Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 27 ta' Ottubru 2015 - Strasburgu
Il-Politika Agrikola Komuni: tħassir ta' atti li ma għadhomx validi ***I
 Ftehim Svizzera-UE dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji *
 Taxxa fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta’ interessi: it-tħassir tad-Direttiva dwar it-Tfaddil *
 Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Iżvezja *
 Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Belġju *
 Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Polonja *
 Il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti ***II
 Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika ***II
 Il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra ***I
 Skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni *
 Kwittanza 2013: l-impriża konġunta ARTEMIS
 Kwittanza 2013: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
 Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta ENIAC
 Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
 Il-Kriżi tal-Ebola: it-tagħlimiet fit-tul
 Il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku

Il-Politika Agrikola Komuni: tħassir ta' atti li ma għadhomx validi ***I
PDF 340kWORD 67k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar id-Direttiva 76/621/KEE tal-Kunsill dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament (KE) Nru 320/2006 tal-Kunsill li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor (COM(2015)0174 – C8-0101/2015 – 2015/0090(COD))
P8_TA(2015)0360A8-0255/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0174),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 42, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0101/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-1 ta' Lulju 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tas-7 ta' Settembru 2015 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0255/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor

P8_TC1-COD(2015)0090


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/2284.)

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Ftehim Svizzera-UE dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji *
PDF 407kWORD 72k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax (08266/1/2015 – C8-0169/2015 – 2015/0076(NLE))
P8_TA(2015)0361A8-0271/2015

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08266/1/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax (08297/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 u kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b) u l-paragrafu 8, it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0169/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0271/2015),

1.  Japprova l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill kif emendat u japprova l-konklużjoni tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim;

2.  Jiddispjaċih li ma jista' jsir l-ebda titjib, b'mod partikolari rigward l-informazzjoni pprovduta u n-natura awtomatika, vinkolanti u mhux ristretta tal-iskambji ta' informazzjoni;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat f'każ ta' bidla jew żvilupp ġdid fl-aħħar stadji tal-konklużjoni tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim;

4.  Ifakkar lill-Kunsill dwar l-obbligu tiegħu li jikkonsulta mal-Parlament kemm-il darba jimmodifika l-abbozz ta' deċiżjoni tiegħu;

5.  Jenfasizza l-importanza li tittieħed azzjoni effikaċi kontra l-frodi u l-evitar tat-taxxa u b'mod partikolari l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa minn persuni fiżiċi u ġuridiċi bbażati fl-Unjoni bl-involviment ta' istituzzjonijiet finanzjarji bbażati f'pajjiżi terzi;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa, tmintax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim, l-applikazzjoni tal-Ftehim u l-eżitu tiegħu, u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat fejn xieraq bi proposti għar-rieżami tagħha;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera.

Abbozz ta' deċiżjoni   Emenda
Emenda 1
Abbozz ta' deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1
1.  Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll Emendatorju4 .
1.  Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4 tal-Protokoll Emendatorju4 sabiex jiġi żgurat li r-regoli dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet rapportabbli qed jiġu segwiti u li l-kollaborazzjoni dwar il-konformità u l-infurzar hi permessa.
__________________
__________________
4 Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
4 Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
Emenda 2
Abbozz ta' deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Konfederazzjoni Żvizzera u lill-Istati Membri dwar in-notifikazzjonijiet mogħtija skont il-punt (d) tal-Artikolu 1(1) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali kif tirriżulta mill-Protokoll Emendatorju.
2.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Konfederazzjoni Żvizzera u lill-Istati Membri dwar in-notifikazzjonijiet mogħtija skont il-punt (d) tal-Artikolu 1(1) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali f'konformità mal-Protokoll Emendatorju.

Taxxa fuq id-dħul mit-tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta’ interessi: it-tħassir tad-Direttiva dwar it-Tfaddil *
PDF 354kWORD 75k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (COM(2015)0129 – C8-0086/2015 – 2015/0065(CNS))
P8_TA(2015)0362A8-0299/2015

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0129),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0086/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0299/2015),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  B’mod ġenerali, id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE għandha kamp ta’ applikazzjoni usa’ minn dak tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE, u hija tistipula li, f’każijiet fejn il-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom jidħol f’xulxin, hija għandha tieħu prevalenza. Għad hemm każijiet residwi li fihom kieku tapplika biss id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE. Dawn il-każijiet residwi ġejjin minn differenzi żgħar fl-approċċ li jieħdu ż-żewġ Direttivi u minn eżenzjonijiet speċifiċi differenti. F’dawk il-każijiet limitati li fihom il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE ma jidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE għandhom ikomplu japplikaw, u dan iwassal għal żewġ standards tar-rappurtar fl-Unjoni. Il-benefiċċji ż-żgħar li jkun hemm jekk wieħed iżomm it-tali rappurtar doppju jingħelbu mill-ispejjeż li dan iġib miegħu.
(5)  B’mod ġenerali, id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE għandha kamp ta’ applikazzjoni usa’ minn dak tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE, u hija tistipula li, f’każijiet fejn il-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom jidħol f’xulxin, hija għandha tieħu prevalenza. Għad hemm każijiet residwi li fihom kieku tapplika biss id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE. Dawn il-każijiet residwi ġejjin minn differenzi żgħar fl-approċċ li jieħdu ż-żewġ Direttivi u minn eżenzjonijiet speċifiċi differenti. F’dawk il-każijiet limitati li fihom il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE ma jidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE għandhom ikomplu japplikaw, u dan iwassal għal żewġ standards tar-rappurtar fl-Unjoni. Għalkemm ma saret l-ebda analiżi speċifika tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji ta' sistema ta' rappurtar doppju, lanqas għal perjodu ta' tranżizzjoni temporanju bejn iż-żewġ standards, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-benefiċċji ż-żgħar li jkun hemm jekk wieħed iżomm it-tali rappurtar doppju jingħelbu mill-ispejjeż li dan iġib miegħu.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 11a (ġdida)
(11a)  Dispożizzjonijiet ekwivalenti għal dawk fid-Direttiva 2003/48/KE huma attwalment applikati permezz ta' ftehimiet bilaterali separati bejn l-Unjoni u ħames pajjiżi Ewropej li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni (il-Konfederazzjoni Żvizzera, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Repubblika ta' San Marino, il-Prinċipat ta' Monaco u l-Prinċipat ta' Andorra) kif ukoll bejn kull wieħed mill-Istati Membri u 12-il territorju dipendenti jew assoċjat (iċ-Channel Islands, l-Isle of Man u t-territorji dipendenti jew assoċjati fil-Karibew). Huwa importanti li dawn il-ftehimiet bilaterali kollha jkunu adattati għall-Istandard Globali tal-OECD l-ġdid u għad-Direttiva 2014/107/UE. Huwa wkoll kruċjali li ma jinħolqu l-ebda lakuna jew nuqqas ieħor fil-proċess ta' ċaqliq mill-istandard eżistenti għal dak ġdid. Filwaqt li jkollha mandat ċar għan-negozjar tal-bidliet għall-ftehimiet ma' dawk il-ħames pajjiżi Ewropej li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, fil-qafas tal-kompetenza tagħha, tieħu wkoll rwol attiv fl-iffaċilitar u l-promozzjoni tar-reviżjoni tal-ftehimiet tal-Istati Membri mat-12-il territorju dipendenti jew assoċjati. Sabiex jiġu ffaċilitati l-ħeffa u l-effiċjenza, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, u bla ħsara għall-kunsens espliċitu tal-Istat Membru, tieħu inkarigu ta' dawn in-negozjati.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' Lulju 2016, tissottometti rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-tranżizzjoni ta' ċaqliq mill-istandard ta' rappurtar applikat skont id-Direttiva 2003/48/KE għall-istandard ġdid ta' rappurtar stabbilit bid-Direttiva 2014/107/UE. Ir-rapport għandu jinkludi, iżda ma jkunx limitat għal, kwalunkwe riskju ta' ħolqien ta' lakuni jew ineżattezzi oħra fir-rappurtar li setgħu wittew it-triq għal frodi u evażjoni tat-taxxa transfruntieri. Ir-rapport għandu wkoll ikopri l-proċess relatat tar-reviżjoni tal-ftehimiet bilaterali separati bejn l-Unjoni u ħames pajjiżi Ewropej li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni (il-Konfederazzjoni Żvizzera, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Repubblika ta' San Marino, il-Prinċipat ta' Monaco u l-Prinċipat ta' Andorra) kif ukoll bejn kull wieħed mill-Istati Membri u 12-il territorju dipendenti jew assoċjat (iċ-Channel Islands, l-Isle of Man u t-territorji dipendenti jew assoċjati fil-Karibew). Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' Ottubru 2017, tissottometti rapport ta' segwitu bl-għan li tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni. Ir-rapporti għandhom jiġu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi, jekk dan ikun xieraq.

Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Iżvezja *
PDF 251kWORD 63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Iżvezja (10027/2015 – C8-0197/2015 – 2015/0804(CNS))
P8_TA(2015)0363A8-0304/2015

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10027/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0197/2015),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fl-UE: l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Prüm u l-Mudell Ewropew ta' Skambju ta' Informazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0304/2015),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0419.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0269.


Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Belġju *
PDF 251kWORD 63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Belġju (10029/2015 – C8-0196/2015 – 2015/0805(CNS))
P8_TA(2015)0364A8-0303/2015

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10029/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0196/2015),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fl-UE: l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Prüm u l-Mudell Ewropew ta' Skambju ta' Informazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0303/2015),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0419.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0269.


Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Polonja *
PDF 251kWORD 63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Polonja (09989/2015 – C8-0195/2015 – 2015/0806(CNS))
P8_TA(2015)0365A8-0302/2015

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (09989/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0195/2015),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fl-UE: l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Prüm u l-Mudell Ewropew ta' Skambju ta' Informazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0302/2015),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.
(2)Testi adottati, P7_TA(2013)0419.
(3)Testi adottati, P8_TA(2015)0269.


Il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti ***II
PDF 332kWORD 65k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (09173/3/2015 – C8-0281/2015 – 2013/0246(COD))
P8_TA(2015)0366A8-0297/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09173/3/2015 – C8‑0281/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0512),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0297/2015),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif xieraq, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Meta tirrevedi d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2009, bit-titolu "Gwida dwar l-implimentazzjoni/l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiki kummerċjali żleali", il-Kummissjoni se tindirizza wkoll il-kwistjoni ta' prattiki kummerċjali fejn fornituri ta' servizzi tal-ivvjaġġar li jikkummerċjalizzaw is-servizzi tagħhom onlajn joffru servizzi addizzjonali b'mod li jkun moħbi, mhux ċar jew ambigwu, bħal pereżempju jaħbu l-għażla li ma tibbukkja ebda servizz ulterjuri. Il-Kummissjoni se tinforma lill-Parlament dwar kif tqiesu l-fehmiet tagħha meta ġiet adottata l-Gwida riveduta.

(1) ĠU C 170, 5.6.2014, p.73.
(2) Testi adottati tat-12.3.2014, P7_TA(2014)0222.


Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika ***II
PDF 327kWORD 65k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (10788/2/2015 – C8-0294/2015 – 2013/0309(COD))
P8_TA(2015)0367A8-0300/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10788/2/2015 – C8-0294/2015),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentata mill-Parlament Irlandiż, il-Parlament Malti, il-Kunsill Federali Awstrijak u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta' Jannar 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0627),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0300/2015),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 177, 11.6.2014, p. 64.
(2) ĠU C 126, 26.4.2014, p. 53.
(3) Testi adottati tat-3.4.2014, P7_TA(2014)0281.


Il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra ***I
PDF 589kWORD 240k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (COM(2014)0001 – C7-0014/2014 – 2014/0005(COD))(1)
P8_TA(2015)0368A8-0267/2015

