet tat-tfal u l-benesseri tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom fl-indirizzar determinat tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal permezz tal-implimentazzjoni effettiva tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea "L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ” permezz ta’ strateġiji integrati li jappoġġaw l-aċċess għal riżorsi adegwati, li jippermettu aċċess għal servizzi ta’ kwalità għall-but ta’ kulħadd u li jippromwovu l-parteċipazzjoni tat-tfal fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jaffettwawhom; jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri ulterjuri biex tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni;

83.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi suċċessur ambizzjuż u komprensiv għall-Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal fl-2015; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-integrazzjoni effikaċi tad-drittijiet tat-tfal fil-leġiżlazzjoni, politiki u deċiżjonijiet finanzjarji kollha tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta kull sena dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tat-tfal u l-implimentazzjoni sħiħa tal-acquis tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-mandat u r-riżorsi tal-koordinatur tad-drittijiet tat-tfal jirriflettu b’mod adegwat l-impenn tal-UE favur l-integrar sistematiku u effettiv tad-drittijiet tat-tfal; jistieden lill-Kummissjoni tadotta l-gwida tal-UE dwar is-sistemi integrati ta’ protezzjoni tat-tfal li ġiet imħabbra;

84.  Jilqa’ t-tendenza li hemm lejn id-definizzjoni taż-żwieġ sfurzat bħala reat kriminali fl-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jkunu viġilanti u jipprovdu t-taħriġ u jqajmu l-kuxjenza tal-persunal li jiġi f’kuntatt mat-tfal, bħalma huma l-għalliema jew il-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ, biex jagħtuhom dak li għandhom bżonn biex jidentifikaw lit-tfal li jkunu jinsabu f’riskju li jinħatfu u jittieħdu lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom sabiex jiġu miżżewġa b’mod furzat;

Id-drittijiet tal-persuni LGBTI

85.  Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-forom kollha ta' diskriminazzjoni u vjolenza li jseħħu fit-territorju tal-UE kontra persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali, kif megħjuna minn liġijiet u politiki li jillimataw id-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTI; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jadottaw liġijiet u politiki biex jiġġieldu l-omofobija u t-transfobija; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tressaq pjan ta’ azzjoni jew strateġija fil-livell tal-UE għall-ugwaljanza għal raġunijiet ta’ orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru, kif intalab ripetutament mill-Parlament u kif imwiegħed mill-Kummissarju Jourová fil-proċess ta’ seduti ta’ smigħ tal-Kummissjoni; f’dan ir-rigward, ifakkar fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Frar 2014 dwar il-Pjan Direzzjonali tal-UE kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru jenfasizza, madankollu, li din il-politika komprensiva għandha tirrispetta l-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea, tal-aġenziji tagħha u tal-Istati Membri tagħha;

86.  Iqis li huwa aktar probabbli li d-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTI jkunu salvagwardjati jekk ikollhom aċċess għal istituzzjonijiet ġuridiċi bħal ma huma l-koabitazzjoni, is-sħubija reġistrata jew iż-żwieġ; jilqa' l-fatt li 19-il Stat Membru attwalment joffru dawn l-għażliet, u jistieden lil Stati Membri oħra jikkunsidraw li jagħmlu dan huma wkoll; itenni, barra minn hekk, l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq proposta għal regolament ambizzjuż biex jiġi żgurat rikonoxximent reċiproku tad-dokumenti tal-istatus ċivili (inkluż rikonoxximent tas-sess legali, żwiġijiet u sħubijiet irreġistrati) u l-effetti ġuridiċi tagħhom, sabiex jitnaqqsu l-ostakoli ġuridiċi u amministrattivi diskriminatorji għaċ-ċittadini li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu;

87.  Jistieden lill-Istati Membri jkunu viġilanti u sodi u jimponu pieni fuq persuni b’karigi pubbliċi li jinsultaw jew jistigmatizzaw lil persuni LGBTI f’forum pubbliku;

88.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jappoġġaw lit-trejdjunjins u lill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem fl-isforzi tagħhom biex jadottaw politiki tad-diversità u tan-nondiskriminazzjoni b’enfasi fuq persuni LGBTI;

89.  Iqis li l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-proċeduri li jippermettu lill-persuni li jkunu biddlu s-sess biex il-ġeneru ġdid tagħhom jiġi rikonoxxut f’dokumenti uffiċjali; itenni l-kundanna tiegħu ta' kwalunkwe proċedura ta’ rikonoxximent ġuridiku li timponi l-isterilizzazzjoni fuq il-persuni transġeneru;

90.  Jiddeplora l-fatt li l-persuni transġeneru għadhom meqjusa bħala persuni morda mentalment fil-maġġoranza tal-Istati Membri, u jistieden lil dawn l-Istati Membri jagħmlu rieżami tal-katalgi nazzjonali tas-saħħa mentali, filwaqt li jiżguraw li l-kura medikament neċessarja tibqa’ disponibbli għall-persuni transġeneru kollha;

91.  Jilqa’ l-inizjattiva li wriet il-Kummissjoni li tirsisti favur l-idea li l-identitajiet transġeneru ma jibqgħux jitqiesu bħala patoloġija fir-rieżami tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi ħalli timpedixxi li l-varjanza tal-ġeneri fit-tfulija ssir dijanjosi ġdida tal-ICD;

92.  Jiddispjaċih ħafna li l-kirurġija ta' “normalizzazzjoni” tal-organi ġenitali tat-trabi intersesswali hija mifruxa, minkejja li mhijiex medikament meħtieġa; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-Att li adottat Malta dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess ta’ April 2015, li jipprojbixxi li ssir tali kirurġija fuq it-trabi intersesswali u jsaħħaħ il-prinċipju tal-awtodeterminazzjoni għall-persuni intersesswali, u jistieden lil Stati oħra jsegwu l-eżempju ta' Malta;

Id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità

93.  Jiddeplora l-forom ta' diskriminazzjoni u esklużjoni li l-persuni b'diżabilità għadhom iġarrbu sal-ġurnata tal-lum; jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jimplimentaw l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità u jimmonitorjaw u japplikaw il-leġiżlazzjoni Ewropea rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, terġaʼ tvara l-inizjattiva leġiżlattiva dwar Att dwar l-Aċċessibilità, fis-sura taʼ strument orizzontali li jista' jżid il-protezzjoni mogħtija lill-persuni bʼdiżabilità u jiżgura l-konsistenza bejn il-politiki kollha tal-UE għal dan il-għan; jistieden ukoll lill-Kummissjoni timmassimizza s-sinerġiji bejn l-istrateġija tal-UE dwar id-diżabilità u d-dispożizzjonijiet tas-CEDAW u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal bil-għan li jiġi żgurat li d-drittijiet rikonoxxuti jkunu sostantivament gawduti u effetivament eżerċitat, inkluż permezz tal-armonizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv u permezz ta’ azzjoni kulturali u politika;

94.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiggwida lill-Istati Membri biex jagħmlu l-aħjar użu tal-fondi Ewropej f’konformità mal-obbligi tal-UE skont il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità tan-NU (UNCRPD) u tappoġġja u taħdem mill-qrib mal-NGOs u l-organizzazzjonijiet biex tiżgura l-implimentazzjoni korretta tal-Konvenzjoni; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jtejbu l-aċċess għall-impjiegi u t-taħriġ għall-persuni b’diżabilità, inklużi l-persuni b’diżabilità psikosoċjali, u jappoġġaw il-kondizzjonijiet ta’ għajxien indipendenti u l-programmi ta’ deistituzzjonalizzazzjoni skont l- Artikolu 26 tal-Karta;

95.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rrispettat id-dritt tal-persuni b’diżabilità għall-parteċipazzjoni politika fl-elezzjonijiet; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tinkludi valutazzjoni tal-kompatibbiltà mal-UNCRPD fir-rappurtar tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 93/109/KE u 94/80/KE, li jistabbilixxu d-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet muniċipali; jiddispjaċih għall-fatt li għadd kbir ta’ persuni b’diżabilità fl-UE li jkunu ġew imċaħħda mill-kapaċità ġuridika tagħhom huma wkoll imċaħħda mid-dritt tal-vot; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jemendaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom bil-għan li ma jirtirawx sistematikament id-dritt tal-vot mingħand persuni b’diżabilità li jkunu ġew imċaħħda mill-kapaċità ġuridika tagħhom, iżda pjuttost li jwettqu analiżi ta’ kull każ għalih u jipprovdu assistenza lill-persuni b’diżabilità matul il-proċeduri ta’ votazzjoni;

96.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni Ewropea mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità tan-NU u tevalwa kwalunkwe proposta futura fid-dawl ta’ dik il-Konvenzjoni permezz tal-valutazzjonijiet ta’ impatt tagħha;

97.  Jikkundanna l-użu ta’ forom ta’ koerċizzjoni fiżika u farmakoloġika għal diżabilitajiet mentali u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jadottaw politiki ta’ integrazzjoni soċjali;

98.  Jiddeplora l-fatt li l-persuni b’diżabilità għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli fir-rigward tal-aċċess tagħhom għas-suq tal-prodotti u s-servizzi fi ħdan l-Unjoni; iqis li dawn l-ostakli huma ta’ natura li jillimitaw il-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità fis-soċjetà u jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet li huma jgawdu, b’mod partikolari, miċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel progress rapidu fil-ħidma dwar l-aċċessibilità fl-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkun jista’ jiġi adottat att leġislattiv mingħajr dewmien;

99.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jinvolvu mill-qrib lill-persuni b’diżabilità, inkluż permezz tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tagħhom, fil-proċessi ta’ teħid ta' deċiżjonijiet fl-oqsma rispettivi ta’ kompetenza tagħhom, skont l-Artikolu 4(3) tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità;

100.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jiżguraw li l-opportunitajiet ta' parteċipazzjoni fil-proċess ta’ konsultazzjoni jiġu pubbliċizzati b’mod ċar u wiesa’ bl-użu ta’ komunikazzjonijiet aċċessibbli, li jkun jista' jingħata input f’formati oħra bħall-Braille jew Easy Read, u li s-seduti ta’ smigħ pubbliku u l-laqgħat li fihom jiġu diskussi l-liġijiet u l-politiki proposti għandhom isiru aċċessibbli;

101.  Jistieden lill-Kummissjoni tarmonizza l-ġbir tad-data dwar id-diżabilità permezz ta’ stħarriġ soċjali tal-UE f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 31 tas-CRPD; jenfasizza li tali ġbir ta’ data għandu juża metodoloġiji li huma inklużivi fir-rigward tal-persuni kollha b’diżabilità, inklużi dawk b’diżabilitajiet aktar gravi u dawk li jgħixu f’istituzzjonijiet;

Id-diskriminazzjoni minħabba l-età

102.  Jiddeplora l-fatt li bosta anzjani jħabbtu wiċċhom ma’ diskriminazzjoni u ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom kull jum, b’mod partikolari fl-aċċess għal introjtu adegwat, impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-prodotti u s-servizzi meħtieġa; ifakkar li l-Artikolu 25 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tipproklama d-drittijiet li għandhom l-anzjani li jgħixu ħajja ta’ dinjità u ta’ indipendenza u li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa Strateġija dwar it-Tibdil Demografiku biex iddaħħal fis-seħħ l-Artikolu 25 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

103.  Jesprimi tħassib li l-moħqrija, in-negliġenza u l-abbuż tal-persuni mdaħħla fiż-żmien huma mifruxa ħafna fi ħdan l-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jadottaw miżuri għall-ġlieda kontra l-abbuż u l-forom kollha ta’ vjolenza kontra l-anzjani u jippromwovu l-indipendenza tagħhom billi jappoġġjaw ir-rinnovazzjoni u l-aċċessibbiltà tad-djar; ifakkar li n-nisa anzjani aktar spiss jgħixu taħt is-soll tal-faqar minħabba d-differenza fil-pagi tal-irġiel u n-nisa u wara minħabba d-differenza fil-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa;

104.   Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw l-inklużjoni ta’ ħaddiema aktar żgħażagħ, b’mod partikolari dawk affettwati mill-kriżi ekonomika, fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz tal-organizzazzjoni u l-provvediment ta’ taħriġ immirat lejn il-promozzjoni soċjali taż-żgħażagħ;

105.  Jitlob li d-dinjità tan-nies tiġi rrispettata fl-aħħar tal-ħajja, b’mod partikolari billi jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet espressi f’testmenti bijoloġiċi jiġu rikonoxxuti u rispettati;

106.  Jesprimi tħassib li t-tnaqqis tal-Istati Membri fl-infiq pubbliku u fil-pensjonijiet qiegħed jikkontribwixxi bil-kbir għall-faqar fix-xjuħija billi jnaqqas id-dħul disponibbli tal-anzjani, u hekk jaggrava l-kundizzjonijiet ta’ għajxien tagħhom, joħloq inugwaljanzi fl-affordabilità tas-servizzi u joħloq numru dejjem jikber ta’ persuni anzjani bi dħul ftit aktar mis-soll tal-faqar.

Id-delitti ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda

107.  Jiddeplora l-każijiet ta’ diskors ta’ mibegħda u d-delitti ta’ mibegħda motivati mir-razziżmu, mill-ksenofobija, mill-intolleranza reliġjuża, jew minn preġudizzji kontra d-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru ta’ persuna, li jseħħu ta’ kuljum fl-UE; jistieden lill-Istati Membri jipproteġu d-drittijiet fundamentali u jippromwovu l-fehim, l-aċċettazzjoni u t-tolleranza bejn il-komunitajiet differenti fit-territorju tagħhom; jitlob lill-UE biex waqt it-tfassil tal-politiki Ewropej kontra d-diskriminazzjoni u fil-qasam tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra d-delitti ta' mibegħda tagħmilha prijorità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-ġlieda tagħhom kontra d-delitti ta’ mibegħda u l-attitudnijiet u l-imġibiet diskriminatorja billi jiżviluppaw strateġija komprensiva għall-ġlieda kontra d-delitti ta’ mibegħda, il-vjolenza li tirriżulta mill-preġudizzju u d-diskriminazzjoni;

108.  Jinsab imħasseb dwar il-preżenza dejjem tikber ta’ diskors ta’ mibegħda fuq l-internet u jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu proċedura sempliċi li tippermettu lill-membri tal-pubbliku jirrappurtaw il-preżenza ta’ kontenut ta’ mibegħda fuq l-internet;

109.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-investigazzjonijiet u l-kundanni b’rabta ma’ delitti ta’ mibegħda fl-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri adegwati kollha biex iħeġġu r-rappurtar ta’ delitti bħal dawn, inkluż billi jiżguraw protezzjoni adegwata, peress li mill-istħarriġ fuq skala kbira tagħha s-sejbiet tal-FRA urew b’mod konsistenti li l-vittmi tal-kriminalità qegħdin isibuha bi tqila biex jippreżentaw rwieħhom u jirrapportaw lill-pulizija;

110.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li għadd ta’ Stati Membri għadhom ma ttrasponewx b’mod korrett id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2008/913/ĠAI u jistieden lill-Istati Membri jittrasponu u jimplimentaw bis-sħiħ l-istandards tal-UE u jiżguraw l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkastiga l-forom kollha ta’ delitti ta’ mibegħda, tixwix għall-mibegħda u l-fastidju, u li sistematikament jiskattaw il-prosekuzzjoni ta’ dawk i-reati kriminali; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja t-traspożizzjoni korretta tad-Deċiżjoni Qafas u tvara proċeduri ta’ ksur kontra dawk l-Istati Membri li jonqsu milli jittrasponuha; jitlob, barra minn hekk, li jsir rieżami tad-Deċiżjoni Qafas bil-għan li din tkopri b’mod sħiħ il-forom kollha ta’ delitti ta’ mibegħda u ta’ delitti mwettqa bi preġudizzju jew b’motiv diskriminatorju, u tiddefinixxi b’mod ċar standards konsistenti ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni;

111.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja programmi ta’ taħriġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji, u għall-aġenziji rilevanti tal-UE, fil-prevenzjoni u l-indirizzar deċiżiv tal-prattiki diskriminatorji u d-delitti ta’ mibegħd; jistieden lill-Istati Membri jagħtu lill-awtoritajiet responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni għodda u ħiliet prattiċi biex ikunu jistgħu jidentifikaw u jittrattaw offiżi koperti mid-Deċiżjoni Qafas, u biex ikunu jistgħu jinteraġixxu u jikkomunikaw mal-vittmi;

112.  Josserva bi tħassib il-preżenza dejjem tikber ta’ partiti politiċi li jsejsu l-programmi politiċi tagħhom fuq l-esklużjoni abbażi tal-etniċità, l-orjentazzjoni sesswali u r-reliġjon;

113.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar iż-żieda fit-trivjalizzazzjoni tal-atti u d-diskors razzisti u ksenofobiċi minħabba l-presenza li qed issir dejjem aktar viżibbli fl-isfera pubblika ta’ gruppi razzisti u ksenofobiċi, li ftit minnhom kisbu jew qed ifittxu li jiksbu l-istatus ta’ partit politiku;

114.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-qawmien ta' partiti politiċi li qegħdin jużaw il-kriżi ekonomika u soċjali attwali biex jiġġustifikaw il-messaġġ razzist, xenofobiku u anti-Iżlamiku tagħhom;

115.  Jikkundanna bil-qawwa l-prattiki ta’ intimidazzjoni u persekuzzjoni tal-minoranzi, partikolarment ir-Rom u l-migranti, minn gruppi paramilitari, li xi wħud minnhom huma direttament assoċjati ma’ partit politiku; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprojbixxu bħala illegali u jissanzjonaw tali prattiki;

Il-persuni mingħajr dar

116.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-numru ta’ persuni li tilfu darhom b’riżultat tal-kriżi ekonomika; hu tal-fehma li l-persuni mingħajr dar għandhom jibqgħu jinżammu integrati fi ħdan is-soċjetà, u li għandhom jiġu kkumbattuti l-iżolament u l-emarġinazzjoni tagħhom; għal dak il-għan, jistieden lill-Istati Membri jadottaw politiki ambizzjużi sabiex jgħinu lil dawn il-persuni; jenfasizza li l-persuni mingħajr dar huma persuni vulnerabbli u jtenni l-istedina tiegħu lill-Istati Membri sabiex jastjenu milli jistigmatizzawhom bħala delinkwenti; jistieden lill-Istati Membri jabolixxu kull liġi jew politika li tippreżentahom bħala tali; jistieden lill-Istati Membri jfasslu strateġiji nazzjonali li jimmiraw li jiġġieldu lill-fenomenu tal-persuni mingħajr dar fit-territorju tagħhom; Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-Istati Membri fil-missjoni tagħhom biex jiġġieldu l-fenomenu ta’ persuni mingħajr djar billi jiffaċilitaw l-iskambju tal-aqwa prattika u l-ġbir ta’ data preċiża; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Istati Membri li jirriżulta minħabba l-fatt li persuna ssib ruħha mingħajr saqaf fuq rasha; jenfasizza li d-dritt għall-għajnuna għall-akkomodazzjoni għall-persuni l-aktar fil-bżonn jinsab imnaqqax fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

Id-drittijiet tal-migranti u tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali

117.  Jikkundanna l-fatt li għadd kbir ta’ persuni li jfittxu l-asil u migranti li qed ifittxu li jidħlu l-Unjoni Ewropea għadhom qed imutu fil-Mediterran, u r-rwol li jwettqu l-kuntrabandisti u t-traffikanti, li jċaħħdu lill-migranti mid-drittijiet fundamentali tagħhom; jirrimarka li l-UE u l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri drastiċi u obbligatorji biex jipprevjenu li jseħħu aktar traġedji fuq il-baħar; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jistabbilixxu s-solidarjetà u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-migranti u ta’ dawk li qed ifittxu l-asil fil-qalba tal-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni, u b’mod partikolari:

   jenfasizza l-ħtieġa li d-drittijiet fundamentali jiġu integrati f’kull aspett tal-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni, u li ssir valutazzjoni fil-fond tal-impatt li għandhom fuq id-drittijiet fundamentali tal-migranti l-miżuri u mekkaniżmi kollha li jirrigwardaw il-migrazzjoni, l-asil u l-kontroll tal-fruntieri; b’mod partikolari, jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw id-drittijiet tal-migranti vulnerabbli;
   jissottolinja l-ħtieġa ta’ approċċ tal-UE olistiku li jkun isaħħaħ il-koerenza tal-politiki interni u esterni tal-UE; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jpoġġu r-rispett lejn id-drittijiet tal-migranti fiċ-ċentru ta’ kull ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi, inklużi l-ftehimiet ta’ riammissjoni, is-sħubijiet għall-mobilità u l-ftehimiet ta’ kooperazzjoni teknika.
   ifakkar lill-Istati Membri fl-obbligu internazzjonali tagħhom li jgħinu lin-nies li jinsabu f’diffikultà fuq il-baħar;
   jitlob lill-Istati Membri jemendaw jew jeżaminaw mill-ġdid kwalunkwe leġiżlazzjoni li tippenalizza lin-nies li jassistu lill-migranti li jsibu ruħhom f'diffikultà fuq il-baħar;
   jissottolinja d-dritt fundamentali li persuna titlob l-asil; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jiftħu u jallokaw riżorsi biżżejjed biex jinħolqu possibilitajiet u mezzi sikuri u legali biex il-persuni li jfittxu l-asil jidħlu fl-Unjoni Ewropea, sabiex jitnaqqsu r-riskji inerenti meta jippruvaw jidħlu b’mod illegali u jiġu kkumbattuti n-netwerks tat-traffikar u l-kuntrabandu tal-bnedmin li japprofittaw mill-fatt li jipperikolaw il-ħajja tal-migranti u mill-isfruttament sesswali u tax-xogħol tagħhom;
   jistieden lill-Istati Membri kollha jipparteċipaw fi programmi ta’ risistemazzjoni tal-UE, u jinkoraġġixxi l-użu ta’ viżi umanitarji;
   iħeġġeġ lill-Istati Membri jiggarantixxu kundizzjonijiet ta’ akkoljenza diċenti li jkunu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali eżistenti u l-leġiżlazzjoni dwar l-asil, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-persuni vulnerabbli u lit-tnaqqis tar-riskju ta’ esklużjoni soċjali ta’ dawk li jfittxu l-asil; jistieden lill-Kummissjoni timmoniterja l-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA), u b’mod partikolari tad-Direttiva 2013/32/UE, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lil dawk li jfittxu l-asil li jkunu jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali;
   jitlob li tiġi stabbilita sistema tal-asil tal-UE effettiva u armonizzata għad-distribuzzjoni ġusta ta’ dawk li jfittxu l-asil bejn l-Istati Membri;
   jiddeplora l-inċidenti rrappurtati ta’ respinġiment vjolenti fil-fruntieri tal-UE; ifakkar lill-Istati Membri fl-obbligu tagħhom li jirrispettaw il-prinċipju ta’ non-refoulement kif rikonoxxut mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u mill-QEDB u fil-projbizzjoni tat-tkeċċijiet kollettivi skont l-Artikolu 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni, lill-aġenziji tagħha u lill-Istati Membri jiżguraw ir-rispett għal dawn u għal obbligi oħra internazzjonali u tal-UE;

118.  Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jadottaw il-leġiżlazzjonijiet meħtieġa sabiex jimplimentaw il-prinċipju ta’ solidarjetà kif jissemma fl-Artikolu 80 tat-TFUE;

119.  Jikkundanna bil-qawwa l-protezzjoni tas-sigurtà fil-fruntieri tal-UE, li issa xi drabi saħansitra tieħu s-sura ta’ kostruzzjoni ta’ ħitan u wajer imxewwek, u n-nuqqas ta’ mezzi legali għad-dħul fl-Unjoni Ewropea, li b’konsegwenza jwasslu biex bosta applikanti għall-asil u migranti jsibu ruħhom obbligati li jużaw mezzi dejjem iktar perikolużi, sitwazzjoni li tħallihom jafdaw ruħhom f’idejn kuntrabandisti u traffikanti tal-bnedmin;

120.  Jitlob li jsiru kontrolli fuq il-fruntieri li jkunu sensittivi għad-drittijiet fundamentali, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ sorveljanza demokratika mill-Parlament fuq l-operazzjonijiet tal-Frontex;

121.  Jitlob li jiġu sospiżi l-attivitajiet kollha identifikati bħala li jiksru d-drittijiet fundamentali kif meħtieġ mil-liġi tal-UE jew mill-mandat tal-Frontex;

122.  Jenfasizza l-impatt negattiv li għandu r-Regolament ta’ Dublin fuq l-aċċess effettiv għall-protezzjoni internazzjonali fin-nuqqas ta’ sistema ta’ asil Ewropea komuni ġenwina, partikolarment fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-QtĠ u l-QEDB; jikkundanna l-fatt li r-reviżjoni tar-regolament ma wasslitx għas-sospensjoni ta’ dan ir-regolament, jew tal-anqas għall-abolizzjoni tar-ritorn lejn l-ewwel pajjiż ta’ dħul fl-UE, u n-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri fuq alternattiva possibbli bbażata fuq is-solidarjetà bejn l-Istati Membri;

123.  Jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom;

124.  Jikkundanna r-rikors indiskriminat għad-detenzjoni illegali tal-migranti irregolari, inklużi dawk li jfittxu l-asil, il-minorenni mhux akkumpanjati u l-persuni apolidi; jitlob lill-Istati Membri jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tad-“Direttiva dwar ir-Ritorn”, inkluż ir-rispett lejn id-dritt għad-dinjità u lejn il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal, u li jirrispettaw id-dritt internazzjonali u dak tal-UE;; ifakkar li d-detenzjoni tal-migranti għandha tibqa’ miżura tal-aħħar għażla u jħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimenta miżuri alternattivi; jikkundanna l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni skandalużi li hemm f’xi Stati Membri u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizzahom mingħajr dewmien; itenni l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-migranti irregolari jingħataw id-dritt għal rimedju effettiv f’każ ta’ ksur tad-drittijiet tagħhom;

125.  Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex tingħata l-informazzjoni u tiġi żgurata t-trasparenza rigward id-detenzjoni tal-migranti u l-applikanti għall-asil f’bosta Stati Membri, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 sabiex ikun jinkludi d-data statistika dwar il-funzjonament tas-sistemi u l-installazzjonijiet ta’ detenzjoni;

126.  Jenfasizza l-importanza ta’ kontroll demokratiku ta’ kull forma ta’ ċaħda tal-libertà skont il-liġijiet dwar l-immigrazzjoni u l-asil; jistieden lill-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali jżuru regolarment iċ-ċentri ta’ akkoljenza u ta’ detenzjoni għall-migranti u għal dawk li jfittxu l-asil, u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiffaċilitaw l-aċċess għal dawn iċ-ċentri għall-NGOs u l-ġurnalisti;

127.  Jitlob monitoraġġ aktar mill-qrib tal-funzjonament taċ-ċentri ta’ akkoljenza u ta’ detenzjoni tal-migranti, tat-trattament li jingħata lill-migranti u tal-proċeduri applikati mill-Istati Membri fil-għoti tal-asil; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-hekk imsejħa "proċeduri ta’ espulsjoni ħabta u sabta" u l-inċidenti vjolenti li jseħħu f’diversi żoni “jaħarqu” fin-Nofsinhar tal-Ewropa, li jiġġustifikaw li l-Kummissjoni tvara b’mod urġenti f’dan il-qafas djalogu politiku mal-pajjiżi li jwettqu dawn il-prattiki bil-għan li jiġi rrispettat l-istat tad-dritt.

128.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jistabbilixxu miżuri konkreti u l-aħjar prattiki mmirati biex jippromwovu t-trattament ugwali u l-inklużjoni soċjali sabiex tittejjeb l-integrazzjoni tal-migranti fis-soċjetà; ifakkar f’dan ir-rigward li huwa essenzjali li ssir ġlieda kontra l-isterjotipi negattivi u l-informazzjoni żbaljata dwar il-migranti billi jiġu żviluppati kontronarrativi, primarjament fl-iskejjel u diretti lejn iż-żgħażagħ, biex jissaħħaħ l-impatt pożittiv tal-migrazzjoni;

129.  Jikkunsidra li t-tfal migranti huma partikolarment vulnerabbli, speċjalment meta ma jkunux akkumpanjati; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jimplimentaw ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta’ Settembru 2013 dwar is-sitwazzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati fl-UE; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-pakkett Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) sabiex itejbu l-kundizzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati fl-UE; jilqa’ s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-648/11, li ddikjarat li l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil magħmula f’iktar minn Stat Membru wieħed minn minorenni mhux akkumpanjat huwa dak l-Istat li fih il-minuri jkun jinsab wara li jkun ippreżenta l-applikazzjoni hemmhekk; ifakkar li minorenni mhux akkumpanjati huma fuq kollox tfal u li hija l-protezzjoni tat-tfal, aktar milli l-politiki tal-immigrazzjoni, li trid tkun il-prinċipju ewlieni għall-Istati Membri u l-UE meta jkunu qed jittrattaw magħhom;

130.  Jitlob li ssir valutazzjoni dwar kif jiġu użati l-fondi allokati u użati għall-affarijiet interni, b’mod partikolari l-fondi mogħtija għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu asil; jistieden lill-UE tieħu azzjoni jekk jirriżulta li l-fondi ntużaw għal attivitajiet li ma jirrispettawx id-drittijiet fundamentali;

131.  Jitlob li tingħata assistenza lill-Istati Membri li jinsabu mal-fruntieri esterni tal-Unjoni sabiex tgħinhom jindirizzaw il-lakuni sistematiċi fil-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-proċeduri tal-asil, li ggravaw minħabba ż-żieda fin-numru ta’ applikanti għall-asil;

132.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea tiggarantixxi r-responsabbiltà tal-aġenti tagħha għal kwalunkwe ksur tad-drittijiet fundamentali li jistgħu jitwettqu minnhom; b’mod partikolari, jitlob li jiġi żgurat li tinfetaħ inkjesta, wara li saru allegazzjonijiet li jindikaw li twettaq ksur fil-kuntest tal-operazzjonijiet ikkoordinati mill-Aġenzija Frontex, u li se jiġu adottati miżuri adegwati, ta’ natura dixxiplinari jew ta’ natura oħra, fil-konfront ta’ dawk li jirriżultaw li wettqu dan il-ksur; għal dak il-għan jitlob għall-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ rikors intern fi ħdan il-Frontex, kif mitlub mill-Ombudsman Ewropew fil-kuntest tal-inkjesta tiegħu fil-Kawża Nru OI/5/2012/BEH-MHZ u li l-konklużjonijiet tal-inkjesti mwettqa abbażi tal-allegazzjonijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem isiru pubbliċi; jitlob, barra minn hekk, li l-operazzjonijiet tal-Frontex jiġu sospiżi jekk twettaq ksur tad-drittijiet fundamentali waqt tali operazzjonijiet, kif jiddisponi l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1168/2011;

133.  Jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw mingħajr aktar dewmien il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin;

134.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li n-nisa li jkunu vittmi ta’ persekuzzjoni sessista ikollhom aċċess ġenwin għall-protezzjoni internazzjonali; jistieden lill-Istati Membri jsegwu l-linji gwida tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/86/KE dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, inklużi l-ħruġ fil-pront ta’ permess ta’ residenza validu fih innifsu għall-membri tal-familja li jkunu daħlu għal raġunijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja meta jkun hemm ċirkostanzi partikolarment diffiċli, bħall-vjolenza domestika;

135.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-asil tqis il-vittmi tal-mutilazzjoni ġenitali bħala persuni vulnerabbli u tinkludi l-mutilazzjoni ġenitali fost il-kriterji li għandhom jitqiesu meta jkun qed jintalab asil; jistieden lill-Istati Membri sabiex iħarrġu lill-professjonisti li huma f’kuntatt mal-migranti biex jidentifikaw in-nisa u l-bniet li huma suxxettibbli li jiġu ssuġġettati għall-mutilazzjoni ġenitali fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom;

136.  Jenfasizza li d-dritt għal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza taċ-ċittadini Ewropej u l-familji tagħhom stabbilit fit-Trattati u ggarantiti mid-Direttiva 2004/38/KE dwar il-moviment liberu huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali l-aktar konkreti taċ-ċittadini Ewropej; jikkundanna kwalunkwe tentattiv ta’ rieżami ta’ dan l-acquis, b’mod partikolari l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri ta’ Schengen barra l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, u jitlob li kwalunkwe ksur tar-regoli jirriżulta fil-ftuħ ta’ proċedimenti legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ix-xejra li kulma jmur qed tikber tat-tkeċċijiet ta’ malajr ta’ ċittadini tal-UE mill-Istati Membri ta’ residenza tagħhom wara li jkunu tilfu l-impjieg u l-introjtu tagħhom bi ksur tal-qafas eżistenti; iqis li dan imur kontra l-ispirtu tal-moviment liberu;

Is-solidarjetà fil-kriżi ekonomika

137.  Jiddeplora l-mod li bih il-kriżi finanzjarja, ekonomika u tad-dejn sovran, flimkien mar-restrizzjonijiet baġitarji imposti, affettwat b’mod negattiv id-drittijiet ekonomiċi, ċivili, soċjali u kulturali, li ta’ spiss jirriżultaw f’żieda fil-qgħad, faqar, u kondizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ għajxien prekarji, kif ukoll f’esklużjoni u iżolament, partikolarment fl-Istati Membri li fihom ġew adottati programmi ta’ aġġustament ekonomiku, u jenfasizza li nota riċenti tal-Eurostat tindika li persuna Ewropea minn kull erbgħa issa tinsab fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali;

138.  Jinnota li l-kriżi ekonomika u l-miżuri implimentati biex jindirizzawha affettwaw id-dritt ta’ aċċess għall-ħtiġijiet bażiċi bħalma huma l-edukazzjoni, l-abitazzjoni, il-kura tas-saħħa u s-sigurtà soċjali, kif ukoll li kellhom impatt negattiv fuq il-kondizzjoni tas-saħħa ġenerali tal-popolazzjoni f’xi Stati Membri; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi rrispettat id-dritt għall-protezzjoni kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali kif iddikjarat fl- Artikolu 30 tal-Karta Soċjali Ewropea; jistieden lill-Istati Membri kollha jintroduċu miżuri ta’ appoġġ, skont il-prattiki nazzjonali, biex jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom kondizzjonijiet ta’ għajxien diċenti u biex jiġġieldu lill-esklużjoni soċjali;

139.  Jenfasizza li l-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll l-Istati Membri li jimplimentaw riformi strutturali fis-sistemi soċjali u ekonomiċi tagħhom, dejjem huma fl-obbligu li josservaw il-Karta u l-obbligi internazzjonali tagħhom, u huma għalhekk fl-obbligu li jagħtu rendikont għad-deċiżjonijiet meħuda; itenni t-talba tiegħu biex il-programmi ta' aġġustament ekonomiku jiġu allinjati mal-objettivi tal-Unjoni spjegati fl-Artikolu 151 tat-TFUE, inklużi l-promozzjoni tal-impjiegi u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol; itenni l-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm sorveljanza demokratika sħiħa permezz tal-involviment effettiv tal-parlamenti fuq il-miżuri meħuda mill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri b’reazzjoni għall-kriżi;

140.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jinvestigaw b’mod sensittiv għall-ġeneri, l-impatt li għandhom fuq id-drittijiet fundamentali l-miżuri ta’ awsterità, proposti jew implimentati, filwaqt li jqisu l-impatt sproporzjonat tal-miżuri ta’ awsterità fuq in-nisa; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu azzjoni rimedjali immedjata fejn il-miżuri ta’ awsterità jkunu ħallew impatt negattiv fuq id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali tan-nisa;

141.   Jistieden lill-istituzzjonijijet tal-UE u lill-Istati Membri jeżaminaw l-impatt fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inklużi d-drittijiet soċjali u tal-ħaddiema, tal-miżuri proposti jew implimentati biex jittrattaw il-kriżi u jieħdu azzjoni ta’ rimedju jekk ikun meħtieġ jekk jirriżulta li hemm sitwazzjonijiet ta’ rigressjoni fil-protezzjoni tad-drittijiet jew ta’ ksur tad-dritt internazzjonali, inklużi l-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-ILO;

142.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri, meta jkunu qed jadottaw u jimplimentaw miżuri korrettivi u tnaqqis fil-baġit, iwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali u jiggarantixxu li jkunu għadhom qed isiru disponibbli biżżejjed riżorsi biex jiġi salvagwardjat ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u biex jiġu żgurati livelli essenzjali minimi ta’ drittijiet ċivili, ekonomiċi, kulturali u soċjali, b’attenzjoni speċjali għall-gruppi l-aktar vulnerabbli u soċjalment żvantaġġjati;

143.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jirrikonoxxu li l-investiment fit-tul fl-inklużjoni soċjali huwa ta’ benefiċċju, peress li jindirizza l-kost għoli tad-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu investiment pubbliku xieraq biex isostnu l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa u jiżguraw li l-aċċess għall-ġustizzja u r-rimedju f’każijiet ta’ diskriminazzjoni ma jitqiegħdux f’periklu bit-tnaqqis drastiku tal-finanzjament fil-baġits tal-korpi tal-ugwaljanza; jistieden lill-UE u l-istituzzjonijiet nazzjonali ma jimminawx l-inklużjoni soċjali b’miżuri baġitarji li jaffettwaw il-funzjonament tal-organizzazzjonijiet ibbażati fil-komunità li jaħdmu favur l-ugwaljanza;

144.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tipproponi l-adeżjoni mal-Karta Soċjali Ewropea, bil-għan li ssalvagwardja b’mod effettiv id-drittijiet soċjali taċ-ċittadini Ewropej; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-estensjoni tad-drittijiet soċjali fil-Karta tal-UE għal drittijiet soċjali oħra msemmija fil-Karta Soċjali riveduta tal-Kunsill tal-Ewropa bħal ma huma d-dritt għax-xogħol, id-dritt għal remunerazzjoni ġusta, id-dritt għall-protezzjoni mill-faqar u l-esklużjoni soċjali;

Il-kriminalità u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni

145.  Itenni li l-kriminalità tal-korruzzjoni, b’mod partikolari l-kriminalità organizzata, tirrappreżenta ksur serju tad-drittijiet fundamentali u theddida għad-demokrazija u l-istat tad-dritt; jenfasizza li l-korruzzjoni, billi tiżvija l-fondi pubbliċi mill-għanijiet ta’ utilità pubblika li għalihom huma ddestinati, tnaqqas il-livell u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi, u b’hekk tagħmel ħsara serja lit-trattament ġust taċ-ċittadini kollha; iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej jiżviluppaw strumenti effikaċi għall-prevenzjoni, il-ġlieda u s-sanzjonijiet kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità u jkomplu jimmonitorja b’mod regolari l-użu li jsir tal-fondi pubbliċi, kemm jekk huma Ewropej u kemm jekk nazzjonali; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet jaġevolaw, mill-aktar fis possibbli, it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew, u b’hekk jipprovdu garanziji adegwati ta’ indipendenza u effiċjenza;

146.  Jenfasizza li l-korruzzjoni tirrappreżenta ksur serju tad-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet jiżviluppaw strumenti effikaċi għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u regolarment jivverifikaw l-użu tal-fondi pubbliċi, kemm jekk huma Ewropej u kemm jekk nazzjonali; jenfasizza li aktar trasparenza u aċċess għad-dokumenti pubbliċi miċ-ċittadini u l-ġurnalisti huwa mod effiċjenti biex tinkixef u tiġi miġġielda l-korruzzjoni;

147.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tadotta strateġija ta’ kontra l-korruzzjoni li tkun ikkumplementata minn strumenti effettivi; jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-UE jissieħbu fis-Sħubija ta’ Gvern Miftuħ u jiżviluppaw strateġiji konkreti biex jippromwovu t-trasparenza, jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini u jiġġieldu lill-korruzzjoni; jistieden lill-Istati Membri jagħtu segwitu lir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport dwar il-Ġlieda lill-Korruzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u lir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta’ Ottubru 2013 dwar “il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu(34)”, u jsaħħu l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

148.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jintensifikaw il-ġlieda tagħhom kontra kull tip ta’ kriminalità organizzata serja inkluż it-traffikar tal-bnedmin, l-abbuż u l-isfruttament sesswali, it-tortura u x-xogħol sfurzat, b’mod partikolari dawk li jinvolvu n-nisa u t-tfal;

149.  Jistieden lill-Kummissjoni tiddisponi għar-reati biex topponi r-reati ambjentali mwettqa minn persuni individwali jew gruppi kriminali organizzati li għandhom impatt fuq id-drittijiet tal-bnedmin – id-dritt għas-saħħa, għall-ħajja u għat-tgawdija ta’ ambjent b’saħħtu – kif ukoll fuq l-ekonomija u fuq l-użu tar-riżorsi pubbliċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina l-implimentazzjoni effettiva fl-UE tad-dritt tal-aċċess għall-ġustizzja fil-kuntest tad-dritt li għandha kull persuna tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri li tgħix f’ambjent li jwassal għas-saħħa u l-benesseri tagħha;

150.  Jipproponi l-varar ta’ kodiċi Ewropew ta’ prevenzjoni tal-korruzzjoni u sistema trasparenti ta’ indikaturi rigward il-livelli ta’ korruzzjoni fl-Istati Membri u l-progress li jsir fil-qirda tal-korruzzjoni, kif ukoll rapport komparattiv annwali dwar l-istat ta’ din il-pjaga fuq livell Ewropew;

151.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jtemmu l-kompetizzjoni fiskali u b’mod effettiv jiġġieldu lill-prattiki ta’ tassazzjoni dannużi, u lill-evażjoni u l-evitar tat-taxxa fl-UE, li jdgħajfu l-kapaċità tal-Istati Membri li jisfruttaw għall-massimu r-riżorsi disponibbli tagħhom sabiex iwettqu bis-sħiħ id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali;

152.  Jikkundanna l-fenomenu li qed jikber tat-traffikar tal-bnedmin, speċjalment għall-isfruttament sesswali, u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jieħdu miżuri, skont id-direttiva tal-UE, biex jiġġieldu lid-domanda għall-isfruttament li qed taggrava t-traffikar fil-forom kollha tiegħu;

Il-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet u istituzzjonijiet oħra ta’ detenzjoni

153.  Jenfasizza li d-drittijiet fundamentali tal-ħabsin għandhom jiġu ggarantiti mill-awtoritajiet nazzjonali; jiddeplora l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet u f’istituzzjonijiet oħra ta’ detenzjoni ta' bosta Stati Membri fosthom il-problemi tal-popolazzjoni eċċessiva fil-ħabsijiet u t-trattament ħażin tal-ħabsin; iqis li hija indispensabbli l-adozzjoni, min-naħa tal-UE, ta' strument li jiggarantixxi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti (CPT) u tas-sentenzi tal-QEDB;

154.  Ifakkar li l-abbuż tal-miżuri ta’ kustodja jwassal għall-iffullar fil-ħabsijiet fl-Ewropa kollha, sitwazzjoni li tikser id-drittijiet fundamentali tal-individwi u tikkomprometti l-fiduċja reċiproka meħtieġa biex tirfed il-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-Ewropa; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-Istati Membri jonoraw l-impenji li ħadu fil-fora internazzjonali u Ewropej li se jagħmlu użu aktar frekwenti ta’ miżuri ta’ probazzjoni u sanzjonijiet li joffru alternattiva għall-priġunerija, u li se jagħmlu r-reintegrazzjoni soċjali l-għan aħħari ta’ perjodu ta’ kustodja; jitlob, għalhekk, lill-Istati Membri jadottaw strateġiji biex jippromwovu t-taħriġ u l-impjieg tal-persuni li qed iservu sentenzi ta’ ħabs;

155.  Itenni r-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni magħmula fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Frar 2014 dwar ir-rieżami tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew(35), b’mod partikolari fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ verifika tal-proporzjonalità u l-eċċezzjoni li tirrigwarda d-drittijiet fundamentali fil-Mandat ta’ Arrest Ewropew jew miżuri ta’ rikonoxximent reċiproku b’mod aktar ġenerali;

156.  Jiddispjaċih li t-tliet deċiżjonijiet qafas li jkopru t-trasferiment ta’ priġunieri, il-probazzjoni u sanzjonijiet alternattivi u l-Ordni ta’ Superviżjoni Ġudizzjarja, li għandhom potenzjal kbir biex inaqqsu l-iffullar fil-ħabsijiet, ġew implimentati biss minn ftit Stati Membri;

157.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tal-politiki ta’ detenzjoni u tas-sistemi tal-ġustizzja kriminali fuq it-tfal; jirrimarka li madwar l-UE kollha d-drittijiet tat-tfal huma direttament affettwati fil-każ ta’ tfal li jgħixu fil-faċilitajiet ta’ detenzjoni mal-ġenituri tagħhom; jenfasizza l-fatt li kull sena huwa stmat li madwar 800 000 tifel u tifla fl-UE jiġu separati minn ġenitur li jkun il-ħabs, ħaġa li tħalli impatt fuq id-drittijiet tat-tfal b’modi multipli;

Il-ġustizzja

158.  Jirrimarka li l-iżvilupp ta’ spazju Ewropew ta’ ġustizzja bbażat fuq ir-rikonoxximent reċiproku u s-salvagwardji ġuridiċi, li b’hekk jarmonizza s-sistemi tal-ġustizzja differenti tal-Istati Membri, b’mod speċjali f’materji kriminali, għandu jibqa’ fost il-prijoritajiet għoljin tal-Istituzzjonijiet Ewropej għall-Aġenda tal-UE fil-qasam tal-Ġustizzja għall-2020;iqis li l-applikazzjoni effettiva tal-Karta u tal-leġiżlazzjoni sekondarja tal-UE dwar id-drittijiet fundamentali hija kruċjali għall-fiduċja taċ-ċittadini fil-funzjonament tajjeb tal-ispazju Ewropew ta’ ġustizzja;

159.  Jirrimarka li d-dritt ta’ aċċess għall-ġustizzja u għal tribunal indipendenti u imparzjali huwa indispensabbli għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, li huma effettivi biss jekk ikunu ġudikabbli, għad-demokrazija u l-istat tad-dritt; itenni l-importanza li jiġi żgurat li kemm is-sistemi tal-ġustizzja ċivili u kemm dik tal-ġustizzja kriminali huma effiċjenti u li l-indipendenza tal-ġudikatura tkun iggarantita;

160.  Jilqa’ l-portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika, li hu operat mill-Kummissjoni u jipprovdi lill-professjonisti u lill-pubbliku informazzjoni dwar sistemi tal-ġustizzja u huwa għodda prattika biex jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja, b’taqsima separata dwar id-drittijiet fundamentali li tfittex li tinforma liċ-ċittadini dwar għand min għandhom imorru f’każijiet ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom;

161.  Jilqa’ l-passi li diġà ttieħdu fuq livell Ewropew biex jiġu armonizzati s-salvagwardji tal-Istati Membri fi proċedimenti kriminali u l-benefiċċji tagħhom għaċ-ċittadini; itenni l-importanza tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet proċedurali li tkun konformi mal-ogħla standard ta’ protezzjoni mnaqqax fil-Karta, fit-trattati internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u fil-liġi kostituzzjonali tal-Istati Membri;