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  L-għoti ta' awtorizzazzjoni globali jkun xieraq ukoll meta manifattur jeħtieġ li jesporta prodotti mediċinali kkontrollati mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 lil distributur f'pajjiż li ma abolixxiex il-piena kapitali, sakemm l-esportatur u d-distributur ikunu kkonkludew ftehim legalment vinkolanti li jkun jobbliga lid-distributur japplika sett xieraq ta' miżuri li jiggarantixxi li l-prodotti mediċinali mhux se jintużaw għall-piena kapitali.
(8)  L-għoti ta' awtorizzazzjoni globali jkun xieraq ukoll meta manifattur jeħtieġ li jesporta prodotti mediċinali kkontrollati mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 lil distributur f'pajjiż li ma abolixxiex il-piena kapitali, sakemm l-esportatur u d-distributur ikunu kkonkludew ftehim legalment vinkolanti li jkun jobbliga lid-distributur japplika sett xieraq ta' miżuri li jiggarantixxi li l-prodotti mediċinali mhux se jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Huwa meħtieġ li s-sensara fl-Unjoni jiġu pprojbiti milli jipprovdu servizzi ta’ senserija fir-rigward ta' oġġetti li l-esportazzjoni u l-importazzjoni tagħhom huma pprojbiti minħabba li dawn l-oġġetti ma għandhom l-ebda użu prattiku ieħor ħlief għall-piena kapitali, it-tortura jew trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Il-projbizzjoni tal-għoti ta’ tali servizzi sservi biex jiġu protetti l-moralitajiet pubbliċi.
(12)  Huwa meħtieġ li s-sensara fl-Unjoni jiġu pprojbiti milli jipprovdu servizzi ta’ senserija fir-rigward ta' oġġetti li l-esportazzjoni u l-importazzjoni tagħhom huma pprojbiti minħabba li dawn l-oġġetti ma għandhom l-ebda użu prattiku ieħor ħlief għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Il-projbizzjoni tal-għoti ta' tali servizzi sservi biex jiġu protetti l-moralitajiet pubbliċi u jiġu rispettati l-prinċipji ta' dinjità umana li huma ta' bażi għall-valuri Ewropej, kif inkorporati fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)
(19a)  Klawsola mmirata tal-użu aħħari għandha tiġi introdotta għall-Istati Membri biex jissospendu jew iwaqqfu t-trasferiment ta' oġġetti relatati mas-sigurtà mhux elenkati fl-Annessi II u III li, b'mod ċar, m'għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-finijiet tal-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, jew li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li t-trasferiment ta' dawn l-oġġetti jwassal li jiffaċilitaw jew jwettqu l-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Is-setgħat mogħtija taħt il-klawsola mmirata tal-użu aħħari ma għandhomx jiġu estiżi għall-prodotti mediċinali li jistgħu jintużaw għall-fini tal-piena kapitali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 1 –punt 2 – punt aa (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 2 – punt f
(aa)  Punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(f)  “assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat mat-tiswija, l-iżvilupp, il-manifattura, it-testjar, il-manutenzjoni, l-armar jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien dwar it-tħaddim jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza. L-assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza u assistenza pprovduta b'mezzi elettroniċi;
(f)  "assistenza teknika" tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat mat-tiswija, l-iżvilupp, il-manifattura, it-testjar, il-manutenzjoni, l-armar, l-użu, il-prattiki jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien dwar it-tħaddim jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza. L-assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza u assistenza pprovduta b'mezzi elettroniċi;
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt c
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 2 – punt k – subparagrafu 2
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament id-dispożizzjoni unika ta’ servizzi anċillari hija eskluża minn din id-definizzjoni. Is-servizzi anċillari huma t-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali;
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament id-dispożizzjoni ta' servizzi anċillari hija inkluża f'din id-definizzjoni. Is-servizzi anċillari huma t-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni jew ir-riassigrazzjoni jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali, inkluż permezz tal-internet;
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2 – punt c
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 2 – punt l
(l)  “sensar” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni li twettaq is-servizzi definiti skont il-punt (k), mill-Unjoni lejn it-territorju ta’ pajjiż terz;
(l)  "sensar" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi, jew ċittadina ta', Stat Membru tal-Unjoni, jew sussidjarja ta' persuna ġuridika jew sħubija, li twettaq is-servizzi definiti skont il-punt (k);
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2 – punt c
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 2 – punt m
(m)  “fornitur tal-assistenza teknika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni li tipprovdi l-assistenza teknika definita skont il-punt (f), mill-Unjoni lejn it-territorju ta’ pajjiż terz;
(m)  "fornitur tal-assistenza teknika" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni li tipprovdi l-assistenza teknika definita skont il-punt (f);
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2 – punt c
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 2 – punt n
(n)  “esportatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija li f'isimha ssir dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, jiġifieri l-persuna li, fil-mument li fih id-dikjarazzjoni tiġi aċċettata, tintrabat b'kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz ikkonċernat u jkollha s-setgħa li tibgħat l-oġġetti 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda kuntratt ta’ esportazzjoni jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jkunx aġixxa għan-nom tiegħu, l-“esportatur” tfisser il-persuna li jkollha s-setgħa meħtieġa li tibgħat l-oġġett ikkonċernat 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Meta l-benefiċċju ta’ dritt li wieħed jiddisponi mill-oġġetti jappartjeni lil persuna stabbilita barra mill-Unjoni skont il-kuntratt li fuqu tkun ibbażata l-esportazzjoni, l-esportatur jiġi kkunsidrat bħala l-parti kontraenti stabbilita fl-Unjoni;
(n)  "esportatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija li f'isimha ssir dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, jiġifieri l-persuna li, fil-mument li fih id-dikjarazzjoni tiġi aċċettata, tintrabat b'kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz ikkonċernat u jkollha s-setgħa li tibgħat l-oġġetti 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda kuntratt ta' esportazzjoni jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jkunx aġixxa għan-nom tiegħu, l-"esportatur" tfisser il-persuna li jkollha s-setgħa meħtieġa li tibgħat l-oġġett ikkonċernat 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Meta l-benefiċċju ta' dritt li wieħed jiddisponi mill-oġġetti jappartjeni lil persuna stabbilita barra mill-Unjoni skont il-kuntratt li fuqu tkun ibbażata l-esportazzjoni, l-esportatur jiġi kkunsidrat bħala l-parti kontraenti residenti jew stabbilita fl-Unjoni;
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2 – punt c
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 2 – punt ra (ġdid)
(ra)  "transitu" tfisser it-trasport ta' oġġetti mhux tal-Unjoni, elenkati fl-Annessi, li jidħlu jew jgħaddu mit-territorju doganali tal-Unjoni b'destinazzjoni barra mill-Unjoni;
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 4b (ġdid)
(3a)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 4b.
Projbizzjoni ta' transitu
1.  Kwalunkwe transitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness II għandu jkun ipprojbit, irrispettivament mill-oriġini tal-oġġetti.
2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza transitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness II, jekk jintwera li, fil-pajjiż li lejh se jiġu esportati l-oġġetti, tali oġġetti se jintużaw għall-fini esklużiv ta' wirja pubblika f'mużew fid-dawl tas-sinifikat storiku tagħhom."
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 4 c (ġdid)
(3b)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 4c
Il-projbizzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni kummerċjali
Il-kummerċjalizzazzjoni u l-attivitajiet ta' promozzjoni online u offline fl-Unjoni minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija, għall-fini tat-trasferiment tal-oġġetti elenkati fl-Anness II għandhom ikunu pprojbiti."
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  L-awtoritajiet kompetenti jieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, fuq bażi ta' każ b'każ, filwaqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet rilevanti kollha, inkluż b’mod partikolari jekk applikazzjoni fir-rigward ta' esportazzjoni essenzjalment identika tkun ġietx miċħuda minn Stat Membru ieħor fit-tliet snin ta’ qabel, u l-kunsiderazzjonijiet dwar l-użu aħħari maħsub u r-riskju ta’ devjazzjoni.
1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Annessi III u IIIa, fuq bażi ta' każ b'każ, filwaqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet rilevanti kollha, inkluż b'mod partikolari jekk applikazzjoni fir-rigward ta' esportazzjoni essenzjalment identika tkun ġietx miċħuda minn Stat Membru ieħor fit-tliet snin ta' qabel, u l-kunsiderazzjonijiet dwar l-użu aħħari maħsub u r-riskju ta' devjazzjoni.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 –punt 5a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
(5a)  Fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
1a.  L-awtorità kompetenti, filwaqt li tieħu kont tal-evidenza kollha rilevanti, flimkien mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-kumpaniji kollha li jikkummerċjalizzaw tagħmir tas-sigurtà u li jorganizzaw fieri u avvenimenti oħra fejn tali tagħmir huwa kkummerċjalizzat, ikunu konxji tal-fatt li tali tagħmir jista' jintuża għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u li din il-kummerċjalizzazzjoni ta' tali tagħmir tista' tiġi pprojbita u jistgħu jiġu rtirati awtorizzazzjonijiet fir-rigward tagħha.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 5b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 6 – paragrafu 2
(5b)  Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  L-awtorità kompetenti m'għandha tagħti l-ebda awtorizzazzjoni meta jkun hemm raġunijiet tajba biex wieħed jemmen li l-oġġetti elenkati fl-Annessi III jistgħu jintużaw għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, inkluża l-piena korporali ġudizzjarja, minn awtorità tal-infurzar tal-liġi jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika f'pajjiż terz.
2.  L-awtorità kompetenti m'għandha tagħti l-ebda awtorizzazzjoni meta jkun hemm raġunijiet tajba biex wieħed jemmen li l-oġġetti elenkati fl-Annessi III u IIIa jistgħu jintużaw għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, inkluża l-piena korporali ġudizzjarja, minn awtorità tal-infurzar tal-liġi jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika f'pajjiż terz.
L-awtorità kompetenti għandha tieħu kont ta':
L-awtorità kompetenti għandha tieħu kont ta':
–  sentenzi disponibbli tal-qorti internazzjonali,
–  sentenzi disponibbli tal-qorti internazzjonali,
–  sejbiet mill-korpi kompetenti tan-NU, il-Kunsill tal-Ewropa u l-UE, u rapporti tal-Kumitat Ewropew tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti u tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.
–  sejbiet mill-korpi kompetenti tan-NU, il-Kunsill tal-Ewropa u l-UE, u rapporti tal-Kumitat Ewropew tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti u tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.
Jista' jittieħed kont ta' informazzjoni rilevanti oħra, inklużi sentenzi disponibbli tal-qorti nazzjonali, rapporti jew informazzjoni oħra mħejjija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u informazzjoni dwar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet tal-oġġetti elenkati fl-Annessi II u III applikati mill-pajjiż tad-destinazzjoni.
Jista' jittieħed kont ta' informazzjoni rilevanti oħra, inklużi sentenzi disponibbli tal-qorti nazzjonali, rapporti jew informazzjoni oħra mħejjija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u informazzjoni dwar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet tal-oġġetti elenkati fl-Annessi II, III u IIIa applikati mill-pajjiż tad-destinazzjoni.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 5c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 6a (ġdid)
(5c)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 6a
Rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għal transitu
1.  Awtorizzazzjoni għandha tkun meħtieġa għat-transitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness III jew IIIa jekk l-operatur ekonomiku kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn iseħħ it-transitu li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intiżi, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.
2.  Jekk operatur ekonomiku huwa konxju li l-oġġetti fi transitu elenkati fl-Anness III jew IIIa huma intiżi, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, huwa għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti,li għandhom jiddeċiedu jekk huwiex espedjenti li jagħmlu t-transitu kkonċernat soġġett għall-awtorizzazzjoni.
3.  Stat Membru li jimponi rekwiżit ta' awtorizzazzjoni, fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, dwar it-transitu ta' oġġett li mhuwiex elenkat fl-Anness III jew IIIa, għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 –punt 6
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 7a – paragrafu 1
1.  Huwa pprojbit li sensar jipprovdi servizzi ta’ senserija lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f’pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, irrispettivament mill-oriġini ta’ tali oġġetti, jekk is-sensar ikun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li xi parti mill-kunsinna bil-baħar ta' tali oġġetti hija jew tista' tkun maħsuba biex tintuża għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f’pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni.
1.  Huwa pprojbit li sensar jipprovdi servizzi ta' senserija lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Annessi III u IIIa, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti, jekk is-sensar ikun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li xi parti mill-kunsinna bil-baħar ta' tali oġġetti hija jew tista' tkun maħsuba biex tintuża għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f'pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 –punt 6
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 7a – paragrafu 2
2.  Huwa pprojbit li fornitur tal-assistenza teknika jipprovdi l-assistenza teknika lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f’pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, irrispettivament mill-oriġini ta’ tali oġġetti, jekk il-fornitur ta' din l-assistenza jkun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li xi oġġetti jew l-oġġetti kollha rilevanti huma jew jistgħu jkunu maħsuba biex jintużaw għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f’pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni.”
2.  Huwa pprojbit li fornitur tal-assistenza teknika jipprovdi l-assistenza teknika lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Annessi III u IIIa, irrispettivament mill-oriġini ta’ tali oġġetti, jekk il-fornitur ta' din l-assistenza jkun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li xi oġġetti jew l-oġġetti kollha rilevanti huma jew jistgħu jkunu maħsuba biex jintużaw għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f'pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni. Fornitur ta' assistenza teknika għandu wkoll ikun ipprojbit milli jagħti struzzjoni, parir, taħriġ jew jittrasmetti tagħrif prattiku jew ħiliet li jistgħu jgħinu t-twettiq ta' piena kapitali, it-tortura jew trattament jew piena krudili, inumani jew degradanti oħra.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 –punt 6a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 7aa (ġdid)
6a.  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 7aa
Skambju tal-aħjar prattiki
L-Istati Membri huma mħeġġa jippromwovu l-aħjar prattiki bejn il-fornituri tal-assistenza tekniku biex jiżguraw li din l-assistenza tikkontribwixxi b'mod pożittiv għall-ġlieda kontra t-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra."
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 7
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 7c – paragrafu 3 – punt 3.3 (ġdid)
'3.3. Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u pajjiżi terzi fejn xieraq, għandha tadotta linji gwida dwar l-aħjar prattika dwar il-verifika tal-użu aħħari."
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 7a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Kapitolu III b (ġdid) – Artikolu 7e (ġdid)
(7a)  Jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:
"Kapitolu III b
Oġġetti mhux elenkati
Artikolu 7e
Klawsola onnikomprensiva
1.  Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta' oġġetti mhux elenkati fl-Annessi ta' dan ir-Regolament jekk l-esportatur kien informat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intiżi, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-fini ta' piena kapitali jew għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.
2.  Jekk esportatur huwa konxju li l-oġġetti li huwa jipproponi li jesporta, li mhumiex elenkati fl-Anness II, III jew IIIa, huma intiżi, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-fini ta' piena kapitali jew għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, huwa għandu jinnotifika lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit, li għandhom jiddeċiedu jekk huwiex espedjenti li l-esportazzjoni kkonċernata tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni.
3.  Stat Membru li jimponi rekwiżit ta' awtorizzazzjoni, fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, għall-esportazzjoni ta' oġġett li mhuwiex elenkat fl-Anness II, III jew IIIa, għandu jinforma immedjatament dwar dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u jindika raġunijiet preċiżi għall-impożizzjoni ta' rekwiżit ta' awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe modifika għall-miżuri adottati skont il-paragrafi 1 u 2.