162.  Jiddeplora n-nuqqas ta’ aċċess għall-għajnuna legali f’ħafna Stati Membri u l-fatt li dan ixekkel id-dritt ta' aċċess għall-ġustizzja għal dawk li m’għandhomx mezzi finanzjarji biżżejjed; iqis li huwa essenzjali li l-UE tadotta direttiva qawwija u komprensiva dwar l-aċċess għall-għajnuna legali;

163.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jiddisponu għal miżuri li jappoġġjaw u jipproteġu lill-informaturi li jiddenunzjaw azzjonijiet illegali;

Iċ-ċittadinanza

164.  Iqis li ċ-ċittadinanza attiva u parteċipattiva tal-UE għandha tiġi mħeġġa permezz tal-aċċess għal dokumenti u informazzjoni, it-trasparenza, governanza u amministrazzjoni tajba, il-parteċipazzjoni u r-rappreżentanz demokratiċi, bil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kemm jista’ jkun qrib taċ-ċittadini tal-Unjoni; jinsisti fuq il-bżonn li ssir possibbli l-parteċipazzjoni sħiħa tas-soċjetà ċivili fit-teħid tad-deċiżjonijiet fuq livell Ewropew kif garantit mill-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u jenfasizza l-importanza tal-prinċipji ta’ trasparenza u djalogu f’dan ir-rigward; jinnota li d-dritt taċ-ċittadini li jkollhom aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet pubbliċi jagħti s-setgħa liċ-ċittadini u jippermettilhom jiskrutnizzaw u jivvalutaw lill-awtoritajiet pubbliċi u jżommuhom responsabbli; jiddeplora f’dan il-kuntest l-istaġnar tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u l-Kunsill li jerġgħu jaqbdu l-ħidmiet tagħhom filwaqt li jqisu l-proposti tal-Parlament;

165.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li mexxew kampanji ta’ informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Ewropea u d-drittijiet konnessi magħha; id-drittijiet għall-protezzjoni diplomatika u konsulari, id-dritt ta’ petizzjoni u d-dritt li wieħed iressaq ilmenti lill-Ombudsman Ewropew, id-dritt tal-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-dritt li dak li jkun jippreżenta inizjattivi taċ-ċittadini;

166.  Ifaħħar ir-rwol tal-Ombudsman Ewropew għad-determinazzjoni tagħha li tiżgura amministrazzjoni tajba u trasparenza tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE;

167.  Jikkundanna l-fatt li aktar minn 15-il miljun ċittadin minn stati terzi u 500 000 persuna apolida fl-Unjoni Ewropea huma vittmi ta’ rifjut diskriminatorju li tiġi rikonoxxuta ċ-ċittadinanza tagħhom; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirrispettaw id-dritt fundamentali għaċ-ċittadinanza u jistieden partikolarment lill-Istati Membri jirratifikaw, u jattwaw bis-sħiħ, il-Konvenzjoni dwar it-Tnaqqis tal-Apolidija tal-1961 kif ukoll il-Konvenzjoni Ewropea dwar iċ-Ċittadinanza tal-1997;

168.  Jenfasizza li l-infurmar taċ-ċittadini dwar id-drittijiet fundamentali tagħhom huwa parti integrali mid-dritt għal amministrazzjoni tajba kif spjegat fil-Karta; jitlob lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-persuni l-aktar fil-bżon, jiżguraw li d-drittijiet tagħhom jiġu spjegati lilhom, jappoġġjawhom u jiżguraw li dawk id-drittijiet jiġu rispettati;

169.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħmel pass ’il quddiem fl-ikkonsolidar tad-dritt għal amministrazzjoni tajba billi ddawwar il-Kodiċi ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba tal-UE f’regolament ġuridikament vinkolanti;

170.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw, permezz tal-politiki tagħhom, li d-drittijiet fundamentali jiġu rispettati kif jixraq, iggarantiti, protetti u żviluppati ulterjorment fl-UE; jistieden lill-Istati Membri jġeddu l-isforzi tagħhom biex jirrikonoxxu d-dritt ta’ petizzjoni u d-dritt ta’ rikors għand l-Ombudsman bħala mezz biex iċ-ċittadini jiddefendu d-drittijiet tagħhom;

171.  Jesprimi t-tħassib tiegħu, fuq il-bażi ta’ mijiet ta’ petizzjonijiet li jaslu kull sena, dwar in-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni proprja fl-Istati Membri, kemm fil-forma u kemm fis-sustanza, tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, bħalma huma d-direttivi dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali u l-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika; jitlob lill-Kummissjoni twettaq sorveljanza iktar mill-qrib tas-sustanza ta’ proċeduri bħal dawn, b’mod partikolari meta każijiet speċifiċi jkunu s-suġġet tal-petizzjonijiet;

172.  Itenni l-importanza tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE), bħala dritt ġdid taċ-ċittadini introdott bit-Trattat ta’ Lisbon li jimmira li jżid id-demokrazija parteċipattiva fl-UE; jinnota l-importanza tal-IĊE bħala għodda qawwija li tagħti liċ-ċittadini Ewropej dritt demokratiku dirett li jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, b'żieda mad-dritt taċ-ċittadini Ewropej li jressqu petizzjonijiet quddiem il-Parlament Ewropew (PE) u d-dritt tagħhom li jappellaw għand l-Ombudsman Ewropew;

173.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea ssaħħaħ ir-rwol tal-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) billi tadotta approċċ li jkun jirrispetta liċ-ċittadini biex tindirizza n-nuqqasijiet kollha ta’ dan l-istrument fir-reviżjoni li jmiss dalwaqt tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 filwaqt li fl-istess ħin ittejjeb il-kampanji ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini dwar l-użu tal-IĊE u s-setgħa tagħha li tinfluwenza l-proċess tat-tfassil tal-politiki tal-UE;

Il-vittmi tal-kriminalità

174.  Iqis li l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità għandha tkun prijorità; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b’mod xieraq, mingħajr dewmien, id-Direttiva tal-UE dwar il-Vittmi (2012/29/UE), sabiex jirrispettaw l-iskadenza għat-traspożizzjoni, iffissata għas-16 ta’ Novembru 2015, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw, skont l-Artikolu 28 tagħha, il-ġbir ta’ data komparabbli dwar it-traspożizzjoni tagħha, b’mod partikolari dwar kif il-vittmi, inklużi l-vittmi ta’ delitti mwettaq b’motiv diskriminatorju, irnexxielhom ikollhom aċċess għad-drittijiet tagħhom; iqis li għad hemm ħafna xi jsir biex jingħata appoġġ lill-vittmi tal-kriminalità, billi jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom u jiġu żgurati sistemi ta’ riferiment effettivi u jiġu mħarrġa l-uffiċjali tal-pulizija u l-professjonisti tal-liġi biex tiġi stabbilita relazzjoni ta’ fiduċja u kunfidenza mal-vittmi, kif turi r-riċerka tal-FRA dwar l-appoġġ għall-vittmi; jilqa’ l-adozzjoni, fl-2013, ta’ regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili;

175.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE jiżguraw l-ogħla kwalità ta’ ġbir ta’ data komparabbli dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-UE dwar il-Vittmi (2012/29/UE) u dwar kif il-vittmi, inklużi l-vittmi ta’ reati mwettqa abbażi ta’ preġudizzju u motiv diskriminatorju, irnexxielhom jieħdu d-drittijiet tagħhom, kif meħtieġ mill-Artikolu 28 tad-Direttiva;

176.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jqisu l-iżviluppi demografiċi u l-bidliet fid-daqs u l-kompożizzjoni tal-unitajiet domestiċi meta jkunu qed ifasslu l-politiki tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-politiki soċjali u tal-impjiegi tagħhom ma jiddiskriminawx fuq il-bażi tad-daqs u l-kompożizzjoni tal-unitajiet domestiċi;

177.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-vakwu ġuridiku fir-rigward tal-aċċess taċ-ċittadini għal rimedju legali meta l-Istati Membri ma jkunux għamlu t-traspożizzjoni, jew ikunu ttardjaw li jagħmlu t-traspożizzjoni, tal-leġiżlazzjoni tal-UE li tikkonċernahom direttament; jenfasizza l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni tal-azzjonijiet fil-livelli kollha biex jiġu protetti u promossi d-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġu inklużi l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-NGOs u s-soċjetà ċivili;

178.  Jenfasizza l-bżonn li tissaħħaħ it-trasparenza istituzzjonali, ir-responsabilità demokratika u l-ftuħ fl-UE u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE u lill-Istati Membri kollha:

   jintensifikaw l-isforzi tagħhom bil-għan li ssir reviżjoni mill-aktar fis tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ħalli jiġu żgurati trasparenza massima u proċeduri semplifikati għall-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u għad-dokumenti; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, terġa' tvara l-inizjattiva leġiżlattiva dwar Att dwar l-Aċċessibbiltà, fil-forma ta' strument orizzontali li jkun kapaċi jżid il-protezzjoni mogħtija lill-persuni b'diżabilità, u jiżguraw li l-politiki kollha li jaqgħu fil-kompetenza tal-UE jkunu koerenti għal dan il-għan;
   iressqu reviżjoni tar-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (Regolament (UE) Nru 211/2011) matul din il-leġiżlatura bil-għan li jittejjeb il-funzjonament tiegħu, jiġu inkorporati emendi biex jitneħħew l-ostakli amministrattivi, organizzattivi u finanzjarji li jista’ jkun hemm li minħabba fihom mhux iċ-ċittadini Ewropej kollha jistgħu jeżerċitaw b'mod korrett l-influwenza demokratika tagħhom permezz tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej kif ipprovdut fit-Trattati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi wkoll fil-proposta tagħha d-dispożizzjonijiet neċessarji biex lil ċerti gruppi ta' ċittadini, bħalma huma dawk neqsin mid-dawl jew li jgħixu barra minn pajjiżhom, twaqqafhom milli jiġu miżmuma milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jsostnu l-inizjattivi taċ-ċittadini, peress li tali esklużjoni tillimita l-ugwaljanza u l-involviment fost iċ-ċittadini;
   iressqu reviżjoni tad-Direttiva 93/109/KE dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini, sabiex tingħata għajnuna liċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fi Stat li mhuwiex tagħhom biex jipparteċipaw fl-elezzjonijiet Ewropej fil-pajjiż ta' residenza tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jippermettu liċ-ċittadini kollha tagħhom jivvotaw fl-elezzjonijiet Ewropej, inklużi dawk li jgħixu barra mill-UE, partikolarment permezz ta' kampanja ta' informazzjoni mwettqa fi żmien utli;
   jagħtu kunsiderazzjoni xierqa lill-parti tal-popolazzjoni li kulma jmur qed dejjem tikber li hija mċaħħda totalment mid-dritt tal-vot tagħha fir-rigward tal-elezzjonijiet nazzjonali billi la jistgħu jivvotaw f’pajjiżjom u lanqas fil-pajjiż ta' residenza tagħhom;

o
o   o

179.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0126.
(2) Testi adottati, P7_TA(2014)0105.
(3) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(4) ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.
(5) Id-Direttiva 2010/64/UE tal-20 ta’ Ottubru 2010, id-Direttiva 2012/13/UE tat-22 ta’ Mejju 2012 u d-Direttiva 2013/48/UE tat-22 ta’ Ottubru 2013
(6) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.
(7) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(8) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(9) ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.
(10) ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.
(11) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(12) ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1.
(13) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(14) ĠU L 59, 2.3.2013, p. 5.
(15) Testi adottati, P7_TA(2013)0594.
(16) Testi adottati, P7_TA(2014)0062.
(17) ĠU C 51E, 22.2.2013, p. 101.
(18) Testi adottati, P7_TA(2013)0387.
(19) Testi adottati, P7_TA(2014)0173.
(20) Testi adottati, P8_TA(2014)0105.
(21) ĠU C 124E, 25.5.2006, p. 405.
(22) Testi adottati, P8_TA(2014)0070.
(23) Testi adottati, P7_TA(2013)0322.
(24) Testi adottati, P7_TA(2014)0230.
(25) Testi adottati, P8_TA(2015)0031.
(26) Testi adottati, P7_TA(2013)0350.
(27) Testi adottati, P8_TA(2014)0058.
(28) ĠU C 353E, 3.12.2013, p. 1
(29) Testi adottati, P7_TA(2013)0418.
(30) Testi adottati, P7_TA(2013)0203.
(31) Testi adottati, P7_TA(2013)0315.
(32) Programm ta’ Azzjoni tal-ICPD § 7.2 u 7.3.
(33) Testi adottati, P8_TA(2015)0070.
(34) Testi adottati, P7_TA(2013)0444.
(35) Testi adottati, P7_TA(2014)0174.


Proċeduri u prattiki rigward is-Seduti ta' smigħ tal-Kummissarji, tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-proċess tal-2014
PDF 364kWORD 82k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar proċeduri u prattiki rigward is-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji, tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-proċess tal-2014 (2015/2040(INI))
P8_TA(2015)0287A8-0197/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar il-linji gwida għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-Reviżjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2011 dwar l-emenda tal-Artikoli 106 u 192 u l-Anness XVII tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew(3),

–  wara li kkunsidra l-kodiċi ta' kondotta għall-Kummissarji Ewropej, b'mod partikolari l-Artikoli 1.3 u 1.6 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 52 u 118 u l-Anness XVI għar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0197/2015),

Billi:

A.  is-seduti ta' smigħ tal-Kummissarji nnominati, li ntużaw għall-ewwel darba fl-1994, illum huma prattika stabbilita sew li żżid il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tqarreb lil dawn l-istituzzjonijiet lejn iċ-ċittadini Ewropej;

B.  is-seduti ta' smigħ huma indispensabbli sabiex il-Parlament ikun jista' jfassal ġudizzju informat fuq il-Kummissjoni meta jorganizza l-vot ta' fiduċja tiegħu li jippermetti lill-Kummissjoni tieħu l-kariga;

C.  il-proċess ta' seduti ta' smigħ jagħti lill-Parlament u liċ-ċittadini tal-UE l-opportunità li jiskopru u jevalwaw il-personalitajiet, il-kwalifiki, it-tħejjija u l-prijoritajiet tal-kandidati, kif ukoll l-għarfien tagħhom tal-portafoll fdat lilhom;

D.  il-proċess ta' seduti ta' smigħ iżid it-trasparenza u jsaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-Kummissjoni b'mod ġenerali;

E.  l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inkluż l-impjieg; billi dan ir-rekwiżit għandu jiġi rifless fil-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea; billi, minkejja t-talbiet imtennija minn Jean-Claude Juncker fl-2014, il-gvernijiet pproponew numru ferm akbar ta' kandidati rġiel milli kandidati nisa; billi n-nisa li ġew proposti ġejjin primarjament minn Stati Membri b'popolazzjonijiet iżgħar u, fil-biċċa l-kbira tagħhom, l-Istati Membri l-kbar injoraw dan ir-rekwiżit; billi l-unika soluzzjoni ġusta hija li kull Stat Membru jintalab jipproponi żewġ kandidati, raġel u mara, sabiex il-President innominat ikun jista' jipproponi Kulleġġ ta' kwalità għolja b'numru ugwali ta' rġiel u nisa;

F.  il-proċess ta' seduti ta' smigħ, filwaqt li wera l-effikaċja tiegħu, dejjem jista' jittejjeb, b'mod partikolari permezz ta' skambji aktar flessibbli u dinamiċi bejn il-Kummissarju u l-membri tal-Kumitat responsabbli għas-seduta ta' smigħ;

G.  is-seduta ta' smigħ tal-Kummissarju nnominat għall-kariga ta' Viċi President, Frans Timmermans, enfasizzat l-ħtieġa li jiġu adatti l-proċeduri tal-Parlament f'każ li Kummissjonijiet futuri jkollhom status speċjali għal Viċi President wieħed jew aktar;

H.  L-Artikolu 3(3) tat-TUE jiddikjara li l-Unjoni "għandha tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel" u l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jgħid li "l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inkluż l-impjieg, ix-xogħol u l-paga";

1.  Iqis li s-seduti ta' smigħ pubbliċi tal-Kummissarji nnominati jippreżentaw opportunità importanti għall-Parlament Ewropew u għaċ-ċittadini tal-UE biex jivvalutaw il-prijoritajiet ta' kull kandidat u jekk ikunux adatti għar-rwol;

2.  Iqis li jkun utli li tiġi stabbilita data ta' skadenza sa meta l-Istati Membri jridu jipproponu l-kandidati tagħhom, sabiex il-President elett tal-Kummissjoni jkollu biżżejjed żmien biex jalloka l-portafolli skont l-esperjenza ta' xogħol u l-isfond tal-kandidat, u biex il-Parlament ikun jista' jorganizza s-seduti ta' smigħ u jfassal l-evalwazzjonijiet tiegħu, u jitlob lill-President tiegħu biex jidħol f'diskussjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra bil-għan li jinkiseb dan l-għan;

3.  Iqis ukoll li kull Stat Membru minn issa 'l quddiem għandu jressaq minn tal-anqas żewġ kandidati – raġel u mara, fuq bażi ta' ugwaljanza – għall-kunsiderazzjoni tal-President elett tal-Kummissjoni; iqis li huwa importanti li l-Unjoni għandha tikseb ukoll, fi ħdan l-istituzzjonijiet tagħha stess, l-objettivi tal-ugwaljanza bejn is-sessi li tkun stabbiliet;

4.  Iqis li l-kontrolli fuq id-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Kummissarji maħtura min-naħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali għandhom jittejbu; iqis li d-dikjarazzjonijiet ta' interessi finanzjarji għandhom jinkludu l-interessi tal-familji, kif previst fl-Artikolu 1.6 tal-kodiċi ta' kondotta għall-Kummissarji; iqis li l-konferma min-naħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar l-assenza ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess, ibbażata fuq analiżi sostantiva tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji, tikkostitwixxi prekundizzjoni essenzjali biex il-kumitat responsabbli jkun jista' jorganizza s-seduta ta' smigħ;

5.  Ifakkar li huma l-kumitati li huma responsabbli għat-tmexxija tas-seduti ta' smigħ; iqis, madankollu, li meta Viċi President tal-Kummissjoni jkollu responsabbiltajiet li huma primarjament orizzontali, is-seduta ta' smigħ tista', f'każijiet eċċezzjonali, issir f'format differenti, bħal laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti jew laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, dejjem jekk din il-laqgħa tkun tippermetti d-djalogi u tinkludi l-kumitati responsabbli rispettivi sabiex tippermettilhom jisimgħu l-Kummissarju nnomiat tagħhom;

6.  Iqis li l-kwestjonarju bil-miktub mibgħut qabel kull seduta ta' smigħ għandu jippermetti li jsiru seba' mistoqsijiet minflok ħamsa, iżda li m'għandux ikun hemm bosta sottomistoqsijiet għal kull mistoqsija;

7.  Iqis li jkun aħjar li jkun hemm madwar 25 mistoqsija, iżda li kull interpellant ikun permess jagħti segwitu immedjat, bil-għan li tittejjeb l-effikaċja u n-natura inkwiżitorjali tas-seduti ta' smigħ;

8.  Iqis li l-proċeduri għall-monitoraġġ tat-tweġibiet mogħtija mill-Kummissarji nnominati waqt is-seduti ta' smigħ jistgħu jgħinu biex jitjieb il-kontroll u tiżdied ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni b'mod ġenerali; jitlob, għaldaqstant, li jsir rieżami perjodiku tal-prijoritajiet imsemmija mill-Kummissarji nnominati wara li jkunu bdew il-mandat tagħhom;

9.  Iqis li l-linji gwida li ġejjin għandhom japplikaw għal-laqgħa ta' evalwazzjoni tal-koordinaturi li ssir wara s-seduti ta' smigħ:

   jekk il-koordinaturi japprovaw b'mod unanimu l-kandidat – ittra ta' approvazzjoni;
   jekk il-koordinaturi jirrifjutaw b'mod unanimu l-kandidat – ittra ta' rifjut;
   jekk il-koordinaturi li jirrappreżentaw maġġoranza ċara japprovaw il-kandidat – ittra li tiddikjara li l-maġġoranza l-kbira tapprova (il-minoranzi jistgħu jitolbu li fl-ittra jingħad li l-grupp tagħhom ma jkkondividix il-fehma tal-maġġoranza);
   jekk ma jkunx hemm maġġoranza ċara, jew ikun hemm maġġoranza (iżda mhux kunsens) kontra l-kandidat, u jekk il-koordinaturi jqisuh neċessarju:
   o l-ewwel għandha tintalab informazzjoni addizzjonali permezz ta' aktar mistoqsijiet bil-miktub;
   o jekk xorta waħda jibqgħu mhux sodisfatti, għandha tintalab seduta ta' smigħ oħra ta' siegħa u nofs, bl-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti;
   o jekk ikun għad m'hemmx kunsens jew maġġoranza assoluta fost il-koordinaturi – għandha ssir votazzjoni fil-kumitat;
   maġġoranza ċara, f'dan il-kuntest, għandha tkun ta' koordinaturi li flimkien jirrappreżentaw minn tal-anqas żewġ terzi tal-membri tal-kumitat;

10.  Jinnota li s-seduti ta' smigħ tal-2014 iġġeneraw interess akbar mill-midja u mill-pubbliku minn seduti ta' smigħ preċedenti, u dan, minn naħa, kien minħabba l-evoluzzjoni tal-midja soċjali; jemmen li l-impatt u l-infuwenza tal-midja soċjali aktarx li jkomplu jikbru fil-futur; iqis li għandha tiddaħħal fis-seħħ dispożizzjoni dwar l-użu tal-midja soċjali u tan-netwerks sabiex jiġu inklużi b'mod aktar effikaċi ċ-ċittadini tal-UE fil-proċess tas-seduti ta' smigħ;

11.  Iqis li:

   fil-websajt tal-Parlament għandu jkun hemm taqsima speċifika fejn, qabel is-seduti ta' smigħ pubbliċi, jiġu ppubblikati s-CVs tal-Kummissarji nnominati u t-tweġibiet għall-mistoqsijiet bil-miktub fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;
   fil-websajt tal-Parlament għandu jkun hemm taqsima speċifika u viżibbli fejn l-evalwazzjonijiet jitqiegħdu fi żmien 24 siegħa;
   ir-regola għandha tinbidel biex tirreferi għal 24 siegħa wara l-evalwazzjoni, peress li xi evalwazzjonijiet jitlestew biss wara proċeduri ulterjuri;

12.  Iqis li l-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw il-kompożizzjoni, l-istruttura u l-metodi ta' ħidma tal-Kummissjoni b'mod ġenerali, u li ma jistgħux jiġu indirizzati b'mod adegwat minn Kummissarju nnominat partikolari, jaqgħu taħt il-kompetenza tal-President elett tal-Kummissjoni; iqis li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati waqt il-laqgħat bejn il-President elett u l-Konferenza tal-Presidenti (waħda qabel ma jibda l-proċess tas-seduti ta' smigħ, u l-oħra wara li dan ikun intemm);

13.  Iqis li l-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Kummissarji għandu jibqa' kompetenza tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali; iqis, madankollu, li l-kamp ta' applikazzjoni attwali tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Kummissarji huwa limitat wisq, u jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli tagħha dwar dan mill-aktar fis possibbli; iqis li huwa importanti, għaldaqstant, li l-Kumitat għall-Affarijiet Legali għandu, fix-xhur li ġejjin, jippubblika linji gwida fil-forma ta' rakkomandazzjoni jew rapport ta' inizjattiva, bil-ħsieb li jiffaċilita r-riforma tal-proċeduri b'rabta mad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Kummissarji; iqis li d-dikjarazzjonijiet ta' interessi u tal-interessi finanzjarji tal-Kummissarji għandhom ikopru wkoll il-membri tal-familja li jgħixu magħhom fl-istess unità domestika;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 137.
(2) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 98.
(3) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 152.


Drittijiet tal-bniedem u teknoloġija: l-impatt ta' sistemi ta' intrużjoni u sorveljanza fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi
PDF 338kWORD 155k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar "Id-drittijiet tal-bniedem u t-teknoloġija: l-impatt ta' sistemi ta' intrużjoni u sorveljanza fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi" (2014/2232(INI))
P8_TA(2015)0288A8-0178/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, b'mod partikulari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, adottat mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-Libertà ta' Espressjoni Online u Offline, adottati mill-Kunsill (Affarijiet Barranin) fit-12 ta' Mejju 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-"Gwida tas-Settur tal-ICT dwar l-Implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem", ippubblikata mill-Kummissjoni f'Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) tal-15 ta' Diċembru 2011 bit-titolu "Il-Libertà tal-Espressjoni fuq l-Internet"(3) u r-rapport regolari tar-Rappreżentant Speċjali tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Midja għall-Kunsill Permanenti tal-OSKE tas-27 ta' Novembru 2014(4),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali waqt il-ġlieda kontra t-terroriżmu, ippreżentat fit-23 ta' Settembru 2014 (A/69/397)(5),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tat-30 ta' Ġunju 2014 bit-titolu "Id-dritt għall-privatezza fl-era diġitali"(6),

–  wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU tas-17 ta' April 2013 dwar id-dritt għal-libertà ta' espressjoni u tal-opinjoni (A/HRC/23/40), li janalizza l-implikazzjonijiet tas-sorveljanza tal-istati fuq il-komunikazzjoni fir-rigward tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-bniedem għall-privatezza u għal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tas-26 ta' Jannar 2015 dwar "Is-Sorveljanza tal-massa"(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-programm ta' sorveljanza tal-NSA tal-Istati Uniti, il-korpi ta' sorveljanza f'diversi Stati Membri u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u dwar il-kooperazzjoni transatlantika fil-Ġustizzja u l-Intern(8),

–  wara li kkunsidra r-rapport tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi oħrajn tan-negozju, tal-21 ta' Marzu 2011, bit-titolu "Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem: l-Implimentazzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti 'Ipproteġi, Irrispetta u Rrimedja'"(9),

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali(10) u r-rapport annwali tal-2014 tal-OECD dwar il-linji gwida għall-Intrapriżi Multinazzjonali(11),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2013 tal-Korporazzjoni tal-Internet għal Ismijiet u Numri Assenjati(12),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Frar 2014 bit-titolu "Il-Politika u l-Governanza tal-Internet: Ir-rwol tal-Ewropa fid-definizzjoni tal-futur tal-Governanza tal-Internet"(13),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni NETmundial tad-Diversi Partijiet Interessati, adottata fl-24 ta' April 2014(14),

–  wara li kkunsidra s-sommarju tal-President tad-disa' Forum dwar il-Governanza tal-Internet li sar f'Istanbul mit-2 sal-5 ta' Settembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-miżuri restrittivi fis-seħħ tal-Unjoni Ewropea , li xi wħud minnhom jinkludu embargi fuq tagħmir tat-telekomunikazzjoni, teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) u għodod ta' monitoraġġ,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 599/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju(15),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-analiżi tas-sistema ta' kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju tas-16 ta' April 2014(16),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tad-19-il Laqgħa Plenarja tal-Ftehim ta' Wassenaar dwar il-Kontrolli tal-Esportazzjoni għall-Armi Konvenzjonali u l-Prodotti u t-Teknoloġiji b'Użu Doppju li saret fi Vjenna fit-3 u l-4 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2014 bit-titolu "L-analiżi tal-politika ta' kontroll tal-esportazzjoni: niżguraw sigurtà u kompetittività f'dinja li qed tinbidel"(17),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2014 dwar ir-rieżami tal-politika ta' kontroll tal-esportazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar l-Istrateġija dwar il-Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE(18),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar il-libertà tal-istampa u tal-midja fid-dinja(19),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-każijiet urġenti ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, li jqajmu tħassib fir-rigward tal-libertajiet diġitali,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2015(20),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2015 dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Forum dwar il-Governanza tal-Internet(21)

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni(22),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni bil-miktub ta' Edward Snowden lill-Kumitat LIBE f'Marzu 2014(23),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u n-negozjati li għaddejjin dwar l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0178/2015),

A.  billi l-iżviluppi teknoloġiċi u l-aċċess għall-internet miftuħ għandhom rwol importanti sabiex ikun possibbli u jiġi żgurat it-twettiq kif ukoll ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ikollhom effett pożittiv billi jwessgħu l-ambitu tal-libertà ta' espressjoni, l-aċċess għall-informazzjoni, id-dritt għall-privatezza u l-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni madwar id-dinja;

B.  billi s-sistemi teknoloġiċi jistgħu jintużaw ħażin bħala għodda għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem permezz ta' ċensura, sorveljanza, aċċess mhux awtorizzat għat-tagħmir, imblukkar, interċettazzjoni, monitoraġġ u lokalizzazzjoni ta' informazzjoni u individwi;

C.  billi dan huwa magħmul minn atturi pubbliċi u privati, inklużi l-gvernijiet u korpi ta' infurzar tal-liġi kif ukoll minn netwerks ta' organizzazzjonijiet kriminali u terroristiċi, biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem;

D.  billi l-kuntest li fih l-ICTs huma ddisinjati u jintużaw jiddetermina, fil-biċċa l-kbira, l-impatt li jista' jkollhom bħala forza li tavvanza – jew tikser – id-drittijiet tal-bniedem; billi t-teknoloġija tal-informatika, b'mod speċjali s-softwer, rari tkun b'użu uniku u normalment tkun b'użu doppju f'dak li għandu x'jaqsam mal-potenzjal tagħha li tikser id-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li s-softwar huwa wkoll forma ta' espressjoni;

E.  billi l-ICTs huma strumenti ewlenin li jgħinu lin-nies jorganizzaw movimenti soċjali u protesti f'diversi pajjiżi, b'mod speċjalment f'pajjiżi b'reġimi awtoritarji;

F.  billi l-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem tal-kuntest li fih se jintużaw teknoloġiji hija ddeterminata mill-qawwa tal-oqfsa legali nazzjonali u reġjonali li jirregolaw l-użu tat-teknoloġiji u l-abbiltà tal-istituzzjonijiet politiċi u ġudizzjarji li jissorveljaw tali użu;

G.  billi fil-qasam diġitali, atturi privati għandhom rwol dejjem aktar sinifikanti fl-isferi kollha tal-attivitajiet soċjali, iżda għad m'hemmx fis-seħħ salvagwardji li jwaqqfuhom milli jimponu restrizzjonijiet eċċessivi fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; billi, minħabba f'hekk, l-atturi privati għandhom rwol aktar attiv fil-valutazzjoni tal-legalità tal-kontenut u fl-iżvilupp ta' sistemi ta' ċibersigurtà u ta' sistemi ta' sorveljanza, li jista' jkollhom impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha;

H.  billi l-internet jirrappreżenta rivoluzzjoni fil-possibbiltajiet li joffri għal skambju ta' data, informazzjoni u għarfien ta' kull tip;

I.  billi l-kriptaġġ huwa metodu importanti li jgħin biex tiġi żgurata l-komunikazzjoni u l-persuni li jagħmlu użu minnha;

J.  billi l-governanza tal-internet ibbenefikat minn mudell deċiżjonali li jinkludi diversi partijiet interessati, proċess li jiżgura parteċipazzjoni sinifikanti, inklussiva u responsabbli tal-partijiet interessati kollha, inklużi l-gvernijiet, is-soċjetà ċivili, il-komunitajiet tekniċi u akkademiċi, is-settur privat u l-utenti;

K.  billi l-aġenziji tal-intelliġenza b'mod sistematiku mminaw il-protokolli u l-prodotti kriptografiċi sabiex ikunu jistgħu jinterċettaw il-komunikazzjonijiet u d-data; billi l-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti (NSA) ġabret għadd kbir tal-hekk imsejħa "zero-day exploits" – jiġifieri, vulnerabbiltajiet fis-sigurtà tal-IT li għadhom mhux magħrufa mill-pubbliku jew mill-bejjiegħ tal-prodott; billi dawn l-attivitajiet jimminaw l-isforzi globali biex titjib is-sigurtà tal-IT;

L.  billi s-servizzi tal-intelligenza bbażati fl-UE kienu involuti f'attivitajiet li jagħmlu ħsara lid-drittijiet tal-bniedem;

M.  billi fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi rapidi li qegħdin iseħħu, is-sorveljanza u s-salvagwardji ġudizzjarji u demokratiċi huma b'mod ġenerali sottożviluppati;

N.  billi miżuri ta' (ċiber)sigurtà u miżuri kontra t-terroriżmu li jinvolvu l-ICTs, jew il-monitoraġġ tal-internet, jista' jkollhom effett detrimentali sinifikanti fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet individwali tan-nies madwar id-dinja kollha, inklużi ċ-ċittadini tal-UE meta jirresjedu jew jivvjaġġaw barra mill-pajjiż, u b'mod speċjali fin-nuqqas ta' bażi legali bbażata fuq il-prinċipji ta' neċessità, proporzjonalità, u sorveljanza demokratika u ġudizzjarja;

O.  billi l-filtri tal-internet u s-sorveljanza tal-komunikazzjoni jimminaw l-abbiltà tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jieħdu vantaġġ mill-internet u jikkomunikaw informazzjoni sensittiva, u jiksru bosta artikoli tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) li tiggarantixxi d-dritt ta' kull persuna għall-privatezza u l-libertà ta' espressjoni;

P.  billi kemm s-sigurtà diġitali kif ukoll il-libertà diġitali huma essenzjali u ma jistgħux jissostitwixxu lil xulxin, iżda għandhom isaħħu lil xulxin;

Q.  billi, fil-qasam tal-libertajiet diġitali, l-Unjoni Ewropea tista' tmexxi bl-eżempju dwar il-libertajiet diġitali biss meta dawn jiġu salvagwardjati fl-UE stess; u billi għalhekk l-adozzjoni tal-pakkett tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data hija kruċjali;

R.  billi l-qofol tal-kwistjoni hija marbuta mal-interessi soċjali estensivi – bħall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali – li m'għandhomx ikunu ddeterminati mis-suq waħdu, u li jeħtieġu regolazzjoni;

S.  billi r-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt u s-sorveljanza parlamentari effikaċi ta' servizzi ta' intelligence li jużaw teknoloġija ta' sorveljanza diġitali, huma elementi importanti tal-kooperazzjoni internazzjonali;

T.  billi l-kumpaniji bbażati fl-UE għandhom sehem importanti tas-suq globali tal-ICTs, b'mod partikolari fir-rigward tal-esportazzjoni ta' teknoloġija ta' sorveljanza, traċċar, intrużjoni u monitoraġġ;

U.  billi l-introduzzjoni ta' kontrolli tal-esportazzjoni m'għandhiex tippreġudika r-riċerka leġittima fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-IT, jew l-iżvilupp ta' għodod tas-sigurtà tal-IT fejn ma jkun hemm l-ebda intenzjoni kriminali;

1.  Jirrikonoxxi li d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma universali u għandhom jiġu difiżi globalment f'kull dimensjoni ta' manifestazzjoni tagħhom; jenfasizza li s-sorveljanza ta' komunikazzjonijiet, bħala tali, tinterferixxi mad-drittijiet għall-privatezza u l-espressjoni, jekk titwettaq 'l barra minn qafas legali adegwat;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura l-koerenza bejn l-azzjonijiet esterni tal-UE u l-politiki interni tagħha relatati mal-ICTs;

3.  Jemmen li kompliċità attiva ta' ċerti Stati Membri tal-UE fis-sorveljanza tal-massa ta' ċittadini u l-ispjunaġġ fuq mexxejja politiċi tal-NSA, kif żvelat minn Edward Snowden, ikkawża dannu serju għall-kredibbiltà tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u mminaw il-fiduċja globali dwar il-benefiċċji tal-ICTs;

4.  Ifakkar lill-Istati Membri u lill-aġenziji tal-UE, inklużi l-Europol u l-Eurojust, fl-obbligi tagħhom skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-għanijiet tal-politika esterna tal-UE, li ma jsirx skambju ta' data tal-intelligence li jista' jwassal għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiż terz, u li ma tintużax informazzjoni miksuba b'riżultat ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, bħal fil-każ tas-sorveljanza illegali, barra mill-UE;

5.  Jenfasizza li l-impatt tat-teknoloġiji fuq it-titjib tad-drittijiet tal-bniedem għandu jkun integrat fil-politiki u l-programmi kollha tal-UE, jekk applikabbli, sabiex javvanzaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, u r-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti;

6.  Jappella għall-iżvilupp u t-tixrid attiv ta' teknoloġiji li jgħinu biex jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u jiffaċilitaw id-drittijiet u l-libertajiet diġitali tan-nies, u li jippromovu l-aħjar prattiċi u oqsfa leġiżlattivi xierqa, fliwaqt li jiggarantixxu s-sigurtà u l-integrità ta' data personali; iħeġġeġ, b'mod partikolari, lill-UE u l-Istati Membri biex jippromwovu l-użu u l-iżvilupp globali ta' standards miftuħa, u ta' softwer mingħajr ħlas u minn sors miftuħ u ta' teknoloġiji kriptografiċi;

7.  Jistieden lill-UE żżid l-appoġġ tagħha għall-atturi li jaħdmu biex isaħħu l-istandards tas-sigurtà u tal-protezzjoni tal-privatezza fl-ICTs fuq il-livelli kollha, inklużi standards dwar il-ħardwer, is-softwer u l-komunikazzjoni, kif ukoll li jiżviluppaw ħardwer u softwer fl-oqfsa tal-privatezza fid-disinn;

8.  Jappella biex jiġi stabbilit fond tad-drittijiet tal-bniedem u tat-teknoloġija taħt l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem;

9.  Iħeġġeġ lill-UE nnifisha, u b'mod partikolari lis-SEAE, biex tuża kriptaġġ fil-komunikazzjoni tagħha mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex tevita li tpoġġi lid-difensuri f'riskju u tipproteġi minn sorveljanza l-komunikazzjoni tagħha stess mal-barranin;

10.  Jistieden lill-UE tadotta softwer mingħajr ħlas u minn sors miftuħ, u tinkoraġġixxi atturi oħra biex jagħmlu l-istess, peress li softwer bħal dan jipprovdi sigurtà aħjar u rispett akbar għad-drittijiet tal-bniedem;

11.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza ta' żvilupp ta' ICTs f'żoni affettwati mill-kunflitti sabiex jiġu promossi attivitajiet għall-konsolidazzjoni tal-paċi bil-għan li tiġi pprovduta komunikazzjoni sikura bejn il-partijiet involuti fir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti;

12.  Jappella għall-implimentazzjoni ta' kundizzjonijiet, punti ta' riferimenti u proċeduri ta' rapportar sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ finanzjarju u tekniku tal-UE għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda fil-pajjiżi terzi ma jintużax b'mod li jikser id-drittijiet tal-bniedem;

13.  Jitlob lill-Kummissjoni u l-Kunsill jinvolvu ruħhom b'mod attiv ma' gvernijiet ta' pajjiżi terzi, u sabiex jappoġġaw, iħarrġu u jabilitaw aktar lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lill-attivisti tas-soċjetà ċivili u lill-ġurnalisti indipendenti li jużaw l-ICTs fl-attivitajiet tagħhom b'mod sikur, permezz tal-mekkaniżmi ta' appoġġ u l-istrumenti tal-politiki Ewropej eżistenti u jippromovu d-drittijiet fundamentali tal-privatezza, bħall-aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-informazzjoni fuq l-internet, id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data, il-libertà ta' espressjoni, il-libertà ta' għaqda, il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà tal-istampa u tal-pubblikazzjoni online;

14.  Jiġbed l-attenzjoni għall-qagħda mwiegħra tal-informaturi u ta' dawk li jappoġġawhom, inklużi ġurnalisti, wara r-rivelazzjonijiet tagħhom dwar prattiki ta' sorveljanza abbużivi f'pajjiżi terzi; jemmen li individwi bħal dawn għandhom jitqiesu bħala difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u għaldaqstant, jistħoqqilhom il-protezzjoni tal-UE, kif meħtieġ skont il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jeżaminaw bir-reqqa l-possibbiltà li l-informaturi jingħataw protezzjoni internazzjonali minn prosekuzzjoni;

15.  Jiddeplora l-fatt li miżuri ta' sigurtà, inklużi miżuri kontra t-terroriżmu, qegħdin jintużaw dejjem aktar bħala skuża għall-ksur tad-dritt għall-privatezza u r-ripressjoni tal-attivitajiet leġittimi tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġurnalisti u tal-attivisti politiċi; itenni l-fehma qawwija tiegħu li s-sigurtà nazzjonali qatt ma tista' tkun ġustifikazzjoni għal programmi ta' sorveljanza mhux speċifika, sigrieta jew tal-massa; jinsisti li miżuri bħal dawn jiġu segwiti f'konformità stretta mal-istat tad-dritt u mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data;

16.  Jistieden lis-SEAE u l-Kummissjoni jippromovu s-sorveljanza demokratika tas-servizzi tas-sigurtà u tal-intelligence fid-djalogu politiku tagħhom ma' pajjiżi terzi, kif ukoll fil-programmi tagħhom ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-korpi leġiżlattivi f'pajjiżi terzi li għandhom l-għan li jtejbu l-iskrutinju, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-servizzi tas-sigurtà nazzjonali; jappella sabiex impenji speċifiċi dwar dan jiġu inklużi fil-Pjan ta' Azzjoni futur tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni;

17.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, jippromovu l-libertajiet diġitali u l-aċċess għall-internet mingħajr restrizzjonijiet f'kull forma ta' kuntatt ma' pajjiżi terzi, inkluż f'negozjati tal-adeżjoni, f'negozjati kummerċjali u fi djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u kuntatti diplomatiċi;

18.  Jirrikonoxxi li l-internet sar spazju pubbliku kif ukoll suq fejn il-fluss ħieles ta' informazzjoni u l-aċċess għall-ICTs huma indispensabbli għalih; jenfasizza, għaldaqstant, li l-libertà diġitali u l-kummerċ ħieles għandhom jiġu promossi u protetti fl-istess ħin;

19.  Jappella sabiex fil-ftehimiet kollha ma' pajjiżi terzi, jiddaħħlu klawsoli li jirreferu b'mod espliċitu għall-bżonn ta' promozzjoni, garanzija u rispett għal-libertajiet diġitali, newtralità tal-internet, aċċess għall-internet mhux ċensurat u mingħajr restrizzjonjiet, id-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data;

20.  Iħeġġeġ lill-UE topponi l-kriminalizzazzjoni tal-użu tal-kriptaġġ, l-evitar taċ-ċensura u għodod tal-privatezza mid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, billi tirrifjuta li tillimita l-użu ta' kriptaġġ fi ħdan l-UE u tisfida gvernijiet ta' pajjiżi terzi li jagħmlu akkużi bħal dawn kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

21.  Iħeġġeġ lill-UE topponi l-kriminalizzazzjoni tal-użu tal-kriptaġġ, l-għodod ta' kontra ċ-ċensura u tal-privatezza billi tirrifjuta li tillimita l-użu ta' kriptaġġ fi ħdan l-UE, u tisfida gvernijiet ta' pajjiżi terzi li jikkriminalizzaw dawn l-għodod;

22.  Jenfasizza li politika tal-UE dwar l-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem tesiġi l-integrazzjoni tal-ICTs u t-tnaqqis tad-distakk diġitali, billi tipprovdi infrastrutturi teknoloġiċi bażiċi, tiffaċilita l-aċċess għall-għarfien u l-informazzjoni u tippromovi ħiliet diġitali, u billi jiġi promoss l-użu ta' standards miftuħin fid-dokumenti u l-użu ta' softwer bla ħlas u minn sors miftuħ, fejn xieraq, biex jiġu żgurati l-ftuħ u t-trasparenza (b'mod speċjali minn istituzzjonijiet pubbliċi) — inkluża s-salvagwardja tal-protezzjoni tad-data fil-qasam diġitali madwar id-dinja kollha — kif ukoll fehim aħjar tar-riskji u l-benefiċċji potenzjali tal-ICTs;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa t-tneħħija tal-ostakli diġitali għall-persuni b'diżabbiltà; iqis ta' importanza kbira li l-politiki tal-UE fir-rigward tal-iżvilupp u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja għandu jkollhom l-għan li jtaffu l-qasma diġitali għall-persuni b'diżabbiltà u li joffru qafas usa' ta' drittijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-għarfien, il-parteċipazzjoni diġitali, l-inklużjoni fl-opportunitajiet ekonomiċi u soċjali ġodda maħluqa mill-internet;

24.  Jissottolinja li l-ġbir u t-tixrid diġitali b'mod legali ta' provi ta' ksur tad-drittjiet tal-bniedem jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda globali kontra l-impunità u t-terroriżmu; iqis li dan il-materjal għandu jkun ammissibbli, f'każijiet ġustifikati kif xieraq skont id-dritt internazzjonali (kriminali), bħala prova fi proċedimenti ġudizzjarji, f'konformità ma' salvagwardji internazzjonali, reġjonali u kostituzzjonali; jirrakkomanda li jinħolqu mekkaniżmi fil-qasam tad-dritt kriminali internazzjonali għall-introduzzjoni ta' proċeduri li permezz tagħhom din id-data tiġi awtentikata u miġbura għall-użu bħala prova fi proċedimenti ġudizzjarji;

25.  Jiddeplora l-fatt li xi teknoloġiji u servizzi tal-informazzjoni u komunikazzjoni magħmula fl-UE huma mibjugħa, u jistgħu jintużaw, f'pajjiżi terzi minn individwi privati, negozji u awtoritajiet bi ħsieb speċifiku bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem permezz ta' ċensura, sorveljanza tal-massa, imblukkar, interċettazzjoni u monitoraġġ, u ntraċċar u lokalizzazzjoni taċ-ċittadini u l-attivitajiet tagħhom fuq in-networks tat-telefonija (mobbli) u fuq l-internet; jinsab imħasseb dwar il-fatt li xi kumpaniji bbażati fl-UE jistgħu jipprovdu teknoloġiji u servizzi li jistgħu jippermettu ksur tad-drittijiet tal-bniedem bħal dawn;

26.  Jinnota li t-theddid għas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, tal-Istati Membri tagħha u ta' pajjiżi terzi, ta' spiss jiġi minn individwi jew minn gruppi żgħar li jużaw netwerks ta' komunikazzjoni diġitali biex jippjanaw u jwettqu attakki, u li l-għodod u t-tattiki meħtieġa biex jingħeleb dan it-theddid jeħtieġ li jiġu rieżaminati u aġġornati b'mod kostanti;

27.  Iqis li s-sorveljanza tal-massa li mhijiex ġustifikata minn riskju qawwi ta' attakki u theddid terroristiċi tkun fi ksur tal-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità, u, għaldaqstant, tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

28.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromovu skrutinju demokratiku sħiħ tal-operazzjonijiet tas-servizzi tal-intelligence f'pajjiżi terzi, sabiex jivverifikaw li dawn is-servizzi joperaw b'rispett sħiħ tal-istat tad-dritt, u jżommu responsabbli lis-servizzi u lill-individwi li joperaw b'modi illegali;

29.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, fid-dawl ta' aktar kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (inkluż permezz tal-użu ta' sorveljanza diġitali) jiżguraw skrutinju demokratiku ta' dawn is-servizzi, u l-attivitajiet tagħhom, permezz ta' sorveljanza xierqa interna, eżekuttiva, ġudizzjarja u parlamentari indipendenti;

30.  Jenfasizza li l-prinċipji tar-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-kriterji ta' disinn għad-drittijiet tal-bniedem, li huma soluzzjonijiet teknoloġiċi u innovazzjonijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem, għandhom jiġu adottati fil-leġiżlazzjoni tal-UE biex jiżguraw li fornituri tas-servizzi tal-internet (ISPs), żviluppaturi tas-softwer, produtturi tal-ħardwer, servizzi/midja tan-netwerks soċjali, portaturi tat-telefowns ċellulari u oħrajn, iqisu d-drittijiet tal-bniedem tal-utenti finali b'mod globali;

31.  Iħeġġeġ lill-UE tiżgura aktar trasparenza fir-relazzjoni bejn il-portaturi tat-telefowns ċellulari jew l-ISPs u l-gvernijiet, u li tisħaq għaliha fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi, billi tesiġi li l-portaturi u l-ISPs jippubblikaw rapporti annwali dettaljati ta' trasparenza, inklużi rapporti dwar azzjonijiet mitluba mill-awtoritajiet, kif ukoll ir-rabtiet finanzjarji bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-portaturi/l-ISPs;

32.  Ifakkar lill-atturi korporattivi fir-responsabbiltà tagħhom li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem fl-operazzjonijiet globali tagħhom irrispettivament minn fejn jinsabu l-utenti tagħhom u indipendentament minn jekk l-istat ospitanti jissodisfax l-obbligi tiegħu stess tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-kumpaniji tal-ICT, l-aktar dawk ibbażati fl-UE, jimplimentaw il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' politiki ta' diliġenza dovuta u ta' salvagwardji għall-ġestjoni tar-riskju, u l-għoti ta' rimedji effikaċi meta l-attivitajiet tagħhom ikunu kkawżaw jew ikkontribwew għal impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem;

33.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu implimentati u mmonitorjati b'mod aktar effikaċi regolamenti u sanzjonijiet tal-UE fir-rigward tal-ICTs, inkluż l-użu ta' mekkaniżmi intiżi biex ikopru kull każ, sabiex jiġi żgurat li l-partijiet kollha, inkluż l-Istati Membri jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni u jitħarsu l-kundizzjonijiet ekwi;

34.  Jenfasizza l-fatt li r-rispett għad-drittijiet fundamentali huwa element essenzjali fil-politiki ta' suċċess kontra t-terroriżmu, inkluż l-użu ta' teknoloġiji ta' sorveljanza diġitali;

35.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Ftehim ta' Wassenaar ta' Diċembru 2013 dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni fl-oqsma tas-sorveljanza, tal-għodod tal-infurzar tal-liġi u tal-ġbir tal-intelligence u tas-sistemi ta' sorveljanza tan-netwerk; ifakkar fin-natura attwali li għadha inkompleta tar-reġim tal-użu doppju tal-UE, jiġifieri r-regolament dwar l-użu doppju tal-UE, fir-rigward tal-kontroll effikaċi u sistematiku tal-esportazzjoni ta' teknoloġiji tal-ICT dannużi lejn pajjiżi li mhumiex demokratiċi;

36.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fir-rigward tar-rieżami u t-tiġdid tal-politika ta' użu doppju li jmiss, biex tressaq malajr proposta għal politiki intelliġenti u effikaċi li jillimitaw u jirregolaw l-esportazzjoni kummerċjali ta' servizzi fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-użu tal-hekk imsejħa teknoloġiji b'użu doppju, li jindirizzaw l-esportazzjoni potenzjalment dannuża ta' prodotti u servizzi tal-ICT lejn pajjiżi terzi, kif maqbul fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ta' April 2014; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi salvagwardji effikaċi sabiex jiġi evitat kwalunkwe dannu ta' dawn il-kontrolli tal-esportazzjoni għar-riċerka, inkluża r-riċerka xjentifika u s-sigurtà tal-IT;

37.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tkun tista' tagħti malajr lill-kumpaniji li jkollhom dubju dwar jekk għandhomx japplikaw għal liċenzja tal-esportazzjoni, informazzjoni ċara u aġġornata dwar il-legalità jew l-effetti potenzjalment dannużi ta' transazzjonijiet potenzjali;

38.  Jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposti għal rieżami dwar kif standards tal-UE dwar l-ICTs jistgħu jintużaw biex jipprevjenu l-impatti potenzjalment dannużi tal-esportazzjoni ta' dawn it-teknoloġiji jew servizzi oħra lejn pajjiżi terzi fejn kunċetti bħal "interċettazzjoni legali" ma jistgħux jiġu kkunsidrati ekwivalenti għal dawk tal-Unjoni Eweropea, jew pereżempju, għandhom reputazzjoni ħażina tad-drittijiet tal-bniedem jew fejn l-istat tad-dritt ma jeżistix;

39.  Jafferma mill-ġdid li l-istandards tal-UE, b'mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, għandhom jieħdu preċedenza waqt il-valutazzjonijiet ta' inċidenti li jinvolvu teknoloġiji b'użu doppju li jintużaw b'modi li jistgħu jirrestrinġu d-drittijiet tal-bniedem;

40.  Japella għall-iżvilupp ta' politiki li jirregolaw il-bejgħ ta' "zero-day exploits" u vulnerabbiltajiet bil-għan li jiġi evitat li dawn jintużaw għat-twettiq ta' attakki ċibernetiċi, jew għall-aċċess mhux awtorizzat għal tagħmir li jwassal għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, mingħajr ma dawn ir-regolamenti jkollhom impatt sinifikanti fuq riċerka akkademika u riċerka oħra bona fede dwar is-sigurtà;

41.  Jiddeplora l-kooperazzjoni attiva ta' ċerti kumpaniji Ewropej, kif ukoll ta' kumpaniji internazzjonali li jinnegozjaw teknoloġiji b'użu doppju b'effetti potenzjalment ta' detriment għad-drittijiet tal-bniedem waqt li joperaw fl-UE, ma' reġimi li l-azzjonijiet tagħhom jiksru d-drittijiet tal-bniedem;

42.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni teskludi pubblikament kumpaniji li jagħmlu dawn l-attivitajiet minn proċeduri ta' akkwist tal-UE, minn finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp u minn kwalunkwe appoġġ finanzjarju ieħor;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikulari lill-aspetti tad-drittijiet tal-bniedem fil-proċessi ta' akkwist pubbliku għal tagħmir teknoloġiku, b'mod speċjali fil-pajjiżi bi prattiki mhux affidabbli f'dan id-dominju;

44.  Jitlob lill-Kummissjoni u l-Kunsill jiddefendu b'mod attiv l-internet miftuħ, proċeduri deċiżjonali li jinkludu diversi partijiet interessati, in-newtralità tal-internet, il-libertajiet diġitali u s-salvagwardji għall-protezzjoni tad-data f'pajjiżi terzi, permezz ta' fora tal-governanza tal-internet;

45.  Jikkundanna d-dgħajfin u l-imminar ta' protokolli u prodotti kriptografiċi, b'mod partikolari mis-servizzi ta' intelligence li jfittxu li jinterċettaw komunikazzjonijiet kriptati;

46.  Iwissi kontra l-privatizzazzjoni tal-infurzar tal-liġi permezz ta' kumpaniji tal-internet u l-ISPs;

47.  Jappella għal kjarifika dwar in-normi u l-istandards użati minn atturi privati biex jiżviluppaw is-sistemi tagħhom;

48.  Ifakkar dwar l-importanza li jiġi vvalutat il-kuntest li fih jintużaw it-teknoloġiji, sabiex jitwettaq apprezzament sħiħ tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem;

49.  Jappella b'mod espliċitu għall-promozzjoni ta' għodod li jippermettu l-użu anonimu u/jew psewdonimu tal-internet, u li jikkuntestaw l-fehma mhux ġusta li tali għodod iservu biss biex jippermettu attivitajiet kriminali, aktar milli jabilitaw attivisti tad-drittijiet tal-bniedem lil hinn u fi ħdan l-UE;

50.  Iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżviluppaw politiki intelliġenti u effikaċi li jirregolaw l-esportazzjoni ta' teknoloġiji b'użu doppju, li jindirizzaw l-esportazzjoni potenzjalment dannuża ta' prodotti u servizzi tal-ICT, fil-livell internazzjonali u fi ħdan reġimi għall-kontroll tal-esportazzjoni multilaterali u f'korpi internazzjonali oħra;

51.  Jenfasizza li kwalunkwe tibdil regolatorju bil-ħsieb li jżid l-effikaċja tal-kontrolli tal-esportazzjoni ta' trasferimenti ta' teknoloġija intanġibbli m'għandux jimpedixxi riċerka leġittima, jew l-aċċess għal informazzjoni u l-iskambju tagħha, u li kwalunkwe miżura potenzjali, bħall-użu ta' Awtorizzazzjonijiet għall-Esportazzjoni Ġenerali tal-UE għal riċerka b'użu doppju, m'għandhiex ikollha “effett dissważiv” fuq l-individwi u l-SMEs;

52.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li politiki ta' kontroll tal-esportazzjoni eżistenti u futuri ma jirrestrinġux l-attivitajiet ta' riċerkaturi leġittimi dwar is-sigurtà, u li l-kontrolli tal-esportazzjoni jiġu applikati in bona fede, u għal teknoloġiji ddefiniti b'mod ċar biss li huma maħsuba biex jintużaw għas-sorveljanza tal-massa, ċensura, imblukkar, interċettazzjoni , monitoraġġ, u ntraċċar u lokalizzazzjoni taċ-ċittadini u l-attivitajiet tagħhom fuq in-networks tat-telefonija (mobbli);

53.  Ifakkar li t-teknoloġiji bbażati fuq ix-xibka, u teknoloġiji mingħajr fili ad hoc, joffru potenzjal kbir biex iservu bħala netwerks supplimentari f'żoni fejn l-internet mhuwiex disponibbli jew huwa imblukkat, u jistgħu jgħinu l-avvanz tad-drittijiet tal-bniedem;

54.  Jitlob lill-Kummissjoni taħtar grupp indipendenti ta' esperti li jistgħu jwettqu valutazzjoni tal-impatt tad-drittijiet tal-bniedem fuq l-istandards eżistenti tal-UE għall-ICTs, bil-għan li jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet għal aġġustamenti li jżidu l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari meta s-sistemi jiġu esportati;

55.  Jirrikonoxxi li l-iżvilupp teknoloġiku joħloq sfida għas-sistemi legali, li jesiġi li dawn jiġu aġġustati għaċ-ċirkostanzi l-ġodda; jissottolinja l-importanza li dawk li jfasslu l-liġi jagħtu aktar attenzjoni lil kwistjonijiet relatati mal-ekonomija diġitali;

56.  Jitlob lill-Kummissjoni tinvolvi s-soċjetà ċivili, kif ukoll l-esperti indipendenti, inklużi riċerkaturi dwar is-sigurtà, fil-qasam tal-ICT f'pajjiżi terzi, biex tiżgura għarfien espert aġġornat li għandu jwassal għal tfassil ta' politika li tipprevedi r-riskji futuri;

57.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu evitati konsegwenzi mhux mixtieqa, bħal restrizzjonijiet jew effetti dissważivi fuq ir-riċerka xjentifika u tipi oħra ta' riċerka u żvilupp bona fede, fuq l-iskambju u l-aċċess għall-informazzjoni, fuq l-iżvilupp ta' għarfien tas-sigurtà jew fuq l-esportazzjoni ta' teknoloġiji li jkunu fl-interess li jakkwistaw il-ħiliet diġitali meħtieġa u għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

58.  Jemmen li l-kooperazzjoni bejn gvernijiet u atturi privati madwar id-dinja fil-qasam diġitali, inkluż il-Forum tal-Governanza tal-Internet, titlob li jkun hemm kontrolli u bilanċi, u li din il-kooperazzjoni m'għandhiex twassal għal dgħajfin tas-sorveljanza demokratika u ġudizzjarja;

59.  Jinnota li approċċ volontarju mhuwiex biżżejjed, iżda hemm bżonn ta' miżuri vinkolanti li jħeġġu lill-kumpaniji jikkunsidraw ir-rekord tad-drittijiet tal-bniedem tal-pajjiż qabel ma jbigħu l-prodotti tagħhom hemmhekk, u jwettqu valutazzjoni tal-impatt dwar x'effett għandhom it-teknoloġiji tagħhom fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-kritiċi tal-gvern.

60.  Huwa tal-fehma li l-esportazzjoni ta' oġġetti sensittivi ħafna trid tiġi eżaminata qabel dawn l-oġġetti jħallu l-UE, u li sanzjonijiet huma meħtieġa f'każijiet ta' ksur.

61.  Jappella li kull individwu ikun intitolat għall-kriptaġġ, u għal kundizzjonijiet meħtieġa li jippermettu l-ħolqien ta' kriptaġġ; huwa tal-fehma li l-kontroll għandu jkun f'idejn l-utent aħħari, li dan għandu bżonn ukoll il-ħiliet biex iwettaq il-kontroll b'mod xieraq.

62.  Jappella għal introduzzjoni ta' standards tal-kriptaġġ minn tarf sa tarf bħala neċessarji għas-servizzi tal-komunikazzjoni kollha, sabiex ikun aktar diffiċli li gvernijiet, aġenziji tal-intelligence u korpi ta' sorveljanza jaqraw il-kontenut;

63.  Jenfasizza r-responsabbiltà speċjali tas-servizzi tal-intelligence tal-gvern biex jibnu l-fiduċja, u jappella sabiex tintemm is-sorveljanza tal-massa; iqis li għandu jiġi indirizzat u jitwaqqaf il-monitoraġġ ta' ċittadini Ewropej mis-servizzi tal-intelligence nazzjonali u barranin;

64.  Huwa kuntrarju għall-bejgħ u d-distribuzzjoni tat-teknoloġija ta' sorveljanza Ewropea u l-għodod taċ-ċensura lil soċjetajiet awtoritarji fejn l-istat tad-dritt huwa ineżistenti;

65.  Jappella sabiex l-ambitu għall-protezzjoni internazzjonali tal-informaturi jiġi estiż, u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jressqu liġijiet għall-protezzjoni ta' informaturi;

66.  Jappella jinħatar mibgħut tan-NU għal-libertajiet diġitali u l-protezzjoni tad-data, u sabiex il-portafoll tal-Kummissarju tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem jiġi estiż, b'tali mod li t-teknoloġija tiġi kkunsidrata wkoll mill-aspett tad-drittijiet tal-bniedem.

67.  Jappella għal miżuri sabiex jiżguraw li l-privatezza tal-attivisti, il-ġurnalisti u ċ-ċittadini tiġi protetta madwar id-dinja kollha u sabiex dawn ikunu jistgħu jikkollegaw f'netwerk online;

68.  Jinsisti li l-aċċess għall-internet għandu jiġi rikonoxxut bħala dritt tal-bniedem, u jappella għal miżuri biex jingħeleb id-distakk diġitali;

69.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lis-SEAE.

(1) http://eeas.europa.eu/delegations/un_geneva/press_corner/focus/events/2012/20120625_en.htm.
(2)  http://eeas.europa.eu/delegations/documents/eu_human_rights_guidelines_on_freedom_of_expression_online_and_offline_en.pdf.
(3) http://www.osce.org/fom/80723?download=true.
(4) http://www.osce.org/fom/127656?download=true .
(5) http://daccess-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/N14/545/19/PDF/N1454519.pdf?OpenElement.
(6) http://www.ohchr.org/EN/HRBodies/HRC/RegularSessions/Session27/Documents/A-HRC-27-37_en.doc.
(7) http://website-pace.net/documents/19838/1085720/20150126-MassSurveillance-EN.pdf/df5aae25-6cfe-450a-92a6-e903af10b7a2.
(8) Testi adottati, P7_TA(2014)0230 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(9) http://www.ohchr.org/Documents/Publications/GuidingPrinciplesBusinessHR_EN.pdf?v=1392752313000/_/jcr:system/jcr:versionstorage/12/52/13/125213a0-e4bc-4a15-bb96-9930bb8fb6a1/1.3/jcr:frozennode
(10) http://www.oecd.org/daf/inv/mne/48004323.pdf
(11) http://www.oecd-ilibrary.org/docserver/download/2014091e.pdf?expires=1423160236&id=id&accname=ocid194994&checksum=D1FC664FBCEA28FC856AE63932715B3C
(12) https://www.icann.org/en/system/files/files/annual-report-2013-en.pdf
(13) COM(2014)0072.
(14) http://netmundial.br/wp-content/uploads/2014/04/NETmundial-Multistakeholder-Document.pdf
(15) ĠU L 173, 12.06.2014, p. 79.
(16) ĠU L 173, 12.06.2014, p. 82.
(17) COM(2014)0244.
(18) Testi adottati, P7_TA(2012)0470.
(19) Testi adottati, P7_TA(2013)0274.
(20) Testi adottati, P8_TA(2015)0079.
(21) Testi adottati, P8_TA(2015)0033.
(22) Testi adottati, P8_TA(2015)0076.
(23) http://www.europarl.europa.eu/document/activities/cont/201403/20140307ATT80674/20140307ATT80674EN.pdf.


Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea: lejn kontrolli bbażati fuq il-prestazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni
PDF 289kWORD 105k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea: Lejn kontrolli bbażati fuq il-prestazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (2014/2234(INI))
P8_TA(2015)0289A8-0240/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 1/2012 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar ċerti proposti għal regolamenti dwar il-politika agrikola komuni għall-perjodu 2014-2020,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-mudell ta' awditu uniku,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 16/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Valutazzjoni ta' awditu uniku (single audit) u d-dipendenza tal-Kummissjoni fuq ix-xogħol tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar fil-Koeżjoni",

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Attività Annwali 2013 tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0240/2015),

A.  billi fuq iż-żewġ ċikli tar-riformi tal-politika agrikola komuni (PAK) ir-regoli saru ħafna aktar diversi u kumplessi;

B.  billi regoli iżjed kumplessi jwasslu għal iżjed żbalji fuq il-post;

C.  billi l-objettivi tal-PAK għandhom jiġu sodisfatti, filwaqt li jeħtieġ li jiġu żgurati l-fehim u l-fiduċja reċiproċi bejn l-istituzzjonijiet u l-korpi nazzjonali u reġjonali kollha tal-UE għall-implimentazzjoni effikaċi tal-PAK;

D.  billi riforma tal-PAK iżjed effikaċi u effiċjenti tirrikjedi simplifikazzjoni u inqas burokrazija sabiex tissodisfa l-objettivi tal-PAK;

E.  billi l-ispejjeż tal-kontrolli u tal-forniment ta' pariri lill-partijiet interessati u lill-bdiewa attwalment huma stmati li jlaħħqu EUR 4 biljun fil-livell tal-Istati Membri, u aktarx li jogħlew, l-istess bħar-rati tal-iżbalji, bl-implimentazzjoni tal-aħħar riforma tal-PAK, partikolarment l-introduzzjoni ta' miżuri tal-"ekoloġizzazzjoni";

F.  billi r-riforma tal-2013 irriżultat f'tibdil sinifikanti fid-data meħtieġa mingħand il-bdiewa li għandha takkumpanja l-applikazzjonijiet u tiġġustifika t-talbiet, b'rekwiżiti ġodda li għandhom ir-riskju li jwasslu għal rata ogħla ta' żbalji fil-fażi inizjali ta' tagħlim u adattament;

G.  billi huwa importanti li l-operaturi ma jitgħabbewx b'ammont sproporzjonat ta' spezzjonijiet;

H.  billi l-objettivi tal-PAK għandhom jiġu ssodisfati, filwaqt li jiġu żgurati l-fehim u l-fiduċja reċiproċi bejn l-istituzzjonijiet u l-korpi nazzjonali u reġjonali kollha tal-UE għall-implimentazzjoni effikaċi tal-PAK;

I.  billi l-bdiewa huma inċentivati biex jipprovdu servizzi bħall-pajsaġġi, il-bijodiversità tal-artijiet agrikoli u l-istabbiltà tal-klima anki jekk dawn m'għandhomx valur tas-suq;

J.  billi l-ispejjeż tal-kontrolli u l-għoti ta’ pariri lill-partijiet interessati u lill-bdiewa jistgħu fil-mument jammontaw għal EUR 4 biljun fil-livell tal-Istati Membri; jenfasizza l-bżonn li jiġu minimizzati l-ispejjeż tal-kontrolli u l-piż burokratiku tagħhom;

K.  billi l-kontrolli abbażi tal-prestazzjoni jistgħu jsiru metodoloġija utli, filwaqt li l-istabbiltà u l-approċċ ta’ abilitazzjoni huma meħtieġa min-naħa tal-korpi amministrattivi sabiex jibnu l-fiduċja mal-benefiċjarji finali; ifakkar madankollu li sistema ta’ universalità ma tistax tiġi imposta fuq it-tipi u d-daqsijiet diversi tal-azjendi agrikoli fl-UE;

L.  billi miżuri ta' ekoloġizzazzjoni introdotti mill-aħħar riforma tal-politika agrikola komuni jimmiraw li jiksbu s-sostenibbiltà agrikola mtejba permezz tal-effett ta' diversi strumenti:

   kundizzjonalità simplifikata u aktar immirata;
   il-Pagament Dirett Ekoloġiku u miżuri volontarji li huma ta' benefiċċju għall-ambjent u t-tibdil fil-klima fl-iżvilupp rurali;

M.  billi d-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali(1) qies li kien meħtieġ li joħroġ 51 riżervazzjoni għal xi aġenziji tal-pagamenti;

1.  Jaqbel mal-fehma espressa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri li "l-arranġamenti għall-infiq tal-politika agrikola komuni għall-perjodu 2014-2020 jibqgħu kumplessi"(2); ifakkar madankollu li l-kumplessità tal-PAK hija minħabba d-diversità tal-biedja fl-Ewropa, u li s-simplifikazzjoni jeħtieġ li ma twassalx għaż-żarmar tal-istrumenti li ġew adottati;

2.  Jitlob li l-PAK issir anqas burokratika fir-rigward tat-tnaqqis fir-rata ta' żbalji; u li jiġu implimentati strumenti li jippermettu li ssir distinzjoni bejn l-iżball u l-frodi;

3.  Jitlob li ssir distinzjoni waqt l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli u fir-rigward tal-impożizzjoni ta' penali, bejn l-ommissjonijiet mhux intenzjonati u l-każijiet ta' frodi, billi l-ommissjonijiet bħala regola ġenerali ma jġibux magħhom danni finanzjarji għall-kontribwent;

4.  Jitlob li l-PAK issir anqas burokratika, u li tkun tista' tiġi implimentata u interpretata b'mod ċar, bil-għan li titnaqqas ir-rata ta' żbalji u li jiġu stabbiliti strumenti li jagħmluha possibbli li ssir distinzjoni bejn żball u frodi, filwaqt li jiġi żgurat li l-bdiewa xorta jkunu għadhom jistgħu jwasslu l-produzzjoni tal-ikel kruċjali li hija fil-qalba tal-politika; jemmen li l-fatt li jiġu indirizzati l-kumplessità u l-integrazzjoni tal-PAK huwa wieħed mill-elementi ewlenin biex jiġu attirati parteċipanti ġodda fil-qasam tal-agrikoltura u wkoll biex huma u l-ħiliet tagħhom jinżammu fih sabiex jiġi żgurat is-suċċess tas-settur agrikolu tal-UE fil-futur; jistenna li jittieħdu miżuri mill-programm ta' regolamentazzjoni aħjar f'dan ir-rigward; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi l-iskadenza għat-talbiet ta' pagamenti diretti b'xahar u jikkunsidra dan bħala pass lejn it-tnaqqis tar-rata ta' żbalji tal-PAK;

5.  Iħeġġeġ sabiex tingħata gwida iżjed ċara kemm lill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll lill-bdiewa sabiex titnaqqas ir-rata tal-iżbalji;

6.  Jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni favur is-simplifikazzjoni tal-PAK b’eżami immedjat tal-miżuri li jistgħu jiġu implimentati malajr, peress li dan ikun ta' benefiċċju għall-bdiewa, għall-aġenziji tal-pagament, għall-istituzzjonijiet tal-UE u għall-kontribwenti tat-taxxa; iħeġġeġ ukoll li fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu, jitressqu proposti għal emendi fl-att leġiżlattiv bażiku sabiex jitqiesu fir-riforma għall-perjodu ta’ finanzjament li jmiss;

7.  Jibża' li r-rata ta' żball l-aktar probabbli determinata mill-Qorti tal-Awdituri se tiżdied fil-politika agrikola komuni fil-qasam tal-pagamenti diretti matul il-perjodu 2014-2020, b'mod partikolari minħabba l-fatt li l-qafas li jmiss għall-kundizzjonalità għadu mhux qed jikkorrispondi ma' tnaqqis fil-livell ta' kumplessità mhux meħtieġa ta' din il-politika għall-awtoritajiet amministrattivi jew għall-benefiċjarji;

8.  Ifakkar li l-Parlament u l-Qorti tal-Awdituri spiss enfasizzaw il-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn inqas piż amministrattiv u kontroll finanzjarju effikaċi;

9.  Jinnota li l-ispejjeż tal-kontrolli tal-politika agrikola komuni diġà jammontaw għal EUR 4 biljun fis-sena u dawn jikkonċernaw 50 miljun tranżazzjoni b'baġit għal agrikoltura ta' madwar EUR 58 biljun;

10.  Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni qed tagħti prijorità lil eżerċizzju ta’ simplifikazzjoni ġdid tal-PAK u li qed tipproponi, l-ewwel nett, li tissimplifika għadd ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni;

11.  Jiffavorixxi b'saħħa titjib tal-kwalità u konsistenza ta' spezzjonijiet aktar milli żieda fl-għadd ta' kontrolli fl-agrikoltura mill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri;

12.  Jenfasizza wkoll li l-kontrolli huma garanzija li l-flus mill-baġit tal-UE maħsuba għall-finanzjament tal-istrumenti tal-PAK qed jintefqu kif suppost;

13.  Ifakkar li l-objettiv tal-iskema ta' awditu uniku huwa li tistabbilixxi katina waħda ta' awditjar mingħand il-benefiċjarji finali għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

14.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-iskema ta' awditu uniku għadha mhix effikaċi u li s-sistemi ta' kontroll stabbiliti mill-Istati Membri mhumiex jiffunzjonaw bil-potenzjal sħiħ tagħhom; ifakkar lill-Istati Membri dwar ir-responsabbiltà tagħhom biex jipprovdu l-ewwel livell ta' kontrolli b'mod effikaċi filwaqt li jimminimizzaw il-piż fuq il-bdiewa, u l-għażliet eżistenti biex tiġi introdotta l-flessibbiltà meta jkunu qed jorganizzaw il-kontrolli;

15.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, bħala linja gwida, biex isibu modi biex jottimizzaw u jikkombinaw spezzjonijiet marbuta mal-PAK sabiex benefiċjarji magħżula, kull meta possibbli, ikunu soġġetti għal ċiklu wieħed ta’ kontrolli kull sena;

16.  Jenfasizza li skont ir-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013:

   (a) kieku l-awtoritajiet nazzjonali użaw l-informazzjoni disponibbli għalihom biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu dawk l-iżbalji tal-anqas parzjalment kieku l-iżball l-aktar probabbli fil-qasam tal-pagamenti diretti kien ikun 1.1 % inqas, u għalhekk relattivament qrib il-limitu minimu ta' materjalità ta' 2 %(3);
   (b) kieku l-awtoritajiet nazzjonali użaw l-informazzjoni kollha disponibbli għalihom biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji, kieku r-rata ta' żball l-aktar probabbli kienet tonqos għal 2 % fl-iżvilupp rurali(4);

17.  Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni kellha tikkoreġi 'l fuq ir-rati ta' żball kkomunikati minn 42 aġenzija tal-pagamenti minn 68 b'rata ta' żbalji residwi 'l fuq minn 2 %, minkejja l-fatt li kważi l-aġenziji tal-pagamenti kollha għall-pagamenti diretti ġew akkreditati u ċertifikati mill-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni u minkejja l-fatt li 79 mit-82 dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti rċevew opinjoni mhux kwalifikata mill-korpi ta' ċertifikazzjoni fl-2013;

18.  Jistenna li l-missjoni ġdida assenjata lil korpi ta' ċertifikazzjoni permezz tar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 966/2012 u (UE) Nru 1306/2013 se ttejjeb l-affidabbiltà tad-data komunikata mill-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni tagħhom tal-fondi agrikoli tal-UE;

19.  Jitlob lill-Kummissjoni temenda l-linji gwida għall-korpi taċ-ċertifikazzjoni biex il-kumpilazzjoni tar-rapporti ta' statistika tiġi vverifikata aktar mill-qrib;

20.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tfassal proposti bil-ħsieb li jiġi sanzjonat ir-rappurtar falz jew inkorrett li jsir mill-aġenziji tal-pagamenti, inklużi t-tliet dimensjonijiet li ġejjin, jiġifieri l-istatistika tal-ispezzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet mill-aġenziji tal-pagamenti, u x-xogħol imwettaq mill-korpi ta' ċertifikazzjoni; jitlob li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tirtira l-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti f'każijiet ta' dikjarazzjonijiet foloz gravi;

21.  Jistenna li l-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ u b'mod urġenti mill-proċess ta' simplifikazzjoni tal-PAK, speċjalment fir-rigward tal-piż u r-regolamenti kumplessi li jirregolaw il-kundizzjonalità u l-ekoloġizzazzjoni li fl-aħħar mill-aħħar jaffettwaw lill-bdiewa fl-Ewropa kollha;

22.  Jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni favur is-simplifikazzjoni tal-PAK bil-kunsiderazzjoni immedjata ta' miżuri li jistgħu jiġu implimentati malajr, peress li dan ikun ta' benefiċċju għall-bdiewa, għall-aġenziji tal-pagament, għall-istituzzjonijiet tal-UE u għall-kontribwenti tat-taxxa; iħeġġeġ ukoll li jitressqu proposti għall-emendi tal-att leġiżlattiv bażiku; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti konkreti għas-simplifikazzjoni tal-PAK, filwaqt li tqis il-feedback mill-partijiet interessati fis-settur agrikolu;

23.  Huwa favur it-tisħiħ u l-implimentazzjoni aktar b'saħħitha tal-verifika unika permezz tal-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta' kontroll imwettqa mill-istituzzjonijiet varji, u jitlob li l-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw minn verifiki jitħaffew sabiex il-bdiewa ma jiġux soġġetti għal żjarat differenti f'okkażjonijiet separati mill-korpi responsabbli jew għal kontrolli eċċessivi jew multipli mill-Kummissjoni u mill-Qorti tal-Awdituri fl-istess sena, taħt kwalunkwe serje ta' regolamenti jew ir-regolamenti kollha, li b'hekk inaqqas il-piż fuq il-bdiewa billi jitnaqqas l-għadd ta' spezzjonijiet; jitlob sabiex il-kompiti ta' awditjar u l-kontrolli mwettqa minn korpi ta' ċertifikazzjoni u minn korpi oħra tal-Istati Membri jinġabru flimkien; jinnota li l-parir mogħti kemm mill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll mill-Kummissjoni fil-linji gwida mgħoddija lill-bdiewa għall-implimentazzjoni tal-PAK spiss huwa kontradett mill-kriterji tal-valutazzjoni użati mill-Qorti tal-Awdituri, bir-riżultat ta' multi li huma kemm sproporzjonati kif ukoll sorprendenti;

24.  Jiffavorixxi approċċ integrat għall-kontrolli, fejn il-kontrolli kollha neċessarji f'azjenda agrikola speċifika jitwettqu fl-istess żmien, safejn possibbli, sabiex l-għadd ta' żjarat fuq il-post jinżamm baxx u l-ispiża u l-piż finanzjarji u l-ħin meħtieġ konkomitanti għall-amministrazzjonijiet u l-bdiewa jkunu jistgħu jitnaqqsu u l-proċess ta' kontroll jiġi integrat;

25.  Ifakkar lill-Kummissjoni li r-riskju ta' żbalji mhux intenzjonali minħabba regolamentazzjoni kumplessa fl-aħħar mill-aħħar jinġarr mill-benefiċjarju; jappella għal politika raġonevoli, proporzjonali u effikaċi dwar sanzjonijiet biex jappoġġjaw dan l-approċċ, bħal li jiġi evitat l-irduppjar ta' sanzjonijiet għall-istess żball kemm taħt l-iskema ta' pagament kif ukoll il-kundizzjonalità;

26.  Jemmen li, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-proġett, il-pagamenti ma għandhomx jiġu interrotti meta jiġu identifikati żbalji żgħar u/jew klerikali;

27.  Jitlob li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Qorti tal-Awdituri jkomplu jiżviluppaw strateġiji tal-awditjar ibbażati fuq ir-riskju b'kont meħud tad-data rilevanti kollha, inkluża l-identifikazzjoni minn qabel tal-aħjar/l-agħar prestazzjoni għal kull qasam tal-politika;

28.  Jenfasizza li għandhom jiġu żviluppati kriterji sabiex jiddefinixxu liema Stati Membri huma identifikati bħala l-aħjar/l-agħar prestazzjoni;

29.  Ifakkar li firxa wiesgħa ta' Stati Membri jistgħu jiġu kkunsidrati bħala "l-agħar fil-prestazzjoni" fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE, u dan jiddependi fuq il-qasam tal-politika kkonċernat;

30.  Jinsisti li d-definizzjoni ta' prestazzjoni fir-rigward tal-kontrolli għandha primarjament tinvolvi l-kwalità tal-verifiki u tas-sistemi amministrattivi tal-Istati Membri, jiġifieri l-effiċjenza, il-konsistenza u l-affidabbiltà tal-awtoritajiet ta' ġestjoni u ta' ċertifikazzjoni;

31.  Iqis li l-Istati Membri bl-aħjar prestazzjoni f'kull qasam tal-politika għandhom jiġu kkumpensati bi tnaqqis fil-kontrolli tal-Unjoni;

32.  Jemmen li l-iżvilupp u l-amministrazzjoni ta' kontrolli bbażati fuq il-prestazzjoni ma għandhom, bl-ebda mod, isiru sors ta' żieda fl-inċertezza fir-rigward tas-sikurezza tal-provvista tal-ikel tal-UE;

33.  Jitlob l-Istati Membri bl-aħjar prestazzjoni biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom ma’ Stati Membri li għandhom l-agħar prestazzjoni;

34.  Jitlob li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki, biex jiġu żgurati l-iżjed kontrolli bla xkiel u l-inqas tfixkil għall-bdiewa;

35.  Jinnota li, skont l-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, "L-Istati Membri għandhom jiżguraw livell minimu ta' verifiki fuq il-post meħtieġa għal ġestjoni effettiva tar-riskji, għandhom iżidu dak il-livell minimu meta jkun meħtieġ. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu dak il-livell minimu meta s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll jiffunzjonaw tajjeb u fejn ir-rati ta' żbalji jibqgħu f'livell aċċettabbli";

36.  Jitlob lill-Kummissjoni tiddefinixxi aktar il-livell aċċettabbli msemmi fl-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u biex tibda djalogu mal-Parlament u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri f'dan ir-rigward;

37.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu jiżviluppaw inizjattivi tal-gvern elettroniku li għandhom l-għan li jnaqqsu r-rata ta' żball permezz tal-prevenzjoni ta' żbalji fil-fażi tal-applikazzjoni bħala objettiv fuq perjodu ta' żmien medju u twil; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrispettaw id-data mmirata, kif previst fl-Artikolu 122(3) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, biex jaqilbu għal koeżjoni elettronika f’applikazzjoni għal proġett, ġestjoni u kontroll; jemmen li t-trasparenza sħiħa tad-dejta u l-aċċessibbiltà huma essenzjali biex jiġi evitat u miġġieled kwalunkwe abbuż; jistieden f’dan ir-rigward lill-Kummissjoni biex tagħmel obbligatorja l-pubblikazzjoni ta’ dokumentazzjoni pprovduta mill-benefiċjarji kollha;

38.  Jemmen li kopertura totali tal-broadband veloċi ta' żoni rurali, b'livell sinifikanti ta' sensibilizzazzjoni u taħriġ fl-użu tiegħu, se tkun għodda essenzjali biex il-bdiewa kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-applikazzjoni l-aktar reċenti tal-PAK u s-sistemi ta' talbiet;

39.  Jitlob li jsiru iżjed sforzi biex titnaqqas il-kumplessità tas-sistemi ta' applikazzjoni u l-formoli għall-bdiewa, u jiffavorixxi l-użu akbar tat-teknoloġija tal-e-government min-naħa tal-Istati Membri, sabiex fil-mument tal-applikazzjoni jiġu evitati l-iżbalji bil-quddiem, li jitlob aċċess għall-internet bil-broadband għall-benefiċjarji; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni toħloq programm li jgħin fl-edukazzjoni ta' bdiewa aktar anzjani; jenfasizza l-investimenti robusti f'netwerks tal-broadband f'żoni rurali u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jistinkaw favur id-diġitalizzazzjoni tal-proċess ta' applikazzjoni; ifakkar li l-implimentazzjoni affidabbli tat-teknoloġiji tal-e-government tirrikjedi li l-Istati Membri jiżviluppaw, jiffinanzjaw jew jikkofinanzjaw din it-teknoloġija;

40.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw programmi ta' diġitalizzazzjoni fir-rigward tar-relazzjoni bejn azjendi tal-gvern u azjendi agrikoli bil-ħsieb li jinkiseb "fajl uniku tal-farm" b'ġestjoni integrata u simultanja tad-data dwar l-għelejjel; huwa tal-fehma li tali simplifikazzjoni taggrega entrati li bħalissa huma ġestiti b'mod separat (pjanijiet tal-għelejjel, pjanijiet individwali tal-assigurazzjoni u logbooks), hekk kif l-irziezet jagħmlu dikjarazzjoni waħda li mbagħad tinqasam bejn id-dipartimenti tal-gvern, li twassal għal aktar effiċjenza fil-kontrolli minn dawk id-dipartimenti u b'hekk għal riskju inqas ta' żbalji fil-pagamenti u l-integrazzjoni tal-kontrolli fis-sistema;

41.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-korpi governattivi/reġjonali li qed jindirizzaw l-implimentazzjoni tal-PAK il-ġdida jikkomunikaw u jaħdmu flimkien b’mod effikaċi għall-benefiċċju tal-bdiewa li qed jimplimentaw il-politika fuq il-post;

42.  Iqis il-benefiċċji potenzjali fit-tul billi jiżviluppaw u jadottaw soluzzjonijiet industrijali bbażati fuq l-internet kemm tal-biedja u l-kontrolli, speċjalment fir-rigward ta’ soluzzjonijiet integrati għal benefiċjarji u l-aġenziji tal-pagamenti, bħala numerużi; jistenna li dan iħalli impatt pożittiv fuq il-konsistenza, l-affidabbiltà u l-kosteffiċjenza tal-kontrolli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta u twettaq proġetti pilota f’dan il-qasam; ifakkar li dan l-approċċ huwa dipendenti fuq l-impenn mill-Istati Membri biex jipprovdu konnessjonijiet broadband rapidi lil żoni rurali madwar l-UE;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-partijiet interessati rilevanti kollha, inkluż, iżda mhux limitat għal, il-Qorti tal-Awdituri, l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-benefiċjarji, fit-tħejjija ta’ strateġija fit-tul li tindirizza modi mhux relatati mal-politika dwar iż-żamma tal-piż fuq il-benefiċjarji u l-ispetturi milli jkompli jiżdied wara r-riformi tal-PAK u l-bidliet futuri tal-atti bażiċi;

44.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrispetta l-prinċipju ta' kontrollabbiltà diġà fis-seħħ fl-iżvilupp rurali, f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, meta tkun qed tfassal proposta għal att leġiżlattiv dwar l-Erja b'Fokus Ekoloġiku;

45.  Jitlob lill-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni tat-tnaqqis tal-livell minimu ta' kontrolli previsti fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rapport ta' evalwazzjoni previst fl-Artikolu 110 ta' dan l-istess Regolament dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK;

46.  Jitlob lill-Kummissjoni tabbozza Komunikazzjoni dwar il-possibbiltà li tintroduċi sistemi ta' ġestjoni bbażati fuq il-prestazzjoni fl-oqsma kollha tal-PAK, speċjalment fil-parti tal-investiment tal-iżvilupp rurali, sabiex tagħti bidu għal dibattitu mal-partijiet interessati kollha bil-ħsieb li tintroduċi dan il-prinċipju fil-leġiżlazzjoni tal-UE;

47.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Rapport Annwali tal-Attività 2013, id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(2) L-Opinjoni Nru 1/2012 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar ċerti proposti għal regolamenti dwar il-politika agrikola komuni għall-perjodu 2014-2020.
(3) Ara r-Rapport Annwali tal-QEA 2013, punt 3.8.
(4) Ara r-Rapport Annwali tal-QEA 2013, punt 4.8.


In-Negozji tal-Familja fl-Ewropa
PDF 372kWORD 116k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar in-negozji tal-familja fl-Ewropa (2014/2210(INI))
P8_TA(2015)0290A8-0223/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni fl-2003 għad-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs),

–  wara li kkunsidra l-“Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020” tal-Kummissjoni (COM(2012)0795),

–  wara li kkunsidra r-Rapport 2009 tal-Grupp ta’ Esperti għall-Kummissjoni Ewropea “Ħarsa ġenerali dwar il-kwistjonijiet rilevanti għan-negozji tal-familja: ir-riċerka, il-miżuri ta’ politika u l-istudji eżistenti”,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar ir-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa biex jiġu promossi l-kompetittività u s-sostenibbiltà(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”: “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa” (COM(2008)0394),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0223/2015),

A.  billi skont l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-proprjetà hija mħarsa;

B.  billi b’mod ġenerali n-negozji tal-familja fl-imgħoddi taw kontribut kbir għal żieda fl-ekonomija Ewropea u jaqdu rwol sinifikanti fit-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp soċjali, fit-tnaqqis tal-qgħad, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, u fl-investiment fil-kapital uman; billi l-karattru fuq diversi ġenerazzjonijiet tan-negozji tal-familja jsaħħaħ l-istabbiltà tal-ekonomija; billi n-negozji tal-familja normalment jaqdu rwol essenzjali fl-iżvilupp reġjonali, f'termini ta' impjiegi, it-trażmissjoni tal-għarfien u l-organizzazzjoni reġjonali; billi politiki mmirati lejn in-negozji tal-familja jistgħu jinkoraġġixxu l-intraprenditorija u jqanqlu lill-familji Ewropej jibdew negozju tal-familja tagħhom;

C.  billi skont l-Ernst and Young Family Business Yearbook tal-2014, 85 % tal-kumpaniji Ewropej kollha huma negozji tal-familja, li jikkostitwixxu 60 % tal-impjiegi fis-settur privat;

D.  billi n-negozji tal-familja jvarjaw fid-daqs, fatt li jesponihom għal diffikultajiet u problemi differenti;

E.  billi filwaqt li l-maġġorparti tan-negozji tal-familja huma SMEs, in-negozji tal-familja jistgħu jkunu żgħar, medji jew kbar, ikkwotati jew mhux ikkwotati; billi dawn ġew imqabbla b’mod wiesa’ mal-SMEs, filwaqt li ma ngħatax każ tal-fatt li hemm ukoll korporazzjonijiet multinazzjonali kbar ħafna li huma negozji tal-familja; billi f’xi Stati Membri tal-UE, numru żgħir ta’ negozji tal-familja jiġġeneraw proporzjon kbir tal-fatturat totali tan-negozji kollha, u b’hekk jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-konservazzjoni ta' impjiegi, anke fi żminijiet ta’ kriżi, u għall-ħolqien u t-tkabbir u s-suċċess ekonomiku tal-pajjiż ikkonċernat; billi ħafna negozji tal-familja li m'għadhomx jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ SME, iżda fl-istess ħin huma 'l bogħod milli jkunu korporazzjonijiet kbar, mhumiex eliġibbli għal ċerti opportunitajiet speċifiċi ta’ finanzjament jew xi eżenzjonijiet amministrattivi; billi dan inevitabbilment iwassal għal burokrazija żejda, li speċjalment għan-negozji tal-familja b'kapitalizzazzjoni medja hija ta' piż kbir;

F.  billi għadd konsiderevoli ta’ negozji tal-familja huma attivi f’aktar minn pajjiż wieħed, li jfisser li l-mudell tan-negozju tal-familja għandu dimensjoni transnazzjonali;

G.  billi t-tassazzjoni diretta u l-liġi tas-suċċessjoni huma kompetenzi tal-Istati Membri, u billi xi Stati Membri adottaw miżuri biex jappoġġaw in-negozji tal-familja u jindirizzaw it-tħassib tagħhom;

H.  billi n-negozji tal-familja huma perċepiti bħala li juru integrità kbira u valuri li jiggwidaw l-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom, u jintroduċu standards għoljin ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva fir-rigward tal-impjegati tagħhom u tal-ambjent, li joħloq ambjent favorevoli għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; billi n-negozji tal-familja normalment jiggarantixxu t-trażmissjoni tal-għarfien u l-ħiliet u billi f'xi każijiet jiżvolġu rwol importanti fir-rabtiet soċjali;

I.  billi fl-agrikoltura l-azjendi agrikoli tal-familja huma l-aktar mudell tan-negozju komuni u jikkontribwixxu bil-kbir għall-prevenzjoni tad-depopolazzjoni rurali, u f’ħafna każijiet jipprovdu l-unika sors ta’ impjieg fir-reġjuni tal-Ewropa fejn l-iżvilupp għadu lura, partikolarment f'reġjuni anqas industrijalizzati; billi l-azjendi agrikoli tal-familja jistgħu joffru mudell ta' suċċess billi ġeneralment jipprattikaw il-prinċipju ta' ekonomija bi fluss ċirkolari b'sostenibbiltà ambjentali u soċjali, u billi f’dak il-kuntest in-nisa mexxejja mhux biss jikkontribwixxu għal mod ta’ ħsieb intraprenditorjali, iżda wkoll għal ħiliet komunikattivi u soċjali speċifiċi;

J.  billi l-ħidma tal-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar in-negozji tal-familja ilha li ġiet konkluża aktar minn ħames snin, u minn dak iż-żmien ’l hawn ma tnediet l-ebda inizjattiva Ewropea ġdida oħra fil-livell tal-UE; billi għad hemm nuqqas ta’ riċerka u data fil-livell nazzjonali u dak Ewropew biex wieħed ikun jista' jifhem x'inhuma l-ħtiġijiet speċifiċi u l-istrutturi tan-negozji tal-familja;

K.  billi m’hemm l-ebda definizzjoni legalment vinkolanti, konkreta, sempliċi u armonizzata madwar l-Ewropa kollha ta’ “negozju tal-familja”;

L.  billi minħabba n-nuqqas ta’ definizzjoni, mhuwiex possibbli li tinġabar data komparabbli fl-Istati Membri tal-UE sabiex tiġi indikata s-sitwazzjoni speċjali, il-ħtiġijiet u l-kisbiet ekonomiċi tan-negozji tal-familja; billi dan in-nuqqas ta’ data affidabbli u komparabbli jista’ jfixkel it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ politika u jista’ jfisser li l-ħtiġijiet tan-negozji tal-familja mhumiex qed jintlaħqu;

M.  billi n-negozji tal-familja, lil hinn mill-importanza ekonomika tagħhom, għandhom ukoll rwol importanti f’termini soċjali;

N.  billi mhux fit-28 Stat Membru kollha tal-UE jeżistu assoċjazzjonijiet jew strutturi oħra li jirrappreżentaw l-interessi, u li jieħdu ħsieb speċifikament il-ħtiġijiet tan-negozji tal-familja;

O.  billi l-isforzi fil-livell tal-UE għall-istimolu tal-intraprenditorija u n-negozji l-ġodda għandhom jissaħħu u jiġu kkumplimentati b’aktar kunsiderazzjoni biex tiġi ffaċilitata u stimolata l-eżistenza fit-tul tan-negozji tal-familja;

P.  billi l-mudell tan-negozji tal-familja mhuwiex mifrux b’mod uniformi fl-Istati Membri; billi sehem sinifikanti tan-negozji tal-familja fl-Ewropa għandhom dimensjoni transnazzjonali u jwettqu l-attivitajiet tagħhom fi Stati Membri differenti;

Q.  billi fl-UE n-nisa jaqilgħu medja ta' 16% anqas fis-siegħa mill-irġiel u hemm nuqqas ta' nisa f'karigi ta' livell għoli u ta' tmexxija, u billi l-prattiki tax-xogħol u s-sistemi tas-salarji applikati għall-irġiel mhumiex l-istess bħal dawk applikati għan-nisa, u dan jagħmilha aktar diffiċli għan-nisa biex ikunu finanzjarjament indipendenti, jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq tax-xogħol u jiksbu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

R.  billi spiss in-nisa jwettqu rwol inviżibbli jew ta' rappreżentanza fl-isem biss, u billi l-pożizzjoni ta' impjieg jew tas-salarju tagħhom mhijiex rikonoxxuta b'mod xieraq, b'riperkussjonijiet gravi f'termini ta' kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali, pensjonijiet u benefiċċji soċjali kif ukoll f'termini ta' rikonoxximent ta' ħiliethom, kif turi d-data dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-differenza fil-pensjonijiet(3);

L-importanza għall-ekonomija

1.  Jenfasizza li n-negozji tal-familja għandhom it-tendenza li juru grad għoli ta’ responsabbiltà soċjali fir-rigward tal-persunal tagħhom u jmexxu r-riżorsi b’mod attiv u responsabbli, u li ġeneralment jieħdu approċċ fit-tul u sostenibbli lejn il-futur ekonomiku tan-negozju (billi jaġixxu bħala “negozjant ta’ ġieħ”, sid jew steward responsabbli), u b’hekk jagħtu kontribut importanti kemm lill-komunitajiet lokali tagħhom u kemm lill-kompetittività tal-Ewropa, u joħolqu u jippreservaw impjiegi ta’ kwalità għolja;

2.  Jenfasizza li, minħabba l-istorja tagħhom, in-negozji tal-familja għandhom għeruq sodi f’lokalità partikolari, u b’hekk joħolqu u jippreservaw ukoll impjiegi f’żoni rurali u żoni anqas vantaġġati, bir-riżultat li jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-proċess ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ u d-depopolazzjoni li qed jaffettwa ħafna żoni fl-UE; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu l-infrastruttura kosteffiċjenti neċessarja sabiex tiġi żgurata l-kompetittività, it-tiġdid, it-tkabbir u s-sostenibbiltà ta’ tali negozji, b’mod partikolari l-mikroentitajiet u n-negozji ġodda, u biex tiġi ffaċilitata l-kollaborazzjoni transsettorjali u transkonfinali, u b’hekk jgħinuhom jikbru u jsiru internazzjonali;

3.  Jirrikonoxxi li n-negozji tal-familja huma l-uniku u l-akbar sors ta’ impjiegi fis-settur privat u li għalhekk dak li huwa ta’ benefiċċju għall-kontinwità, it-tiġdid u t-tkabbir fis-settur tan-negozju tal-familja jwassal għall-kontinwità, it-tiġdid u t-tkabbir fl-ekonomija Ewropea;

4.  Jinnota li, partikolarment in-negozji tal-familja speċjalizzati ħafna jaqdu rwol importanti bħala fornituri u innovaturi għal negozji akbar, u li minħabba l-approċċ fit-tul u interġenerazzjonali fir-rigward tan-negozju, jipprovdu lill-kumpaniji li jfornu b’sigurtà materjali, u b’hekk jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tkabbir ekonomiku;

5.  Ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-fatt li l-maġġoranza tan-negozji tal-familja huma SMEs(4) u li għalhekk huwa importanti li jiġi applikat il-prinċipju “aħseb l-ewwel fiż-żgħir” sabiex il-leġiżlazzjoni Ewropea tiġi adattata aħjar għar-realtajiet u l-ħtiġijiet ta’ dawn in-negozji, u sabiex dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw minn programmi ta’ finanzjament u tnaqqis fil-burokrazija.