4.  L-Istati Membri l-oħra għandhom jagħtu l-konsiderazzjoni dovuta kollha lil din l-informazzjoni u għandhom jinformaw lill-amministrazzjoni doganali u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-oħra tagħhom.
5.  Meta jkun meħtieġ minn raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati biex iżżid oġġetti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-Anness II, III jew IIIa. Il-proċedura prevista fl-Artikolu 15b għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont dan il-paragrafu.
6.  Prodotti mediċinali, kif definiti fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta' dan l-Artikolu.
_________________________
1a Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 –punt 8
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 8 – paragrafu 6
6.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 5, meta l-prodotti mediċinali jkunu jridu jiġu esportati minn manifattur lejn distributur, il-manifattur jipprovdi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat li dawn il-prodotti jintużaw għall-piena kapitali, dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni u, jekk tkun disponibbli, informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-utenti aħħarija tal-oġġetti.
6.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 5, meta l-prodotti mediċinali jkunu jridu jiġu esportati minn manifattur lejn distributur, il-manifattur jipprovdi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat li dawn il-prodotti jintużaw għall-piena kapitali, dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni u, jekk tkun disponibbli, informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-utenti aħħarija tal-oġġetti. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli, fuq talba, lil korp indipendenti ta' sorveljanza rilevanti bħall-Mekkaniżmu Nazzjonali ta' Prevenzjoni stabbilit skont il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, jew istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fi Stat Membru.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 8a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 10 – paragrafu 2
(8a)  Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:
2.  Jekk issir dikjarazzjoni doganali dwar l-oġġetti elenkati fl-Anness II jew III, u jkun ikkonfermat li ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni intiża, l-awtoritajiet doganali għandhom iżommu l-oġġetti ddikjarati u jiġbdu l-attenzjoni għall-possibbiltà tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament. Jekk fi żmien sitt xhur minn wara li jinżammu l-oġġetti ma ssir l-ebda applikazzjoni, jew jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta tali applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jiddisponu mill-oġġetti miżmumin f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli."
"2. Jekk issir dikjarazzjoni doganali dwar l-oġġetti elenkati fl-Anness II, III jew IIIa, u jkun ikkonfermat li ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni intiża, l-awtoritajiet doganali għandhom iżommu l-oġġetti ddikjarati u jiġbdu l-attenzjoni għall-possibbiltà tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament. Jekk fi żmien sitt xhur minn wara li jinżammu l-oġġetti ma ssir l-ebda applikazzjoni, jew jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta tali applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jiddisponu mill-oġġetti miżmumin f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli."
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 –punt 12
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 12a – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tista’, fi żmien tliet xhur, titlob lill-Istat Membru rikjedenti jipprovdi informazzjoni supplimentari, jekk tikkunsidra li t-talba tkun tonqos milli tindirizza punt wieħed rilevanti jew aktar jew jekk tara li hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali fuq punt wieħed rilevanti jew aktar. Hi tgħarraf lill-Istat Membru inkwistjoni bil-punti li dwarhom ikun hemm bżonn li tiġi pprovduta informazzjoni supplimentari.
2.  Meta tirċievi talba skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istati Membri kollha u tiċċirkola l-informazzjoni li tirċievi mill-Istat Membru rikjedenti. Sakemm tingħata deċiżjoni finali mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jissospendu immedjatament it-trasferimenti tal-oġġetti inklużi fit-talba. Il-Kummissjoni tista', fi żmien tliet xhur, titlob lill-Istat Membru rikjedenti jipprovdi informazzjoni supplimentari, jekk tikkunsidra li t-talba tkun tonqos milli tindirizza punt wieħed rilevanti jew aktar jew jekk tara li hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali fuq punt wieħed rilevanti jew aktar. Hi tgħarraf lill-Istat Membru inkwistjoni bil-punti li dwarhom ikun hemm bżonn li tiġi pprovduta informazzjoni supplimentari.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 12
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 12a – paragrafu 3
3.  Jekk tqis li ma jkunx hemm bżonn titlob għal informazzjoni supplimentari jew, fejn applikabbli, malli tirċievi l-informazzjoni supplimentari li tkun talbet, il-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur, tagħti bidu għall-proċedura biex tiġi adottata l-emenda mitluba jew inkella tinforma lill-Istati Membri rikjedenti bir-raġunijiet għalfejn ma tkunx se tagħmel dan.”
3.  Jekk tqis li ma jkunx hemm bżonn titlob għal informazzjoni supplimentari jew, fejn applikabbli, malli tirċievi l-informazzjoni supplimentari li tkun talbet, il-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur, tagħti bidu għall-proċedura biex tiġi adottata l-emenda mitluba jew inkella tinforma lill-Istati Membri rikjedenti bir-raġunijiet għalfejn ma tkunx se tagħmel dan.”
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 –punt 1aa (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 13 – paragrafu 1
(12a)  Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:
1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jinformaw lil xulxin dwar il-miżuri meħudin skont dan ir-Regolament u jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati.
‘1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħudin skont dan ir-Regolament u jipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati, kif ukoll fir-rigward ta' miżuri meħuda skont il-klawsola mmirata tal-użu aħħari. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra."
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 –punt 12b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 13 − paragrafu 3a (ġdid)
(12b)  Fl-Artikolu 13, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
‘3a. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport annwali li jkun magħmul mir-rapporti annwali tal-attività msemmija fil-paragrafu 3. Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 15
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 15a
Article 15a
imħassar
Eżerċizzju tad-delega
1.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn …. Il-Kummissjoni tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, dejjem sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni għal revoka ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.
5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artiku 15c (ġdid)
(15a)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:
"Artikolu 15c
Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura
1.  Għandu jitwaqqaf Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant għal dan il-Grupp. Huwa għandu jeżamina kwalunkwe kwistjoni rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li tista' titqajjem mill-president jew minn rappreżentant ta' Stat Membru.
2.  Il-Grupp ta' Koordinament għandu, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jieħu miżuri xierqa biex jistabbilixxi kooperazzjoni diretta u skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari biex jelimina r-riskju ta' disparitajiet possibbli fl-applikazzjoni ta' kontrolli tal-esportazzjoni fuq oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u li jistgħu jwasslu għal devjazzjoni tal-kummerċ.
3.  Il-President tal-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura għandu, kull meta jqis li huwa meħtieġ, jikkonsulta mal-esportaturi, mas-sensara u ma' partijiet interessati rilevanti oħra, inkluż mill-partijiet kollha tas-soċjetà ċivili b'għarfien espert rilevanti fil-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.
4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport annwali bil-miktub lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet, l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura, li għandu jkun soġġett għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill."
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 15d (ġdid)
(15b)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 15d
1.  Minn...*, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jista' jinkludi proposti biex ir-Regolament jiġi emendat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-preparazzjoni tar-rapport.