6.  Jinnota li n-negozji tal-familja jistgħu jaqdu rwol importanti biex iħeġġu lill-minoranzi u lill-gruppi sottorappreżentati jipparteċipaw fl-ekonomiji lokali tagħhom;

7.  Jindika li l-livell ogħla ta’ fiduċja bejn il-membri tal-familja jagħmel lin-negozji tal-familja flessibbli ħafna u kapaċi jadattaw malajr għall-bidliet fl-ambjent ekosoċjali; fl-istess ħin, l-operat fi swieq niċċa għal perjodi twal jippermetti lin-negozji tal-familja jkunu minn ta' quddiem fl-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet ġodda u fl-innovazzjoni;

Finanzjament

8.  Jinnota li n-negozji tal-familja ħafna drabi jkollhom proporzjon ta’ ekwità notevolment ogħla meta mqabbel ma’ negozji mhux tal-familja, u li dan il-proporzjon għoli ta’ ekwità jissarraf fi stabbiltà ekonomika għal tali negozji u għall-ekonomija kollha kemm hi, filwaqt li jipprovdi ambitu għal aktar investiment fin-negozju, li m’għandux ikompli jiġi ristrett;

9.  Jistieden lill-Istati Membri f’dan il-kuntest, jiżguraw li r-regoli nazzjonali dwar it-tassazzjoni fuq il-wirt, id-donazzjonijiet, id-dejn u l-ekwità u t-tassazzjoni korporattiva jkunu ta’ appoġġ aktar milli jiddiskriminaw il-finanzjament tal-ekwità, li huwa tant importanti għan-negozji tal-familja; ifakkar li t-tassazzjoni diretta u l-liġi tas-suċċessjoni huma kompetenza tal-Istati Membri; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jeżaminaw il-preġudizzju tad-dejn fi ħdan il-kodiċi tat-taxxa tagħhom billi jivvalutaw l-impatt tiegħu fuq l-istruttura ta’ finanzjament tal-kumpaniji u l-livell ta’ investiment, u biex jiżguraw trattament ugwali tal-finanzjament tal-ekwità meta mqabbel mal-finanzjament tad-dejn sabiex ma tiġix imfixkla s-suċċessjoni tas-sjieda u l-prospetti fit-tul tan-negozji tal-familja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw kwalunkwe diskriminazzjoni mmexxija mit-taxxa fil-konfront tal-finanzjament tal-ekwità f’kuntest ta’ kompetizzjoni ġusta;

10.  Jenfasizza li s-sigurtà fit-tul tal-finanzjament korporattiv sar fattur kompetittiv ewlieni; jenfasizza f’dan il-kuntest l-importanza ta’ strutturi tas-suq finanzjarju stabbli fil-livell internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fil-kuntest tar-regolament tas-suq finanzjarju ma toħloqx piżijiet mhux neċessarji għan-negozji;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li mal-benefiċjarji tal-istrumenti eżistenti kollha għall-SMEs u/jew l-imprendituri, b’mod partikolari l-COSME, jiġu inklużi n-negozji tal-familja b'kapitalizzazzjoni medja;

12.  Jenfasizza li minħabba l-kriżi finanzjarja u ċ-ċiklu ekonomiku negattiv, ħafna mill-funzjonijiet tan-negozji tal-familja huma sottofinanzjati u huwa importanti li n-negozji tal-familja jkollhom aċċess miftuħ u faċli għal sorsi alternattivi ta’ finanzjament;

13.  Jinnota f’dan il-kuntest l-importanza li jiġu promossi forom alternattivi ta’ self lin-negozji tal-familja, bħalma huma l-unjonijiet tal-kreditu;

L-isfidi

14.  Jinnota li 35 % ta' dawk il-kumpaniji li ma jinvestux fis-swieq barranin jagħmlu dan minħabba nuqqas ta’ għarfien dwar dawn is-swieq u minħabba nuqqas ta’ esperjenza f’dak li jirrigwarda l-internazzjonalizzazzjoni; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu disponibbli partikolarment għan-negozji tal-familja iżgħar, informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ internazzjonalizzazzjoni permezz tal-portal għall-Internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u l-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni tar-Raggruppamenti (ECCP), biex jiżguraw li dawn ikollhom aċċess għal skambju aħjar tal-esperjenzi u l-aħjar prattika, inklużi possibbiltajiet ta' internazzjonalizzazzjoni permezz tal-internet; jistieden lill-Istati Membri barra minn hekk jipprovdu servizzi ta' appoġġ għan-negozji li beħsiebhom jinvestu fil-livell internazzjonali, pereżempju billi jipprovduhom b'informazzjoni jew garanziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni, ineħħu l-ostakoli għall-kummerċ u jippromwovu edukazzjoni speċifika għal kultura intraprenditorjali u tan-negozji tal-familja;

15.  Jinnota li ż-żieda fl-internazzjonalizzazzjoni tan-negozji tal-familja tipprovdi aktar opportunitajiet għat-tkabbir ekonomiku u żieda fil-ħolqien tal-impjiegi; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu l-għajnuna lin-negozji tal-familja iżgħar sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-infrastruttura diġitali;

16.  Jirrikonoxxi li l-ambjent fiskali, ġuridiku u amministrattiv li fih jaħdmu n-negozji tal-familja (u negozji ġestiti mis-sidien) huwa definit mill-effett ikkombinat ta’ leġiżlazzjoni korporattiva u d-dritt privat;

17.  Jinnota li 87 % tan-negozji tal-familja huma konvinti li ż-żamma tal-kontroll fuq in-negozju hija waħda mill-fatturi ewlenin għas-suċċess(5); jinnota li, skont il-“Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020”(6) tal-Kummissjoni, it-trasferiment tas-sjieda ta’ negozju kif ukoll it-trasferiment tal-ġestjoni minn ġenerazzjoni għall-oħra huma l-akbar sfidi possibbli għan-negozji tal-familja;

18.  Jinnota li n-negozji tal-familja żgħar u ta’ daqs medju għandhom sfida kontinwa bil-ħtieġa għall-innovazzjoni u biex jattiraw il-ħiliet u t-talenti korretti; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu lin-negozji tal-familja iżgħar b’inċentivi sabiex jieħdu riskji għat-tkabbir u b’inċentivi biex jimplimentaw it-taħriġ tal-persunal u jaċċedu għal għarfien estern;

19.  Jistieden lill-Istati Membri jissemplifikaw il-proċeduri amministrattivi u s-sistemi ta’ tassazzjoni, filwaqt li b’mod partikolari jqisu l-isfidi speċifiċi tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u n-negozji tal-familja;

20.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jiżviluppaw intraprenditorija diġitali u ħiliet diġitali sabiex in-negozji tal-familja jisiltu vantaġġ sħiħ mit-teknoloġiji diġitali;

21.  Jistieden għalhekk lill-Istati Membri jtejbu l-qafas ġuridiku għat-trasferiment tan-negozji tal-familja u joħolqu strumenti finanzjarji speċjali għat-trasferimenti biex b’hekk jiġi evitat in-nuqqas ta’ likwidità, u b’riżultat ta’ dan tiġi żgurata l-eżistenza tan-negozji tal-familja u jiġi evitat il-bejgħ ta’ emerġenza; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu edukazzjoni speċifika għan-negozji tal-familja fit-trasferimenti ta’ negozji, l-istrutturi ta’ governanza, l-istrateġiji ta’ sjieda u l-istrateġija għall-innovazzjoni, b’mod partikolari f’pajjiżi fejn, għal raġunijiet storiċi, il-kunċett ta' negozju tal-familja mhuwiex daqstant stabbilit, li tikkontribwixxi għas-suċċess fit-tul tagħhom, speċjalment f’termini ta’ trasferiment ta’ negozju;

22.  Jenfasizza l-ħtieġa li n-negozji tal-familja jkollhom rabta diretta ma’ attivitajiet edukattivi li jinfurmawhom b’mod kontinwu dwar il-prattiki tal-ogħla livell fil-qasam tal-ġestjoni tajba tan-negozju; jenfasizza li n-negozji tal-familja jikkontribwixxu b’mod deċiżiv għas-suċċess ta’ riformi fit-taħriġ vokazzjonali u għaż-żieda fl-għadd ta’ apprendistati; jinnota li sistemi ta' taħriġ vokazzjonali li jiffunzjonaw tajjeb u fit-tul jistgħu jkunu indispensabbli fil-ġlieda kontra n-nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa u l-qgħad fost iż-żgħażagħ; jindika li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu skambju tal-aħjar prattika dwar kif is-sistemi ta’ taħriġ vokazzjonali jistgħu jipprovdu l-aħjar ambjent possibbli għan-negozji tal-familja biex jinvestu f’apprendistati;

23.  Jinnota l-ħtieġa li jiġu indirizzati sfidi oħrajn li jħabbtu wiċċhom magħhom in-negozji tal-familja, bħad-diffikultà li jsibu u jżommu forza tax-xogħol tas-sengħa, u l-importanza li tissaħħaħ l-edukazzjoni intraprenditorjali u t-taħriġ fil-ġestjoni li jkun speċifiku għan-negozji tal-familja;

24.  Jenfasizza l-importanza ta’ skemi ta’ taħriġ iffinanzjati mill-UE għall-imprendituri tan-negozji ż-żgħar, li jippermettu lis-sidien tan-negozji tal-familja jadattaw il-kumpaniji tagħhom għal ambjent li qed jinbidel b’rata mgħaġġla u xprunat minn żieda fl-integrazzjoni ekonomika globali, l-iskoperta ta’ teknoloġiji ġodda u enfasi fuq ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju u aktar ekoloġika;

25.  Jinnota li l-promozzjoni tal-intraprenditorija fl-iskejjel u f’ambjenti edukattivi oħra hija ta’ importanza ewlenija biex jiġu żviluppati mentalitajiet aktar intraprenditorjali; jinnota barra minn hekk li l-edukazzjoni għandha tinkludi kwistjonijiet speċifiċi tan-negozji tal-familja bħas-sjieda, is-suċċessjoni u l-governanza tal-familja, flimkien ma’ informazzjoni aktar ġenerali bħall-importanza tal-innovazzjoni bħala mezz għall-bidla totali tan-negozju;

26.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jqisu l-ħidma okkażżjonali u inviżibbli formali u informali mwettqa mill-membri tal-familja, inkluż f’negozji tal-familja, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jipprevedu qafas ġuridiku ċar;

27.  Jenfasizza li l-kontribut tan-negozji tal-familja favur l-innovazzjoni jista’ jissaħħaħ permezz tal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fi sħubijiet u raggruppamenti privati-pubbliċi u billi titrawwem il-kollaborazzjoni tagħhom ma’ istituzzjonijiet ta’ riċerka;

Il-prospetti futuri

28.  Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ regolamentazzjoni aħjar, twettaq analiżi tal-leġiżlazzjoni eżistenti li taffettwa n-negozji tal-familja sabiex jiġu identifikati l-problemi u l-ostakoli għat-tkabbir;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkummissjona studji regolari u ffinanzjati adegwatament li janalizzaw l-importanza tas-sjieda għas-suċċess u l-kontinwità ta’ negozju u jenfasizzaw l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw in-negozji tal-familja, u biex tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri definizzjoni statistikament vijabbli fl-Ewropa kollha ta’ “negozju tal-familja” - żviluppata flimkien mal-Eurostat - b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi differenti fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tuża t-task force eżistenti għad-data dwar l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju biex tiġbor biżżejjed data, inkluż dwar in-negozji tal-familja fl-Istati Membri kollha, sabiex tippermetti li jsir paragun tas-sitwazzjoni u bżonnijiet tan-negozji tal-familja ta' daqsijiet differenti, kif ukoll paragun tan-negozji tal-familja u n-negozji mhux tal-familja, sabiex jiġu promossi l-informazzjoni u l-iskambji ta’ eżempji ta’ għarfien espert u ta’ prassi tajba madwar l-UE, pereżempju billi jiġi stabbilit punt ta' kuntatt għan-negozji tal-familja fil-Kummissjoni u billi tagħmel l-aħjar użu ta’ programmi bħal “Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ”, u biex ikun hemm assistenza aktar immirata;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar kemm ikun possibbli ssir espansjoni tad-definizzjoni Ewropea tal-SME tal-2003 biex tinkludi, apparti kriterji purament kwantitattivi, kriterji kwalitattivi li jqisu wkoll is-sjieda ta' kumpanija, b’kont meħud tal-interdipendenza bejn is-sjieda, il-kontroll u l-ġestjoni, il-fatt li r-riskju u r-responsabbiltà jiġu ffaċċjati biss mill-familja nnifisha, ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpanija u, b’mod ġenerali, l-individwalità tat-tmexxija ta' negozju, anke fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-ġestjoni tal-attivitajiet ta' negozju, u l-konsegwenzi li dan jista' jkollu għan-negozji tal-familja, pereżempju fir-rigward tal-għajnuna mill-istat u l-eliġibbiltà ta' tali negozji;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt regolatorju tagħha, sadattant twettaq studju ta' fattibilità dwar “test għan-negozji tal-familja” (għal politiki dwar, pereżempju, il-proprjetà, l-istrutturi ta’ governanza jew il-privatezza) abbażi tat-test tal-SMEs, u biex f'każ li l-istudju jirriżulta li dan huwa fattibbli, tintroduċih kemm jista' jkun malajr sabiex tkun tista’ tiddetermina minn qabel l-effett ta’ ċerti atti ġuridiċi fuq in-negozji tal-familja, u b’hekk tevita burokrazija bla bżonn u diffikultajiet iebsa għan-negozji tal-familja, b’attenzjoni partikolari fuq l-effett imħallat tad-dritt tal-kumpaniji u d-dritt privat;

32.  Josserva li d-differenzi, pereżempju, fil-leġiżlazzjoni fiskali, l-iskemi ta’ sussidju jew l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-pajjiżi ġirien jistgħu jikkawżaw problemi fir-reġjun tal-fruntiera għall-imprendituri, pereżempju dawk b’negozji tal-familja; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jeżaminaw mill-ġdid il-leġiżlazzjoni nazzjonali proposta u l-metodu propost għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea sabiex jiġi aċċertat l-impatt fuq l-imprendituri, bħal dawk b’negozji tal-familja, fir-reġjuni tal-fruntiera;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf u tiddefinixxi l-ambitu ta’ grupp ta’ ħidma permanenti intern li jindirizza b’mod speċifiku l-ħtiġijiet u l-karatteristiċi tan-negozji tal-familja, jirrapporta regolarment lill-Parlament u lill-Istati Membri, jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-organizzazzjonijiet tan-negozji tal-familja tal-Istati Membri, u jxerred linji gwida u testi standard u soluzzjonijiet għan-negozji tal-familja biex jegħlbu l-problemi speċifiċi tagħhom; jistieden ukoll lill-Kummissjoni toħloq punt uniku ta' servizz għan-negozji li jista' jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt fil-livell Ewropew għan-negozji tal-familja u l-gruppi ta' interess tan-negozji tal-familja, u biex tgħin fi kwistjonijiet speċifiċi relatati b’mod partikolari mal-leġiżlazzjoni Ewropea u l-aċċess għall-finanzjament tal-UE;

34.  Jenfasizza r-rwol intraprenditorjali tan-nisa fin-negozji tal-familja; jistieden lill-Kummissjoni tniedi studju dwar il-preżenza tan-nisa fin-negozji tal-familja fl-Ewropa u tevalwa l-opportunitajiet offruti min-negozji tal-familja għall-għoti tas-setgħa lin-nisa, l-opportunitajiet indaqs u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jenfasizza l-importanza li jitħares id-dritt tan-nisa għas-suċċessjoni f’negozji tal-familja, fuq l-istess livell bħall-irġiel, billi tiġi promossa kultura ta’ drittijiet ugwali għall-irġiel u n-nisa li trawwem l-intraprenditorija tan-nisa fin-negozji tal-familja, inkluż f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija; jenfasizza wkoll li n-negozji tal-familja għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi relatati mas-sigurtà soċjali, il-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u l-istandards għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri;

35.  Ifakkar għal darb'oħra lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-importanza li jkun hemm provvista suffiċjenti ta' servizzi ta' kura ta' kwalità għolja u għal but ta' kulħadd għat-tfal, l-anzjani u persuni dipendenti oħrajn, li jkun hemm inċentivi fiskali għall-kumpaniji u kumpens ieħor li jgħin lin-nisa u lill-irġiel li jaħdmu bħala impjegati, għal rashom jew bħala maniġers fin-negozji tal-familja biex jibbilanċjaw l-impenji tagħhom tal-familja u tax-xogħol;

36.  Jenfasizza l-bżonn ta' perjodi ta' maternità, paternità u ta' liv tal-ġenituri, distinti u remunerati b'mod xieraq li jissodisfaw il-bżonnijiet tal-impjegati, ta' dawk li jaħdmu għal rashom u ta' min iħaddem fil-qasam tan-negozju;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw in-Netwerk Ewropew tal-Ambaxxaturi Nisa fl-Imprenditorija u n-Netwerk Ewropew ta' Mentors għall-Imprendituri Nisa sabiex ikabbru l-profil tagħhom;

38.  Jinnota li, minħabba li jkunu s-sidien tal-art, l-azjendi agrikoli tal-familja jkunu marbuta ma' lokalità partikolari; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li partikolarment il-burokrazija eċċessiva ma tipperikolax l-eżistenza ta’ dawn l-azjendi agrikoli tal-familja; jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rwol importanti li jaqdu n-nisa fl-azjendi agrikoli tal-familja, u jistieden lill-Istati Membri jippromwovu t-taħriġ fil-qasam tan-negozju mmirat b’mod speċifiku għan-nisa bdiewa, sabiex tkompli tissaħħaħ aktar il-parteċipazzjoni tagħhom fl-azjendi agrikoli tal-familja;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni tistinka sabiex issaħħaħ l-intraprenditorija madwar l-UE, filwaqt li tikkunsidra l-importanza tan-negozji tal-familja fl-ekonomija tal-UE, u toħloq ambjent ta’ eċċellenza fin-negozju;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal b'urġenza komunikazzjoni li fiha jiġi analizzat ir-rwol tan-negozji tal-familja jew dan bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kompetittività u t-tkabbir tal-ekonomija tal-UE sal-2020, u tiżviluppa pjan direzzjonali li jelenka l-miżuri li jistgħu jsaħħu l-ambjent ekonomiku u l-iżvilupp tan-negozji tal-familja fl-UE, u tqajjem kuxjenza dwar l-isfidi speċifiċi għan-negozji tal-familja li jridu jiġu indirizzati u ssaħħaħ il-kompetittività, il-prospett ta' internazzjonalizzazzjoni u l-potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi tagħhom;

o
o   o

41.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0036.
(2) Testi adottati, P7_TA(2014)0032.
(3) http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/files/gender_pay_gap/140319_gpg_mt.pdf
(4) Rapport finali tal-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni Ewropea “ĦARSA ĠENERALI LEJN IN-NEGOZJI TAL-FAMILJA–KWISTJONIJIET RILEVANTI”, Novembru 2009.
(5) European Family Business Barometer, Ġunju 2014.
(6) COM(2012)0795.


Nisfruttaw il-potenzjal ta' Riċerka u Innovazzjoni fl-Ekonomija Blu biex jinħolqu t-Tkabbir u l-Impjiegi
PDF 412kWORD 160k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar Nisfruttaw il-potenzjal ta' riċerka u innovazzjoni fl-ekonomija blu biex jinħolqu t-tkabbir u l-impjiegi (2014/2240(INI))
P8_TA(2015)0291A8-0214/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2014 bit-titolu “L-innovazzjoni fl-Ekonomija Blu: inwettqu l-potenzjal tal-ibħra u l-oċeani tagħna għall-impjiegi u t-tkabbir" (COM(2014)0254),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 2014, li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu(1)

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2010 bit-titolu “Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni” (COM(2010)0546),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2007 dwar “Politika marittima integrata għall-Unjoni Ewropea” COM(2007)0575,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Limassol tat-8 ta' Ottubru 2012 dwar Aġenda dwar il-baħar u marittima għat-tkabbir u l-impjiegi,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Settembru 2012 bit-titolu "It-Tkabbir Blu: opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli fis-settur tal-baħar u dak marittimu" (COM(2012)0494),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2013 dwar “Pjan ta’ Azzjoni għal Strateġija Marittima fiż-żona tal-Atlantiku. Il-provvediment ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (COM(2013)0279),

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tad-29 ta' Awwissu 2012 bit-titolu "Għarfien dwar il-Baħar 2020: mill-immappjar ta’ qiegħ il-baħar għat-tbassir oċeaniku" (COM(2012)0473),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Lulju 2013 dwar “Tkabbir blu: It-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli fis-setturi tal-baħar, tat-trasport marittimu u tat-turiżmu fl-UE”(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar l-għarfien dwar il-baħar 2020: “L-immappjar ta’ qiegħ il-baħar għall-promozzjoni ta’ sajd sostenibbli”(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu, tas-27 ta’ Frar 2014, dwar Azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Komuni tas-Sajd għall-iżvilupp tar-rwol tan-nisa(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(7),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1312/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva(8),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, mogħtija fil-15 ta’ Ottubru 2014, dwar "L-innovazzjoni u l-Ekonomija Blu: inwettqu l-potenzjal tal-ibħra u l-oċeani tagħna għall-impjiegi u t-tkabbir"(9),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, mogħtija fit-3 ta' Diċembru 2014 dwar “L-innovazzjoni u l-Ekonomija Blu: inwettqu l-potenzjal tal-ibħra u l-oċeani tagħna għall-impjiegi u t-tkabbir"(10),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Frar 2014 dwar “Strateġija Ewropea għal aktar Tkabbir Ekonomiku u Impjiegi fit-Turiżmu Marittimu u Kostali” (COM(2014)0086),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Kompetittività tal-4 ta’ Diċembru 2014 bl-isem “It-tisħiħ tat-turiżmu permezz tal-promozzjoni tal-wirt kulturali, naturali u marittimu tal-Ewropa”,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali adottata fil-Konferenza tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20) li saret f’Rio de Janeiro, il-Brażil, mill-20 sat-22 ta’ Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0214/2015),

A.  billi l-kunċett tal-ekonomija blu jkopri firxa wiesgħa ta' setturi ekonomiċi marbuta mal-ibħra u l-oċeani, li jvarjaw bejn setturi tradizzjonali jew stabbiliti u dawk emerġenti, fosthom is-sajd, l-akkwalkultura, it-trasport tal-merkanzija fuq il-baħar u dak tal-passaġġi fuq l-ilma interni, il-portijiet u l-loġistika, it-turiżmu, in-navigazzjoni rikreattiva u tal-kruċieri, il-bini u t-tiswija tal-bastimenti, xogħlijiet marittimi u protezzjoni tal-kosta, il-prospettar u l-isfruttar tar-riżorsi minerali lil hinn mill-kosta, l-isfruttar tal-enerġija mir-riħ u mill-baħar lil hinn mill-kosta, u l-bijoteknoloġija;

B.  billi l-iżvilupp tal-ekonomija blu għandu jiffoka fuq attivitajiet ekonomiċi sostenibbli li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-ġenerazzjonijiet attwali u tal-ġejjieni u li jiġġeneraw prosperità għas-soċjetà;

C.  billi l-iżvilupp tal-ekonomija blu jeħtieġ bażi b’saħħitha ta’ għarfien xjentifiku, peress li dan huwa l-punt ta’ tluq għar-riċerka u l-innovazzjoni, u billi s-setturi xjentifiċi u teknoloġiċi marbuta mal-ekonomija blu huma diversi ferm;

D.  billi l-protezzjoni u s-salvagwardja tal-ambjenti naturali tal-baħar huma fundamentali għaż-żamma, l-appoġġ u l-iżvilupp tal-ekonomija blu u, barra minn hekk, l-ekosistemi vijabbli tal-baħar huma prekundizzjoni għall-isfruttament tar-riżorsi tal-ibħra u l-oċeani; billi l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà għandhom ikunu l-pilastri ewlenin tal-ekonomija blu sabiex jiġu ġġenerati t-tkabbir u l-impjiegi;

E.  billi jeżisti nuqqas gravi ta’ data, informazzjoni u għarfien dwar l-ibħra u l-oċeani, ir-riżorsi u l-bijodiversità tagħhom, u l-mod kif dawn jinteraġixxu mal-attivitajiet tal-bniedem, u l-impatti ambjentali u kumulattivi ta’ dawn l-istess attivitajiet – indipendentement minn jekk hux qed iseħħu jew iridux jiġu żviluppati – u billi l-għarfien inadegwat jillimita l-użu sostenibbli tar-riżorsi kkonċernati, huwa ostakolu għall-innovazzjoni u jirrestrinġi l-potenzjal sħiħ tal-ibħra u l-oċeani, fil-kuntest ta’ popolazzjoni dinjija li qed tiżdied bir-riżultat li l-ibħra u l-oċeani tagħna se jintużaw dejjem iżjed għall-ikel, l-ispazju, l-enerġija u l-minerali u b’hekk jeħtieġu approċċ aktar sistematiku għall-użu sostenibbli tagħhom;

F.  billi l-ekosistemi tal-baħar huma żoni b’bijodiversità fraġli, sensittivi għall-attivitajiet tal-bniedem, u qed isir dejjem aktar importanti li tinkiseb u tiġi kondiviża informazzjoni preċiża dwar il-post u l-firxa ta’ tipi ta’ ħabitat biex jiġu ffaċilitati l-ġestjoni soda, l-iżvilupp u l-protezzjoni ta’ żoni sensittivi;

G.  billi l-ostakli għas-suċċess fl-innovazzjoni fl-ekonomija blu ma jinħolqux biss minħabba l-lakuni fl-għarfien xjentifiku, li l-universitajiet, in-negozji u l-istituzzjonijiet ta’ riċerka qed jippruvaw jindirizzaw permezz ta’ riċerka ta’ livell għoli, iżda jinħolqu wkoll bl-ostakli għall-finanzjamenti minn riżorsi kemm pubbliċi kif ukoll privati;

H.  billi l-potenzjal għall-isfruttar tar-riżorsi tal-baħar biex jiġu żviluppati riżorsi tal-enerġija rinnovabbli sostenibbli jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-istrateġija tas-sigurtà tal-enerġija tal-UE permezz tat-tnaqqis tad-dipendenza tal-Istati Membri fuq sorsi tal-enerġija mhux tal-UE;

I.  billi l-iżvilupp tal-ekonomija blu jista’ jagħti spinta kemm lit-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku, kif ukoll lill-ħolqien tal-impjiegi, speċjalment għar-reġjuni kostali, ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi gżira, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet u d-differenzi speċifiċi u varji ta’ kull żona ġeografika;

J.  billi l-investiment ikbar fir-riċerka u l-innovazzjoni b’rabta mal-ibħra u l-oċeani jista’ jkun għodda utli biex jiġu appoġġjati l-għanijiet ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, filwaqt li jiġu indirizzati l-asimmetriji u d-differenzi li qed jikbru bejn l-Istati Membri, u tissaħħaħ ukoll il-pożizzjoni globali tal-UE fil-qasam tal-politika marittima u l-ekonomija blu (pereżempju permezz tal-esportazzjoni ta’ teknoloġija ambjentali), b’kunsiderazzjoni tal-importanza tal-impriżi żgħar u medji (SMEs) u n-negozji tal-familja għall-innovazzjoni u l-impjiegi;

K.  billi fl-attivitajiet tal-ekonomija blu għandhom jitqiesu livelli adegwati differenti ta’ kompetenza, b’mod speċifiku fill-livell internazzjonali, Ewropew u tal-Istati Membri; billi l-prijoritajiet settorjali għall-iżvilupp tal-ekonomija blu jistgħu jvarjaw bejn Stat Membru u ieħor, u jiddependu minn naħa fuq ir-rekord tal-iżvilupp rispettiv tas-setturi tradizzjonali jew stabbiliti u, min-naħa l-oħra, fuq ir-riżorsi eżistenti u l-iżvilupp potenzjali tas-setturi emerġenti f’kull Stat Membru;

L.  billi biex jittieħed vantaġġ mill-opportunitajiet ta’ innovazzjoni fl-ekonomija blu hemm bżonn ta’ forza tax-xogħol tas-sengħa, edukata u mħarrġa b’mod adegwat; billi attwalment jeżisti nuqqas ta’ ħiliet li għandu jiġi indirizzat;

M.  billi jeħtieġ li jiġi evitat li, bil-pretest li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ekonomija blu, jiġu applikati forom insostenibbli ta’ sfruttament tar-riżorsi u mudelli tat-tkabbir li diġà ntwera li mhumiex sostenibbli għall-ibħra u l-oċeani, u billi l-isfruttament tar-riżorsi tal-ibħra u l-oċeani għandu jsir strettament b’konformità mal-ħtieġa li jiġu żgurati l-ġestjoni u l-konservazzjoni xierqa ta’ dawn ir-riżorsi, bla ma jinbidlu l-bilanċi assoċjati mal-ekosistemi tal-baħar, u billi jiġu rrestawrati dawk degradati pereżempju permezz ta’ metodi innovattivi biex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-baħar, b’mod partikolari l-volumi li qed jikbru ta’ skart tal-plastik, plastiglomerati u mikropartiċelli tal-plastik li jiddiżintegraw, u r-riċiklaġġ tal-iskart bla ma jinħlew ir-riżorsi;

N.  billi bosta għodod ta’ ġestjoni ambjentali kostali u tal-baħar qed jiġu appoġġjati bl-immappjar ta’ qiegħ il-baħar, inkluż l-ippjanar ta’ stħarriġ ta’ monitoraġġ bl-identifikazzjoni ta’ żoni li x ’aktarx jappoġġjaw ħabitat partikolari ta’ interess, jew bl-għoti ta’ informazzjoni bħala għajnuna fil-lokalizzazzjoni u l-ippjanar ta’ proġetti lil hinn mix-xtut, bħall-iżvilupp ta’ mollijiet u marini, xogħlijiet ta’ protezzjoni kostali, parkijiet eoliċi fuq il-baħar u reklamazzjoni tal-art, b’mod sostenibbli għall-ambjent;

O.  billi, skont l-Artikolu 190 tat-Trattat ta’ Lisbona u d-dikjarazzjoni ta’ Rio+20, il-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-approċċ abbażi tal-ekosistema għandhom ikunu fil-qalba tal-ġestjoni ta’ kwalunkwe attività li jkollha impatt fuq l-ambjent tal-baħar;

P.  billi l-UE ilha tipproduċi sett ta’ programmi u linji gwida li jipprovdu qafas għal attivitajiet relatati mal-ekonomija blu u l-innovazzjoni; billi dak il-qafas għandu jiġi ġġudikat skont l-utilità prattika tiegħu fl-appoġġ tal-isforzi tal-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jiżviluppaw l-ekonomija blu;

Q.  billi l-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ ekonomija blu ġdida u sostenibbli għandhom ikunu inklużi fil-politika għall-iżvilupp tal-UE, fil-politika barranija u fil-politika tal-Unjoni għall-Mediterran u l-pajjiżi kostali Afrikani tal-Mediterran, l-istati gżira tal-Afrika tal-Lvant fl-Oċean Indjan, filwaqt li l-istati gżira li huma partijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) tal-AKP jeħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala sħab fl-isforz biex titwaqqaf ekonomija blu sostenibbli;

R.  billi l-komunitajiet kostali u tal-gżejjer u l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma partijiet ikkonċernati indispensabbli fid-dibattitu dwar il-potenzjal tal-ekonomija blu u t-twettiq tiegħu;

S.  billi ż-żoni kostali għandhom karatteristiċi speċifiċi li jagħmluhom distinti u jiddeterminaw l-opportunitajiet tagħhom għall-iżvilupp fit-terminu medju u fit-tul;

T.  billi l-oċeani u l-ibħra Ewropej huma differenti ħafna u jvarjaw mill-profondità tal-Atlantiku lil hinn mill-Irlanda għall-profondità tal-Baħar l-Iswed lil hinn mir-Rumanija u mill-ibħra kesħin fl-Artiku għall-ilmijiet sħan tal-Mediterran;

U.  billi t-turiżmu jikkostitwixxi 5 % tal-PDG tal-UE, 12-il miljun impjieg u 2.2 miljun impriża; billi t-turiżmu kulturali jikkostitwixxi kważi 40 % tat-turiżmu pan-Ewropew; billi t-turiżmu tal-baħar u kostali jikkostitwixxi terz tal-attivitajiet turistiċi kollha fl-Ewropa, u jimpjega 3.2 miljun ħaddiem;

V.  billi bħalissa huwa stmat li bejn 3 % u 5 % tal-PDG tal-UE jiġi mis-settur marittimu ġenerali, li jimpjega madwar 5.6 miljun persuna u li jiġġenera EUR 495 biljun għall-ekonomija Ewropea;

W.  billi huwa stmat li bħalissa n-numru ta’ molekuli fil-baħar huwa ħafna ogħla min-numru ta’ molekuli fuq l-art, u li dawn jirrappreżentaw potenzjali inkredibbli għar-riċerka fl-oqsma tas-saħħa, tal-kożmetiċi u tal-bijoteknoloġija;

X.  billi l-politika marittima integrata hija importanti bħala lieva b’saħħitha għall-attivitajiet tal-ekonomija blu, fuq kollox meta jkun meħtieġ li jiġu indirizzati b’mod integrat l-isfidi kollha li qed jiffaċċjaw l-ibħra Ewropej illum;

Y.  billi fil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) preċedenti, il-gruppi għall-iżvilupp tas-sajd urew li huma utli ħafna bħala għodda għall-ħolqien tal-impjiegi u l-ġid, il-koeżjoni soċjali u territorjali, kif ukoll fit-teħid tad-deċiżjonijiet u bħala protagonisti attivi fl-iżvilupp tagħhom stess;

1.  Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "L-Innovazzjoni fl-Ekonomija Blu: inwettqu l-potenzjal tal-ibħra u l-oċeani tagħna għall-impjiegi u t-tkabbir"; jinnota li l-komunikazzjoni għandha ambitu limitat u ma tkoprix is-setturi kollha li jikkostitwixxu l-ekonomija blu; jitlob lill-Kummissjoni tadotta approċċ integrat u iktar komprensiv li jkopri l-isfidi tal-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi fil-firxa varjata kollha ta’ setturi interkonnessi;

2.  Huwa tal-fehma li l-ekonomija blu għandha tiġi definiti f’termini speċifiċi u inklużivi li jkopru l-attivitajiet settorjali u intersettorjali kollha relatati mal-oċeani, l-ibħra, l-ekosistemi kostali, iż-żoni kostali u interni konnessi, inklużi forom ta’ appoġġ dirett u indirett; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza trażversali tal-innovazzjoni għal dawn l-attivitajiet kollha, kemm jekk ikunu tradizzjonali u kemm jekk ikunu emerġenti;

3.  Jippromwovi l-ħtieġa ta’ ppjanar strateġiku tal-attivitajiet fl-ekonomija blu, metodi diretti ta’ finanzjament, prijoritajiet fil-mira u pjan ta’ azzjoni sabiex dan is-settur jingħata spinta sal-2020, inklużi ideat speċifiċi dwar mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u investiment fl-infrastruttura;

4.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iwettqu analiżi u kwantifikazzjoni tal-firxa tal-attivitajiet ekonomiċi eżistenti tal-ekonomija blu tagħhom u jitlob l-iżvilupp ta’ strateġija li għandha ġġib flimkien inizjattivi dwar is-setturi marittimi kollha; jitlob lill-Kummissjoni twettaq ċensiment tal-għadd kbir ta’ proġetti li hija ffinanzjat fil-passat li kienu relevanti għall-ekonomija blu, u tniedi studju komprensiv dwar l-importanza u l-valur tal-ekonomija blu;

5.  Jenfasizza li l-ibħra u l-oċeani diġà jinsabu taħt pressjoni antropika konsiderevoli u qed ibatu mill-konsegwenzi marbuta ma’ din il-pressjoni (tniġġis, tibdil fl-ambjent u l-klima, sfruttament żejjed tar-riżorsi, sajd żejjed, eċċ.), iżda madankollu l-ibħra u l-oċeani għad għandhom riżervi importanti ta’ ekosistemi li mhumiex aċċessibbli u għaldaqstant għadhom intatti; jemmen li l-ekonomija blu għandha għalhekk tqis il-protezzjoni, ir-restawr u ż-żamma tal-ekosistemi, il-bijodiversità, ir-reżiljenza u l-produttività tal-ibħra u l-oċeani, inklużi s-servizzi assoċjati mal-funzjonament tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar; jemmen li l-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-approċċ ekosistemiku għandhom ikunu fil-qalba tal-ekonomija blu;

6.  Jenfasizza r-rwol importanti tat-teknoloġiji l-ġodda fil-ġlieda kontra d-degradazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar u jenfasizza r-rabtiet bejn l-ekonomija blu u l-ekonomija ekoloġika, speċjalment fir-rigward ta’ metodi innovattivi biex jitnaddfu l-ibħra, inkluż ir-riċiklaġġ tal-plastik ta’ ħsara għall-ambjent b’mod kosteffikaċi;

7.   Jinnota li fehim aħjar tal-ibħra u l-oċeani, inklużi qiegħ il-baħar u l-ħajja fil-baħar, flimkien ma’ valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali, se jippermettu li jiġu sfruttati b’mod sostenibbli r-riżorsi tal-baħar, filwaqt li jsaħħu l-bażi xjentifika li fuqha huma msejsa l-politiki marittimi varji tal-UE;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri (wara t-tlestija tal-analiżi xjentifika u ċ-ċensiment imsemmija hawn fuq), tkejjel il-bżonnijiet finanzjarji tal-ekonomija blu (fil-livelli settorjali, reġjonali, nazzjonali u tal-Ewropa) bl-għan li jinkiseb il-potenzjal tagħha ta’ tkabbir sostenibbli, żvilupp u ħolqien tal-impjiegi, b’enfasi partikolari fuq ir-reġjuni li huma dipendenti ħafna fuq is-sajd u b’konsiderazzjoni partikolari għan-negozji l-ġodda, l-SMEs u n-negozji tal-familja;

9.  Jenfasizza li l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija blu jirrikjedi investiment ikbar fl-għarfien u r-riċerka; jiddeplora l-impatt fuq terminu ta’ żmien qasir u fit-tul li t-tnaqqis fl-investiment pubbliku fir-R&Ż qed ikollu fuq il-programmi nazzjonali tar-riċerka; huwa tal-fehma li, sabiex jitjieb il-fehim tal-ambjent tal-baħar u l-potenzjal ekonomiku tiegħu, l-UE u l-Istati Membri għandhom jipprovdu finanzjament sostanzjali, skont arranġamenti li jaħsbu għall-kontinwità u l-prevedibbiltà fuq medda twila taż-żmien, bla ma jipperikolaw il-finanzjament ta’ programmi diġà eżistenti u li qed jitwettqu;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tinkoraġġixxi l-kompilazzjoni ta’ data xjentifika perjodika u aġġornata dwar l-istatus tal-popolazzjonijiet tal-baħar fi ħdan l-ilmijiet tal-UE u barra minnhom, b’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra; itenni n-natura multidixxiplinarja tar-riċerka tal-baħar u dik marittima u jenfasizza l-importanza ta’ appoġġ għal sforz trażversali li jolqot id-diversi setturi u dixxiplini tar-riċerka tal-baħar u dik marittima;

11.  Iħeġġeġ sabiex jiġu stipulati objettivi u skadenzi ċari bl-għan li d-data – irrispettivament minn jekk tkun relatata ma' qiegħ il-baħar u l-kolonna tal-ilma jew ir-riżorsi ħajjin – tkun trasparenti, iktar aċċessibbli u kompletament interoperabbli u armonizzata; jitlob li tingħata informazzjoni dwar l-ibħra u l-oċeani lill-pubbliku, bl-għan li titrawwem l-innovazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-fondi ma jinħlewx u li l-proġetti ma jkunux iddupplikati; jemmen li l-investiment fi proġetti ta’ akkwiżizzjoni ta’ data jikkontribwixxi wkoll għall-produttività u għal żieda fl-innovazzjoni;

12.  Jitlob li r-riżultati tar-riċerka ffinanzjata minn fondi pubbliċi jitqiegħdu fid-dominju pubbliku għal użu mhux kummerċjali (filwaqt li tiġi ssalvagwardjata d-data ta’ importanza strateġika għall-Istati Membri), u li dak il-prinċipju jkun japplika b’mod vinkolanti fuq is-sħab li jipparteċipaw fil-programmi ta’ riċerka tal-UE; jitlob li jingħata aċċess miftuħ għad-data li tappoġġja r-riżultati ta’ tali riċerka; jitlob inizjattiva tal-UE li tinkoraġġixxi lill-kumpaniji privati fis-settur marittimu biex jikkondividu data li ma tkunx ekonomikament sensittiva għal skopijiet ta’ riċerka u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi pjattaforma ta’ informazzjoni tar-riċerka Orizzont 2020 malajr kemm jista’ jkun;

13.  Jitlob li l-proġett Netwerk Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima (EMODnet) jinkludi b’mod espliċitu l-istħarriġ tad-data dwar l-impatti kumulattivi, l-iskart tal-baħar, l-istorbju tal-baħar u interferenti endokrinali li jistgħu jiġu dissolti, fit-taqsima tiegħu dwar l-impatt tal-bniedem;

14.  Jirrifjuta t-tnaqqis fil-baġit tal-programm qafas ta’ riċerka Orizzont 2020 propost mill-Kummissjoni;

15.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet regolari tal-implimentazzjoni tal-programm Orizzont 2020 fl-oqsma relatati mal-ekonomija blu u tippubblika r-riżultati; jappoġġja t-twaqqif ta’ sħubija speċifika għall-industrija marittima skont il-qafas tal-programm Orizzont 2020 u jitlob li tiġi inkluża fil-programm ta’ ħidma Orizzont 2020 għall-2016 u l-2017; iqis li għandhom isiru aktar sforzi biex titjieb ir-rabta bejn ir-riċerka u l-industrija fl-iżvilupp tal-prodotti u l-proċessi ġodda, it-tkabbir u l-impjiegi;

16.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali għandhom rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-ekonomija blu u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja u tinkoraġġixxi l-forom kollha ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali (sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet f’dan il-qasam), bħall-inizjattivi ta’ programmazzjoni konġunta, filwaqt li jiġu involuti wkoll ir-raggruppamenti marittimi, is-settur tas-sajd u l-komunitajiet lokali; jenfasizza r-rwol tal-istrateġiji makroreġjonali bħala mezz biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni u jiġu sfruttati l-opportunitajiet konġunti (eż. l-Istrateġija għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku) u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu jibnu fuq il-proġetti ta’ riċerka reġjonali ta’ suċċess (eż. BONUS);

17.  Jitlob li l-kooperazzjoni u s-sħubiji bejn l-Istati Membri jikkontribwixxu għall-immirar b’mod aktar effettiv tal-finanzjament disponibbli permezz ta’ strumenti tal-UE u nazzjonali; jenfasizza li, meta jkunu qed jiġu ffukati l-prijoritajiet, għandhom jitqiesu l-impatt dirett tal-fondi u l-kontribut dirett għall-ekonomija blu;

18.  Jenfasizza l-interess tal-Istati Membri li jespandu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran u jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw l-ekonomija blu bħala spazju addizzjonali ta’ kooperazzjoni; iħeġġeġ forom ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE (eż. l-Unjoni għall-Mediterran, l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Ekonomika tal-Baħar l-Iswed) u jitlob lill-Kummissjoni tinkludi l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ ekonomija blu sostenibbli bħala objettiv tal-politika għall-iżvilupp tal-UE;

19.  Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi kundizzjonijiet regolatorji u legali favorevoli għal investiment fl-enerġija rinnovabbli fl-ekonomija blu, u biex tippreżenta qafas ċar u stabbli ta’ appoġġ għar-riċerka, in-negozji u l-gvernijiet li jippermetti żieda fl-investiment fi proġetti innovattivi għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli;

20.  Jenfasizza li l-oċeani u l-ibħra Ewropej huma varjati ħafna u li għalhekk huwa essenzjali li l-Kummissjoni ma tadottax approċċ "wieħed tajjeb għal kulħadd"; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi promoss approċċ integrat għal setturi differenti tal-ekonomija blu, ibbażat fuq prinċipji komuni bħalma huma s-sostenibbiltà, filwaqt li jiġu rikonoxxuti u rrispettati l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet tar-reġjuni differenti u l-prijoritajiet tal-Istati Membri differenti, u jiġu appoġġjati fl-iżvilupp ta’ dawn il-prijoritajiet;

21.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-aġenziji tagħha biex jappoġġjaw lill-Istati Membri fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għall-iżvilupp tal-ekonomija marittima;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għall-iżvilupp negattiv u d-deterjorament ċar ta’ wħud mis-setturi l-iktar tradizzjonali tal-ekonomija blu (bħas-sajd u l-bini u t-tiswija tal-bastimenti), speċjalment f'żoni fejn kellhom rwol ta' attivitajiet ta’ ankra awtentiċi, saħħew l-attivitajiet ekonomiċi upstream jew downstream, ħolqu l-impjiegi u ppromwovew l-iżvilupp; iqis li kwalunkwe strateġija tal-UE dwar l-ekonomija blu m’għandhiex tinsa dawn l-attivitajiet u r-reġjuni, u għandha tenfasizza l-potenzjal tal-innovazzjoni u tieħu vantaġġ mill-għarfien espert Ewropew fit-treġġigħ lura ta’ dan in-nuqqas (eż. modifiki iktar 'il quddiem tal-bastimenti);

23.  Jenfasizza l-importanza tar-riċerka tal-baħar u dik marittima u ta’ kooperazzjoni aktar b’saħħitha dwar dawn is-setturi fost ir-riċerkaturi, fost l-Istati Membri u fost ir-reġjuni sabiex jingħeleb id-distakk eżistenti bejn l-Istati Membri u l-konċentrazzjoni ġeografika f’ċerti żoni u sabiex tingħata spinta lill-kompetittività taż-żoni kostali u lill-ħolqien ta’ impjiegi lokali sostenibbli u ta’ kwalità;

24.  Jemmen li n-nuqqas ta’ professjonisti kkwalifikati fid-dixxiplini differenti u fis-setturi differenti ta’ attività – fosthom riċerkaturi, inġiniera, tekniċi u ħaddiema – huwa ostaklu kbir li jista’ jxekkel it-twettiq sħiħ tal-potenzjal tal-ekonomija blu; huwa tal-fehma li dan in-nuqqas huwa marbut sew kemm mad-diżinvolviment u d-diżinvestiment li qed jiżdiedu min-naħa tal-Istati Membri fl-oqsma tax-xjenza u l-edukazzjoni, kif ukoll man-nuqqas ta’ valorizzazzjoni tal-professjonisti eżistenti, speċjalment f’dawk l-Istati Membri li sofrew l-iktar minħabba l-kriżi ekonomika, u għalhekk jitlob li dawn iż-żewġ xejriet jitreġġgħu lura bla dewmien; iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali biex jinvestu f’dimensjoni soċjali ambizzjuża ta’ tkabbir blu u litteriżmu marittimu sabiex jiġu promossi t-taħriġ u l-aċċess taż-żgħażagħ għal professjonijiet marittimi; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw kemm l-edukazzjoni għolja kif ukoll il-programmi ta’ taħriġ professjonali u kontinwu, u jiżguraw li dawn il-programmi jinkorporaw perspettivi tal-ekonomija blu;

25.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet reġjonali, lill-istituzzjonijiet edukattivi u lill-industrija biex jikkoordinaw, joħolqu sinerġiji u jidentifikaw kwistjonijiet ta’ riċerka trażversali fil-qasam tal-ekonomija blu, sabiex jiġu promossi t-taħriġ u l-aċċess taż-żgħażagħ għall-professjonijiet relatati;

26.  Iqis li l-iżvilupp xieraq tal-ekonomija blu jeħtieġ id-dinjità tal-professjonijiet assoċjati magħha u l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità bid-drittijiet, fosthom id-drittijiet ta’ saħħa u sikurezza għall-ħaddiema marittimi, u sensibilizzazzjoni dwar dawn id-drittijiet sabiex jiġi żgurat li s-settur jibqa’ attraenti; barra minn hekk, iqis li, peress li l-ekonomija blu kienet u għadha tradizzjonalment ddominata sew mill-irġiel, issa huwa opportun li l-UE tirrikonoxxi li dan huwa ż-żmien ideali biex in-nisa jiġu mħajra jipparteċipaw f’dan il-qasam ekonomiku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkorporaw il-perspettiva ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-istadji kollha tal-iżvilupp tal-ekonomija blu u jrawmu u jżidu l-parteċipazzjoni effettiva tan-nisa fiha;

27.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippromwovi d-drittijiet tal-ħaddiema u tiggarantixxi kundizzjonijiet ta’ xogħol sikuri fis-setturi kollha fi ħdan l-ekonomija blu, kemm jekk diġà stabbiliti u kemm jekk emerġenti;

28.  Jitlob lill-Kummissjoni tiġbor u tanalizza data marbuta mal-karrieri marittimi fil-livelli kollha (mil-liġi għall-inġinerija u l-ġestjoni ambjentali, minn strutturi tal-għaddasa għal baħħara u tekniċi marittimi) u biex tuża din id-data ħalli tesplora l-opportunitajiet ta’ impjiegi f’livelli differenti – dawk tradizzjonali, dawk emerġenti u dawk kompletament ġodda li jistgħu jinħolqu;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tispeċifika l-fondi Ewropej disponibbli kollha għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-ekonomija blu u tiġborhom taħt pjattaforma unika aċċessibbli għaċ-ċittadini; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tiddedika finanjament għall-innovazzjoni u t-tkabbir blu sabiex jiġu ffinanzjati r-riċerka fundamentali, ir-R&Ż, it-taħriġ, il-ħolqien ta’ impjiegi, il-ħolqien tan-negozju, l-SMEs, l-intrapriżi soċjali, il-kooperattivi, l-edukazzjoni u l-apprendistati, it-tnaqqis tal-faqar kostali, l-iżvilupp tal-bijoteknoloġija, il-links tat-trasport, l-interkonnettività tal-enerġija, il-kostruzzjoni u t-tiswija tal-bastimenti, l-aċċess kostali għall-broadband, il-protezzjoni ambjentali u l-bejgħ ta’ prodotti, servizzi u proċessi innovattivi;

30.  Jemmen li l-investiment fl-ekonomija blu għandu jiffoka, fost l-oħrajn, fuq l-"ekoinnovazzjoni" li ma tiddependix fuq riżorsi finiti, l-effiċjenza fir-riżorsi, l-ekonomija ċirkolari, il-konservazzjoni tan-natura, il-protezzjoni kostali u tal-baħar, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, u l-użu sostenibbli tar-riżorsi (filwaqt li jiġi żgurat li r-rati ta’ użu ta’ dawn ir-riżorsi ma jaqbżux, fuq żmien fit-tul, ir-rati ta’ riġenerazzjoni naturali tagħhom); iħeġġeġ lill-Kummissjoni bix tinkorpora dawn il-prinċipji fil-programmi ta’ appoġġ attwali u futuri;

31.  Jitlob li jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq sabiex jiġu stimulati l-innovazzjoni, l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija blu u l-ħolqien tal-impjiegi, li jgħaqqad, jikkoordina u jiffaċilita l-aċċess għall-istrumenti finanzjarji disponibbli il-finanzjament strutturali u ta’ investiment (il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Fond ta’ Koeżjoni), il-programmi qafas ta’ riċerka, il-ħolqien possibbli ta’ komunità ta’ konoxxenza u innovazzjoni (KKI) futura iffokata fuq l-ekonomija blu, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), eċċ.; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-istrumenti jkunu mmirati aħjar għall-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati individwali – l-istituzzjonijiet pubbliċi, l-awtoritajiet lokali, in-negożji, speċjalment l-SMEs, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi, eċċ. – u li l-opportunitajiet eżistenti jiġu ppubbliċizzati b’mod wiesa’;

32.  Jiddispjaċih profondament dwar id-dewmien fl-ipprogrammar b’rabta mal-FEMS f'ċerti Stati Membri;

33.  Iqis li l-investiment pubbliku, speċjalment f’xi Stati Membri, għandu rwol deċiżiv fil-promozzjoni tal-iżvilupp u l-isfruttament sħiħ tal-potenzjal tal-ekonomija blu, filwaqt li ma jintnesiex ir-rwol tal-investiment privat; jenfasizza li l-investiment fl-ekonomija blu jeħtieġ taħlita ta’ ffukar ta’ proġetti, minn proġetti infrastrutturali kbar għal investimenti differenti fuq skala żgħira fl-SMEs, li jeħtieġu assistenza addizzjonali fl-aċċess għall-finanzjament;

34.  Jenfasizza li l-industriji fuq l-art li jappoġġjaw l-ekonomija blu offshore jikkostitwixxu l-konnessjoni ta’ importanza vitali biex jiġi żgurat li l-innovazzjoni fil-baħar ittejjeb il-ħajja ta’ dawk kollha fl-UE, u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi aktar appoġġ lil dawn l-industriji fuq l-art;

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex jippromwovu strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, bl-għan li jinħolqu u jiġu sfruttati ktajjen tal-valur relatati mal-attivitajiet multipli u varjati tal-ekonomija blu; iqis li l-iżvilupp ta' "raggruppamenti" jew "superraggruppamenti" jimplika li l-Istati Membri għandu jkollhom rwol attiv fit-trawwim ta’ sinerġiji settorjali u transsettorjali; iqis li l-istrateġiji għar-riċerka marittima u l-iżvilupp teknoloġiku jistgħu jiġu introdotti inizjalment bħala strateġiji pilota u, għaldaqstant, iservu ta’ eżempju tal-aħjar prattika għall-ekonomija blu iktar wiesgħa;

36.  Iqis li l-implimentazzjoni tal-istrateġiji, il-pjanijiet u l-programmi, kif ukoll ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika, tista’ tipprovdi qafas politiku u istituzzjonali li jkun aktar favorevoli għall-iżvilupp tal-ekonomija blu fl-Istati Membri differenti; jenfasizza li dawn l-istrateġiji, il-pjanijiet u l-programmi, flimkien ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika, għandhom jikkontribwixxu għal interazzjoni armonjuża u sostenibbli bejn l-attivitajiet tal-bniedem u l-ambjent tal-baħar u kostali; jenfasizza l-importanza tal-ippjanar spazjali marittimu għall-iżvilupp sostenibbli u kkoordinat tal-attivitajiet marittimi filwaqt li, b’mod ekwu, jitqiesu l-interessi tas-setturi kkonċernati kollha kif ukoll l-interazzjonijiet bejn l-art u l-baħar u l-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali; ifakkar fid-Direttiva dwar l-Ippjanar Spazjali Marittimu, id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija tal-Baħar u l-Politika Marittima Integrata fil-livell tal-UE u f’dak tal-baċiri tal-baħar;

37.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-kumpaniji statali pubbliċi jew b’maġġoranza pubblika f’oqsma bħat-trasport tal-merkanzija fuq il-baħar, il-ġestjoni tal-portijiet, l-industrija tat-trasport fuq il-baħar u x-xogħlijiet marittimi u ta’ difiża kostali; jirrifjuta l-viżjoni li għandha t-tendenza tiffoka biss fuq is-settur privat u jemmen li t-tisħiħ u l-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku jistgħu jkunu forza motriċi importanti għall-promozzjoni tal-ekonomija blu;

38.  Jemmen li sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija blu għandu jkun hemm integrazzjoni u koordinazzjoni aħjar tal-isforzi u l-kompetenzi fil-livell tal-UE, b’azzjonijiet ta’ koeżjoni u koerenza; jitlob li jinġabru flimkien l-aġenziji rilevanti u l-kompetenzi mxerrda li diġà jeżistu taħt aġenzija eżistenti b’kompetenzi marittimi, bħala mezz biex jissaħħu l-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u l-appoġġ lill-Istati Membri fl-iżvilupp u l-użu sħiħ tal-potenzjal tal-ekonomija blu;

39.  Iqis li l-komunitajiet ta' max-xtut u tal-gżejjer għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-fażijiet kollha tal-iżvilupp tal-ekonomija blu, u li dan huwa kundizzjoni essenzjali għat-twettiq tal-potenzjal ta’ din l-ekonomija f'termini ta’ innovazzjoni, ta’ impjiegi, ta’ prosperità u ta’ żvilupp sostenibbli; jirrikonoxxi l-potenzjal u l-ħtieġa ta’ soluzzjonijiet innovattivi rigward l-espansjoni tal-bliet fuq il-baħar;

40.  Jirrikonoxxi d-diversità u l-partikolarità tal-komunitajiet kostali u tal-gżejjer u jitlob l-adozzjoni ta’ miżuri straordinarji sabiex jiġi promoss b’mod effiċjenti l-iżvilupp tal-ekonomija blu f’dawn iż-żoni permezz tat-tneħħija tal-ostakli għall-investiment u l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet favorevoli għat-tkabbir;

Approċċi bbażati fuq is-settur

41.  Jitlob appoġġ iktar attiv għall-modernizzazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd u l-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd, bl-għan li jinħoloq valur miżjud ogħla, ikun hemm enfasi fuq is-sajd fuq skala żgħira, u tiżdied is-selettività tal-irkaptu tas-sajd, minbarra li jiġu pprovduti modi iktar effikaċi għall-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux regolat u mhux rappurtat; ifakkar li l-immappjar u l-klassifikazzjoni tal-ħabitats tar-riżorsi huma essenzjali għat-twaqqif ta’ settur tas-sajd vijabbli, sostenibbli u ġestit tajjeb; huwa tal-fehma li d-data xjentifika dwar is-sajd li tifforma l-bażi tad-deċiżjonijiet politiċi għandha ssir magħrufa lill-pubbliku fis-sħuħija tagħha;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri neċessarji biex issaħħaħ ir-rwol tal-gruppi għall-iżvilupp tas-sajd skont il-PKS il-ġdida, filwaqt li tipprovdihom b’iktar riżorsi sabiex ikunu jistgħu jkomplu u jiżviluppaw ir-rwol tagħhom u jippromwovu din il-kooperazzjoni interterritorjali;

43.  Huwa favur il-ħtieġa li jiġu identifikati u promossi l-attrazzjonijiet naturali u kulturali; jenfasizza r-rwol taż-żoni “no-go” bħala għajnuna biex iż-żoni verġni jkampaw u ż-żoni ta’ qiegħ il-baħar sfruttati żżejjed jirriġeneraw, u b’hekk jikkontribwixxi lejn is-sostenibbiltà futura tal-ibħra tagħna;

44.  Hu tal-opinjoni li l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura Ewropea jirrikjedi appoġġ iktar b’saħħtu għar-riċerka xjentifika u l-iżvilupp teknoloġiku b’rabta mat-trobbija ta’ speċijiet ġodda, speċjalment speċijiet indiġeni, filwaqt li jiġi żgurat il-forniment sostenibbli tal-għalf, jiġu minimizzati l-impatti tal-bijodiversità u jitnaqqas l-impatt tal-użu ta’ kimiċi u mediċini, kif ukoll fil-qasam tal-iżvilupp ta’ prodotti ġodda jew imtejba b’mod sinifikanti, biex jiġi żgurat li jkun hemm diversifikazzjoni tal-produzzjoni u tal-provvista tal-ikel u biex tittejjeb il-kwalità tagħhom, filwaqt li jiżdied il-livell tas-sikurezza ambjentali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-għarfien preċiż dwar il-batimetrija u l-kompożizzjoni ta’ qiegħ il-baħar huwa essenzjali fl-għażla tas-siti l-iktar adegwati għall-espansjoni tal-industrija tal-akkwakultura lokali, fl-istima tal-kapaċità ta’ ġarr tagħhom, u fl-immudellar tat-tniġġis li jirriżulta mill-attivitajiet tal-akkwakultura;

45.  Huwa favur l-integrazzjoni tal-kriterji ambjentali u ta’ sostenibbiltà usa’ fl-istandards ta’ produzzjoni u tikkettar, biex il-produtturi responsabbli jiġu ppremjati u biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati aħjar hekk kif dan is-settur jespandi; jitlob regolamentazzjoni xierqa marbuta mal-akkwakultura u miżuri biex itaffu l-alterazzjoni tal-kwalità tal-ilma; jitlob li jingħata appoġġ għat-tranżizzjoni mill-metodi ta’ produzzjoni konvenzjonali tal-akkwakultura għall-akkwakultura organika;

46.  Jemmen li, għal raġunijiet relatati mal-konsum tal-enerġija u l-faċilità teknika tal-konverżjoni f’gass likwifikat miż-żejt (LPG), it-trasport tal-merkanzija fuq il-baħar u x-xmajjar, apparagun ta’ modi oħrajn ta’ trasport tal-merkanzija, qed ikompli jieħu importanza deċiżiva; jitlob li r-riżorsi jiġu kkanalizzati lejn l-appoġġ tal-innovazzjoni f'dan is-settur, bl-għan li tittejjeb l-effiċjenza enerġetika, ssir diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija primarja u jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi noċivi;

47.  Itenni l-ħtieġa li tittieħed azzjoni immedjata fir-rigward tat-trasport marittimu f’termini ta’ titjib tal-effiċjenza u t-tħaffif tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur, u li l-iżvilupp u l-użu tal-gass naturali likwifikat (LNG), bħala fjuwil tranżitorju aktar nadif, għandu jiġi mħeġġeġ għal dan is-settur;

48.  Jenfasizza l-importanza strateġika tal-bini u t-tiswija tal-bastimenti u r-rabtiet tagħhom ma' setturi oħrajn – bħall-industrija tal-azzar, it-trasport tal-merkanzija fuq il-baħar, is-sajd u t-turiżmu tal-kruċieri; iqis li l-impenn favur l-innovazzjoni teknoloġika u livell għoli ta’ speċjalizzazzjoni, li jistgħu jwasslu għal żieda fil-valur miżjud, jista’ joħloq kuntesti inqas esposti għall-kompetittività internazzjonali, peress li jaspira biex tinqaleb it-tendenza ta' tnaqqis fir-ritmu li għaddej minnu s-settur; hu tal-fehma li għandu jingħata appoġġ speċifiku għall-qawmien mill-ġdid u l-modernizzazzjoni tal-industriji Ewropej tal-bini tal-bastimenti u tal-azzar speċjali, fid-diversi forom tagħhom;

49.  Jitlob lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid u b’mod sħiħ il-politika tagħha lejn l-industrija Ewropea tal-bini tal-vapuri u japprova bil-qawwa l-għajnuna speċjali maħsuba għall-bidu mill-ġdid u l-modernizzazzjoni tal-bini tal-bastimenti fl-Ewropa;

50.  Jemmen li għandu jkun hemm aktar enfasi fuq ir-rwol tal-baħar fit-turiżmu u fuq is-sostenibbiltà tiegħu; jinnota li t-turiżmu marittimu u kostali Ewropew qed iħabbat wiċċu ma’ kompetizzjoni minn pajjiżi terzi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-UE għandha tisfrutta r-rikkezzi kulturali tagħha biex toffri servizzi ta’ turiżmu marittimu u kostali sostenibbli u ta’ kwalità għolja; iqis li l-patrimonju kulturali u t-turiżmu marittimu u kostali jista’ jkollhom rwol distintiv fl-attrazzjoni ta’ aktar konsumaturi u negozji bid-diversifikazzjoni tal-offerta turistika; jenfasizza l-kontribut pożittiv tal-patrimonju kulturali, it-turiżmu marittimu u kostali għall-għanijiet tal-Ewropa ta’ tkabbir ekonomiku sostenibbli u ħolqien ta’ impjiegi; jitlob aktar appoġġ għall-SMEs, li jikkostitwixxu l-maġġoranza l-kbira tas-settur tal-akkwaturiżmu, sabiex jiġi żgurat li l-impjiegi eżistenti u dawk ġodda jkunu sostenibbli, ta’ kwalità għolja, u jdumu tul is-sena kollha;

51.  Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta’ forom ta’ turiżmu sostenibbli mill-perspettiva soċjali, ekonomika u ambjentali li jistgħu jikkostitwixxu sors sinifikanti ta’ valur miżjud għaż-żoni marittimi;

52.  Jemmen li huwa ta’ importanza imperattiva li l-patrimonju kulturali ta’ taħt l-ilma jingħata l-importanza dovuta fi ħdan l-ekonomija blu, b’mod partikolari peress li l-patrimonju kulturali ta’ taħt l-ilma jista’ jgħallem lis-soċjetajiet tal-lum dwar l-esplojtazzjoni tal-passat tal-baħar, dwar ir-reazzjonijiet tal-bnedmin għat-tibdil fil-klima u ż-żieda fil-livell tal-baħar fost oħrajn, u barra dan billi l-patrimonju kulturali ta’ taħt l-ilma huwa riżorsa għat-turiżmu;

53.  Jenfasizza l-fatt li filwaqt li l-UE għadha mexxejja globali fl-ekonomija blu, il-kompetizzjoni internazzjonali f’dan is-settur hija qawwija u huwa biss ambjent b'kundizzjonijiet ekwi globali li jista’ jkompli jiżgura tkabbir sostenibbli u ħolqien ta' impjiegi Ewropej f’dan is-settur kumpless;

54.  Huwa tal-fehma li l-istudji dwar id-degradazzjoni tas-sistemi kostali (tniġġis u telf tal-bijodiversità), ir-reżiljenza u r-restawr tal-ekosistema, l-erożjoni kostali, il-mitigazzjoni tal-kawżi tiegħu u xogħlijiet marittimi biex tiġi protetta l-kosta (inklużi soluzzjonijiet b’bażi naturali bħall-Infrastrutturi Ekoloġiċi) huma oqsma kruċjali għall-ekonomija blu li qed isiru aktar importanti fid-dawl tat-tibdil fil-klima; jappella għat-tisħiħ tal-għajnuna tal-UE għal dawn iż-żoni u flessibbiltà għal żoni bi profil kostali distint u b’okkorrenzi ripetuti ta’ diżastri minħabba l-erożjoni kostali;

55.  Jinnota li l-enerġija mill-ibħra u l-oċeani għandha potenzjal kbir f'termini tal-użu tar-riżorsi domestiċi, id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, u l-kontribuzzjoni għall-objettivi tal-klima u l-enerġija; jenfasizza li l-enerġiji rinnovabbli tal-baħar huma settur industrijali għall-ġejjieni u jiġbed l-attenzjoni, f’dan ir-rigward, għall-importanza tal-iżvilupp ta’ sorsi innovattivi ta’ enerġija nadifa u enerġija “blu”, bħall-enerġija mill-fluss tal-marea, l-enerġija mill-mewġ u l-enerġija ożmotika, kif imsemmi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Jannar 2014 dwar l-enerġija blu; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-sistemi ta' distribuzzjoni fil-baħar bejn l-Istati Membri huma ta’ importanza kbira; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi kkunsidrat u jsir iktar studju dwar il-potenzjal tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju (CCS);

56.  Jenfasizza li l-esplorazzjoni u l-isfruttament tar-riżorsi tal-enerġija tal-ibħra u l-oċeani għandhom iqisu l-ħtiġijiet tat-trasferiment tat-teknoloġiji, partikolarment fir-rigward tat-taħriġ ta’ ħaddiema tas-sengħa u bi kwalifiki għoljin, u jissodisfaw ukoll kriterji stretti ta’ sostenibilità ambjentali; jinnota l-potenzjal ta’ effett multiplikatur ta' dawn l-attivitajiet f'termini ta' impjiegi u tal-attivitajiet relatati, kemm upstream kif ukoll downstream;

57.  Jenfasizza r-rwol importanti tat-teknoloġiji l-ġodda, pereżempju fil-ġlieda kontra d-degradazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar, jew fil-ġbir u l-ħżin tal-emissjonijiet tal-karbonju; jitlob lill-Kummissjoni biex tanalizza wkoll kif it-teknoloġija u l-infrastruttura ta’ akkumpanjament tagħha għat-trasport tas-CO2 mingħajr periklu u b’mod kosteffikaċi jistgħu jiġu applikati b’mod ekonomikament vijabbli;

58.  Jinnota li l-aħjar l-post għall-ġeneraturi tal-enerġija li jużaw l-enerġija blu, bħall-enerġija mir-riħ, mill-mewġ jew dik solari, il-kurrenti tal-oċeani, l-enerġija ożmotika u l-konverżjoni tal-enerġija termali, tista’ tiddependi fuq għadd ta’ fatturi, inklużi l-fond tal-ilma, il-kundizzjonijiet ta’ qiegħ il-baħar, il-karatteristiċi oċeanografiċi u d-distanza mill-kosta; jemmen, għalhekk, li l-armonizzazzjoni tad-data miġbura fil-programmi nazzjonali differenti dwar il-batimetrija, il-karatteristiċi ta’ qiegħ il-baħar jew il-profili vertikali tal-oċeani tista’ tgħin fl-għażla tas-sit u l-politiki ta’ liċenzjar għal żviluppi fl-enerġija rinnovabbli; jisħaq ukoll li tinħtieġ riċerka ulterjuri f’soluzzjonijiet ta’ enerġija tal-baħar sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet ta’ teknoloġija tal-enerġija affordabbli, kosteffikaċi u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;

59.  Iqis li l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni fil-blata kontinentali jirrikjedu l-involviment kostanti tal-Istat, b’mod partikolari f'termini ta’ informazzjoni, identifikazzjoni ta’ żoni fejn l-estrazzjoni hija pprojbiti, valutazzjoni tal-impatt ambjentali, analiżi u minimizzazzjoni tar-riskji, u l-eżerċizzju tas-sovranità; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi u taġġorna lista mhux eżawrjenti ta’ attivitajiet marittimi (pereżempju l-produzzjoni ta’ enerġija lil hinn mix-xtut, l-estrazzjoni fil-baħar miftuħ, l-esplojtazzjoni tar-ramel u ż-żrar fil-baħar, eċċ.) li jeħtieġu valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u soċjoekonomiku minn qabel; jitlob li tingħata attenzjoni fir-rigward tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-minerali bħala għażla alternattiva għall-estrazzjoni fil-baħar miftuħ u l-potenzjal offrut minn dawn l-attivitajiet għall-inkorporazzjoni tal-għarfien xjentifiku u l-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġija;

60.  Huwa favur involviment ikkoordinat u b’saħħtu tal-UE fl-Awtorità Internazzjonali ta’ Qiegħ il-Baħar biex jiġi żgurat qafas regolatorju ambjentali effikaċi u prekawzjonarju għall-prevenzjoni tal-impatti negattivi tal-esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tal-estrazzjoni fil-baħar miftuħ, inklużi ż-Żoni ta’ Interess Ambjentali Partikolari, kif ukoll l-impatti soċjetali tal-estrazzjoni fil-baħar miftuħ u l-bijoprospettar fuq il-komunitajiet lokali, u biex tiġi ggarantita t-trasparenza sħiħa tad-data;

61.  Iqis li l-bijoteknoloġija relatata mal-ibħra u l-oċeani hija settur ferm diversifikat li, b'mod ġenerali, għandu potenzjal enormi f’dak li jirrigwarda l-ħolqien u l-applikazzjoni ta' għarfien ġdid u l-ħolqien ta' prodotti u proċessi ġodda b'valur miżjud għoli (materjali, ikel, komposti farmaċewtiċi ġodda, eċċ.); jiġbed l-attenzjoni għall-ħtiġijiet ta' edukazzjoni u taħriġ relatati ma' dan is-settur, li jirrikjedu responsabilizzazzjoni sħiħa mill-Istati Membri, f’assoċjazzjoni mas-settur privat, kif ukoll kooperazzjoni internazzjonali fuq skala komprensiva simili;

62.  Jenfasizza l-importanza tad-djalogu soċjali u jqis li s-sħab soċjali kollha involuti fl-ekonomija blu għandhom ikunu rappreżentati; jenfasizza l-importanza tal-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati dwar l-iżvilupp tal-ekonomija blu inġenerali, inklużi l-konsultazzjonijiet kemm mas-soċjetà ċivili kif ukoll mal-awtoritajiet reġjonali u lokali;

63.  Jappoġġja bil-qawwi l-inizjattiva tal-Kummissjoni inkluża fil-komunikazzjoni tagħha għall-promozzjoni ta’ Alleanza ta’ Ħiliet u Ċentru ta’ Innovazzjoni tal-Għarfien dwar l-Ekonomija Blu;

64.  Jemmen li għandu jitnieda pakkett “Erika IV” għas-sikurezza marittima biex jiġu evitati diżastri marittimi kbar ulterjuri; iqis li dan il-pakkett għandu jirrikonoxxi l-ħsara ekoloġika għall-ilmijiet tal-baħar fil-leġiżlazzjoni Ewropea;

65.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili dwar l-importanza tal-baħar bħala riżorsa ekonomika, kulturali u soċjali u r-rwol tar-riċerka u d-djalogu fil-kisba ta’ sostenibbiltà integrata bejn il-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini;

66.  Iqis li l-ibħra u l-kosti huma riżorsi ta’ valur li għandhom jiffurmaw wieħed mill-pilastri tal-politika ta’ rinaxximent industrijali tal-UE; jinnota li għandhom jittieħdu passi lejn ir-rivitalizzazzjoni tal-industrija blu filwaqt li jiġu appoġġjati l-koeżjoni tal-ekonomija Ewropea u l-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari f’dawk ir-reġjuni fejn dan il-potenzjal ġie marġinalizzat b’riżultat tal-proċessi ta’ globalizzazzjoni;

67.  Huwa tal-fehma li l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki jista' jikkontribwixxi għall-iżvilupp rapidu u sostenibbli tas-settur;

o
o   o

68.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri.

(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135.
(2) ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0300.
(4) Testi adottati, P7_TA(2013)0438.
(5) Testi adottati, P7_TA(2014)0178.
(6) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.
(7) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 174.
(8) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 892.
(9) ĠU C 12, 15.1.2015, p. 93.
(10) ĠU C 19, 21.1.2015, p. 24.


Il-promozzjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ
PDF 485kWORD 156k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ (2015/2006(INI))
P8_TA(2015)0292A8-0239/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2014 dwar l-intraprenditorija fl-edukazzjoni u t-taħriġ(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE1 tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar il-promozzjoni tal-intraprenditorija taż-żgħażagħ għat-trawwim tal-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ(2),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (‘ET 2020’)(3),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ(4),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali(5),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 bit-titolu "Żgħażagħ f'Moviment – il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ"(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018)(7),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim ta' matul il-ħajja(8),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2013 intitolata "Naħdmu flimkien għaż-żgħażagħ tal-Ewropa: Sejħa għal azzjoni fir-rigward tal-qgħad fost iż-żgħażagħ" (COM(2013)0447),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Jannar 2013 bit-titolu "Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020: Tkebbis mill-ġdid tal-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa" (COM(2012)0795),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2012 bit-titolu "Reviżjoni tal-Edukazzjoni: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar" (COM(2012)0669),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 bit-titolu "L-Edukazzjoni u t-Taħriġ f’Ewropa intelliġenti, sostenibbli u inklussiva" (COM(2011)0902),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2015 bit-titolu "Edukazzjoni dwar l-Intraprenditorija: Triq għas-suċċess",

–  wara li kkunsidra l-gwida Social Europe tal-Kummissjoni ta' Marzu 2013 dwar "Social Economy and Social Enterprises" (ISBN: 978-92-79-26866-3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2015 dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2012 dwar l-Edukazzjoni, it-Taħriġ u l-Ewropa 2020(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar l-indirizzar tat-tluq bikri mill-iskola(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar it-tagħlim fl-ewwel snin tat-tfulija fl-Unjoni Ewropea(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar kompetenzi ewlenin għal dinja li qed tinbidel: l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-għoti ta’ tagħlim tul il-ħajja għat-tagħrif, il-kreattività u l-innovazzjoni – l-implimentazzjoni tal-"Programm ta’ ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010"(14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0239/2015),

A.  billi l-intraprenditorija taż-żgħażagħ teħtieġ li tkun parti importanti integrali tal-istrateġija politika li tappoġġja l-ġenerazzjoni taż-żgħażagħ tal-lum f’termini tal-għanijiet tal-UE għat-tkabbir, l-impjiegi, l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali u sabiex tnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE;

B.  billi l-intraprenditorija għandha tinftiehem fit-tifsira usa' tagħha bħala l-abbiltà li wieħed ibiddel l-ideat f'azzjonijiet;

C.  billi fi Frar 2015, 4.85 miljun żagħżugħ u żagħżugħa kienu qiegħda fl-UE-28, ċifra li hi għolja inaċċettabbli, u għalkemm il-qgħad fost iż-żgħażagħ qiegħed jonqos – naqas b’494 000 meta mqabbel ma’ Frar 2014 – dan qiegħed iseħħ b’pass kajman wisq;

D.  wara li kkunsidra r-rati għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ u li l-fatt li l-konsolidazzjoni fiskali tal-Istati Membri l-aktar milquta mill-kriżi m’għandhomx jitwettqu għad-detriment ta’ impjiegi meħuda miż-żgħażagħ; billi, bħala riżultat ta’ dan il-qgħad għoli fost iż-żgħażagħ, iż-żgħażagħ qed jesperjenzaw livelli ogħla ta’ faqar u esklużjoni soċjali, speċjalment fil-każ ta' dawk li ġejjin minn gruppi żvantaġġati u vulnerabbli; jirrikonoxxi u jilqa’ b’sodisfazzjon, madankollu, il-fatt li l-impenji saru biex iħaffu l-għoti tal-fondi tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ lill-Istati Membri, iżda jitlob li jkun hemm impenji aktar b’saħħithom min-naħa tal-Kummissjoni biex jindirizzaw din il-problema serja;

E.  billi d-differenza bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ u s-suq tax-xogħol hija waħda mill-kawżi tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u tal-għadd kbir ta’ postijiet vakanti fl-UE u għandha tiġi indirizzata wkoll billi ż-żgħażagħ jingħataw s-setgħa permezz tal-kompetenzi ewlenin, fosthom sens ta’ inizjattiva u intraprenditorija, li huma meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem, b’mod kunfidenti, fl-ekonomija u s-soċjetà tal-lum ibbażati fuq l-għarfien;

F.  billi l-Unjoni Ewropea, permezz tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin tagħha dwar ''Ħiliet ġodda u l-impjiegi'', ''Aġenda Diġitali għall-Ewropa'', ''Unjoni ta' Innovazzjoni'', u ''Żgħażagħ Attivi'', kif ukoll l-appoġġ immirat għal imprendituri nisa u persuni żvantaġġati u b'diżabbiltà, tippromwovi s-sens ta' inizjattiva u intraprenditorija, billi trawwem attitudni intraprenditorjali u l-għarfien relatat, il-ħiliet u l-kompetenzi relatati li jistgħu jagħtu spinta lill-kompetittività u t-tkabbir li jkunu intelliġenti, sostenibbli u inklużivi;

G.  billi l-intraprenditorija hija mutur importanti ta’ tkabbir ekonomiku u ta' ħolqien ta' impjiegi peress li toħloq kumpaniji u impjiegi ġodda, tiftaħ swieq ġodda, issaħħaħ il-kompetittività, ittejjeb il-produttività u l-innovazzjoni, issaħħaħ il-kompetittività Ewropea u toħloq il-ġid u għandha għalhekk tkun aċċessibbli b'mod ugwali għal kulħadd;

H.  billi l-intraprenditorija, u b’mod partikolari l-intraprenditorija soċjali huma muturi importanti ta’ koeżjoni soċjali u sostenibbiltà li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija filwaqt li fl-istess ħin jittaffew id-deprevazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-problemi soċjali oħra;

I.  billi l-intraprenditorija u partikolarment l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) huma s-sinsla tal-ekonomija tal-UE u jirrappreżentaw l-aktar sors importanti u primarju ta' impjieg ġdid; billi l-potenzjal intraprenditorjali tan-nisa huwa sors mhux sfruttat biżżejjed tat-tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi;

J.  billi l-kulturi li jivvalutaw u jippremjaw il-kompetenzi intraprenditorjali u l-imġiba intraprenditorjali bħall-kreattività, l-innovazzjoni, l-inizjattiva, it-teħid tar-riskju kkalkulat, il-ħsieb indipendenti u l-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet, kif ukoll kwalitajiet ta' tmexxija, jippromwovu propensità għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ġodda għall-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali bl-integrazzjoni ta’ komponenti ta’ għarfien fl-edukazzjoni li jgħaqqdu t-teorija mal-prattika, u b’hekk inaqqsu l-ostakli bejn l-esperjenza tan-negozju u l-edukazzjoni; billi huwa għalhekk ta’ importanza kbira li dawn il-kompetenzi personali jiġu integrati fis-sistema edukattiva u jkunu parti mill-ħajja ta’ kuljum fil-livelli kollha;

K.  billi f’ċerti Stati Membri l-ftuħ ta’ negozji ġodda (ta’ kull tip, inkluża l-intraprenditorija soċjali jew negozju għal xi profitt personali) ma jiġux rikonoxxuti biżżejjed jew inklużi bħala karriera, u hemm ftit li xejn appoġġ għal imprendituri aspiranti fi ħdan is-sistema edukattiva;

L.  billi l-imprendituri żgħażagħ jiffaċċjaw bosta sfidi u diffikultajiet, inkluż nuqqas ta' esperjenza, ħiliet xierqa u aċċess għall-finanzi u l-infrastruttura;

M.  billi studji reċenti jissuġġerixxu li l-kompetenzi intraprenditorjali jistgħu jiġi mgħallma u li l-edukazzjoni intraprenditorjali, jekk imfassla tajjeb, implimentata u tkun aċċessibbli għal kulħadd, jista’ jkollha impatt pożittiv ħafna fuq il-ħajja tan-nies u l-impjegabbiltà tagħhom, kif ukoll ir-rati għall-bidu u r-rati ta’ sopravivenza tal-intrapriżi;

N.  billi sabiex iwasslu għal konklużjonijiet robusti, il-kejl tal-impatt tal-edukazzjoni intraprenditorjali għandu jsir b'approċċ kritiku, kif ukoll ibbażat fuq evidenza soda u li jistrieħ fuq għodod u tekniki statistiċi stabbiliti;

O.  billi l-edukazzjoni intraprenditorjali għandha tinkorpora dimensjoni soċjali inkluż it-tagħlim dwar il-kummerċ ġust, l-intrapriżi soċjali u mudelli ta’ negozju alternattivi bħal pereżempju, il-kooperattivi bil-għan li tinkiseb ekonomija soċjali, inklużiva u sostenibbli;

P.  billi attitudni imprenditorjali ttejjeb l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, toħloq f’dik il-persuna kwalitajiet li huma essenzjali biex jingħelbu d-diffikultajiet kemm fil-ħajja professjonali kif ukoll f'dik privata, u tgħin biex tiġi evitata żieda fil-faqar u l-esklużjoni soċjali; billi aċċess aktar faċli għal mekkaniżmi ta’ mikrofinanzjament jista’ jgħin biex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

Q.  billi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali b’mod ġenerali huma ta’ importanza primordjali fir-rigward tal-iżvilupp personali ta’ kull individwu, u għalhekk għandhom ikunu vasti biżżejjed sabiex jiġu stabbiliti l-pedamenti għall-iżvilupp tul il-ħajja u l-approfondiment ta’ għarfien u l-akkwiżizzjoni ta' ħiliet trasversali, u prattiki biżżejjed, u b’hekk jippermettu lill-individwi jkollhom karrieri reali u ħajja professjonali u privata ta’ valur; billi hemm korrelazzjoni diretta bejn it-taħlita b’suċċess ta’ dawn iż-żewġ aspetti tal-edukazzjoni u t-tnaqqis fir-riskju tal-qgħad fost iż-żgħażagħ;

R.  billi l-ispirtu u l-ħiliet tal-intraprenditorija jistgħu jiġu akkwistati, mgħallma u żviluppati minn kull individwu; billi kull tip u livell ta’ edukazzjoni jikkorrispondi għal opportunità speċifika għall-bini speċifiku ta' ċerti ħiliet u kapaċitajiet għall-intraprenditorija bħala parti mill-akkwist ġenerali ta’ kompetenzi ewlenin;

S.  billi l-ħiliet intraprenditorjali huma marbuta ma’ settijiet oħra ta’ ħiliet bħall-ħiliet fl-ICT, il-ħiliet ta’ soluzzjoni tal-problemi u l-litteriżmu finanzjarju li għandhom jiġu promossi;

T.  billi l-edukazzjoni u t-taħriġ huma ta’ importanza ewlenija f’termini ta’ motivazzjoni u ta' possibbiltajiet għaż-żgħażagħ biex jibdew il-proġetti intraprenditorjali tagħhom stess;

U.  billi l-edukazzjoni, bħala ġid pubbliku, għandha tkun kompletament inklużiva u integrata billi jsir enfasi speċjali fuq l-għoti ta’ aċċess ugwali għall-istudenti li ġejjin minn ambjenti soċjoekonomiċi differenti;

V.  billi ż-żgħażagħ ikunu f'qagħda aħjar biex jinvolvu ruħhom f'negozju fuq skala transnazzjonali jekk ikunu jafu lingwi oħrajn;

W.  billi l-gruppi sottorappreżentati u żvantaġġati jeħtieġu attenzjoni speċjali u appoġġ matul l-edukazzjoni tagħhom, anke permezz tal-involviment tal-ġenituri u tal-komunitajiet fil-proċess edukattiv, kif ukoll jeħtieġu għajnuna sabiex jibdew, imexxu jew ikabbru negozju jew intrapriża;

X.  billi ż-żgħażagħ jibbenefikaw mit-taħriġ u l-edukazzjoni intraprenditorjali kif ukoll mill-esperjenza intraprenditorjali prattika, li jgħinu jiżviluppaw il-ħiliet u t-talent tagħhom filwaqt li jgħinuhom jiżviluppaw il-kunfidenza, u jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' negozji ġodda, l-impjegabbiltà u l-innovazzjoni; billi l-intraprenditorija hi għażla li mhijiex sfruttata biżżejjed għal ħafna żgħażagħ b'diżabbiltà;

Y.  billi l-intrapriżi soċjali u inklużivi jipparteċipaw b'mod attiv fi tkabbir sostenibbli innovattiv, jippromwovu koeżjoni akbar fi ħdan is-soċjetà u l-komunitajiet lokali, u jistgħu joħolqu opportunitajiet ta' impjieg għaż-żgħażagħ, inklużi dawk li huma soċjalment vulnerabbli u dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol;

Z.  billi ma hemmx biżżejjed nies li jsegwu l-ideat tagħhom biex jibdew negozju, u hemm, b’mod sproporzjonat, anke inqas nisa milli rġiel imprendituri (aktar u aktar fil-każ tan-nisa li ġejjin minn gruppi soċjali vulnerabbli u jiffaċċjaw diskriminazzjoni doppja), u, filwaqt li l-imprendituri nisa għandhom bħala medja edukazzjoni ogħla minn imprendituri rġiel, iżda huma wkoll aktar attivi f’setturi inqas innovattivi, li qed jikbru inqas malajr, b’kumpaniji iżgħar minn dawk tal-imprendituri rġiel; billi jeħtieġ li jiġu promossi b'mod attiv modi biex jingħelbu l-fatturi li jiskoraġġixxu partikolarment lin-nisa milli joħolqu l-intraprenditorija jew li jibbenefikaw aktar minnha(15);

AA.  billi f'ċerti Stati Membri kmamar tal-artiġjanat, l-industrija u l-kummerċ joffru programmi mmirati biex jappoġġjaw negozji ġodda;

AB.  billi l-edukazzjoni u t-taħriġ huma prinċipalment kompetenzi nazzjonali u ċerti Stati Membri għad iridu jiżviluppaw politika trasversali, jew approċċ strateġiku għall-edukazzjoni jew il-kurrikuli intraprenditorjali u l-metodi ta’ tagħlim; billi mhux l-għalliema u dawk li jmexxu l-edukazzjoni kollha fl-Ewropa huma mħarrġa biżżejjed fl-edukazzjoni intraprenditorijali, jew permezz ta’ żvilupp professjonali kontinwu tagħhom jew permezz ta’ taħriġ inizjali, li jista' jkollu impatt fuq il-potenzjal ta’ intraprenditorija biex jiġi inkorporat biżżejjed fis-sistemi edukattivi(16);

AC.  billi l-għalliema għandhom ikunu kapaċi jikkomunikaw ma’ imprendituri u jiddefinixxu l-għanijiet ta’ tagħlim fi sħubija magħhom u jingħataw appoġġ u riżorsi xierqa sabiex jimplimentaw strateġiji li jiffukaw fuq l-istudent u li jadattaw il-metodi tat-tagħlim tagħhom għall-ħtiġijiet tal-istudenti vulnerabbli tagħhom;

AD.  billi l-attivitajiet ta’ tagħlim mhux formali u informali jikkomplementaw u jsaħħu t-tagħlim formali billi joffru tipi diversi ta' esperjenzi ta’ tagħlim li jagħtu s-setgħa, u għalhekk għandhom jiġu rikonoxxuti bħala l-aqwa sorsi li permezz tagħhom jinkisbu u jiġu żviluppati l-kompetenzi tal-intraprenditorija;

AE.  billi t-tagħlim formali u informali jista' jkollu rwol ewlieni fl-iżvilupp u s-sostenn ta' ħiliet intraprenditorjali speċjalment fost il-gruppi marġinalizzati;

AF.  billi l-attivitajiet ta’ tagħlim mhux formali u informali huma b’mod partikolari rilevanti għaż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet billi jipprovdulhom sors addizzjonali ta’ tagħlim u triq possibbli lejn l-edukazzjoni u t-taħriġ formali;

AG.  billi t-tagħlim minn imprendituri ta' esperjenza jagħti stampa pożittiva tal-ispirtu intraprenditorjali u jiffaċilita l-pass lejn l-intraprenditorija;