2.  Taqsimiet speċjali tar-rapport għandhom jitrattaw:
(a)  il-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura u l-attivitajiet, l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tiegħu. L-informazzjoni li l-Kummissjoni tipprovdi dwar l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura għandha tiġi trattata b'kunfidenzjalità skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. L-informazzjoni għandha, f'kull każ, titqies bħala kunfidenzjali jekk id-divulgazzjoni tagħha x'aktarx ikollha effett negattiv sinifikanti fuq min jipprovdiha jew fuq is-sors ta' din l-informazzjoni.
(b)  informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet nazzjonali ta' liċenzjar mill-Istati Membri, ir-rapportar lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, il-mekkaniżmi ta' notifika u ta' konsultazzjoni fost l-Istati Membri, il-promulgazzjoni u l-infurzar.
(c)  informazzjoni komprensiva dwar in-natura u l-effett ta' miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri skont l-Artikolu 17, inkluż it-tħaddim tas-sistemi penali introdotti mill-Istati Membri, u valutazzjoni dwar jekk tali sistemi humiex effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
______________
* Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament."
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 15c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)
(15c)  Fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu li ġej:
‘2a. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-regoli dwar il-pieni stabbiliti mill-Istati Membri huma ta' natura u effett simili."
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 15 - punt (-a) (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Anness III – kolonna 2 – punti 1 u 2
(-a) Fl-Anness III, fit-tieni kolonna, il-punti 1 u 2 huma sostitwiti mis-segwenti:
1.  Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:
‘1. Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:
1.1.  Qajd u ktajjen tal-gruppi
1.1.  Qajd u ktajjen tal-gruppi
Noti:
Noti:
1.  Qajd huma strumenti ta' trażżin li jikkonsistu minn żewġ manetti jew ċrieki b'mekkaniżmuli jsakkar b'katina jew żbarra li tgħaqqadhom
1.  Qajd huma strumenti ta' trażżin li jikkonsistu minn żewġ manetti jew ċrieki b'mekkaniżmuli jsakkar b'katina jew żbarra li tgħaqqadhom
2.  Din il-partita ma tikkontrollax l-istrumenti ta' trażżin tar-riġlejn jew il-ktajjen tal-gruppi pprojbiti bil-partita 2.3 tal-Anness II.
2.  Din il-partita ma tikkontrollax l-istrumenti ta' trażżin tar-riġlejn jew il-ktajjen tal-gruppi pprojbiti bil-partita 2.3 tal-Anness II.
3.  Dan il-punt ma jikkontrollax “manetti ordinarji”. Il-manetti ordinarji huma manetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
3.  Dan il-punt ma jikkontrollax “manetti ordinarji”. Il-manetti ordinarji huma manetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
—  id-dimensjoni globali tagħhom inkluża l-katina, imkejla mix-xifer ta' barra ta' manetta waħda sax-xifer ta' barra tal-manetta l-oħra, bejn 150 u 280 mm meta ż-żewġ manetti jkunu msakkra;
—  id-dimensjoni globali tagħhom inkluża l-katina, imkejla mix-xifer ta' barra ta' manetta waħda sax-xifer ta' barra tal-manetta l-oħra, bejn 150 u 280 mm meta ż-żewġ manetti jkunu msakkra;
—  iċ-ċirkonferenza ta' ġewwa ta' kull manetta hija massimu ta' 165 mm meta r-rota bis-snien tkun issikkata sal-aħħar sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar;
—  iċ-ċirkonferenza ta' ġewwa ta' kull manetta hija massimu ta' 165 mm meta r-rota bis-snien tkun issikkata sal-aħħar sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar;
—  iċ-ċirkonferenza ta' ġewwa ta' kull manetta hija minimu ta' 200 mm meta r-rota bis-snien tkun issikkata fuq l-ewwel sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar; kif ukoll
—  iċ-ċirkonferenza ta' ġewwa ta' kull manetta hija minimu ta' 200 mm meta r-rota bis-snien tkun issikkata fuq l-ewwel sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar; kif ukoll
—  il-manetti ma jkunux ġew modifikati biex jikkawżaw uġigħ jew tbatija fiżika.
—  il-manetti ma jkunux ġew modifikati biex jikkawżaw uġigħ jew tbatija fiżika.
1.2.  Manetti individwali jew ċrieki b'mekkaniżmu li jsakkar li għandhom ċirkonferenza li taqbeż il-massimu ta' 165 mm meta r-rota bis-snien tkun issakkata fuq l-aħħar sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar
1.2.  Manetti individwali jew ċrieki b'mekkaniżmu li jsakkar li għandhom ċirkonferenza li taqbeż il-massimu ta' 165 mm meta r-rota bis-snien tkun issakkata fuq l-aħħar sinna li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar
Nota:
Nota:
Dan il-partita tinkludi strumenti ta' trażżin tal-għonq u manetti jew ċrieki individwali oħra b'mekkaniżmu li jsakkar li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina
Dan il-partita tinkludi strumenti ta' trażżin tal-għonq u manetti jew ċrieki individwali oħra b'mekkaniżmu li jsakkar li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina
1.3.  Barnużi tal-bżieq: inklużi barnużi magħmula minn xibka, li għandhom għata għall-ħalq li tipprevjeni li wieħed jobżoq
1.3.  Barnużi tal-bżieq: inklużi barnużi magħmula minn xibka, li għandhom għata għall-ħalq li tipprevjeni li wieħed jobżoq
Nota: Din il-partita tinkludi barnużi tal-bżieq li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina
Nota: Din il-partita tinkludi barnużi tal-bżieq li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta' katina
1.3.a Siġġijiet, twavel u sodod mgħammra b'ċineg
2.  Armi u apparat maħsuba għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża, kif ġej:
2.  Armi u apparat maħsuba għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża, kif ġej:
2.1.  Armi ta' skariku elettriku li jistgħu jinġarru li jistgħu jimmiraw biss lejn individwu wieħed kull darba li jkun amministrat xokk elettriku, inkluż iżda mhux limitat għal-lembubi tax-xokkijiet elettriċi, tarki tax-xokkijiet elettriċi, pistoli tax-xokkijiet u pistoli tad-darts tax-xokkijiet
2.1.  Armi ta' skariku elettriku li jistgħu jinġarru li jistgħu jimmiraw biss lejn individwu wieħed kull darba li jkun amministrat xokk elettriku, inkluż iżda mhux limitat għal-lembubi tax-xokkijiet elettriċi, tarki tax-xokkijiet elettriċi, pistoli tax-xokkijiet u pistoli tad-darts tax-xokkijiet
Noti:
Noti:
1.  Dan il-punt ma jikkontrollax ċinturini tax-xokkijiet elettriċi skont il-partita 2.1 tal-Anness II.
1.  Dan il-punt ma jikkontrollax liċ-ċinturini tax-xokk elettriku kif deskritt fil-punt 2.1 tal-Anness II.
2.  Dan il-punt ma jikkontrollax it-tagħmir individwali tax-xokkijiet elettroniċi meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess
2.  Dan il-punt ma jikkontrollax it-tagħmir individwali tax-xokkijiet elettroniċi meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess
2.2.  Kits li fihom il-komponenti essenzjali kollha għall-armar ta' armi tal-iskariku elettriku li jinġarru, ikkontrollati minn punt 2.1
2.2.  Kits li fihom il-komponenti essenzjali kollha għall-armar ta' armi tal-iskariku elettriku li jinġarru, ikkontrollati minn punt 2.1
Nota:
Nota:
L-oġġetti li ġejjin huma meqjusa li jkunu komponenti essenzjali:
L-oġġetti li ġejjin huma meqjusa li jkunu komponenti essenzjali:
—  l-unità li tipproduċi xokk elettriku,
—  l-unità li tipproduċi xokk elettriku,
—  l-iswiċċ, kemm jekk fuq remote control kemm jekk le, u
—  l-iswiċċ, kemm jekk fuq remote control kemm jekk le, u
—  l-elettrodi jew, fejn applikabbli, il-wajers li permezz tagħhom għandhom jiġu amministrati x-xokkijiet elettriċi
—  l-elettrodi jew, fejn applikabbli, il-wajers li permezz tagħhom għandhom jiġu amministrati x-xokkijiet elettriċi
2.3.  Armi tal-iskariku elettriku fissi jew li jiġu mmuntati li jkopru żona wiesgħa u jistgħu jimmiraw lejn individwi multipli b'xokkijiet elettriċi
2.3.  Armi tal-iskariku elettriku fissi jew li jiġu mmuntati li jkopru żona wiesgħa u jistgħu jimmiraw lejn individwi multipli b'xokkijiet elettriċi
2.3a. Strumenti akustiċi għall-finijiet ta' kontroll ta' rvellijiet/tal-folla
2.3b. Armi li jaħdmu bil-mewġa millimetrika"
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
Il-punt 6 tal-Artikolu 1 u, sa fejn jiġi introdott l-Artikolu 7d, il-punt 7 tal-Artikolu 1, jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.
Il-punt 6 tal-Artikolu 1 u, sa fejn jiġi introdott l-Artikolu 7d, il-punt 7 tal-Artikolu 1, jibda japplika mill-1 ta' Frar 2016.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Anness II – Parti 2
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Anness IIIb
Il-Benin
imħassar
Emenda 34
Proposta għal regolament
Anness II – Parti 2
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Anness IIIb
Il-Gabon
Emenda 35
Proposta għal regolament
Anness II – Parti 2
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Anness IIIb
Il-Liberja
imħassar
Emenda 36
Proposta għal regolament
Anness II – Parti 2
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Anness IIIb
Il-Madagaskar
imħassar
Emenda 37
Proposta għal regolament
Anness II – Parti 2
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Anness IIIb
Il-Mongolja
imħassar
Emenda 38
Proposta għal regolament
Anness II – Parti 2
Regolament (KE) Nru 1236/2005
Anness IIIb
Sao Tomé u Principe
imħassar

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0267/2015).


Skambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni *
PDF 512kWORD 265k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2015)0135 – C8-0085/2015 – 2015/0068(CNS))
P8_TA(2015)0369A8-0306/2015

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0135),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0085/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0306/2015),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Kunsiderazzjoni 2a (ġdida)
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari r-rispett għad-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali u tal-libertà ta' intrapriża,
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1
(1)  L-isfida ppreżentata mill-evitar tat-taxxa, ippjanar aggressiv tat-taxxa, u kompetizzjoni dannuża ta' taxxa transfruntiera żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fil-livell globali. It-tnaqqir tal-bażijiet tat-taxxa qiegħed inaqqas id-dħul nazzjonali mit-taxxi b'mod konsiderevoli, u dan ifixkel lill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' politiki fiskali li jgħinu t-tkabbir. B'mod partikolari, id-deċiżjonijiet dwar l-istrutturi xprunati mit-taxxa jwasslu għal livell baxx ta' tassazzjoni ta' ammonti għoljin b'mod artifiċjali ta' dħul fil-pajjiż li jagħti d-deċiżjoni antiċipata u jistgħu jħallu ammonti baxxi b'mod artifiċjali ta' dħul biex jiġu ntaxxati f'xi pajjiżi oħra involuti. Għalhekk, hija meħtieġa żieda fit-trasparenza b'mod urġenti. Sabiex jinkiseb dan, jeħtieġ li jissaħħu l-għodod u l-mekkaniżmi stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE13.
(1)  L-isfida ppreżentata mill-evitar tat-taxxa, ippjanar aggressiv tat-taxxa, u kompetizzjoni dannuża ta' taxxa transfruntiera żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fil-livell globali. It-tnaqqir tal-bażijiet tat-taxxa qiegħed inaqqas id-dħul nazzjonali mit-taxxi b'mod konsiderevoli, u dan ifixkel lill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' politiki fiskali li jgħinu t-tkabbir, joħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-impriżi - b'mod partikolari l-SMEs - li jħallsu l-ammont ġust ta' taxxa u jitfa' t-tassazzjoni lejn fatturi inqas mobbli bħax-xogħol u l-konsum. Madankollu, f'każijiet speċifiċi, id-deċiżjonijiet dwar l-istrutturi xprunati mit-taxxa wasslu għal livell baxx ta' tassazzjoni ta' ammonti għoljin b'mod artifiċjali ta' dħul fil-pajjiż li jagħti d-deċiżjoni antiċipata u ħallew ammonti baxxi b'mod artifiċjali ta' dħul biex jiġu ntaxxati f'xi pajjiżi oħra involuti, biex b'hekk titnaqqas il-bażi tat-taxxa f'dawk l-Istati Membri. Hija meħtieġa żieda fit-trasparenza immirata u fl-iskambju ta' informazzjoni b'mod urġenti għallinqas bi qbil mal-istandards tal-OECD. Sabiex jinkiseb dan, jeħtieġ li jissaħħu l-għodod u l-mekkaniżmi stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE13.
__________________
__________________
Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
(1a)  Wara l-iskandlu ta' LuxLeaks u permezz ta' dan ir-rappport, il-Parlament Ewropew jesprimi d-determinazzjoni qawwija tiegħu li ma jittollerax il-frodi tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa kif ukoll li jippromwovi distribuzzjoni ġusta tal-piż tat-taxxa bejn iċ-ċittadini u l-kumpaniji.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 2
(2)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-ħtieġa urġenti biex isir progress fl-isforzi fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, kemm fil-livell globali u kif ukoll f'dak tal-Unjoni. Filwaqt li enfasizza l-importanza tat-trasparenza, il-Kunsill Ewropew laqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet tat-taxxa fl-Unjoni.
(2)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-ħtieġa urġenti biex isir progress fl-isforzi fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, kemm fil-livell globali u kif ukoll f'dak Ewropew. Filwaqt li enfasizza l-importanza tat-trasparenza u tal-iskambju ta' informazzjoni korrispondenti, il-Kunsill Ewropew laqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet tat-taxxa fl-Unjoni.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  Madankollu, l-iskambju effiċjenti u spontanju ta' informazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u mal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet huwa mxekkel minn diversi diffikultajiet prattiċi u importanti bħad-diskrezzjoni permessa lill-Istat Membru emittenti li jiddeċiedi liema mill-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati.
(4)  Madankollu, l-iskambju effiċjenti u spontanju ta' informazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u mal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet huwa mxekkel minn diversi diffikultajiet prattiċi u importanti bħad-diskrezzjoni permessa lill-Istat Membru emittenti li jiddeċiedi liema mill-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati u s-sistema ta' monitoraġġ dgħajfa li tagħmilha diffiċli għall-Kummissjoni li tidentifika kwalunkwe ksur tar-rekwiżit tal-iskambju ta' informazzjoni.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
(4a)  Skambju u pproċessar effiċjenti tal-informazzjoni tat-taxxa u l-pressjoni mill-pari li tirriżulta jkollhom effett ta' deterrent qawwi kontra l-introduzzjoni ta' prattiki tat-taxxa dannużi u jippermettu li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkollhom l-informazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jieħdu azzjoni kontra tali prattiki.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 5
(5)  Il-possibbiltà li l-għoti ta' informazzjoni tista' tiġi rrifjutata jekk din tkun se tirriżulta fl-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-politika pubblika m'għandux japplika għad-dispożizzjonijiet ta' skambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet sabiex ma tonqosx l-effettività ta' dawn l-iskambji. In-natura limitata tal-informazzjoni li hemm bżonn li tiġi kondiviża mal-Istati Membri kollha għandha tiżgura protezzjoni suffiċjenti ta' dawk l-interessi kummerċjali.