AH.  billi l-intraprenditorija, inkluża l-intraprenditorija soċjali, għandha tiġi integrata fit-taħriġ tal-għalliema u tal-konsulenti tal-karrieri;

AI.  billi s-sistemi edukattivi nazzjonali qegħdin jevolvu b’rati differenti b’reazzjoni għal bidliet fis-suq tax-xogħol;

AJ.  billi l-programm Erasmus+, li beda jopera mill-2014 sal-2020, għandu l-għan li jimmodernizza l-edukazzjoni, it-taħriġ u x-xogħol taż-żgħażagħ madwar l-Ewropa u huwa miftuħ għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet sportivi fis-setturi kollha tat-tagħlim tul il-ħajja; billi dan se jipprovdi opportunitajiet għal aktar minn 4 miljun Ewropew biex jistudjaw, jitħarrġu, jiksbu esperjenza ta’ xogħol u jagħmlu volontarjat barra minn pajjiżhom;

AK.  billi l-intraprenditorija diġà għandha rwol fil-Programm Erasmus+, li huwa wieħed mir-riżultati mistennija tal-azzjonijiet ta’ mobbiltà;

AL.  billi huwa importanti li tiġi promossa u titħeġġeġ il-mobbiltà ta’ imprendituri żgħażagħ permezz ta’ programmi, bħal pereżempju l-Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ (2009-2015), li jippermetti lill-imprendituri żgħażagħ biex jieħdu sehem fi skambji transkonfinali u biex jitgħallmu minn imprendituri ta’ esperjenza li jmexxu negozji żgħar, kif ukoll joħloq opportunitajiet biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fl-intraprenditorija; billi jeħtieġ li jiġu allokati aktar fondi għal programmi bħal dawn sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ;

AM.  billi ż-żgħażagħ huma inklinati li jesprimu preferenza li jaħdmu għal rashom u madwar 45 % taż-żgħażagħ bejn il-15 u l-24 sena jgħidu li jippreferu jaħdmu għal rashom(17);

AN.  billi l-komunità kummerċjali fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew tista' tagħti kontribuzzjonijiet konsiderevoli fil-forma ta’ volontarjat ibbażat fuq il-ħiliet, is-sħubijiet mal-istituzzjonijiet edukattivi u l-kollaborazzjoni ma’ dawk li jfasslu l-politika;

AO.  billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jagħtu kontributi konsiderevoli (gruppi mhux governattivi bħal trejdjunjins, assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem u gruppi soċjali oħra), fosthom il-Junior Achievement – l-inizjattiva Young Enterprise Europe li tipprovdi edukazzjoni u taħriġ informali u tul il-ħajja dwar l-intraprenditorija; billi dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom bżonn aktar rikonoxximent, minkejja li ma jistgħux iwasslu għal kwalifika formali ċertifikata; billi dawn il-kontribuzzjonijiet isiru wkoll minn intrapriżi li jipprovdu taħriġ għalihom infushom;

Enfasi fuq il-ħiliet u l-kompetenzi intraprenditorjali

1.  Jirrikonoxxi r-rwol tat-tagħlim tul il-ħajja u l-mobbiltà internazzjonali bħala fatturi li jikkostitwixxu miżura ewlenija fir-rispons tal-Ewropa għall-globalizzazzjoni u l-bidla għal ekonomiji msejsa fuq l-għarfien; jinnota, b’mod partikolari, l-importanza tas-"sens ta’ inizjattiva u intraprenditorija", kif inklużi fost it-tmien "Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja – Qafas ta’ Referenza Ewropew", meqjusa meħtieġa mill-individwi kollha għat-twettiq u l-iżvilupp personali, iċ-ċittadinanza Ewropea attiva u l-parteċipazzjoni, l-inklużjoni soċjali u l-impjiegi;

2.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-ħiliet intraprenditorjali għaż-żgħażagħ permezz ta’ azzjoni leġiżlattiva li tiżgura traineeships ta' kwalità li jiffukaw fuq it-tagħlim ta’ kwalità u kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati bħala għodod biex irawmu l-impjegabbiltà, kif propost mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas ta’ Kwalità għat-Traineeships ;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa ta’ definizzjoni wiesgħa u ċara tal-kompetenza ewlenija "sens ta’ inizjattiva u intraprenditorija", li tinvolvi t-trawwim ta' attitudni intraprenditorjali kkaratterizzata mill-proattività, il-kreattività, l-innovazzjoni u t-teħid tar-riskju, kif ukoll l-abbiltà tal-ippjanar u l-ġestjoni tal-proġetti sabiex jintlaħqu l-għanijiet, u anki l-idea li l-individwu jkun konxju mill-kuntest tax-xogħol tiegħu/tagħha u li jkun kapaċi jaħtaf l-opportunitajiet li jinħolqu, fir-rigward tal-intraprenditorija kif ukoll l-attività ta' xogħol (f'dan l-aħħar każ imsejjaħ "intraprenditorija"); għandu fiduċja fis-setturi tal-industrija kreattiva u l-intrapriżi relatati mal-kultura, li jistgħu jenfasizzaw l-opportunitajiet tan-negozju, speċjalment għaż-żgħażagħ;

4.  Ifakkar li l-industriji kreattivi huma fost l-aktar setturi intraprenditorjali, billi jiżviluppaw ħiliet trasferibbli bħall-ħsieb kreattiv, is-soluzzjoni ta’ problemi, ix-xogħol f’tim u l-milja ta' riżorsi;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ wiesa’ għall-intraprenditorija bħala sett ta’ kompetenzi ewlenin trasversali għal skopijiet personali u professjonali;

6.  Jenfasizza l-importanza ta’ monitoraġġ organizzattiv u ħiliet ta' awditjar; jinkoraġġixxi b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ awditjar soċjali u ambjentali, bħala għodda ta’ monitoraġġ innovattiv;

7.  Jinsab konvint li l-ħiliet u l-kompetenzi intraprenditorjali kif ukoll dawk trasversali, transettorjali, speċifiċi għall-impjieg u l-ħiliet u l-kompetenzi speċifiċi għall-impjieg għandhom jiġu promossi sabiex jiżdiedu r-rati ta’ impjieg indipendenti fost iż-żgħażagħ u biex jipprovdu lill-ġenerazzjoni żagħżugħa b’opportunità reali biex jibdew in-negozji tagħhom stess u sabiex jgħinu kemm lilhom infushom kif ukoll lis-soċjetà b’mod ġenerali;

8.  Jinsab konvint li l-pass meħtieġ li jmiss huwa li jiġi speċifikat fid-dettall kif il-qafas tal-kompetenzi ewlenin jista' jiġi implimentat aktar b’mod xieraq f’kull livell tal-edukazzjoni għall-kompetenza intraprenditorjali, billi jiġu inklużi l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet intraprenditorjali bħala eżitu ta' tagħlim ta’ kull programm ta’ apprendistat u edukattiv speċifiku;

9.  Jenfasizza li fil-livelli u t-tipi kollha tal-edukazzjoni għandu jiġi pprovdut it-tagħlim ta’ ħiliet intraprenditorjali prattiċi u t-trawwim ta’ motivazzjoni, is-sens ta' inizjattiva u r-rieda, flimkien ma' sens ta' responsabbiltà soċjali; jemmen li l-moduli f'ambjent dwar il-bażi tal-finanzi, tal-ekonomija u tan-negozju għandhom jiġu integrati fil-kurrikuli tal-iskejjel, u għandhom jiġu akkumpanjati minn konsulenza, tutoring u gwida għall-karriera għall-istudenti, inklużi studenti żvantaġġati, sabiex jappoġġjaw u jiffaċilitaw il-fehim tagħhom tal-proċess intraprenditorjali u jiżviluppaw attitudni intraprenditorjali; jissottolinja r-rwol tat-tagħlim informali u indipendenti, inkluż il-volontarjat, biex iż-żgħażagħ ikollhom spirtu u ħiliet intraprenditorjali;

10.  Jitlob lill-Kummissjoni tenfasizza l-importanza u r-rwol ta’ forom differenti ta’ intraprenditorija soċjali, li spiss huma mezz tajjeb biex iż-żgħażagħ Ewropej jiksbu l-ewwel esperjenza fin-negozju;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati pedagoġiji innovattivi li huma aktar parteċipattivi u ffukati fuq l-istudent, bil-għan li titħeġġeġ l-akkwiżizzjoni ta’ sett ta’ kompetenzi trasversali meħtieġa għall-iżvilupp ta’ attitudni intraprenditorjali;

12.  Jirrakkomanda li għandha titħeġġeġ l-intraprenditorija bħala parti minn edukazzjoni ogħla u proġetti ta’ gradwati, inklużi wkoll mudelli ta’ intraprenditorija soċjali;

13.  Jirrimarka li l-promozzjoni tal-intraprenditorija permezz tal-edukazzjoni tista’ tirnexxi biss b’mod sinifikanti jekk l-aspetti ekonomiċi u soċjali jidhru b’mod bilanċjat fi strateġiji edukattivi;

14.  Jenfasizza li l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar jistgħu jirnexxu l-aktar permezz tal-intraprenditorija soċjali, li tista' tagħti spinta lill-impjiegi, u bl-istabbiliment ta’ attitudni intraprenditorjali li se tkun sostanzjalment ta’ benefiċċju għal persuni żvantaġġati;

15.  Jenfasizza li t-taħriġ doppju u l-programmi ta’ studju sponsorjati mill-kumpaniji wrew li huma essenzjali biex jagħtu l-kompetenzi ewlenin tal-kumpaniji f’dawk l-Istati Membri fejn joperaw programmi bħal dawn;

16.  Iħeġġeġ impenn sħiħ u sħubija bejn il-partijiet interessati kollha u b’mod partikolari, l-organizzazzjonijiet intraprenditorjali lokali, in-negozji u l-istituzzjonijiet edukattivi biex jikkondividu l-aħjar prattiki u esperjenzi u biex itejbu l-ħiliet intraprenditorjali taż-żgħażagħ u l-edukazzjoni fl-Istati Membri kollha;

17.  Jenfasizza li rabta mill-qrib bejn it-taħriġ tal-kumpaniji u l-edukazzjoni regolari hija mudell ta’ suċċess li għandha tissaħħaħ u tiġi promossa madwar l-Ewropa u lil hinn minnha;

18.  Jappella biex ikun hemm kollaborazzjoni aktar mill-qrib mas-settur privat u s-sħab soċjali li tinkoraġġixxi kultura ta' teħid ta' riskju, intraprenditorija u innovazzjoni (pereżempju permezz ta' impenji strutturali bħal faċilitajiet għall-innovazzjoni u l-iskambju ta' ideat);

19.  Jinsab konvint li l-użu b’suċċess tal-abbiltà intraprenditorjali huwa aktar u aktar dipendenti fuq il-koeżistenza tal-midja u l-kompetenza diġitali u li din l-interrelazzjoni għandha tirċievi attenzjoni akbar fl-edukazzjoni u t-taħriġ; jenfasizza l-importanza li ż-żgħażagħ kollha bil-kompetenzi tal-ICT u l-ħiliet intraprenditorjali u trasversali li jippermettulhom jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tad-dinja diġitali sabiex tgħinhom joħolqu forom ġodda ta’ żvilupp, jagħtu u jippromwovu l-intraprenditorija, u b’hekk isiru aktar kapaċi jikkompetu għal impjieg, li jaħdmu għal rashom, jitgħallmu jifhmu aħjar l-imġiba tal-impjegaturi prospettivi tagħhom u l-ħtiġijiet, u jikkontribwixxu għall-kapaċità innovattiva u kompetittiva ta’ organizzazzjoni ta’ min iħaddem;

20.  Jenfasizza li l-kompetenza tal-intraprenditorija għandha tiġi żviluppata u mtejba tul il-ħajja, inkluż permezz tal-esperjenza tax-xogħol u t-tagħlim mhux formali u informali u l-validazzjoni tagħha għandha tissaħħaħ u tiġi appoġġjata peress li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-karrieri;

21.  Jirrikonoxxi li element ewlieni fit-tagħlim tal-intraprenditorija huwa t-tħejjija adegwata tal-għalliema, u b’mod partikolari l-bżonn urġenti għal taħriġ ta’ kwalità għolja sabiex tiġi żgurata l-awtentiċità tal-proċess edukattiv;

22.  Jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu kontra l-ostakli li jiffaċċjaw l-imprendituri żgħażagħ b'diżabbiltà billi jipprovdu taħriġ għall-fornituri ta' servizzi li r-responsabbiltajiet tagħhom jinkludu appoġġ għall-persuni b'diżabbiltà, u billi jadattaw il-bini li fih jingħata l-appoġġ sabiex jagħmluh aċċessibbli għal dawk li għandhom problemi ta' mobbiltà;

23.  Jinnota li l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni sekondarja u terzjarja tippermetti aktar djalogu fost iż-żgħażagħ u tħeġġeġ l-innovazzjoni;

24.  Jenfasizza l-ħtieġa li titjieb il-kultura intraprenditorjali fl-edukazzjoni terzjarja billi jiġi appoġġjat u faċilitat il-ħolqien ta' kumpaniji ġodda miż-żgħażagħ abbażi tar-riċerka akkademika (spin-offs), jitnaqqas il-piż burokratiku involut fil-ħolqien ta' dawn il-kumpaniji, u jinħoloq qafas regolatorju ċar u ta' appoġġ għall-istudenti imprendituri; iqis, f'dan il-kuntest, li l-iskejjel u l-universitajiet għandhom jagħtu żmien, spazju u rikonoxximent għall-inizjattivi taż-żgħażagħ sabiex dawn jingħataw il-kunfidenza meħtieġa biex jaħdmu fuq proġetti ġodda, li tista' tkun riżorsa utli għall-ħolqien ta' negozji indipendenti; jilqa’ l-inizjattivi li jippremjaw liż-żgħażagħ għal impriżi ta’ negozju ta’ suċċess (pereżempju, premju għall-aqwa kumpanija tas-sena mwaqqfa minn student); jenfasizza wkoll l-importanza ta’ kumpaniji li jagħtu ċ-ċans liż-żgħażagħ li jiksbu l-ewwel esperjenza ta’ xogħol intern dirett; itenni l-bżonn li jiġu promossi żjarat tal-kumpaniji u skemi ta’ apprendistat b'dawn l-għanijiet, b’mod li ż-żgħażagħ jingħataw ħarsa ġenerali mid-dinja tan-negozju;

25.  Jenfasizza li l-komunità tan-negozji għandha rwol ewlieni fl-edukazzjoni u t-taħriġ intraprenditorjali billi tipprovdi tagħlim ibbażat fuq esperjenzi li jikkumplementaw l-edukazzjoni teoretika taż-żgħażagħ;

26.  Jenfasizza r-rwol kruċjali ta' għadd ta' assoċjazzjonijiet ta' imprendituri żgħażagħ fit-trawwim tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ, billi joffrulhom l-opportunità li jiżviluppaw proġetti innovattivi u jiksbu esperjenza fin-negozju u jagħtuhom l-għodod u l-kunfidenza meħtieġa sabiex isiru imprendituri;

Ir-rwol tal-istituzzjonijiet tal-UE – koordinazzjoni, metodoloġija u għodod finanzjarji

27.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom u f'konformità sħiħa mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, biex jiżviluppaw appoġġ metodoloġiku u għodod sabiex is-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni jsiru disponibbli fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ intraprenditorjali, inkluża l-intraprenditorija soċjali, u biex isegwu approċċ koordinat li jitlob lill-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri biex jikkooperaw aktar mill-qrib ma’ kumpaniji sabiex ixerrdu l-fatturi ewlenin meħtieġa biex jitjieb l-ambitu intraprenditorjali; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-ammont ta’ appoġġ għal imprendituri żgħażagħ taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej;

28.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni japplikaw perspettiva ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-rigward tal-metodoloġija, il-komunikazzjoni u l-għodod finanzjarji, sabiex jinkoraġġixxu involviment akbar fl-intraprenditorija tal-bniet u n-nisa żgħażagħ;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi u ssaħħaħ it-traineeships intraprenditorjali u l-programmi ta’ skambju, tagħti opportunitajiet liż-żgħażagħ biex jiksbu esperjenza prattika u tiffaċilita l-iskambju ta’ għarfien u esperjenza;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni telabora strateġija komprensiva għall-iżvilupp ta’ ħiliet trasversali bħall-ħsieb kritiku, is-soluzzjoni tal-problemi, l-inizjattiva, il-kollaborazzjoni, il-kooperazzjoni, l-awtoġestjoni, l-ippjanar, it-tmexxija u l-bini ta’ tim, fil-livelli u t-tipi kollha ta’ edukazzjoni u taħriġ, b’kont meħud li dawn huma ta’ benefiċċju għal firxa wiesgħa ta’ professjonijiet u setturi;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffoka aktar fuq it-titjib tal-iżvilupp u l-valutazzjoni ta’ ħiliet trasversali, inkluża l-intraprenditorija u l-kompetenza diġitali, fi ħdan il-programm Erasmus+, filwaqt li jissottolinja li dan il-programm m’għandux ikun unilateralment orjentat lejn il-kunsiderazzjonijiet tal-impjegabbiltà u li aċċess faċli għal attivitajiet intraprenditorjali għandhom jinżammu, b’mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni mhux formali u informali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tippromwovi riformi tal-politika tal-edukazzjoni fl-Istati Membri li joħolqu qafas ta’ politika koerenti għall-Istati Membri u l-UE f’dan ir-rigward;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-monitoraġġ ta’ ħiliet fl-ICT, il-ħiliet għas-soluzzjoni ta’ problemi u tal-litteriżmu finanzjarju; jistieden lill-Kummissjoni twettaq riċerka lonġitudinali f’dan il-qasam;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u l-kumpaniji permezz tal-użu tal-Fond Ewropew ta’ Investiment Strateġiku u, b'mod partikolari, il-Fond Soċjali Ewropew, biex tħeġġeġ it-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fil-kumpaniji u trawwem il-kompetenzi intraprenditorjali fil-livell nazzjonali u lokali;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja netwerk Ewropew tal-Edukazzjoni tal-Intraprenditorija, fuq linji bħal dawk tan-Netwerk Ewropew tal-Edukazzjoni tal-Intraprenditorija (EE-HUB), stabbilit f’Mejju 2015 u appoġġjati minn organizzazzjonijiet Ewropej u partijiet interessati oħra fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali, kif ukoll billi l-awtoritajiet edukattivi nazzjonali, li se jiġbru u jiskambjaw l-aħjar prattiki jinqasmu bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, l-organizzazzjonijiet edukattivi, istituzzjonijiet ta’ taħriġ professjonali, in-negozji, l-awtoritajiet u s-sħab soċjali;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura koordinament koerenti u effikaċi fil-qasam tal-edukazzjoni intraprenditorjali fil-kuntest tal-istrateġija usa' ta' tagħlim tul il-ħajja tal-UE, l-istrateġiji globali tal-UE u l-Pjan tal-Kummissjoni Juncker;

36.  Jipproponi li l-Kummissjoni żżomm l-edukazzjoni u t-taħriġ intraprenditorjali bħala wieħed mill-objettivi tal-programm futur Erasmus+ fil-perjodu finanzjarju li jmiss (wara l-2020) fl-azzjonijiet kollha tiegħu, inkluża l-mobbiltà, filwaqt li jkun fih l-elementi li ġejjin:

   (i) l-evalwazzjoni bir-reqqa tal-impatt ta’ miżuri eżistenti li jippromwovu l-intraprenditorija permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-adattament potenzjali tagħhom, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-impatt fuq gruppi żvantaġġati u sottorappreżentati,
   (ii) il-promozzjoni ta’ kontenuti tat-tagħlim u għodod definiti aħjar tal-kurrikulu tal-edukazzjoni formali u mhux formali mmirati lejn l-istudenti kollha – moduli teoretiċi u prattiċi, bħal proġetti intraprenditorjali tal-istudenti,
   (iii) appoġġ għall-kwalifiki inizjali tal-għalliema, l-edukaturi, il-ħaddiema żgħażagħ, il-ħarrieġa u l-mexxejja tal-edukazzjoni, u l-iżvilupp professjonali kontinwu u l-awtorizzazzjoni tagħhom fil-qasam tal-edukazzjoni intraprenditorjali,
   (iv) il-promozzjoni ta’ sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, l-intrapriżi, l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-fornituri tal-edukazzjoni mhux formali, sabiex jitfasslu korsijiet xierqa u l-istudenti jingħataw l-esperjenza prattika u l-mudelli rekwiżiti,
   (v) l-iżvilupp ta’ ħiliet fl-oqsma tal-proċessi intraprenditorjali, litteriżmu finanzjarju, litteriżmu u ħiliet tal-ICT, il-ħsieb kreattiv, il-kreattività, l-utilità kreattiva, is-soluzzjoni tal-problemi u l-attitudni innovattiva, l-awtostima, il-fiduċja fl-ideat ta' dak li jkun, l-adattabbiltà, l-ispirtu ta’ tim, il-ġestjoni ta’ proġetti, il-valutazzjoni tar-riskju u t-teħid ta’ riskju, kif ukoll ħiliet u għarfien speċifiċi tan-negozju;
   (vi) it-tneħħija tal-ostakli fiżiċi u diġitali kollha li persuni b’diżabbiltà għadhom jiffaċċjaw, peress li l-integrazzjoni sħiħa tagħhom fis-suq tax-xogħol tista’ tkun ta’ importanza kbira għall-promozzjoni ta’ kultura tan-negozju sostenibbli u koeżiva;
   (vii) l-enfasi fuq it-tagħlim mhux formali u informali bħala ambjent privileġġat fejn jistgħu jinkisbu kompetenzi intraprenditorjali;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga u tindirizza l-fatturi li jiskoraġġixxu lin-nisa milli jsiru imprendituri, filwaqt li speċifikament tippromwovi l-aċċess għal finanzjament u servizzi ta’ appoġġ għal imprendituri nisa żgħażagħ;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina u tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi kooperazzjoni aħjar u l-iskambju ta’ prattiki tajba bejn l-Istati Membri li diġà integraw l-edukazzjoni intraprenditorjali fil-kurrikulu tagħhom u kisbu progress aħjar fil-promozzjoni tal-intraprenditorija taż-żgħażagħ u dawk l-Istati Membri li għadhom fil-bidu ta’ dan il-proċess;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkompila, sal-aħħar tal-2017, "l-aħjar prattika" għat-tixrid tal-abbiltà intraprenditorjali u l-promozzjoni tal-intraprenditorija taż-żgħażagħ fl-Istati Membri, tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament u tqis ir-riżultati ta’ din il-ħidma meta tevalwa l-proċeduri ta’ finanzjament tagħha stess;

41.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-edukazzjoni intraprenditorjali bħala mezz biex irawmu kompetenzi trasversali għal ġestjoni aħjar tal-ħajja personali u professjonali tal-istudenti;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-miżuri konkreti implimentati mill-Istati Membri b'appoġġ għall-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ, tiddedika attenzjoni speċjali għall-promozzjoni u l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar ir-riżultati u tinkoraġġixxi u tappoġġja lill-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet fl-iskambju ta' prattiki tajbin, il-kondiviżjoni ta' ideat, għarfien u esperjenza, u l-iffurmar ta' sħubijiet strateġiċi transettorjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw parametri referenzjarji u mudelli, kif ukoll strumenti u proġetti komuni, sabiex jippromwovu l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ;

43.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-ebda miżura li tittieħed mill-Istati Membri ma tostakola l-moviment liberu tal-ħaddiema, sabiex iż-żgħażagħ li għażlu karriera fin-negozju jkunu jistgħu jiżviluppaw l-attività tagħhom fejn jixtiequ fl-Unjoni Ewropea;

Ir-rwol tal-Istati Membri

44.  Jistieden lill-Istati Membri, kif ukoll lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, jagħmlu ħilithom biex jippromwovu l-iżvilupp ta’ taħriġ għat-tnedija u l-ġestjoni ta’ negozji ġodda, inklużi l-konsulenza esperta, l-inkubaturi u l-aċċeleraturi tan-negozju, il-proġetti tal-intrapriża soċjali li jaħdmu mal-komunitajiet lokali, u l-ambjenti favorevoli għall-intraprenditorija kollha li se jiffaċilitaw in-negozji ġodda taż-żgħażagħ u jippermettu rkupru malajr f’każ ta’ tluq kmieni mill-iskola jew minn fallimenti inizjali, u b’hekk jgħinu biex tinħoloq kultura tan-negozju pożittiv, tiġi evitata perċezzjoni negattiva ta’ falliment kummerċjali u jinkoraġġixxu t-tentattiv mill-ġdid, u apparti minn dan tingħata attenzjoni speċjali biex jilħqu liż-żgħażagħ żvantaġġjati;

45.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-imprendituri żgħażagħ ikollhom aċċess għall-finanzi li jeħtieġu u li dawn jiġu sostnuti f’kull stadju;

46.  Jistieden lill-Istati Membri, kif ukoll lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, biex jagħmlu użu mir-riżorsi tal-Fondi Strutturali tal-UE, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, sabiex jippromwovu l-edukazzjoni intraprenditorjali u t-taħriġ u l-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

47.  Jistieden lill-Istati Membri biex, flimkien mal-awtoritajiet reġjonli u lokali, jużaw ir-riżorsi ta’ finanzjament eżistenti kollha fil-livell tal-UE, bħall-Fond Soċjali Ewropew, l-Inizjattiva Ewropea favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, il-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), il-Programm Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ u l-programm tal-UE għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (COSME), biex iħeġġu u jappoġġjaw inizjattivi li jfittxu rabtiet aktar effikaċi u mmirati aħjar favur bejn in-negozji u s-settur tal-edukazzjoni;

48.  Jistieden lill-Istati Membri jrawmu l-iskambju tal-aħjar prattika, jinkoraġġixxu sħubiji kemm domestiċi kif ukoll transkonfinali, u jappoġġjaw intrapriżi ġodda u l-ħidma ta’ netwerks rilevanti ta' intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u aġenziji ta’ żvilupp;

49.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu metodi innovattivi speċifiċi biex iħarrġu lill-għalliema u l-mentors fl-intraprenditorija sabiex ikunu jistgħu jrawmu u jinkoraġġixxu l-ħiliet intraprenditorjali u biex jikkunsidraw li jinkludu l-intraprenditorija bħala parti mill-kurrikulu edukattiv;

50.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw aktar is-sistemi tagħhom għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-kompetenzi miksuba fit-tagħlim mhux formali u dak informali sabiex l-impenn tagħhom għall-2018 jiġi rispettat, sabiex jagħtu lill-individwi opportunitajiet ta’ riorjentazzjoni u t-tieni ċans, kif ukoll jagħtu spinta lir-rikonoxximent tagħhom infushom u aktar tagħlim;

51.  Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-involviment ta’ sħab privati fl-edukazzjoni intraprenditorjali, permezz ta’ finanzjament jew provvediment ta' taħriġ, bħala aspett tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom;

52.  Jistieden lill-Istati Membri jeliminaw il-burokrazija fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ negozju miż-żgħażagħ u biex jikkunsidraw miżuri ta’ tnaqqis fiskali, u miżuri biex iħajruhom joħolqu l-ideat tan-negozju tagħhom stess; jenfasizza l-ħtieġa għal sigurtà għal negozji ġodda li jfallu;

53.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati d-diffikultajiet finanzjarji li qed jiffaċċjaw l-imprendituri żgħażagħ, jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għall-kreditu u għal għotjiet speċjali, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi eżistenti, u li jkun hemm ambjent regolatorju u inċentivi fiskali li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' inizjattivi intraprenditorjali fost iż-żgħażagħ u jagħtu spinta lill-ħolqien tal-impjiegi, sabiex jiġu faċilitati t-tnedija u l-istabbilizzazzjoni tal-proġetti kummerċjali tal-imprendituri żgħażagħ;

54.  Jistieden lill-Istati Membri jkunu proattivi fit-titjib tal-oqfsa regolatorji u fis-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għan-negozji, b'mod partikolari l-SMEs u l-intrapriżi ta' natura soċjali, u jippromwovu u jissorveljaw il-kwalità tal-prattiki tal-impjegar ta' dawn in-negozji; jirrimarka li l-intrapriżi soċjali u inklużivi joħolqu impjiegi sostenibbli, jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-komunità u jgħinu fil-promozzjoni ta' ambjent sostenibbli u fl-iżgurar ta' reżiljenza soċjali fi żmien ta' kriżi;

55.  Jappella biex is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi jkunu aktar proattivi fl-għoti ta' assistenza u konsulenza lin-negozji, u b'mod partikolari lill-imprendituri żgħażagħ;

56.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali joffru lill-istudenti innovattivi aktar boroż ta' studju u skemi ta' mikrokreditu, flimkien ma' appoġġ, informazzjoni, konsulenza, assistenza multidixxiplinari u pjattaformi ta' evalwazzjoni bejn il-pari, sabiex ikunu jistgħu jibdew l-impriżi jew il-proġetti tagħhom stess, bħal dawk appoġġjati taħt l-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali tal-EaSI; jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għas-self u l-ħlas lura tiegħu, jippromwovu l-użu tal-finanzjament kollettiv, jiżviluppaw sħubijiet bejn l-ekonomija lokali, in-negozji u l-universitajiet, isaħħu r-rwol tan-negozji fl-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, u jikkonsolidaw l-Entrepreneurial Skills Pass (ESP) f'diversi livelli tal-iskola u l-edukazzjoni universitarja, speċjalment fi sħubija mal-SMEs; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkoraġġixxu t-twaqqif, fi ħdan l-universitajiet ta' inkubaturi tan-negozju ddedikati għall-iżvilupp sostenibbli u għal fergħat ta' studju orjentati lejn il-futur;

57.  Jistieden lill-Istati Membri jissimplifikaw il-proċeduri għal ħruġ mhux frodulenti u joħolqu ambjent ta' ħruġ favorevoli sabiex jintbagħat messaġġ ċar liż-żgħażagħ li falliment ma jkunx diżastru b'konsegwenzi għall-bqija tal-ħajja;

58.  Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu liż-żgħażagħ jersqu lejn l-intraprenditorija billi jiffaċilitaw, fi ħdan is-sistema edukattiva, studji bbażati fuq proġetti li jirrigwardaw dixxiplini differenti u li jiġu offruti b'kooperazzjoni ma' kumpaniji;

59.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-intraprenditorija bħala għażla professjonali pożittiva fil-konsulenza dwar il-karrieri li tingħata fl-edukazzjoni sekondarja u terzjarja, u jindirizzaw l-istigma negattiva prevalenti li teżisti f'xi Stati Membri fir-rigward tal-intraprenditorija bħala għażla professjonali;

60.  Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-għarfien dwar l-impjieg indipendenti u l-ħolqien ta' negozju fost iż-żgħażagħ b'diżabbiltà, permezz ta' azzjonijiet bħall-promozzjoni tal-karrieri ta' persuni b'diżabbiltà li diġà huma integrati fis-suq tax-xogħol u l-għoti ta' rikonoxximent pubbliku lil imprendituri b'diżabbiltà;

Passi ulterjuri ta' segwitu

61.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssegwi u tiżviluppa aktar il-ħidma tagħha dwar l-Intraprenditorija 360 (skejjel u ETV) u dwar HEInnovate (edukazzjoni għolja);

62.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi miżuri relatati mal-edukazzjoni intraprenditorjali fl-indikaturi tal-evalwazzjoni tas-Semestru Ewropew li jibda fl-2016;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament sal-aħħar tat-terminu tiegħu dwar il-progress miksub fil-promozzjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ u kemm irnexxielha tilħaq lill-membri tal-gruppi soċjali vulnerabbli;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni fuq livell Ewropew fl-evalwazzjoni sistematika tal-programmi u attivitajiet intraprenditorjali sabiex tippermetti l-paragunabbiltà tar-riżultati, pereżempju billi jitqabblu mudelli differenti ta’ intraprenditorija taż-żgħażagħ madwar l-Istati Membri u l-karatteristiċi ta’ imprendituri żgħażagħ f’termini ta’ varjabbli soċjodemografiċi bħall-età, is-sess u l-edukazzjoni;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-kooperazzjoni dwar il-politiki bejn l-UE u tistieden lill-Istati Membri biex jinvolvu ruħhom fi skambji ta’ prattiki tajbin;

o
o   o

66.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-pajjiżi taż-ŻEE, u lill-Kunsill tal-Ewropa.

(1) ĠU C 17, 20.1.2015, p. 2.
(2) ĠU C 183, 14.6.2014, p. 18.
(3) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(4) ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.
(5) ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
(6) ĠU C 199, 7.7.2011, p. 1.
(7) ĠU C 311, 19.12.2009, p. 1.
(8) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.
(9) Testi adottati, P8_TA(2015)0107.
(10) ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 56.
(11) ĠU C 165 E, 11.6.2013, p. 7.
(12) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 89.
(13) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 8.
(14) ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 33.
(15) Rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-2013 (SWD(2014)0142), Pubblikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Data Statistika dwar l-Imprendituri Nisa fl-Ewropa, Settembru 2014.
(16) Konklużjonijiet tas-simpożju tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ ta' Budapest u Istanbul.
(17) Il-Kummissjoni: Eurobarometer FL354, “L-intraprenditorija fl-UE u lil hinn”, 9 ta’ Jannar 2013.


Lejn approċċ integrat għall-wirt kulturali għall-Ewropa
PDF 414kWORD 148k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 lejn approċċ integrat għall-wirt kulturali għall-Ewropa (2014/2149(INI))
P8_TA(2015)0293A8-0207/2015

Il-Parlament Ewropew,

—  wara li kkunsidra l-Preambolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li jiddikjara li l-firmatarji huma “ispirati mill-wirt kulturali, reliġjuż u umanista tal-Ewropa”, u għal-Artikolu 3(3) TUE,

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

—  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha,

—  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali adottata mill-UNESCO fl-20 ta’ Ottubru 2005,

—  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE(1),

—  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006,(2)

—  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006,(3)

—  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE,(4)

—  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/60/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012,(5)

—  wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku(6),

—  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà (Konvenzjoni ta’ Faro) tat-13 ta’ Ottubru 2005,(7)

—  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2014 dwar il-wirt kulturali bħala riżorsa strateġika għal Ewropa sostenibbli,(8)

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar il-governanza parteċipatorja tal-wirt kulturali(9) u dwar il-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura għall-perjodu 2015-2018(10) u għas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali msemmija fil-konklużjonijiet,

—  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/711/KE tas-27 ta’ Ottubru 2011 dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbiltà fuq l-internet ta’ materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali,(11)

—  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2014 bit-titolu “Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa” (COM(2014)0903),

—  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2014 imsejħa “Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali” (COM(2014)0477),

—  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta’ Novembru 2014 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali”,

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0207/2015),

A.  billi l-kultura u l-wirt kulturali huma riżorsi kondiviżi u huma beni u valuri komuni li ma jistgħux ikunu soġġetti għal użu esklussiv, u l-potenzjal sħiħ tagħhom għall-iżvilupp uman, soċjali u ekonomiku sostenibbli għadu ma ġiex rikonoxxut u sfruttat sew, kemm fil-livell tal-istrateġiji tal-UE kif ukoll l-għanijiet ta' żvilupp ta' wara l-2015 tan-NU;

B.  billi l-impatti differenti tal-kultura fuq is-soċjetajiet għandhom jitqiesu fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

C.  billi l-wirt kulturali huwa naturalment eteroġenu, jirrifletti d-diversità u l-pluraliżmu kulturali u lingwistiku, u jaffettwa l-iżvilupp reġjonali, il-koeżjoni soċjali, l-agrikoltura, l-affarijiet marittimi, l-ambjent, it-turiżmu, l-edukazzjoni, l-aġenda diġitali, ir-relazzjonijiet esterni, il-kooperazzjoni doganali u r-riċerka u l-innovazzjoni;

D.  billi l-promozzjoni tal-kultura, id-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali taġixxi bħala katalista għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri;

E.  billi t-titjib fid-diversità kulturali u lingwistika Ewropea, il-promozzjoni tal-wirt kulturali tal-Ewropa, u t-tisħiħ tal-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej huma mmirati biex jippromwovu tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

F.  billi r-riżorsi tal-wirt huma assi fit-tul li għandhom rwol li joħolqu valur u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-ħiliet u t-tkabbir ekonomiku, permezz tal-promozzjoni tat-turiżmu, kif ukoll joħolqu impjiegi;

G.  billi l-proġetti għall-iżvilupp tal-wirt kulturali sikwit jirrappreżentaw eżempji ta’ attivitajiet ekonomiċi innovattivi u sostenibbli li jiżviluppaw il-kapaċitajiet kummerċjali u ta’ riċerka tal-impriżi żgħar u medji (SMEs);

H.   billi l-wirt kulturali, kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli, jaqdi rwol sinifikanti fil-ħolqien, iż-żamma u l-promozzjoni tal-kultura u l-valuri Ewropej u nazzjonali, reġjonali, lokali u l-identità individwali, kif ukoll l-identità kontemporanja tan-nies tal-Ewropa;

I.  billi l-politiki għall-manutenzjoni, ir-restawr u l-konservazzjoni, l-aċċessibbiltà u l-isfruttament tal-wirt kulturali huma primarjament responsabbiltajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, iżda l-wirt kulturali għandu wkoll dimensjoni Ewropea ċara u huwa indirizzat direttament f’diversi politiki tal-UE, inklużi dawk li jikkonċernaw l-agrikoltura, l-ambjent, u r-riċerka u l-innovazzjoni;

J.  billi l-Artikolu 167 tat-TFUE jistipula li l-azzjoni tal-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-fjoritura tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt “tirriżalta l-wirt kulturali komuni”;

K.  billi l-Artikolu 167 tat-TFUE jiddikjara li l-azzjoni tal-Unjoni għandha tkun immirata lejn it-titjib tal-għarfien u t-tixrid tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej, li tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u, jekk jinħtieġ, tappoġġja u tissupplimenta l-azzjoni tagħhom fil-qasam tal-konservazzjoni u s-salvagwardja tal-patrimonju kulturali ta’ importanza Ewropea;

L.  billi l-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura adottat mill-Kunsill fil-25 ta’ Novembru 2014 jinkludi l-wirt bħala waħda mill-erba’ prijoritajiet għall-ħidma tal-UE dwar il-kultura għall-perjodu 2015-2018;

M.  billi n-nuqqas ta’ data kulturali disaggregata skont is-sess kif ukoll fil-qasam tal-wirt kulturali huwa fattur li jaħbi d-disparitajiet bejn is-sessi u l-isfidi minn dawk li jfasslu l-politika u jieħdu d-deċiżjonijiet;

N.  billi l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament permezz tal-programmi tal-UE f’oqsma relatati mal-wirt kulturali – bħall-iżvilupp lokali u reġjonali, il-kooperazzjoni kulturali, ir-riċerka, l-edukazzjoni, l-appoġġ għall-SMEs u s-soċjetà ċivili, u t-turiżmu – hija disponibbli iżda frammentata;

O.  billi l-valur kulturali u turistiku tar-Rotot Kulturali tal-Kunsill tal-Ewropa fil-promozzjoni ta’ wirt kulturali Ewropew komuni u l-iżvilupp ta’ turiżmu kulturali sostenibbli għandhom jissaħħu;

P.  billi l-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Wirt Kulturali/Premjijiet Europa Nostra jippromwovi l-eċċellenza, jispira permezz tas-“saħħa tal-eżempju” u jistimula l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-wirt madwar l-Ewropa;

Q.  billi l-Karta ta’ Venezja għall-Konservazzjoni u r-Restawr tal-Monumenti u s-Siti, il-Konvenzjoni ta’ Granada għall-Protezzjoni tal-Wirt Arkitettoniku tal-Ewropa u l-Konvenzjoni ta’ Valletta dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Arkeoloġiku jiddefinixxu b’mod ċar standards rikonoxxuti internazzjonalment għar-restawr tal-wirt kulturali u xogħlijiet arkeoloġiċi(12);

Approċċ integrat

1.  Iqis ta’ importanza kbira li jintużaw ir-riżorsi disponibbli għall-appoġġ, it-titjib u l-promozzjoni tal-wirt kulturali fuq il-bażi ta’ approċċ integrat, filwaqt li jitqiesu l-komponenti kulturali, ekonomiċi, soċjali, storiċi, edukattivi, ambjentali u xjentifiċi;

2.  Jemmen li, fir-rigward tal-wirt kulturali, approċċ integrat huwa meħtieġ jekk wieħed jixtieq jikseb id-djalogu kulturali u l-fehim reċiproku; huwa konvint li approċċ bħal dan jista’ jwassal għal koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali msaħħa, filwaqt li jikkontribwixxi wkoll għat-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020;

3.  Jindirizza, fil-kuntest tal-iżvilupp tal-approċċ integrat il-ġdid lejn il-wirt kulturali, b’mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi li ġejjin lill-Kummissjoni:

   (a) li tistabbilixxi, f’konformità mal-pjan ta’ ħidma attwali tal-Kummissjoni dwar metodi ta’ ħidma bejn is-setturi u b’mod flessibbli, approċċ komuni fi ħdan il-Kummissjoni permezz ta’ kooperazzjoni mtejba bejn l-oqsma ta’ politika differenti li jittrattaw il-wirt kulturali, u biex tirrapporta lura lill-Parlament dwar ir-riżultati ta’ din il-kooperazzjoni aktar mill-qrib;
   (b) li tikkomunika lill-benefiċjarji potenzjali, b’mod sempliċi u aċċessibbli bħal permezz ta’ pjattaforma unika ta’ informazzjoni u skambju tal-aħjar prattiki fl-UE, rigward linji ta’ finanzjament eżistenti tal-wirt kulturali Ewropew;
   (c) li taħtar, preferibbilment għall-2018, Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, b’baġit adegwat u bil-għan, fost affarijiet oħra, ta’ tixrid u żieda fl-għarfien u l-edukazzjoni fost il-ġenerazzjonijiet futuri fir-rigward tal-valuri tal-wirt kulturali Ewropew u l-ħarsien tiegħu, u biex tissottometti l-abbozz ta’ programm għas-Sena Ewropea lill-Parlament sa mhux aktar tard mill-2016;
   (d) li tirrikonoxxi, fl-approċċ politiku u trasversali tagħha, il-wirt kulturali bħala mobbli u immobbli, tanġibbli u intanġibbli, u bħala riżorsa li ma tiġġeddidx li l-awtentiċità tagħha għandha tiġi ppreservata;

4.  Jitlob li jiġi stabbilit qafas ta’ politika għall-ambjent storiku – magħruf bħala l-wirt immobbli – fil-futur qarib, li jinkludi qafas regolatorju għal monumenti, arkeoloġija u pajsaġġi storiċi f’konformità mal-Artikolu 4 tat-TFUE;

5.  Jippromwovi l-innovazzjoni kontemporanja kreattiva fl-arkitettura u d-disinn abbażi tar-rispett kemm passati kif ukoll preżenti u fl-istess ħin jiġi żgurat livell għoli ta’ kwalità u koerenza;

Finanzjament Ewropew għall-wirt kulturali

6.  Jinnota l-impenn tal-Unjoni biex tippreserva u ttejjeb il-wirt kulturali tal-Ewropa permezz ta’ diversi programmi (Ewropa Kreattiva, Orizzont 2020, Erasmus+, L-Ewropa għaċ-Ċittadini), finanzjament (il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej) u azzjonijiet bħall-Kapitali Ewropej tal-Kultura, il-Jiem tal-Wirt Ewropej u t-Tikketta tal-Wirt Ewropew; jinkoraġġixxi attività iktar qawwija min-naħa tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri fil-qasam tal-appoġġ għar-riċerka;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni biex:

   (a) tistabbilixxi portal tal-UE wieħed iddedikat għall-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli, li jiġbor informazzjoni mill-programmi tal-UE kollha li jiffinanzjaw il-wirt kulturali u huwa strutturat madwar tliet aspetti prinċipali: database ta’ oġġetti kulturali tanġibbli u intanġibbli, inklużi eżempji tal-aħjar prattiki fil-preservazzjoni u l-promozzjoni bir-referenzi rilevanti kollha; opportunitajiet ta’ finanzjament għall-wirt kulturali, kif ukoll data dwar l-istat tal-wirt kulturali Ewropew u d-data ta’ importanza fir-rigward tal-konservazzjoni, bħal pereżempju, id-data dwar il-klima u dettalji ta’ restawr ta’ proġetti li diġà twettqu; u aħbarijiet u links dwar l-iżviluppi tal-politika, l-azzjonijiet u l-avvenimenti li għandhom x’jaqsmu mal-wirt kulturali;
   (b) tappoġġja, b’finanzjament apposta, studji, riċerka, azzjonijiet pilota, speċifikament immirati lejn l-analiżi tal-impatti tal-proċessi tal-valorizzazzjoni tal-wirt kulturali, il-ħolqien ta’ indikaturi speċifiċi u kuntestwali tal-kontribut tiegħu, dirett u indirett, għall-proċessi tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, u l-appoġġ dirett tal-innovazzjoni kulturali u soċjali integrata fil-kuntesti lokali li fihom il-wirt kulturali jista’ jwassal għall-iżvilupp u jgħin biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini;
   (c) issaħħaħ il-prinċipju ta’ finanzjament multiplu li għadu kemm ġie stabbilit, li jippermetti l-użu kumplimentari ta’ fondi Ewropej differenti fl-istess proġett ta’ skala kbira;
   (d) tħeġġeġ sħubiji pubbliċi-privati;
   (e) tadatta r-rekwiżiti taż-żmien tal-ġestjoni tal-proġetti għall-Fondi Strutturali, sabiex takkomoda aħjar ir-rekwiżiti speċifiċi tal-proġetti ta’ konservazzjoni, restawr u preservazzjoni;
   (f) tikkunsidra mill-ġdid il-punt ta’ riferiment ta’ EUR 5 miljun fir-rigward tal-proġetti ta’ wirt kulturali ppreżentati fil-qafas tal-azzjoni tal-infrastruttura fuq skala żgħira(13), u ġġibu tal-inqas sal-istess livell bħall-proġetti tal-UNESCO, jiġifieri EUR 10 miljun;

8.  Jinnota li l-ispirtu tar-reviżjoni tar-Regolament tal-FEŻR u, b’mod partikolari, il-prinċipju tal-finanzjament integrat jista’, f’każijiet speċifiċi, jiġi implimentat fil-prattika billi jiġu appoġġjati proġetti fuq skala kbira; jirrikonoxxi, madankollu, il-ħtieġa li jiġu promossi u appoġġjati inizjattivi kulturali fuq skala żgħira, li huma ta’ importanza partikolari għall-iżvilupp endoġenu u jistgħu jgħinu biex jiġi kkonservat il-patrimonju kulturali u jitħeġġu l-iżvilupp lokali u reġjonali u t-tkabbir soċjoekonomiku b’mod ġenerali;

9.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fil-linji gwida li jirregolaw il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ fondi strutturali għall-wirt kulturali, tinkludi sistema ta’ kontroll tal-kwalità obbligatorja, biex tapplika tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' proġett;

10.  Jenfasizza r-rwol tal-Istati Membri fl-iżgurar kemm ta’ livell għoli ta’ kapaċità u għarfien professjonali tal-ħaddiema kif ukoll ta’ struttura tan-negozju li tista’ tiżgura l-aħjar prattika fis-salvagwardja tal-wirt kulturali, anki permezz ta’ sistemi kwalitattivi xierqa kif meħtieġ mill-karti internazzjonali;

11.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex, fl-atti delegati, is-sejħiet għall-espressjonijiet ta’ interess u l-inizjattivi għall-iżvilupp tar-regolamenti tal-Politika ta’ Koeżjoni matul il-perjodu 2014-2020, tiżgura li l-miżuri ta' konservazzjoni tal-patrimonju innovattiv u s-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika b'impatt baxx għall-bini storiku jiġu ttrattati bħala eleġibbli;

12.  Jistieden lill-Istati Membri jistudjaw inċentivi fiskali possibbli fir-rigward tax-xogħol ta' restawr, preservazzjoni u konservazzjoni, bħalma huma t-tnaqqis tal-VAT jew taxxi oħra, peress li l-wirt kulturali Ewropew huwa wkoll ġestit minn korpi privati;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu kont tal-aħjar prattiki fil-politiki fiskali fl-Ewropa u tirrakkomanda dawk li huma xierqa lill-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri biex isegwu dawk ir-rakkomandazzjonijiet u jiskambjaw l-aħjar prattiki bejniethom sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ inkoraġġiment għall-appoġġ privat għal proġetti ta’ wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli u jimmassimizzaw l-impatti tal-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni soċjali fuq l-ambjent lokali rilevanti;

Mudelli ta’ governanza ġodda

14.  Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kunsill tal-abbozzar tal-linji gwida għall-mudelli ta’ governanza parteċipatorja l-ġodda għall-qasam tal-wirt kulturali, li jivvalorizzaw id-dimensjoni tiegħu ta' riżorsa komuni billi jsaħħu r-rabtiet bejn il-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej;

15.  Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw l-iżvilupp tal-għodod legali li jippermettu mudelli ta’ finanzjament u amministrazzjoni alternattivi, bħall-involviment tal-komunità, il-parteċipazzjoni tas-soċjtà ċivili u s-sħubiji pubbliċi-privati, bil-ħsieb li jimplimentaw azzjonijiet relatati mal-wirt kulturali (konservazzjoni, restawr, preservazzjoni, u promozzjoni);

16.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu bidu għal djalogu fl-Ewropa kollha bejn dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha tal-governanza, flimkien mal-industrija kulturali u dik kreattiva, in-netwerks tal-operaturi tat-turiżmu, is-sħubijiet bejn atturi privati u pubbliċi, u l-NGOs;

17.  Iħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha li jipparteċipaw fil-governanza tal-wirt kulturali biex isibu bilanċ bejn il-konservazzjoni sostenibbli u l-iżvilupp tal-potenzjal ekonomiku u soċjali tal-wirt kulturali;

18.  Jenfasizza li l-proġetti tal-patrimonju kulturali tal-FEŻR huma eżempju prattiku ta' governanza fuq diversi livelli u tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u jirrappreżentaw element importanti tal-infiq tal-FEŻR; jisħaq l-importanza ta’ proġetti kulturali transkonfinali li jikkontribwixxu għaż-żieda fil-koeżjoni ekonomika u soċjali u jinkoraġġixxu l-inklużjoni; jitlob f’dan il-kuntest li jittieħdu miżuri li jsaħħu u jiżviluppaw l-appoġġ għall-iffinanzjar permezz ta’ ftehimiet ta’ sħubija pubblika-privata;

19.  Jenfasizza l-ħtieġa għal mudelli ta’ governanza ġodda biex jinkludu sistema ta’ kontroll tal-kwalita fil-forom alternattivi kollha ta’ finanzjament u amministrazzjoni ta’ wirt kulturali;

20.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu l-kontrolli fuq l-infiq ta’ komponenti relatati mal-wirt kulturali u biex irawmu l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività irregolari oħra li sseħħ f’dan il-qasam;

21.  Jipproponi li proposti leġiżlattivi Ewropej għandhom ikunu kkomplementati minn valutazzjoni tal-impatt rigward il-wirt kulturali, u li fejn il-valutazzjoni tiżvela impatt negattiv, il-wirt kulturali għandu jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta leġiżlattiva bħala eċċezzjoni;

Il-potenzjal ekonomiku u strateġiku tal-wirt kulturali

22.  Jinnota li l-wirt kulturali jikkontribwixxi għal impjiegi, prodotti, servizzi u proċessi innovattivi u jista’ jkun sors ta’ ideat kreattivi, irawwem l-ekonomija l-ġdida, filwaqt li – permezz ta' ġestjoni xierqa – ikollu impatt relattivament baxx fuq l-ambjent;

23.  Jirrikonoxxi li l-wirt kulturali jilgħab rwol importanti f’diversi inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020, bħall-Aġenda Diġitali, l-Unjoni tal-Innovazzjoni, l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi u politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni; jitlob, għalhekk, li jiġi rikonoxxut aktar l-irwol tal-wirt kulturali Ewropew bħala riżorsa strateġika għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-istrateġija Ewropa 2020;

24.  Jinnota li l-qasam tal-wirt kulturali għandu l-kapaċità li joħloq impjiegi b’ħiliet għolja; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iressqu inizjattivi dwar l-iżvilupp ta’ taħriġ għal ġestjoni u konservazzjoni għall-ħaddiema u r-riċerkaturi fil-qasam tal-wirt kulturali; jilqa’, b’mod partikolari, il-prospettivi ta’ finanzjament fit-tul għal netwerks ta’ riċerkaturi, bħal fil-każ ta’ għotjiet Marie Sklodowska Curie;

25.  Jisħaq fuq l-importanza għat-turiżmu Ewropew tal-wirt kulturali u l-wirt naturali, tanġibbli jew mhux tanġibbli, magħżul mill-UNESCO;

26.  Jissottolinja l-possibilità li tingħata attenzjoni aktar qawwija lit-turiżmu kulturali meta jiġu żviluppati l-istrateġiji makroreġjonali mfassla biex jagħmluh parti aktar integrali mill-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea;

27.  Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri jippromwovu u jakkumpanjaw l-inizjattivi ta' "vvjaġġar ħafif" (ċirkwiti bil-mixi, biż-żwiemel u bir-roti) u b'hekk jiftħu possibbiltajiet ġodda għal turiżmu kulturali u naturali;

28.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jaħdmu mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, sabiex jimmassimizzaw il-valur tal-wirt kulturali fis-soċjetajiet tagħna u l-kontribut tiegħu għall-impjiegi u t-tkabbir fl-UE;

29.  Jinnota li t-turiżmu kulturali, li jammonta għal 40 % tat-turiżmu Ewropew, huwa settur ekonomiku importanti f’termini ta’ potenzjal għat-tkabbir u l-impjiegi, li l-iżvilupp tagħhom għandu jkun imsaħħaħ aktar permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda; jenfasizza, madankollu, l-importanza li jiġi ppreservat il-wirt kulturali u naturali billi jsawru forom ta’ turiżmu sostenibbli, inqas invażivi u li huma ta’ valur miżjud ogħla, li fihom is-settur tat-turiżmu huwa integrat fi strateġiji ta’ żvilupp lokali;

30.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-istat ta’ politiki ta’ konservazzjoni, restawr, preservazzjoni u promozzjoni għall-wirt kulturali, li huwa tal-akbar importanza għall-identità Ewropea; jenfasizza li l-finanzjament għas-salvagwardja tal-wirt kulturali tnaqqas drastikament f’ċerti Stati Membri bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika u finanzjarja; għal dan il-għan jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-fondi u inizjattivi adegwati jkunu diretti lejn il-valorizzazzjoni tal-wirt kulturali tal-Ewropa;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ l-eċċellenza, l-innovazzjoni u l-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi billi tippromwovi x-xogħol ta’ artisti, ħallieqa u professjonisti kulturali;

32.  Jafferma l-bżonn urġenti biex il-wirt kulturali jingħata l-post ċar tiegħu fil-Pjan ta’ Investiment tal-Kummissjoni għall-Ewropa;

33.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa biex jittejjeb il-qafas metodoloġiku, sabiex ikun hemm statistiċi aħjar dwar il-qasam tal-wirt kulturali; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi sett ta’ indikaturi li jistgħu jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-wirt kulturali u li jkun uniformi għall-Istati Membri kollha; jenfasizza n-neċessità li jinkisbu riżultati ta’ riċerka b’mod intensifikat għal diversi aspetti li huma relatati mal-wirt kulturali u li dawn jiġu assoċjati ma’ xulxin sabiex tiġi miġġielda l-frammentazzjoni f’dan il-qasam; jinnota f’dan ir-rigward il-potenzjal ta’ “big data” għall-kisba ta’ aktar għarfien permezz tal-proġetti ta’ riċerka; jenfasizza li, sabiex jiġi vvalutat il-valur ekonomiku attwali u potenzjali tal-wirt kulturali, huwa essenzjali li l-istatistika tinġabar b’mod aktar sistematiku;

34.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tikklassifika l-kumpaniji u l-entitajiet involuti fid-diversi aspetti tal-konservazzjoni tal-partimonju bħala parti minn settur speċifiku, billi jintużaw metodi tradizzjonali b'valur miżjud li jiffaċilitaw il-konservazzjoni ekoloġika u sostenibbli;

35.  Jirrikonoxxi l-bżonn urġenti biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u jenfasizza li l-wirt kulturali huwa qasam b’potenzjal għal aktar impjieg u li jkun aħjar, fejn jista’ jissaħħaħ il-pont bejn l-edukazzjoni u l-ħajja tax-xogħol, pereżempju permezz tal-iżvilupp ta’ apprendistati ta’ kwalità, traineeships u negozji ġodda, fil-qasam tal-SMEs u l-ekonomija soċjali; iħeġġeġ lill-Istati Membri f’dan ir-rigward biex jiżviluppaw opportunitajiet ta’ finanzjament ġodda u innovattivi li jappoġġjaw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tat-taħriġ u l-edukazzjoni u l-mobbiltà tal-ħaddiema u r-riċerkaturi f’dan is-settur;

36.  Jissuġġerixxi li mill-Kummissjoni Ewropea jiġu inċentivati programmi konġunti ta’ wirt kulturali u turiżmu b’viżjoni integrali u bażi xjentifika li jservu bħala referenza u mudell tal-prattiki tajbin;

37.  Jistieden lill-Istati Membri biex jippjanaw b’mod strateġiku proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-wirt kulturali li jistgħu jwasslu għal żvilupp reġjonali u lokali ġenerali, programmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali u interreġjonali, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, riġenerazzjoni rurali u urban sostenibbli, u l-preservazzjoni u l-promozzjoni ta’ ħiliet tradizzjonali li għandhom x’jaqsmu mar-restawr tal-wirt kulturali;

38.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ifasslu stħarriġ ekonomiku u statistiku dwar l-impriżi, l-entitajiet ta’ ġestjoni u l-attivitajiet speċjalisti professjonali fis-settur tal-konservazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali, kif ukoll il-kontribut speċifiku tagħhom f'termini ta' produzzjoni u ħolqien ta' xogħol;

39.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jinħolqu, jiġu żviluppati u mħeġġa opportunitajiet għall-mobilità u l-iskambju tal-esperjenzi ta’ dawk li jaħdmu fis-settur tal-wirt kulturali, billi jiġi żgurat li jkun hemm reċiproċità professjonali reali, bi qbil mad-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, permezz tal-identifikazzjoni u l-iskambju bejn l-Istati Membri ta’ livelli ta’ ħiliet minimi (l-abbiltà u l-għarfien), b’mod partikolari għall-pożizzjoni ta’ restawratur-kuratur; jistieden f’dan il-kuntest lill-Kummissjoni biex tressaq proposta biex testendi l-programmi xierqa ħalli tiġi inkluża l-mobbiltà tal-maniġers u l-impjegati tal-wirt kulturali (eż maniġers ta’ kastelli) bil-ħsieb li jiskambjaw l-esperjenzi u l-aħjar prattiki;

40.  Jistieden lill-Istati Membri biex jenfasizzaw il-valur tal-assi patrimonjali tagħhom billi jippromwovu studji li jiddeterminaw il-valur ekonomiku u kulturali tal-wirt kulturali sabiex jibdlu “l-ispiża” għall-preservazzjoni tiegħu f'“investiment” għall-valur tiegħu;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-possibbiltà li l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) jistabbilixxi, skont l-Aġenda Strateġika ta’ Innovazzjoni tiegħu li jmiss, Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni (KIC) fil-qasam tal-wirt kulturali u l-industriji kreattivi, u b’hekk jappoġġja direttament viżjoni olistika tar-riċerka u l-innovazzjoni;

42.  Itenni l-importanza tal-promozzjoni tal-inklużjoni tal-edukazzjoni tal-arti, il-mużika, it-teatru u ċ-ċinema fil-kurrikuli skolastiċi bħala komponent essenzjali għall-iżvilupp tal-għarfien dwar il-wirt kulturali, il-prattika artistika u espressiva, kif ukoll il-ħiliet orjentati lejn il-kreattività u l-innovazzjoni;

43.  Tħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu temi transdixxiplinari relatati mal-wirt kulturali f’diversi livelli tas-sistema edukattiva;

44.  Jenfasizza l-potenzjal sinifikanti eżistenti għall-iżvilupp tal-attività imprenditorjali u ta' approċċ parteċipattiv fis-settur tat-turiżmu, b'mod partikolari għall-SMEs tas-settur turistiku, iżda wkoll għan-negozji l-ġodda, is-settur mingħajr skop ta' qligħ u organizzazzjonijiet oħra li jikkontribwixxu għall-preservazzjoni, il-ħarsien u l-promozzjoni tal-wirt kulturali tal-Ewropa; jisħaq li, minbarra l-assi kulturali, il-kwalità tas-servizz u l-livell għoli tal-ħiliet professjonali, l-eżistenza ta' speċjalisti mħarrġa tajjeb fil-qasam u l-preżenza onlajn huma fatturi ewlenin għas-suċċess u l-kompetittività tas-settur tat-turiżmu Ewropew; jenfasizza li r-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda, speċjalment fil-qasam tat-telekomunikazzjoni, huma essenzjali biex il-wirt kulturali jitressaq aktar qrib tan-nies; iqis ukoll li l-piżijiet mhux meħtieġa fuq l-SMEs għandhom jitneħħew fl-interess tal-kompetittività tagħhom, u li l-leġiżlazzjoni li għandha effetti negattivi fuq l-SMEs fl-industrija tat-turiżmu għandha tiġi riveduta;

L-opportunitajiet u l-isfidi

45.  Jenfasizza l-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni tal-wirt kulturali, kemm bħala għodda biex nippreżervaw il-passat tagħna kif ukoll bħala sors ta’ opportunitajiet ta’ riċerka tal-edukazzjoni, ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u inklużjoni soċjali aħjar, aċċess usa’ għal nies b’diżabbiltà jew nies li jgħixu f’żoni remoti, u żvilupp ekonomiku sostenibbli; jenfasizza li d-diġitizzazzjoni tal-wirt teħtieġ sforzi finanzjarji konsegwenzjali għall-istituzzjonijiet kulturali ta' daqs medju u żgħir jew iżolati, u li finanzjament adegwat huwa importanti biex tiġi żgurata udjenza akbar u tixrid usa' ta’ dan il-wirt; jenfasizza li l-opportunitajiet offruti bid-diġitizzazzjoni u bit-teknoloġiji ġodda, li qatt mhux se jissostitwixxu l-aċċess għall-wirt oriġinali jew benefiċċji soċjali assoċjati ta’ forom tradizzjonali ta’ parteċipazzjoni fil-kultura, m’għandhomx iwasslu għal negliġenza fil-konservazzjoni ta' oġġetti oriġinali jew nuqqas ta’ attenzjoni għal forom tradizzjonali tal-promozzjoni tal-kultura, sew jekk matul jew wara d-diġitizzazzjoni,

46.  Jappoġġja l-innovazzjoni diġitali fis-settur tal-arti u tal-patrimonju, u jinnota li l-użu ta’ infrastrutturi elettroniċi jista' jinvolvi udjenzi ġodda u jiżgura aċċess aħjar għall-wirt kulturali diġitali u l-isfruttament tiegħu; jisħaq fuq ir-rilevanza ta’ għodod eżistenti bħall-websajt tal-Europeana u jħeġġeġ it-titjib tal-kriterji tat-tiftix ta' dak is-sit bil-għan li jkun hemm iktar użu faċli;

47.  Jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb il-livell ta' diġitizzazzjoni, preservazzjoni u disponibbiltà onlajn tal-wirt kulturali, b’mod partikolari l-wirt ċinematografiku Ewropew;

48.  Jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata narrattiva demokratika u parteċipattiva reali għall-wirt Ewropew, inkluż dak tal-minoranzi reliġjużi u etniċi; jiġbed l-attenzjoni għall-preżenza ta’ siti ta’ wirt li jinkorporaw passati differenti u kkontestati, u jenfasizza li l-proċessi ta’ rikonċiljazzjoni ma għandhomx iwasslu għal soppressjoni tal-kuxjenza storika tal-komunitajiet; jistieden lill-Istati Membri biex jirriflettu dwar l-etika u l-metodi ta’ preżentazzjoni tal-wirt kulturali u jqisu d-diversità tal-interpretazzjonijiet;

49.  Jafferma li l-wirt reliġjuż jikkostitwixxi parti intanġibbli mill-wirt kulturali Ewropew; jenfasizza li l-importanza ta’ postijiet, prattiki u oġġetti marbuta mal-prattiki reliġjużi ma għandhiex tiġi injorata fid-diskors tal-wirt kulturali Ewropew. Lanqas ma għandha tkun soġġetta għal xi forma ta’ trattament diskriminatorju;

50.  Iqis li l-wirt storiku reliġjuż, inklużi l-arkitettura u l-mużika għandhom jiġu kkonservati għall-valur kulturali tagħhom, indipendentement mill-kuntest reliġjuż li nħolqu fih;

51.  Jenfasizza l-importanza ta’ djalogu interkulturali kemm fi ħdan l-Ewropa u lil hinn minnha, u jemmen li l-Unjoni għandha tippromwovi djalogu bħal dan bħala għodda xierqa kontra r-radikalizzazzjoni independentement mill-oriġini;

52.  Jiġbed l-attenzjoni għall-karatteristiċi speċifiċi tal-minoranzi nazzjonali fl-Istati Membri rigward il-wirt kulturali; jitlob, għaldaqstant, għall-preservazzjoni tal-wirt kulturali tagħhom u għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali;

53.  Jenfasizza li diskriminazzjoni kulturali kontra minoranzi reliġjużi u etniċi għandhom jiġu evitati;

54.  Jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġjati attivitajiet kulturali ta’ komunitajiet migranti;

55.  Jafferma mill-ġdid il-kontribut importanti tal-wirt kulturali għall-industriji kulturali u kreattivi kif ukoll għall-inklużjoni soċjali permezz tal-kultura;

56.  Jenfasizza l-importanza li titjieb l-aċċessibilità għal siti ta’ wirt kulturali għall-persuni b’diżabilità;

57.  Jindika l-importanza tal-preservazzjoni tal-pajsaġġi kulturali u, b’mod partikolari, il-wirt kulturali intanġibbli li jirrappreżenta kultura ħajja u jsaħħaħ lis-snajja’ tradizzjonali u jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi dan b’mod aktar wiesa’, fil-programmi rispettivi;

58.  Jenfasizza l-importanza tal-wirt gastronomiku, li għandu jiġi protett u appoġġat; iqis li r-riżorsi allokati għal dan il-qasam jistgħu jiġu ottimizzati permezz ta' interazzjoni ma' politiki oħra tal-UE, bħalma huma l-Politika Agrikola Komuni u l-politika dwar il-protezzjoni tal-konsumatur;

59.  Josserva li l-wirt u t-turiżmu kulturali huma ta' benefiċċju reċiproku peress li, minn naħa, il-wirt kulturali jiġġenera dħul sostanzjali għall-industrija tat-turiżmu, filwaqt li, min-naħa l-oħra, it-turiżmu huwa tajjeb għall-kultura, peress li jħeġġeġ il-wiri u l-konservazzjoni tal-assi kulturali u jiġġenera d-dħul meħtieġ għall-preservazzjoni tagħhom;

60.  Jisħaq li t-turiżmu kulturali għandu rwol importanti fil-preservazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-wirt kulturali tagħna, li jinkludi mhux biss il-wirt fiżiku u l-pajsaġġi, iżda wkoll il-patrimonju intanġibbli, bħall-lingwi u t-tradizzjonijiet reliġjużi u kulinari;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jkomplu jikkooperaw bil-għan li jimplimentaw, fuq il-livelli rispettivi kollha, l-azzjonijiet maħsuba għall-promozzjoni tal-wirt kulturali u t-turiżmu kulturali inklużi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 bit-titolu "L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew" (COM(2010)0352

62.  Jenfasizza, fid-dawl tat-tibdiliet profondi demografiċi u fis-soċjetà, is-sinifikat tal-wirt kulturali komuni Ewropew tagħna kif ukoll tas-Sena li hija ppjanata għall-identifikazzjoni taċ-ċittadini mal-Unjoni Ewropea kif ukoll it-tisħiħ tal-ispirtu ta’ komunità fi ħdan l-Unjoni;

63.  Huwa tal-fehma li l-komprensjoni tal-wirt kulturali komuni fl-Ewropa joffri gwida diretta anke lill-ġenerazzjonijiet futuri u l-possibbiltà għall-formazzjoni ta’ identità Ewropea u ta’ valuri bħall-kooperazzjoni b’rispett sħiħ lil hinn mill-fruntieri tal-Istat Membru tal-individwu; waqt it-tfassil tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali jirrakkomanda fost l-oħrajn ukoll il-kunsiderazzjoni partikolari tal-ġenerazzjoni żagħżugħa minħabba din ir-raġuni;

64.  Jilqa' b'sodisfazzjon is-suċċess kbir tal-Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura; Jappella biex dawn il-bliet jiġu kkollegati bħala parti minn netwerk bil-għan li l-attenzjoni tiġi estiża għal fuq iż-żoni kkonċernati, jiġi previst skambju tal-esperjenza u l-prattika tajba, fosthom bil-ħsieb li jiġu megħjuna kandidati futuri, u biex tiġi ffaċilitata l-organizzazzjoni tal-avvenimenti u ċ-ċirkwiti speċifiċi;

65.  Jinkoraġġixxi l-użu tal-wirt kulturali bħala għodda edukattiva biex tittratta kwistjonijiet soċjali sabiex tressaq lin-nies li jgħixu fl-Ewropa aktar qrib xulxin;

66.  Jiġbed l-attenzjoni għat-theddid ambjentali li jaffettwa numru importanti ta’ siti ta’ patrimonju fi ħdan l-UE, u jħeġġeġ li l-konsegwenzi tal-bidla fil-klima u l-pressjoni min-naħa tal-bniedem għandhom jitqiesu mill-Istati Membri fl-istrateġiji ta’ finanzjament fit-tul tagħhom għall-metodi ta' preservazzjoni u restawr tal-wirt; jirrakkomanda, barra minn hekk, li l-Istati Membri u l-UE għandhom jippromwovu aktar riċerka f’dan il-qasam, inter alia sabiex jinvestigaw l-effetti multipli tal-bidla fil-klima fuq il-wirt kulturali f’iktar dettall u biex jiżviluppaw kontromiżuri;

67.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jibnu fuq l-inizjattiva "The 7 Most Endangered", mibdija mill-Federazzjoni pan-Ewropea "Europa Nostra" flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment, billi jidentifikaw eżempji oħra ta' wirt Ewropew li jinsabu fil-periklu, ifasslu pjanijiet ta' azzjoni u jfittxu għejun possibbli ta' finanzjament; josserva li l-iżvilupp ta' din l-inizjattiva hija mod wieħed kif jiġi attirat l-investiment privat fit-tisħiħ tal-wirt;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkoordina u tappoġġja aħjar l-isforzi tal-Istati Membri għall-ġlieda kontra s-serq, il-kuntrabandu u t-traffikar illegali tal-assi tal-wirt kulturali ġewwa u barra l-UE; jitlob għar-ritorn ta’ oġġetti kulturali illegalment imneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru;

69.  Ifakkar fl-importanza tal-ħarsien u l-konservazzjoni tal-wirt kulturali, mhux biss mill-effetti qerrieda taż-żmien, iżda wkoll mill-ħuliganiżmu u s-sakkeġġi; josserva li bosta siti arkeoloġiċi għadhom fir-riskju li jiġu sakkeġġati minn gruppi organizzati ta' kaċċaturi tal-fdalijiet tal-imgħoddi, partikolarment is-siti li jinsabu taħt l-ilma fejn l-aċċess u s-sorveljanza min-naħa tal-awtoritajiet huma diffiċli; Jitlob, f'dan ir-rigward, biex ikun hemm kooperazzjoni aktar effikaċi bejn l-Istati Membri fl-identifikazzjoni u l-irkupru ta' oġġetti kulturali u l-prevenzjoni tat-traffikar illegali ta' tali oġġetti;

70.  Jenfasizza r-rwol li għandu l-wirt kulturali fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni permezz tad-djalogu tal-politika u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lid-diplomazija kulturali; barra minn hekk, jirreferi għall-potenzjal li għandhom proġetti ta’ riċerka interdixxiplinari fir-rigward tal-preservazzjoni tal-wirt kulturali li jinvolvu l-Istati Membri u l-pajjiżi li mhumiex tal-UE;

71.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, l-UE u l-komunità internazzjonali jimpenjaw irwieħhom għall-prevenzjoni, il-protezzjoni, id-dokumentazzjoni u r-restawr f'każijiet fejn il-wirt kulturali tal-UE jew tal-pajjiżi li mhumiex membri jiġi mhedded u danneġġat intenzjonalment bħala att ta’ gwerra u ta’ ksur tal-identitajiet kulturali u reliġjużi, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-ICCROM, ICBS (Kumitat Internazzjonali tal-Blue Shield), l-awtoritajiet ċivili u militari, l-istituzzjonijiet kulturali u l-assoċjazzjonijiet professjonali;

72.  Jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali biex jipprevjenu t-traffikar illeċitu tal-patrimonju kulturali; jenfasizza l-ħtieġa għall-UE, flimkien man-NU u l-UNESCO, li tiddefendi l-patrimonju fil-periklu u l-ġlieda kontra s-serq u l-qerda ta’ oġġetti kulturali f’żoni ta’ kunflitt;

73.  Jinnota l-potenzjal li joħroġ mill-għarfien disponibbli fl-UE fir-rigward tal-preservazzjoni ta' artefatti kulturali danneġġati jew meqrudin minħabba t-terroriżmu u l-gwerer;

74.  Jappoġġa l-ħolqien ta' prodotti tat-turiżmu kulturali transnazzjonali li jirriflettu l-valuri u l-wirt komuni Ewropej; Jistieden lill-Kummissjoni biex tfittex kooperazzjoni akbar mal-Istati Membri u organizzazzjonijiet oħra li jifformulaw il-politiki dwar il-kultura u t-turiżmu, bħalma huma l-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu tan-Nazzjonijiet Uniti (UNWTO) u l-UNESCO, u biex tkompli tikkofinanzja u tippromwovi netwerks, proġetti reġjonali transfruntieri u, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsill tal-Ewropa, ir-Rotot Kulturali Ewropej, li huma l-aqwa eżempju ta' proġetti turistiċi tematiċi pan-Ewropej transnazzjonali;

o
o   o

75.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.
(5) ĠU L 159, 28.5.2014, p. 1.
(6) ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1.
(7) Adottata mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fit-13 ta’ Ottubru 2005; miftuħa għall-iffirmar tal-Istati Membri f’Faro (il-Portugall) fis-27 ta’ Ottubru tal-istess sena; daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2011.
(8) ĠU C 183, 14.6.2014, p. 36.
(9) ĠU C 463, 23.12.2014, p. 1.
(10) ĠU C 463, 23.12.2014, p. 4.
(11) ĠU L 283, 29.10.2011, p. 39.
(12) il-Karta ta’ Venezja adottata mill-ICOMOS (il-Kunsill Internazzjonali tal-Monumenti u s-Siti) fl-1965; il-Konvenzjoni ta’ Granata adottata mill-Kunsill tal-Ewropa fl-1985; il-Konvenzjoni ta’ Valletta adottata mill-Kunsill tal-Ewropa fl-1992.
(13) Ara: L-Artikolu 3(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013.


Segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej 'Right2Water'
PDF 442kWORD 186k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Right2Water" (2014/2239(INI))
P8_TA(2015)0294A8-0228/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem(1) (minn hawn ’il quddiem "id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb"),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma(2) (minn hawn ’il quddiem "id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma"),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni(4),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2012 intitolata "Blueprint għas-Salvagwardja tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa" (COM(2012)0673),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2014 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "L-ilma u s-sanità huma dritt tal-bniedem! L-ilma huwa ġid pubbliku, mhux komodità!" (COM(2014)0177) (minn hawn ’il quddiem "il-komunikazzjoni"),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni "Rapport ta’ Sinteżi dwar il-Kwalità tal-Ilma tax-Xorb fl-UE li jeżamina r-rapporti tal-Istati Membri għall-perjodu ta’ bejn l-2008 u l-2010 taħt id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE" (COM(2014)0363),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija qabel, maħruġa fid-19 ta' Marzu 2014(5),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) intitolata "L-Ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti 2015",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-28 ta' Lulju 2010, intitolata "The human right to water and sanitation" ("Id-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità")(6), u r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta’ Diċembru 2013, intitolata "The human right to safe drinking water and sanitation" ("Id-dritt tal-bniedem għall-ilma tax-xorb sikur u s-sanità")(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet kollha dwar id-dritt tal-bniedem għal ilma tax-xorb sikur u s-sanità adottati mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar l-indirizzar tal-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u tan-nixfa fl-Unjoni Ewropea(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma, qabel l-approċċ ġenerali neċessarju għall-isfidi Ewropej dwar l-ilma(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0228/2015),

A.  billi r-"Right2Water" hija l-ewwel Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) li ssodisfat ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 211/2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini u li ngħatat l-opportunità li tinstema’ mill-Parlament wara li rċeviet l-appoġġ ta’ kważi 1.9 miljun ċittadin;

B.  billi d-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità jinkludi d-dimensjonijiet ta’ disponibbiltà, aċċessibbiltà, aċċettabilità, affordabbiltà u kwalità;

C.  billi l-implimentazzjoni sħiħa tad-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità, kif rikonoxxut min-NU u appoġġjat mill-Istati Membri tal-UE, hija essenzjali għall-ħajja, u billi l-ġestjoni korretta tar-riżorsi tal-ilma għandha rwol kruċjali fil-garanzija tal-użu sostenibbli tal-ilma u s-salvagwardja tal-kapital naturali tad-dinja; billi l-effetti kkombinati tal-attività tal-bniedem u t-tibdil fil-klima jfissru li r-reġjun tal-Mediterran tal-UE kollu u wħud mir-reġjuni tal-Ewropa Ċentrali issa huma kklassifikati bħala reġjuni skarsi mill-ilma u semideżerti;

D.  billi, kif iddikjarat fir-rapport 2015 tal-EEA dwar l-istat tal-ambjent, ir-rati ta’ telf minħabba tnixxija mill-pajpijiet fl-Ewropa bħalissa jammontaw għal bejn 10 % u 40 %;

E.  billi l-aċċess għall-ilma huwa fost is-soluzzjonijiet kruċjali għall-kisba ta' żvilupp sostenibbli; billi l-enfasi tal-assistenza għall-iżvilupp fuq it-titjib tal-provvista tal-ilma tax-xorb u s-sanità hija mod effiċjenti sabiex jintlaħqu l-objettivi fundamentali għall-qerda tal-faqar, kif ukoll għall-promozzjoni tal-ugwaljanza soċjali, is-saħħa pubblika, is-sigurtà tal-ikel u t-tkabbir ekonomiku;

F.  billi mill-inqas 748 miljun persuna m'għandhomx aċċess sostenibbli għal ilma tax-xorb sikur, u terz tal-popolazzjoni dinjija m'għandhiex faċilitajiet sanitarji bażiċi; billi, għaldaqstant, id-dritt għas-saħħa jinsab mhedded filwaqt li l-mard qed jinxtered, u dan qed jikkawża tbatija u mwiet u qed joħloq impedimenti kbar għall-iżvilupp; billi madwar 4 000 tifel u tifla jmutu kuljum b'mard trażmess mill-ilma jew minħabba ilma, faċilitajiet sanitarji u iġjene inadegwati; billi n-nuqqas ta' aċċess għall-ilma tax-xorb joqtol aktar tfal mill-AIDS, il-malarja u l-ġidri flimkien; billi hemm, madankollu, xejra ċara 'l isfel f'dawn iċ-ċifri u billi t-tnaqqis jista' u għandu jiġi aċċelerat;

G.  billi l-aċċess għall-ilma għandu wkoll dimensjoni ta' sigurtà li tirrikjedi kooperazzjoni reġjonali mtejba;

H.  billi n-nuqqas ta' aċċess għall-ilma u s-sanità għandu konsegwenzi fuq il-kisba ta' drittijiet tal-bniedem oħra; billi l-isfidi tal-ilma jaffettwaw b'mod sproporzjonat lin-nisa, peress li f'ħafna pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw huma tradizzjonalment responsabbli għall-provvista tal-ilma domestiku; billi n-nisa u l-bniet huma dawk li jsofru l-aktar min-nuqqas ta' aċċess għal faċilitajiet sanitarji adegwati u deċenti, u dan ta' spiss jillimitalhom l-aċċess għall-edukazzjoni u jirrendihom aktar vulnerabbli għall-mard;

I.  billi kull sena, tliet miljun u nofs persuna jmutu b'mard trażmess mill-ilma;

J.  billi l-Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, li daħal fis-seħħ fl-2013, ħoloq mekkaniżmu għall-ilmenti li jippermetti li individwi jew gruppi jressqu lment formali dwar ksur tad-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità, fost drittijiet oħra;

K.  billi fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u fl-ekonomiji emerġenti, id-domanda għall-ilma qiegħda tiżdied mis-setturi kollha, b'mod partikolari għall-enerġija u l-agrikoltura; billi t-tibdil fil-klima, l-urbanizzazzjoni u l-iżviluppi demografiċi jistgħu jipperikolaw id-disponibbiltà tal-ilma f'ħafna pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u sal-2025 madwar żewġ terzi tal-popolazzjoni dinjija mistennija li se jkunu qed jgħixu f'pajjiżi fejn hemm problema tal-ilma;

L.  billi l-UE hija l-ikbar donatur fis-settur tal-ilma, is-sanità u l-iġjene (WASH), b'25 % tal-finanzjament umanitarju annwali globali ddedikat speċifikament għall-appoġġ lis-sħab għall-iżvilupp f'dan il-qasam; billi, madankollu, fl-2012 Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-għajnuna għall-iżvilupp mill-Unjoni Ewropea għall-provvista tal-ilma tax-xorb u l-faċilitajiet sanitarji bażiċi fil-pajjiżi Sub-Saħarjani rrimarka l-ħtieġa li titjieb l-effikaċja tal-għajnuna u s-sostenibbiltà tal-proġetti appoġġjati mill-UE;

M.  billi l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa ddikjarat li "l-aċċess għall-ilma jrid ikun rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-bniedem minħabba li huwa essenzjali għall-ħajja fuq id-dinja u huwa riżorsa li trid tinqasam bejn il-bnedmin";

N.  billi l-privatizzazzjoni tas-servizzi bażiċi fl-Afrika sub-Saħarjana fid-disgħinijiet fixklet, fost l-oħrajn, il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju (MDGs) kemm għall-ilma kif ukoll fir-rigward tas-sanità, peress li l-enfasi tal-investituri fuq l-irkupru tal-ispejjeż, intensifikat, fost affarijiet oħra, l-inugwaljanzi fil-provvista ta' dawn is-servizzi, a skapitu ta' unitajiet domestiċi bi dħul baxx; billi fid-dawl ta' dan il-falliment tal-privatizzazzjoni tal-ilma, it-trasferiment tas-servizzi tal-ilma mill-kumpaniji privati lill-awtoritajiet lokali hija xejra li qiegħda tikber fis-settur tal-ilma madwar id-dinja kollha;

O.  billi l-provvista tal-ilma hija monopolju naturali u d-dħul miċ-ċiklu tal-ġestjoni tal-ilma għandu jkopri u jiġi assenjat dejjem kemm għall-ispejjeż kif ukoll għall-protezzjoni tas-servizzi tal-ilma u t-titjib taċ-ċiklu tal-ġestjoni tal-ilma, bil-kundizzjoni li l-interess pubbliku jiġi salvagwardjat;

P.  billi n-nuqqas ta’ ilma u faċilitajiet sanitarji adegwati għandu impatt serju fuq is-saħħa u l-iżvilupp soċjali, b’mod speċjali għat-tfal; billi l-kontaminazzjoni tar-riżorsi tal-ilma tikkostitwixxi kawża ewlenija ta’ dijarea, it-tieni l-akbar kawża ta’ mewt ta’ tfal fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u twassal għal mard ewlieni ieħor bħall-kolera, l-iskistosomijażi, u t-trakoma;

Q.  billi l-ilma għandu funzjonalità soċjali, ekonomika u ekoloġika u l-ġestjoni korretta taċ-ċiklu tal-ilma għall-benefiċċju ta' kulħadd se tiżgura d-disponibbiltà kontinwa u stabbli tiegħu fil-kuntest attwali tat-tibdil fil-klima;

R.  billi l-Ewropa hija partikolarment sensittiva għat-tibdil fil-klima u billi l-ilma huwa wieħed mill-ewwel setturi milquta;

S.  billi l-ECI twaqqfet bħala mekkaniżmu ta’ demokrazija parteċipattiva bl-għan li jitħeġġu dibattu fil-livell tal-UE u l-involviment dirett taċ-ċittadini fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, u hija opportunità eċċellenti għall-istituzzjonijiet tal-UE biex jerġgħu jimpenjaw ruħhom maċ-ċittadini;

T.  billi l-istħarriġ tal-Ewrobarometru wera b’mod konsistenti livelli baxxi ħafna ta’ fiduċja fl-UE fost iċ-ċittadini tal-UE matul dawn l-aħħar snin;

L-ECI bħala strument ta' demokrazija parteċipattiva

1.  Huwa tal-fehma li l-ECI hija mekkaniżmu demokratiku uniku b’potenzjal sinifikanti favur l-għeluq tad-distakk bejn il-movimenti soċjali u tas-soċjetà ċivili Ewropej u dawk nazzjonali, u biex tiġi promossa d-demokrazija parteċipattiva fil-livell tal-UE; jemmen, madankollu, li sabiex ikun jista’ jiġi żviluppat aktar il-mekkaniżmu demokratiku, huwa indispensabbli li ssir evalwazzjoni tal-esperjenza tal-passat kif ukoll riforma tal-inizjattiva taċ-ċittadini, u li l-azzjonijiet tal-Kummissjoni – li jistgħu jinkludu, fejn xieraq, il-possibbiltà li jiġu introdotti elementi xierqa f’reviżjonijiet leġiżlattivi jew proposti leġiżlattivi ġodda – għandhom jirriflettu aħjar it-talbiet tal-ECI meta dawn ikunu jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tagħha, u speċjalment meta jkunu jesprimu tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem;

2.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tiżgura l-ogħla livell ta' trasparenza matul il-fażi ta' analiżi ta' xahrejn, li ECI ta' suċċess għandha tirċievi appoġġ legali xieraq u pariri mill-Kummissjoni u għandha tkun publiċizzata kif xieraq, u li l-promoturi u s-sostenituri għandhom jinżammu mgħarrfa u aġġornati b'mod sħiħ matul il-proċess kollu tal-ECI;

3.  Jinsisti li l-Kummissjoni timplimenta b'mod effettiv ir-Regolament dwar l-ECI u timxi lejn it-tneħħija tal-piżijiet amministrattivi kollha li jiltaqgħu magħhom iċ-ċittadini meta jissottomettu u jappoġġjaw ECI, u jħeġġiġha tikkunsidra l-implimentazzjoni ta' sistema ta' reġistrazzjoni komuni tal-ECI għall-Istati Membri kollha;

4.  Jilqa’ l-fatt li l-appoġġ ta’ kważi 1,9 miljun ċittadin tal-UE mill-Istati Membri kollha għal din l-ECI jaqbel mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi s-servizzi tal-ilma u dawk sanitarji mid-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni żżomm u tikkonferma l-esklużjoni tas-servizzi tal-ilma u dawk sanitarji mid-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet fi kwalunkwe reviżjoni eventwali ta’ din id-Direttiva;

6.  Iqis li hu ta' dispjaċir li l-komunikazzjoni ma fihiex ambizzjoni , ma tissodisfax id-domandi speċifiċi li saru fl-ECI u terġa’ ttenni biss l-impenji eżistenti; jenfasizza li r-reazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni għall-ECI "Right 2Water" hija insuffiċjenti, peress li ma tagħmel l-ebda kontribuzzjoni ġdida u ma tintroduċix, il-miżuri kollha li jistgħu jgħinu biex jinkisbu l-għanijiet; jitlob lill-Kummissjoni, fir-rigward ta’ din l-ECI partikolari, biex tmexxi kampanja ta’ informazzjoni komprensiva dwar il-miżuri li diġà ttieħdu fil-qasam tal-ilma u dwar kif dawn il-miżuri jistgħu jikkontribwixxu sabiex jinkisbu l-objettivi tal-ECI "Right2Water";

7.  Jikkunsidra li ħafna mill-petizzjonijiet dwar il-kwalità u l-ġestjoni tal-ilma jiġu minn Stati Membri li mhumiex rappreżentati sew fil-konsultazzjoni pubblika madwar l-UE mnedija f'Ġunju 2014, u jenfasizza li għaldaqstant jista' jkun hemm xi inkonsistenza bejn ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika u s-sitwazzjoni enfasizzata mill-petizzjonijiet;

8.  Jittama li l-Kummissjoni u l-Viċi President responsabbli għas-sostenibilità jieħdu impenn politiku ċar biex jiżguraw li tittieħed azzjoni xierqa b'reazzjoni għat-tħassib imqajjem minn din l-ECI;

9.  Itenni l-impenn tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu li jagħti vuċi lill-petizzjonanti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali, u jfakkar li l-petizzjonanti li ppreżentaw l-ECI "Right2Water", esprimew il-qbil tagħhom mad-dikjarazzjoni tal-ilma bħala dritt tal-bniedem garantit fil-livell tal-UE;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, b’konformità mal-objettiv primarju tal-ECI "Right2Water", tippreżenta proposti leġiżlattivi u, jekk ikun xieraq, reviżjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, sabiex din tirrikonoxxi l-aċċess universali u d-dritt tal-bniedem għall-ilma; huwa favur, barra minn hekk, li l-aċċess universali għall-ilma tax-xorb sikur u s-sanità jiġi rikonoxxut fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jenfasizza li jekk il-Kummissjoni tinjora l-ECIs ta' suċċess u appoġġjati b’mod wiesa’ fil-qafas tal-mekkaniżmu demokratiku stabbilit mit-Trattat ta’ Lisbona, l-UE se tispiċċa titlef il-kredibilità f’għajnejn iċ-ċittadini;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tintroduċi miżuri biex tingħata informazzjoni u edukazzjoni fil-livell tal-UE biex tkun promossa l-kultura tal-ilma bħala ġid komuni, miżuri ta’ sensibilizzazzjoni u promozzjoni ta' imġiba individwali aktar konxja (għall-iffrankar tal-ilma), miżuri relatati mal-iżvilupp konxjenzjuż ta' politiki li jikkonċernaw il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, u appoġġ għal ġestjoni pubblika, parteċipattiva u trasparenti;

13.  Jikkunsidra li huwa meħtieġ li jitfasslu politiki tal-ilma li jħeġġu l-użu razzjonali, ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tar-riżorsi tal-ilma, li huma kwistjonijiet ta' importanza vitali għal ġestjoni integrata; jemmen li dan se jippermetti li jitnaqqsu l-ispejjeż, se jgħin biex jiġu salvati r-riżorsi naturali u se jiżgura li l-ambjent ikun ġestit b’mod xieraq;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiskoraġġixxi u tissottoponi għal studji ta’ impatt ambjentali l-prattiki tal-ħtif tal-ilma u l-fratturazzjoni idrawlika;

Id-dritt għall-ilma u s-sanità

15.  Ifakkar li n-Nazzjonijiet Uniti ssostni li d-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità jintitola lil kulħadd għal ilma għall-użu personali u domestiku li jkun ta’ kwalità tajba, sikur, fiżikament aċċessibbli, affordabbli, suffiċjenti u aċċettabbli; jenfasizza li b'konformità ma' rakkomandazzjoni oħra tan-Nazzjonijiet Uniti, il-ħlas għas-servizzi tal-ilma, fejn dan ikun previst, għandu jammonta għal massimu ta’ 3 % tad-dħul tal-familja;

16.  Jappoġġja r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt tal-bniedem għall-ilma tax-xorb u s-sanità u jenfasizza l-importanza tal-ħidma tiegħu u tal-predeċessur tiegħu dwar ir-rikonoxximent ta’ dan id-dritt;

17.  Jiddeplora l-fatt li fl-UE-28 hemm aktar minn miljun persuna li għad ma għandhomx aċċess għal provvista tal-ilma tax-xorb sikura u nadifa u kważi 2 % tal-popolazzjoni ma għandhiex aċċess għal faċilitajiet sanitarji skont il-Programm tal-Valutazzjoni tal-Ilma tad-Dinja (WWAP) u għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taġixxi b'mod immedjat;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-importanza tad-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità u tal-ilma bħala ġid pubbliku u valur fundamentali għaċ-ċittadini kollha tal-UE u mhux bħala komodità; jesprimi t-tħassib tiegħu li mill-2008, minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika u l-politiki ta’ awsterità li żiedu l-faqar fl-Ewropa u l-għadd ta’ unitajiet domestiċi bi dħul baxx, għadd dejjem jikber ta’ nies qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex iħallsu l-kontijiet tal-ilma tagħhom u li l-affordabbiltà qed issir kwistjoni ta’ tħassib dejjem jikber; jikkundanna l-qtugħ tal-ilma u t-tifi infurzat tal-provvista tal-ilma, u jitlob lill-Istati Membri biex itemmu minnufih dawn is-sitwazzjonijiet meta jkunu dovuti għal fatturi soċjoekonomiċi f’unitajiet domestiċi bi dħul baxx; jilqa’ l-fatt li f’xi Stati Membri qed jintużaw "banek tal-ilma" jew kwoti minimi tal-ilma bi sforz sabiex tingħata għajnuna lil dawk l-aktar vulnerabbli fl-ispejjeż utilitarji tagħhom, biex l-ilma jkun garantit bħala komponent inaljenabbli tad-drittijiet fundamentali;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-effetti tal-kriżi ekonomika reċenti, biex tikkollabora mal-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex twettaq studju dwar kwistjonijiet relatati mal-faqar tal-ilma, inklużi kwistjonijiet ta’ aċċess u affordabbiltà; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja u tiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-operaturi tal-ilma bħala għajnuna għal dawk f’żoni rurali u anqas żviluppati sabiex tappoġġja l-aċċess għal ilma ta’ kwalità tajba għaċ-ċittadini kollha li jgħixu f’dawk iż-żoni;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika oqsma li fihom l-iskarsità tal-ilma hija problema eżistenti jew potenzjali, u tgħin lill-Istati Membri, lir-reġjuni u liż-żoni kkonċernati, b'mod partikolari żoni rurali u żoni urbani deprivati, biex jindirizzaw din il-problema kif jixraq;

21.  Jenfasizza li l-allegata newtralità tal-Kummissjoni dwar is-sjieda u l-ġestjoni tal-ilma jidher li hi kontradittorja mal-programmi ta' privatizzazzjoni imposti fuq xi Stati Membri mit-Trojka;

22.  Jirrikonoxxi li, kif iddikjarat fid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, l-ilma mhuwiex komodità imma hu ġid pubbliku li huwa ta' importanza vitali għall-ħajja u d-dinjità tal-bniedem, u jfakkar lill-Kummissjoni li r-regoli tat-Trattat jeħtieġu li l-UE tibqa’ newtrali fir-rigward ta’ deċiżjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-reġim ta' sjieda tal-impriżi tal-ilma, u għalhekk bl-ebda mod ma għandha tippromwovi l-privatizzazzjoni tal-impriżi tal-ilma fil-kuntest ta’ programm ta’ aġġustament ekonomiku jew kwalunkwe proċedura oħra tal-UE għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika; peress li dawn huma servizzi ta’ interess ġenerali u għalhekk huma prinċipalment fl-interess pubbliku, jitlob lill-Kummissjoni biex teskludi b’mod permanenti l-ilma u s-sanità u r-rimi tad-drenaġġ tal-ilma mir-regoli tas-suq intern u minn kwalunkwe ftehim kummerċjali, u li jipprovduhom bi prezzijiet affordabbli, u jitlob kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri biex jassiguraw li dawn ikunu ġestiti b'mod teknikament, finanzjarjament u amministrattivament effiċjenti, effettiv u trasparenti;

23.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jeżaminaw mill-ġdid il-politika ta' governanza tal-ilma u jistabbilixxuha mill-ġdid abbażi ta' parteċipazzjoni attiva, jiġifieri permezz ta' trasparenza fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet u atitudni miftuħa lejn iċ-ċittadini;

24.  Huwa tal-fehma li, fi kwistjonijiet ta’ regolamentazzjoni u kontroll, huwa meħtieġ li tiġi protetta s-sjieda pubblika tal-ilma, billi jiġu promossi mudelli ta’ ġestjoni pubbliċi, trasparenti u parteċipattivi li fihom, f’ċerti każijiet biss, l-awtorità ta' sjieda pubblika tkun tista’ tagħti xi kompiti ta’ ġestjoni lil inizjattivi privati, skont termini regolati b’mod strett u dejjem filwaqt li jiġi garantit id-dritt għar-riżorsa u għal faċilitajiet sanitarji adegwati.

25.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżguraw provvista tal-ilma komprensiva bi prezzijiet affordabbli, kwalità għolja u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti kif ukoll li tkun suġġetta għal kontrolli demokratiċi.

26.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw il-promozzjoni ta’ kampanji ta’ edukazzjoni u sensibilizzazzjoni għaċ-ċittadini sabiex jiġu ppreservati u ma jinħlewx ir-riżorsi tal-ilma u biex jiżguraw parteċipazzjoni ċivika ikbar;

27.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li ma ssirx diskriminazzjoni fl-aċċess għas-servizzi tal-ilma, filwaqt li jiġi żgurat il-forniment tagħhom għal kulħadd, inklużi l-gruppi ta’ utenti marġinalizzati;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw lill-muniċipalitajiet fl-UE li ma għandhomx il-kapital neċessarju biex jaċċessaw l-assistenza teknika, il-finanzjament disponibbli tal-UE u s-self fit-tul b’rati ta’ interess preferenzjali, partikolarment bl-iskop li l-infrastruttura tal-ilma tinżamm u tiġġedded biex tiġi żgurata provvista ta’ ilma ta’ kwalità għolja u sabiex is-servizzi tal-ilma u dawk sanitarji jiġu estiżi għall-gruppi l-iktar vulnerabbli tal-popolazzjoni, inklużi l-foqra u dawk residenti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u ultraperiferiċi; jenfasizza l-importanza ta’ governanza miftuħa, demokratika u parteċipatorja biex jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet l-aktar kosteffikaċi fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma jiġu implimentati għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw trasparenza tar-riżorsi finanzjarji ġġenerati permezz taċ-ċiklu tal-ġestjoni tal-ilma;

29.  Jirrikonoxxi li s-servizzi tal-ilma u dawk sanitarji huma servizzi ta’ interess ġenerali u li l-ilma mhuwiex komodità imma hu ġid komuni, u għaldaqstant għandhom jiġu pprovduti bi prezzijiet affordabbli li jirrispettaw id-dritt tan-nies għal kwalità tal-ilma minima u jipprovdu għall-applikazzjoni ta’ tariffa progressiva; jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw l-applikazzjoni ta’ sistema ġusta, ekwa, trasparenti u adegwata ta’ tariffi għall-ilma u s-sanità sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal servizzi ta’ kwalità għolja lill-membri kollha tal-pubbliku, irrispettivament mid-dħul tagħhom;

30.  Jinnota li l-ilma għandu jiġi kkunsidrat bħala assi ekosoċjali minflok sempliċement bħala element ta’ produzzjoni;

31.  Ifakkar li l-aċċess għall-ilma huwa essenzjali għall-agrikoltura sabiex jintlaħaq id-dritt għal ikel adegwat;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja b'mod qawwi l-isforzi tal-Istati Membri biex jiżviluppaw u jaġġornaw l-infrastruttura li tagħti aċċess għall-irrigazzjoni, is-sistema tad-drenaġġ u s-servizzi tal-provvista tal-ilma tax-xorb;

33.  Iqis li d-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb ikkontribwixxiet bil-qawwi għad-disponibbiltà ta’ ilma tax-xorb ta’ kwalità għolja madwar l-UE u jitlob azzjoni deċiżiva mill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jinkisbu l-benefiċċji ambjentali u tas-saħħa li jinħolqu meta tingħata preferenza lill-konsum tal-ilma tal-vit;

34.  Ifakkar lill-Istati Membri dwar ir-responsabilità tagħhom fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE; iħeġġiġhom biex jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva tal-UE dwar l-Ilma tax-Xorb u l-leġiżlazzjoni relatata kollha; ifakkarhom biex jidentifikaw il-prijoritajiet tal-infiq tagħhom u biex jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet ta' appoġġ finanzjarju mill-UE fis-settur tal-ilma mogħti għall-perjodu l-ġdid ta' programmazzjoni finanzjarja (2014-2020), b'mod partikolari permezz ta' prijorità ta' investiment iffukata speċifikament fuq il-ġestjoni tal-ilma;

35.  Ifakkar il-konklużjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma mal-Politika Agrikola Komuni, li tiddikjara li "l-istrumenti attwalment użati mill-PAK biex jiġu indirizzati kwistjonijiet dwar l-ilma s’issa ma rnexxilhomx jiksbu progress sinifikanti lejn il-miri ambizzjużi tal-politika ssettjati fir-rigward tal-ilma"; jemmen li l-integrazzjoni aħjar tal-politika dwar l-ilma ma’ politiki oħrajn, bħal dawk dwar l-agrikoltura, hija essenzjali sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ilma madwar l-Ewropa;

36.  Jenfasizza l-importanza ta’ implimentazzjoni sħiħa u effikaċi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art, id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb u d-Direttiva dwar l-Ilma Urban Mormi, u jqis li huwa ta' importanza vitali li l-implimentazzjoni tagħhom tiġi kkoordinata aħjar ma’ dik tad-direttivi dwar l-ambjent tal-baħar, il-bijodiversità u l-protezzjoni mill-għargħar; jinsab imħasseb minħabba li l-istrumenti tal-politika settorjali tal-Unjoni ma jikkontribwixxux biżżejjed għall-kisba tal-istandards ta’ kwalità ambjentali għal sustanzi prijoritarji u l-objettiv tal-eliminazzjoni gradwali għar-rilaxx, l-emissjonijiet u t-telf ta’ sustanzi perikolużi prijoritarji skont l-Artikolu 4(1)(a) u l-Artikolu 16(6) tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżommu f’moħħhom li l-ġestjoni tal-ilma għandha tiġi inkorporata bħala fattur trasversali f'leġiżlazzjoni dwar oqsma oħrajn kwintessenzjali għaliha, bħal pereżempju l-enerġija, l-agrikoltura, is-sajd, it-turiżmu, eċċ., sabiex jiġi evitat it-tniġġis pereżempju minn siti illegali u mhux regolati ta' skart perikoluż jew minn estrazzjoni jew esplorazzjoni taż-żejt; ifakkar li l-kundizzjonalità skont il-Politika Agrikola Komuni (PAK) tistabbilixxi rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni abbażi ta’ liġijiet eżistenti tal-UE rilevanti għall-bdiewa u regoli ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin, inkluż dwar l-ilma; ifakkar li l-bdiewa għandhom josservaw dawn ir-regoli sabiex jirċievu ħlasijiet sħaħ mill-PAK;

37.  Jistieden lill-Istati Membri biex:

   jimponu obbligu fuq il-fornituri tal-ilma biex jindikaw il-karatteristiċi fiżikokimiċi tal-ilma fuq il-kontijiet tal-ilma;
   jabbozzaw pjanijiet urbani skont id-disponibbiltà tar-riżorsi tal-ilma;
   iżidu l-kontrolli u l-monitoraġġ tas-sustanzi niġġiesa, u jippjanaw azzjonijiet immedjati mmirati lejn it-tneħħija u s-sanitizzazzjoni ta’ sustanzi tossiċi;
   jieħdu azzjoni biex jitnaqqsu t-tnixxijiet konsiderevoli mill-pajpijiet fl-Ewropa u jġeddu n-netwerks inadegwati tal-provvista tal-ilma.

38.  Iqis li huwa meħtieġ li tiġi stabbilita ordni ta’ prijoritajiet jew ġerarkija għall-użu sostenibbli tal-ilma; jistieden lill-Kummisssjoni tippreżenta analiżi u proposti kif xieraq;

39.  Jenfasizza li l-Istati Membri impenjaw ruħhom favur id-dritt tal-bniedem għall-ilma permezz tal-appoġġ tagħhom għad-Dikjarazzjoni tan-NU, u li dan id-dritt huwa appoġġjat mill-maġġoranza taċ-ċittadini u l-operaturi fl-UE;

40.  Jenfasizza li l-appoġġ għall-ECI "Right2Water" u l-objettivi tagħha ntwera ulterjorment permezz tal-għadd kbir ta’ ċittadini f’pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Awstrija, il-Belġju, is-Slovakkja, is-Slovenja, il-Greċja, il-Finlandja, Spanja, il-Lussemburgu, l-Italja u l-Irlanda li tkellmu dwar il-kwistjoni tal-ilma u s-sjieda u l-provvista tiegħu;

41.  Jinnota li sa mill-1988 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu rċieva għadd sinifikanti ta' petizzjonijiet miċ-ċittadini tal-UE f'ħafna Stati Membri li jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-provvista u l-kwalità tal-ilma u l-ġestjoni tal-ilma mormi; jiġbed l-attenzjoni lejn numru ta' fatturi negattivi kkundannati mill-petizzjonanti – bħal miżbliet ta' skart, nuqqas mill-awtoritajiet biex jikkontrollaw il-kwalità tal-ilma b'mod effikaċi, u prattiki agrikoli u industrijali irregolari jew illegali – li huma responsabbli għall-kwalità tal-ilma baxxa u għaldaqstant għandhom impatt fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali; iqis li dawn il-petizzjonijiet juru interess ġenwin min-naħa taċ-ċittadini fl-infurzar eżawrjenti u l-iżvilupp ulterjuri tal-leġiżlazzjoni sostenibbli tal-UE relatata mal-ilma;

42.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tqis b'mod serju t-tħassib u t-twissijiet espressi miċ-ċittadini f'tali petizzjonijiet u taġixxi dwarhom, b'mod partikolari minħabba l-ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata l-problema tar-riżorsi tal-ilma li dejjem qed jonqsu b'riżultat ta' użu żejjed u tal-bidla fil-klima, filwaqt li għad fadal żmien għall-prevenzjoni tat-tniġġis u tal-ġestjoni ħażina; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd ta' proċeduri ta' ksur b'rabta mal-kwalità u l-ġestjoni tal-ilma;

43.  Jistieden lill-Istati Membri jiffinalizzaw il-Pjanijiet ta' Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara tagħhom b'urġenza u bħala element ewlieni fl-infurzar tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, u biex jimplimentawhom kif suppost b'rispett sħiħ għall-kriterji ekoloġiċi prevalenti; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ċerti Stati Membri qegħdin dejjem aktar jiġu kkonfrontati b'għargħar li jikkawża ħsara u li għandu impatt aħrax fuq il-popolazzjoni lokali; jirrimarka li l-Pjanijiet ta' Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u l-Pjanijiet għall-Ġestjoni tar-Riskju tal-Għargħar skont id-Direttiva dwar l-Għargħar jagħtu opportunità mill-aqwa biex jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn dawn l-istrumenti, li b'hekk jgħinu biex jinkiseb ilma nadif fi kwantitajiet suffiċjenti filwaqt li jitnaqqas ir-riskju tal-għargħar; ifakkar, barra minn hekk, li kull Stat Membru għandu jkollu sit elettroniku ewlieni biex jipprovdi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, sabiex tiġi ffaċilitata ħarsa ġenerali lejn il-ġestjoni u l-kwalità tal-ilma;

Is-servizzi tal-ilma u s-suq intern

44.  Jinnota li pajjiżi madwar l-UE, fosthom Spanja, il-Portugall, il-Greċja, l-Irlanda, il-Ġermanja u l-Italja, raw it-telf ta’ sjieda pubblika potenzjali jew reali tas-servizzi tal-ilma ssir kwistjoni ewlenija ta’ tħassib għaċ-ċittadini; ifakkar li l-għażla ta’ metodu ta’ ġestjoni tal-ilma hija bbażata fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fil-Protokoll (Nru 26) dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali, li jenfasizza l-importanza speċjali tas-servizzi pubbliċi għall-koeżjoni soċjali u territorjali fl-Unjoni; ifakkar li l-impriżi tal-provvista tal-ilma u s-sistemi tad-drenaġġ huma servizzi ta’ interess ġenerali u għandhom il-missjoni ġenerali li jiżguraw li l-popolazzjoni kollha tkun provduta b’ilma ta’ kwalità għolja bi prezzijiet soċjalment aċċettabbli u filwaqt li jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatti ambjentali negattivi tal-iskart tal-ilma mormi;

45.  Jenfasizza li, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Kummissjoni għandha tibqa’ newtrali fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri marbuta mas-sjieda tas-servizzi tal-ilma u m’għandha tippromwovi l-privatizzazzjoni tas-servizzi tal-ilma la permezz ta’ leġiżlazzjoni u lanqas bi kwalunkwe mod ieħor;

46.  Ifakkar li l-possibilità tar-rimuniċipalizzazzjoni tas-servizzi tal-ilma għandha tkompli tiġi żgurata fil-futur mingħajr ebda restrizzjoni, u tista’ tinżamm taħt tmexxija lokali jekk l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jiddeċiedu li jagħmlu dan; ifakkar li l-ilma huwa dritt bażiku tal-bniedem li għandu jkun aċċessibbli u affordabbli għal kulħadd; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom id-dmir li jiżguraw li l-ilma jkun garantit għal kulħadd indipendentement mill-operatur, filwaqt li jiġi żgurat li l-operaturi jipprovdu ilma tax-xorb sikur u faċilitajiet sanitarji mtejba;

47.  Jenfasizza li n-natura speċjali tas-servizzi tal-ilma u dawk sanitarji, bħalma huma l-produzzjoni, id-distribuzzjoni u t-trattament, tagħmilha essenzjali li dawn jiġu esklużi minn kwalunkwe ftehimiet kummerċjali li l-UE qed tinnegozja jew tikkunsidra; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti esklużjoni legalment vinkolanti għas-servizzi tal-ilma, is-servizzi sanitarji u s-servizzi tad-disponiment tal-ilma mormi fin-negozjati li għaddejjin għas-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP), u l-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi; Jenfasizza li l-ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment futuri kollha għandhom jinkludu klawsoli dwar l-aċċess ġenwin għall-ilma tax-xorb għan-nies tal-pajjiż terz ikkonċernat mill-ftehim b'konformità mal-impenn fit tul tal-Unjoni favur l-iżvilupp sostenibbli u d-drittijiet tal-bniedem, u li l-aċċess ġenwin għall-ilma tax-xorb għan-nies tal-pajjiż terz ikkonċernat mill-ftehim għandu jkun prekundizzjoni għal kwalunkwe ftehim futur ta’ kummerċ ħieles;

48.  Ifakkar fl-għadd sinifikanti ta' petizzjonijiet kontra l-inklużjoni ta' servizzi pubbliċi essenzjali bħall-ilma u s-sanità fin-negozjati għat-TTIP; jistieden lill-Kummissjoni żżid ir-responsabilità tal-fornituri tal-ilma;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni biex taġixxi bħala faċilitatur biex tippromwovi l-kooperazzjoni fost l-operaturi tal-ilma permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u inizjattivi regolatorji u oħrajn, it-tagħlim reċiproku u l-esperjenza komuni, u billi tappoġġja eżerċizzji volontarji ta’ valutazzjoni komparattiva; jilqa’ s-sejħa fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni għal aktar trasparenza fis-settur tal-ilma u jirrikonoxxi l-isforzi li saru s’issa, filwaqt li jinnota li kwalunkwe eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva għandu jkun volontarju fid-dawl tal-varjazzjoni wiesgħa fost is-servizzi tal-ilma u l-ispeċifiċitajiet reġjonali u lokali madwar l-Ewropa; jinnota wkoll li kwalunkwe eżerċizzju bħal dan li jinkludi biss indikaturi finanzjarji m’għandux jitqies bħala ekwivalenti għal miżuri ta’ trasparenza u li għandhom jiġu inklużi kriterji oħra ta' importanza kruċjali għaċ-ċittadini, bħall-kwalità tal-ilma, miżuri biex itaffu l-problemi ta' affordabilità, informazzjoni dwar x'proporzjon tal-popolazzjoni għandha aċċess għal provvisti tal-ilma adegwati u l-livelli ta’ parteċipazzjoni pubblika fil-governanza tal-ilma, b’mod li jinftiehem kemm miċ-ċittadini kif ukoll mir-regolaturi;

50.  Jenfasizza l-importanza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-iżgurar ta’ kompetizzjoni ġusta u miftuħa bejn il-fornituri tas-servizzi, fl-iffaċilitar tal-implimentazzjoni iktar rapida ta’ soluzzjonijiet innovattivi u progress tekniku, fil-promozzjoni tal-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi tal-ilma, u fl-iżgurar tal-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-inizjattivi għal kooperazzjoni regolatorja fl-UE sabiex taċċellera l-valutazzjoni komparattiva, it-tagħlim reċiproku u l-iskambju tal-aħjar prattiki regolatorji;

51.  Jemmen li għandu jkun hemm valutazzjoni tal-proġetti u l-programmi Ewropej dwar l-ilma u s-sanità mill-perspettiva tad-drittijiet tal-bniedem, bl-għan li jiġu żviluppati politiki, linji gwida u prattiki xierqa; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ta' valutazzjoni komparattiva (għall-kwalità, l-affordabilità, is-sostenibilità u l-kopertura tal-ilma, eċċ.) sabiex titjieb il-kwalità tal-provvista tal-ilma pubblika u s-servizzi sanitarji madwar l-UE, bħala mod kif tingħata s-setgħa liċ-ċittadini;

52.  Ifakkar li l-konċessjonijiet relatati mas-servizzi tal-ilma u tas-sanità huma suġġetti għall-prinċipji stipulati fit-Trattat u għaldaqstant għandhom jingħataw skont il-prinċipji ta' trasparenza, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni;

53.  Jenfasizza li l-produzzjoni, id-distribuzzjoni u t-trattament tal-ilma u s-servizzi sanitarji jridu jibqgħu esklużi mid-Direttiva dwar il-Konċessjonijiet u anki fi kwalunkwe reviżjoni futura tad-Direttiva;

54.  Ifakkar li d-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern ġibdet oppożizzjoni qawwija min-naħa tas-soċjetà ċivili f'ħafna aspetti, inklużi kwistjonijiet relatati ma' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali bħas-servizzi ta' distribuzzjoni u provvista tal-ilma u l-ġestjoni tal-ilma mormi;

55.  Jenfasizza s-suċċess tas-sħubijiet pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati fl-iskambju tal-aħjar prattika abbażi ta' kooperazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ fost l-operaturi tal-ilma, u jilqa’ l-fatt li fil-komunikazzjoni l-Kummissjoni rrikonoxxiet, għall-ewwel darba, l-importanza tas-sħubijiet pubbliċi-pubbliċi;

56.  Jilqa’ l-isforzi b’suċċess ta’ xi muniċipalitajiet biex iżidu l-parteċipazzjoni pubblika fit-titjib tal-għoti tas-servizzi tal-ilma u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma, u jfakkar li l-istituzzjonijiet lokali għandhom rwol importanti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet rigward il-ġestjoni tal-ilma;

57.  Jistieden lill-Kumitat tar-Reġjuni jinvolvi aktar ruħu f'din l-ECI bl-għan li jħeġġeġ l-involviment ikbar tal-awtoritajiet reġjonali fil-kwistjoni;

58.  Ifakkar fl-obbligu ta' garanzija ta' aċċess għall-ġustizzja u l-informazzjoni fi kwistjonijiet ambjentali, u ta' parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet, kif stipulat fil-Konvenzjoni ta' Aarhus; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom biex iħarsu l-prinċipji u d-drittijiet imnaqqxa fil-Konvenzjoni ta' Aarhus; ifakkar li s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom hi fundamentali sabiex tinkiseb l-akbar parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex b'mod proattiv tistabbilixxi kampanja ta' informazzjoni għaċ-ċittadini tal-UE dwar il-kisbiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus fil-qasam tat-trasparenza u dwar l-għodod effikaċi diġà għad-dispożizzjoni tagħhom, u biex jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet li jirreferu għall-istituzzjonijiet tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kriterji ta' trasparenza, responsabbiltà u parteċipazzjoni bħala mezz kif tiġi mtejba l-prestazzjoni, is-sostenibilità u l-kosteffikaċità tas-servizzi tal-ilma;

59.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jimxu lejn Ftehim Soċjali ġenwin għall-Ilma, bl-għan li jiżguraw id-disponibbiltà, l-istabbiltà u l-ġestjoni sikura tar-riżorsi u, b’mod partikolari, billi jadottaw politiki bħall-istabbiliment ta’ fondi ta’ solidarjetà dwar l-ilma u mekkaniżmi oħra għal azzjoni soċjali biex jiġu appoġġjati dawk il-persuni li ma jaffordjawx l-aċċess għas-servizzi tal-ilma u dawk sanitarji sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' sigurtà tal-provvista sabiex id-dritt tal-bniedem għall-ilma ma jiġix ipperikolat; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri kollha biex jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ azzjoni soċjali bħal dawk li diġà jeżistu f’xi pajjiżi tal-UE biex jiżguraw il-provvista tal-ilma tax-xorb lil ċittadini f’sitwazzjoni prekarja reali;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni torganizza l-qsim ta’ esperjenzi fost l-Istati Membri dwar l-aspett soċjali tal-politika tal-ilma;

61.  Jikkundanna l-fatt li ċ-ċaħda tal-provvista tal-ilma u s-sanità għal komunitajiet żvantaġġati u vulnerabbli qed tintuża b’mod koerċittiv f’uħud mill-Istati Membri; itenni li f’uħud mill-Istati Membri l-għeluq ta’ bjar pubbliċi mill-awtoritajiet għamilha diffiċli għall-gruppi l-aktar vulnerabbli biex ikollhom aċċess għall-ilma;

62.  Jinnota li l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali għall-bżonnijiet tal-gruppi vulnerabbli fis-soċjetà u wkoll biex ikun żgurat li dawk fil-bżonn ikollhom aċċess għal ilma ta’ kwalità affordabbli;

63.  Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jaħtru Ombudsman tas-servizzi tal-ilma sabiex jiżguraw li l-kwistjonijiet relatati mal-ilma bħal ilmenti u suġġerimenti dwar il-kwalità u l-aċċess tas-servizz tal-ilma jkunu jistgħu jiġu pproċessati minn korp indipendenti;

64.  Jinkoraġġixxi lill-kumpaniji tal-ilma sabiex jinvestu mill-ġdid id-dħul iġġenerat miċ-ċiklu tal-ġestjoni tal-ilma fiż-żamma u t-titjib tas-servizzi tal-ilma u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma; ifakkar li l-prinċipju ta’ rkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma jinkludi l-ispejjeż ambjentali u tar-riżorsi filwaqt li jiġu rrispettati kemm il-prinċipji ta’ ġustizzja, trasparenza u d-dritt tal-bniedem għall-ilma kif ukoll l-obbligu tal-Istati Membri li jimplimentaw l-irkupru tal-ispejjeż dovuti lilhom bl-aħjar mod possibbli sakemm dan ma jikkompromettix l-iskopijiet u l-kisba tal-objettivi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; jirrakkomanda li jintemmu l-prattiki fejn ir-riżorsi ekonomiċi jiġu ddevjati minn mis-settur tal-ilma biex jiffinanzjaw politiki oħra, inkluż meta l-kontijiet tal-ilma jinkludu tariffi ta’ konċessjoni li ma jkunux ġew allokati għall-infrastruttura tal-ilma; ifakkar fl-istat inkwetanti tal-infrastruttura f’xi Stati Membri fejn l-ilma qed jinħela minħabba tnixxijiet minn netwerks ta’ distribuzzjoni mhux xierqa u skaduti, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex isaħħu l-investiment fit-titjib tal-infrastruttura kif ukoll f'servizzi oħra tal-ilma bħala premessa biex jiġi garantit id-dritt tal-bniedem għall-ilma fil-futur;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jqiegħdu għad-dispożizzjoni taċ-ċittadini kkonċernati l-informazzjoni kollha dwar il-kwalità u l-ġestjoni tal-ilma b'mod faċilment aċċessibbli u li jinftiehem, u li ċ-ċittadini jkunu infurmati u kkonsultati b'mod sħiħ u fil-ħin dwar il-proġetti kollha ta' ġestjoni tal-ilma; jikkunsidra, barra minn hekk, li fil-konsultazzjoni pubblika mnedija mill-Kummissjoni, 80 % tal-parteċipanti qiesu li hu essenzjali li jkun hemm titjib fit-trasparenza tal-monitoraġġ tal-kwalità tal-ilma;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja bir-reqqa l-użu ta' fondi diretti u indiretti tal-UE għal proġetti għall-ġestjoni tal-ilma u tiżgura li tali finanzjament jintuża biss għall-proġetti li għalihom kien maħsub, filwaqt li żżomm f'moħħha li l-aċċess għall-ilma huwa kruċjali għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn iċ-ċittadini tal-UE u għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Qorti tal-Awdituri, biex tivverifika li l-kriterji ta' effiċjenza u sostenibilità jiġu ssodisfati b'mod sodisfaċenti;

67.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis in-nuqqas attwali ta' investiment fil-ġestjoni bilanċjata tal-ilma, filwaqt li żżomm f'moħħha li l-ilma huwa wieħed mill-assi kondiviżi taċ-ċittadini tal-UE;

68.  Jitlob, għalhekk, trasparenza ikbar fost l-operaturi tal-ilma, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ kodiċi ta’ governanza privata u pubblika għall-kumpaniji tal-ilma fl-UE; huwa tal-fehma li dan il-kodiċi għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta’ effiċjenza u dejjem skont id-dispożizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi, infrastrutturali u ta’ parteċipazzjoni pubblika tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; jitlob ukoll il-ħolqien ta’ regolatur nazzjonali;

69.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà u s-setgħat u r-responsabbiltà marbuta mal-ilma, fir-rigward kemm tal-livelli varji tal-gvern kif ukoll tal-assoċjazzjonijiet lokali tal-ilma li jiġġestixxu s-servizzi tal-ilma (nixxiegħat u manutenzjoni);

70.  Jiddispjaċih li d-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Mormi Urban għadha ma ġietx implimentata bis-sħiħ fl-Istati Membri; jitlob li r-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni jintużaw bħala prijorità f’żoni fejn il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE mhix rispettata, inkluż it-trattament tal-ilma mormi; jinnota li r-rati ta’ konformità kienu ogħla meta l-ispejjeż ġew irkuprati u l-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” ġie implimentat, u jitlob lill-Kummissjoni tirrevedi l-adegwatezza tal-istrumenti attwali biex jingħata livell għoli ta’ protezzjoni u jsir titjib fil-kwalità tal-ambjent;

71.  Jinnota li, fil-każ tal-ilma, is-settur tas-servizzi joffri potenzjal enormi għall-ħolqien tal-impjiegi permezz tal-integrazzjoni ambjentali, u għat-trawwim tal-innovazzjoni permezz tat-trasferiment tat-teknoloġija bejn is-setturi u permezz tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni applikati għaċ-ċiklu kollu kemm hu tal-ilma; jitlob, għalhekk, li jkun hemm attenzjoni partikolari sabiex tingħata spinta lill-użu sostenibbli tal-ilma bħala enerġija rinnovabbli;

72.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tiżviluppa qafas leġiżlattiv Ewropew għall-użu mill-ġdid tal-ilma tad-drenaġġ ittrattat, b’mod partikolari sabiex jiġu protetti l-attivitajiet u ż-żoni sensittivi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-kondivizjoni tal-esperjenzi fost l-aġenziji tas-saħħa tal-Istati Membri differenti;

73.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, biex fi kwalunkwe reviżjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tiżgura li l-valutazzjonijiet kwantitattivi tal-problemi dwar l-affordabbiltà tal-ilma jsiru rekwiżit obbligatorju tal-eżerċizzji ta’ rappurtar mill-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;

74.  Jitlob lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) timmonitorja u tirrapporta rigward kwalunkwe kwistjoni ta’ affordabbiltà tal-ilma fit-28 Stat Membru;

75.  Jirrimarka li l-ġestjoni għaqlija tal-ilma qed issir prijorità, kemm fl-ambitu ekoloġiku kif ukoll f'dak ambjentali, għad-deċennji li ġejjin, filwaqt li tissodisfa l-ħtiġijiet ta' enerġija u agrikultura u tirrispondi għall-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali;

L-internalizzazzjoni tal-ispiża tat-tniġġis

76.  Ifakkar li, permezz tal-kontijiet tal-ilma, iċ-ċittadini tal-UE qed iġarrbu l-ispiża tal-purifikazzjoni tal-ilma u t-trattament tal-ilma, u jenfasizza li l-adozzjoni ta’ politiki li b’mod effikaċi jgħaqqdu u jirrikonċiljaw l-għanijiet tal-ħarsien tar-riżorsi tal-ilma mal-iffrankar tal-ispejjeż, bħalma huma l-approċċi ta' “kontroll f’ras l-għajn”, huma aktar effiċjenti u finanzjarjament preferibbli; ifakkar li skont ir-rapport 2015 tal-EEA dwar l-istat tal-ambjent, aktar minn 40 % tax-xmajjar u l-ilmijiet kostali huma affettwati minn tniġġis mifrux ikkawżat mill-agrikoltura, filwaqt li bejn 20 % u 25 % huma suġġetti għal tniġġis li joriġina minn punti lokalizzati bħal strutturi industrijali, sistemi tad-drenaġġ u netwerks tal-ġestjoni tal-ilma mormi; jenfasizza l-importanza ta’ implimentazzjoni effikaċi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-ilma tax-xorb, koordinazzjoni aħjar fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħhom, aktar koerenza fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni u aktar miżuri proattivi għall-iffrankar tar-riżorsi tal-ilma u żieda sostanzjali tal-effiċjenza fl-użu tal-ilma fis-setturi kollha (l-industriji, l-unitajiet domestiċi, l-agrikoltura u n-netwerks ta’ distribuzzjoni); ifakkar li l-iżgurar tal-protezzjoni sostenibbli ta’ żoni naturali bħall-ekosistemi tal-ilma ħelu huwa wkoll importanti ħafna għall-iżvilupp u huwa kruċjali sabiex jiġu pprovduti l-provvisti tal-ilma għax-xorb, u jnaqqas l-ispejjeż għaċ-ċittadini u l-operaturi;

Il-politika esterna u dik ta’ żvilupp tal-UE fis-settur tal-ilma

77.  Jenfasizza li l-politiki tal-UE għall-iżvilupp għandhom jintegraw bis-sħiħ l-aċċess universali għall-ilma u s-sanità permezz tal-promozzjoni ta’ sħubijiet pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati bbażati fuq is-solidarjetà bejn l-operaturi tal-ilma u l-ħaddiema f’pajjiżi differenti, u għandhom jużaw kemm firxa ta’ strumenti biex jippromovu l-aħjar prattiki permezz tal-kondiviżjoni tal-għarfien, kif ukoll programmi ta’ żvilupp u ta’ kooperazzjoni f’dan is-settur; itenni li l-politki għall-iżvilupp tal-Istati Membri tal-UE għandhom jirrikonoxxu d-dimensjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-aċċess għall-ilma tax-xorb sikur u s-sanità u li approċċ ibbażat fuq id-drittijiet jeħtieġ appoġġ għall-oqfsa leġiżlattivi, finanzjament u tisħiħ tal-vuċi tas-soċjetà ċivili sabiex dawn id-drittijiet isiru realità;

78.  Jafferma mill-ġdid li l-aċċess għall-ilma tax-xorb fi kwantità suffiċjenti u ta' kwalità suffiċjenti huwa dritt bażiku tal-bniedem, u jqis li l-gvernijiet nazzjonali għandhom id-dmir li jwettqu dan l-obbligu;

79.  Jenfasizza b’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE u r-rekwiżiti tagħha l-importanza ta’ evalwazzjoni regolari tal-kwalità, il-purità u s-sikurezza tal-ilma u tar-riżorsi tal-ilma kemm fi ħdan l-UE, kif ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħha;

80.  Jenfasizza li l-assistenza sabiex jiġu pprovduti l-ilma tax-xorb sikur u s-sanità għandha tingħata prijorità għolja fl-allokazzjoni tal-fondi tal-UE u fl-ipprogrammar ta’ assistenza; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura appoġġ finanzjarju adegwat għal azzjonijiet ta’ żvilupp tal-kapaċità fil-qasam tal-ilma, filwaqt li tiddependi fuq u tikkoopera mal-pjattaformi u l-inizjattivi internazzjonali eżistenti;

81.  Jinsisti li s-settur tal-ilma, is-sanità u l-iġjene (WASH) fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, għandu jingħata prijorità għolja kemm fl-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) kif ukoll fil-baġits nazzjonali; ifakkar li l-ġestjoni tal-ilma hija responsabbiltà kollettiva; huwa favur mentalità miftuħa fir-rigward ta' modalitajiet ta' għajnuna differenti, imma b'konformità stretta mal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp, mal-koerenza politika għall-iżvilupp u b'enfasi b'saħħitha fuq il-qerda tal-faqar u l-massimizzazzjoni tal-impatt tal-iżvilupp; jappoġġja, f'dan ir-rigward, l-involviment ta' komunitajiet lokali fit-twettiq ta' proġetti f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, kif ukoll il-prinċipju tas-sjieda tal-komunità;

82.  Jenfasizza li għalkemm il-progress lejn l-Għan ta’ Żvilupp tal-Millennju dwar l-ilma tajjeb għax-xorb jinsab fit-triq it-tajba, 748 miljun persuna madwar id-dinja ma għandhomx aċċess għal provvista tal-ilma mtejba u huwa stmat li mhux inqas minn 1.8 biljun persuna jixorbu ilma li huwa kkontaminat bir-rawt, u li l-mira sanitarji għadha ’l bogħod ħafna biex tinkiseb;

83.  Ifakkar li l-iżgurar ta' ġestjoni sostenibbli tal-ilma ta' taħt l-art huwa indispensabbli għat-tnaqqis tal-faqar u għal prosperità kondiviża, peress li l-ilma ta' taħt l-art għandu l-potenzjal li jipprovdi sors imtejjeb tal-ilma għax-xorb lil miljuni ta' nies fqar f'żoni urbani u rurali;

84.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-ilma bħala parti mill-Aġenda għall-Bidla, flimkien mal-agrikoltura sostenibbli;

85.  Iqis li s-suġġett tal-ilma jrid ikun fil-qalba tal-ħidma fit-tħejjija ta' żewġ avvenimenti internazzjonali ewlenin fl-2015, jiġifieri s-summit dwar l-aġenda għal wara l-2015 u l-COP21 dwar it-tibdil fil-klima; jappoġġa bil-qawwa, f’dan il-kuntest, l-inklużjoni ta’ miri ambizzjużi u wesgħin għall-ilma u s-sanità, bħall-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 6 dwar l-iżgurar tad-disponibbiltà u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u s-sanità għal kulħadd sal-2030, li għandu jiġi adottat f’Settembru 2015; itenni li l-qerda tal-faqar permezz tal-proċess post-2015 tkun possibbli biss jekk niżguraw li kulħadd, kullimkien ikollu aċċess għal ilma nadif, faċilitajiet sanitarji bażiċi u iġjene; jenfasizza li t-twettiq tal-SDGs kollha jeħtieġ il-mobilizzazzjoni ta' ħafna aktar finanzjament għall-iżvilupp minn dak attwali, kemm mill-pajjiżi żviluppati kif ukoll minn dawk li qed jiżviluppaw; jitlob il-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ globali biex jiġi segwit il-progress tal-kisba għall-aċċess universali għall-ilma tax-xorb sikur, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp tar-riżorsi tal-ilma u t-tisħiħ ta' governanza tal-ilma ġusta, parteċipattiva u responsabbli fil-pajjiżi kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-għajnuna tintefaq b'mod effikaċi u li tkun immirata aħjar għas-settur WASH fil-perspettiva tal-aġenda għall-iżvilupp għal wara l-2015;

86.  Jenfasizza ż-żieda fir-riskju ta’ skarsezza tal-ilma minħabba t-tibdil fil-klima; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex fost is-suġġetti tal-COP21, jinkludu l-ġestjoni strateġika tar-riżorsi tal-ilma u pjanijiet ta’ adattament fit-tul, sabiex jiġi inkorporat approċċ tal-ilma reżiljenti għat-tibdil fil-klima fil-ftehim futur dwar il-klima globali; jenfasizza li l-infrastruttura tal-ilma reżiljenti għat-tibdil fil-klima hija kruċjali għall-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar; itenni li mingħajr sforzi kontinwi biex jittaffew il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, kif ukoll il-ġestjoni mtejba tar-riżorsi tal-ilma, il-progress lejn il-miri tat-tnaqqis tal-faqar, l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju, u l-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali kollha tiegħu, jistgħu jitqiegħdu fil-periklu;

87.  Jinnota bi tħassib li n-nuqqas ta’ aċċess għall-ilma u s-sanità fid-dinja li qed tiżviluppa jista’ jkollu effett sproporzjonat fuq il-bniet u n-nisa, speċjalment dawk li għadhom qed jattendu l-iskola fejn l-assenteiżmu u r-rati tal-abbandun bikri mill-iskola huma marbuta man-nuqqas ta’ faċilitajiet sanitarji nodfa, sikuri u aċċessibbli;

88.  Jitlob biex l-allokazzjoni tal-fondi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tirrifletti r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt tal-bniedem għal ilma tax-xorb sikur u s-sanità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ infrastruttura fuq skala żgħira u l-allokazzjoni ta’ aktar fondi għat-tħaddim u l-manutenzjoni, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u s-sensibilizzazzjoni;

89.  Jikkonstata bi tħassib li, skont ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt tal-bniedem għall-ilma tax-xorb sikur u s-sanità, persuni li jgħixu fi kwartieri fqar ġeneralment ikollhom iħallsu aktar minn dawk li jgħixu f'residenzi formali biex imbagħad jirċievu servizzi li mhumiex regolati u ta' kwalità baxxa; iħeġġeġ lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex jipprijoritizzaw l-allokazzjonijiet baġitarji għal servizzi għal persuni żvantaġġati u iżolati;

90.  Ifakkar li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddikjarat li, fis-sitwazzjoni inizjali, mingħajr l-applikazzjoni tat-teknoloġiji l-aktar riċenti tat-trattament u l-konservazzjoni tal-ilma, bejn100 u 200 litru ilma kuljum għal kull persuna huma ottimali, filwaqt li nnutat li 50 sa 100 litru huma meħtieġa biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-bżonnijiet bażiċi u ma jinħoloqx ħafna tħassib fir-rigward tas-saħħa; jinnota li, skont id-drittijiet fundamentali tal-bniedem rikonoxxuti, l-iffissar ta’ kwota minima għal kull persuna huwa indispensabbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-ilma bażiċi tal-popolazzjonijiet;

91.  Jenfasizza li l-aċċess għal ilma bażiku ta' bżonn għandu jkun dritt tal-bniedem fundamentali indiskutibbli appoġġjat b'mod impliċitu u espliċitu mid-dritt internazzjonali, id-dikjarazzjonijiet u l-prattika tal-istat;

92.  Jistieden lill-gvernijiet, l-aġenziji tal-għajnuna internazzjonali, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi u l-komunitajiet lokali sabiex jaħdmu biex jipprovdu lill-bnedmin kollha l-ilma bażiku li għandhom bżonn u jiggarantixxu li l-ilma jkun dritt tal-bniedem;

93.  Jistieden lill-Istati Membri biex, skont il-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, jintroduċu politika tal-prezzijiet li tkun tirrispetta d-dritt tal-persuni għal kwanità minima vitali ta' ilma filwaqt li tirripressa l-ħela, filwaqt li tipprevedi l-applikazzjoni ta' tariffa progressiva proporzjonali għall-kwantità tal-ilma li jintuża;

94.  Jinkoraġġixxa t-teħid ta’ miżuri biex jiġi żgurat l-użu razzjonali tal-konsum tal-ilma, sabiex tiġi evitata l-ħela;

95.  Ifaħħar lil ċerti operaturi tal-ilma li jiddedikaw perċentwali mill-fatturat annwali tagħhom għal sħubijiet tal-ilma f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-UE sabiex joħolqu l-qafas legali neċessarju biex tali sħubijiet jidħlu fis-seħħ;

96.  Jitlob monitoraġġ effikaċi ta' proġetti mwettqa permezz tal-għajnuna esterna; jenfasizza l-ħtieġa li l-istrateġiji finanzjarji u l-baġits jiġu sorveljati sabiex jiġi żgurat li l-fondi allokati jindirizzaw id-disparitajiet u l-inugwaljanzi eżistenti għall-aċċess għall-ilma u jirrispettaw il-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem ta' nondiskriminazzjoni, aċċess għall-informazzjoni u parteċipazzjoni;

97.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel it-tiġdid tan-netwerks tal-ilma għax-xorb li qed jiqdiemu prijorità fil-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa billi tqiegħed dawn il-proġetti fil-lista ta’ proġetti tal-Unjoni; jenfasizza l-effett ta’ lieva li dawn il-proġetti jkollhom fuq l-impjiegi li ma jistgħux jiġu rilokati, li b’hekk jistimulaw l-ekonomija ekoloġika fl-Ewropa;

98.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-kondiviżjoni tal-għarfien biex l-Istati Membri jwettqu stħarriġ dwar il-qagħda tan-netwerks, u dan għandu jippermetti t-tnedija tal-ħidma ta’ tiġdid sabiex tintemm il-ħela;

99.  Jitlob aktar trasparenza biex il-konsumaturi jiġu infurmati aħjar dwar l-ilma u jsir kontribut għall-ġestjoni aktar effiċjenti tar-riżorsi tal-ilma; jinkoraġġixxi, għaldaqstant, lill-Kummissjoni, sabiex tkompli l-ħidma tagħha mal-Istati Membri bl-għan tal-kondiviżjoni tal-esperjenzi nazzjonali relatati mat-twaqqif ta’ sistemi ta’ informazzjoni dwar l-ilma;

100.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja l-opportunità li testendi għal-livell Ewropew l-istrumenti ta' appoġġ finanzjarju fis-settur tal-kooperazzjoni internazzjonali b'rabta mal-ilma u l-faċilitajiet sanititarji;

101.  Jenfasizza li l-ġestjoni effiċjenti u ġusta tar-riżorsi tal-ilma tiddependi fuq il-kapaċità tal-gvernijiet lokali li jipprovdu s-servizzi; jistieden, għalhekk, lill-UE biex tkompli tappoġġja t-tisħiħ tal-governanza u tal-infrastruttura tal-ilma fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, filwaqt li tindirizza b'mod partikolari l-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet rurali vulnerabbli;

102.  Jappoġġja l-Pjattaforma Globali ta' Solidarjetà tal-Ilma mnedija mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP) sabiex l-awtoritajiet lokali jkunu involuti fit-tfittix ta' soluzzjonijiet għall-isfidi tal-ilma; jilqa' wkoll l-inizjattiva "1 % solidarjetà għall-ilma u s-sanità" u inizjattivi oħra meħuda miċ-ċittadini u l-awtoritajiet f'xi Stati Membri sabiex jappoġġjaw proġetti f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw permezz ta' fondi minn tariffi tal-konsum; jikkonstata li inizjattivi bħal dawn tqiegħdu fil-prattika minn diversi kumpaniji tal-ilma; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ arranġamenti ta' solidarjetà f'dan il-qasam u f'oqsma oħra, pereżempju permezz tat-tqassim ta' informazzjoni, l-iffaċilitar ta' sħubijiet u skambji ta' esperjenzi, inkluż permezz ta' sħubijiet potenzjali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, b'finanzjament addizzjonali tal-UE mogħti għall-proġetti implimentati permezz ta' din l-inizjattiva; iħeġġeġ, b'mod partikolari, il-promozzjoni ta' sħubijiet pubbliċi-pubbliċi fil-faċilitajiet tal-ilma f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b'konformità mal-Alleanza Globali ta' Sħubijiet tal-Operaturi tal-Ilma kkoordinata mill-UN Habitat;

103.  Jitlob lill-Kummissjoni tniedi mill-ġdid l-istrument "Faċilità tal-Ilma", li wera li kien effikaċi fit-trawwim ta' aċċess aħjar għas-servizzi tal-ilma f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw billi ppromwova miżuri ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-komunitajiet lokali;

104.  Jilqa’ l-fatt li hemm appoġġ konsiderevoli madwar l-Ewropa għar-riżoluzzjoni tan-NU dwar ir-rikonoxximent tal-aċċess għal ilma nadif u s-sanità bħala dritt tal-bniedem;

o
o   o

105.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.
(2) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(3) ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.
(4) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1.
(5) ĠU C 12, 15.1.2015, p. 33.
(6) A/RES/64/292.
(7) A/RES/68/157.
(8) ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 33.
(9) ĠU C 349 E, 29.11.2013, p. 9.
(10) Testi adottati, P8_TA(2014)0059.

Avviż legali - Politika tal-privatezza