(5)  Il-possibbiltà li l-għoti ta' informazzjoni tista' tiġi rrifjutata jekk din tkun se tirriżulta fl-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-politika pubblika ma jridx japplika għad-dispożizzjonijiet ta' skambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati u l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet sabiex ma tonqosx l-effikaċja ta' dawn l-iskambji. In-natura limitata tal-informazzjoni li hemm bżonn li tiġi kondiviża mal-Istati Membri kollha tiżgura protezzjoni suffiċjenti ta' dawk l-interessi kummerċjali.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
(5a)  Deċiżjonijiet antiċipati dwar it-taxxa u arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet jista' jkollhom dimensjoni transfruntiera minkejja li jirrelataw ma' tranżazzjonijiet purament nazzjonali. Dan huwa partikolarment minnu għat-tranżazzjonijiet kaskata, fejn id-deċiżjonijiet antiċipati dwar it-taxxa jew l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet jikkonċernaw l-ewwel tranżazzjonijiet nazzjonali, mingħajr ma jieħdu inkunsiderazzjoni t-tranżazzjonijiet (transfruntieri) sussegwenti.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 5b (ġdida)
(5b)  Sabiex jiġu evitati distinzjonijiet arbitrarji bejn arranġamenti tat-taxxa li jirriżultaw fil-kuntest ta' prattiki amministrattivi nazzjonali differenti, id-definizzjonijiet ta' deċiżjonijiet antiċipati u ta' arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet għandhom ikopru l-arranġamenti tat-taxxa irrispettivament mill-mod formali jew informali li bih inħarġu, u irrispettivament min-natura vinkolanti jew mhux vinkolanti tagħhom.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 5c (ġdida)
(5c)  Deċiżjonijiet tat-taxxa antiċipati jiffaċilitaw l-implimentazzjoni konsistenti u trasparenti tal-liġi.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 5d (ġdida)
(5d)  Regoli fiskali trasparenti jipprovdu ċertezza ġuridika għall-kontribwenti u n-negozji u jiġġeneraw investiment.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 6
(6)  Sabiex jinkisbu l-benefiċċji tal-iskambju awtomatiku obbligatorju tad-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u tal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet, l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata minnufih wara li jinħarġu u għalhekk għandhom jiġu stabbiliti intervalli regolari għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni.
(6)  Sabiex jinkisbu l-benefiċċji tal-iskambju awtomatiku obbligatorju tad-deċiżjonijiet antiċipati u tal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet, l-informazzjoni li tikkonċernahom għandha tiġi kkomunikata b'mod immedjat wara li jinħarġu. Penali effiċjenti u effikaċi jistgħu jiġu żviluppati f'każijiet ta' nonkonformità.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 7
(7)  L-iskambju awtomatiku obbligatorju tad-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u tal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet għandhom f'kull każ jinkludu komunikazzjoni ta' sett stabbilit ta' informazzjoni bażika għall-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni għandha tadotta kull miżura li hemm bżonn biex tistandardizza l-komunikazzjoni ta' informazzjoni ta' dan it-tip skont il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 2011/16/KE għall-istabbiliment ta' formola standard li għandha tintuża għall-iskambju ta' informazzjoni. Dik il-proċedura għandha tintuża wkoll fl-adozzjoni ta' kull miżura li hemm bżonn u tal-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni.
(7)  L-iskambju awtomatiku obbligatorju tad-deċiżjonijiet antiċipati u tal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet għandhom f'kull każ jinkludu komunikazzjoni ta' sett stabbilit ta' informazzjoni bażika għall-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni għandha tadotta kull miżura li hemm bżonn biex tistandardizza l-komunikazzjoni ta' informazzjoni ta' dan it-tip skont il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 2011/16/KE għall-istabbiliment ta' formola standard li għandha tintuża għall-iskambju ta' informazzjoni. Dik il-proċedura għandha tintuża wkoll fl-adozzjoni ta’ kull miżura li hemm bżonn u tal-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 8
(8)  L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni bażika li trid tiġi kkomunikata wkoll lill-Kummissjoni. Dan jippermetti lill-Kummissjoni biex f'kull ħin tkun tista' tissorvelja u tevalwa l-applikazzjoni effettiva tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet. Komunikazzjoni ta' dan it-tip mhijiex se teżonera lill-ebda Stat Membru mill-obbligi tiegħu li jinnotifika kull għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni.
(8)  L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni bażika li trid tiġi kkomunikata wkoll lill-Kummissjoni, peress li l-Kummissjoni trid tkun tista' tivvaluta indipendentement jekk din l-informazzjoni hijiex rilevanti għall-identifikazzjoni ta' għajnuna mill-istat illegali. Din l-informazzjoni bażika għandha tippermetti lill-Kummissjoni biex f'kull ħin tkun tista' tissorvelja u tevalwa b'mod effiċjenti l-applikazzjoni effikaċi tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati u l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet u tiżgura li d-deċiżjonijiet ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-suq intern. Komunikazzjoni ta' dan it-tip mhijiex se teżonera lill-ebda Stat Membru mill-obbligi tiegħu li jinnotifika kull għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 8a (ġdida)
(8a)  Qabel l-1 ta' Ottubru 2018, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni analiżi ex post tal-effikaċja ta' din id-Direttiva.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  Il-feedback mingħand l-Istat Membru li jkun qed jirċievi l-informazzjoni lill-Istat Membru li jibgħatha huwa element bżonjuż tat-tħaddim ta' sistema effettiva ta' skambju awtomatiku tal-informazzjoni. Huwa għalhekk xieraq li jkun hemm dispożizzjonijiet għall-miżuri li jippermettu l-għoti ta' feedback f'każijiet fejn l-informazzjoni tkun ġiet użata u fejn l-ebda feedback ma jkun jista' jingħata skont dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva 2011/16/UE.
(9)  Il-feedback mingħand l-Istat Membru li jkun qed jirċievi l-informazzjoni lill-Istat Membru li jibgħatha huwa element meħtieġ tat-tħaddim ta' sistema effikaċi ta' skambju awtomatiku tal-informazzjoni, peress li jħeġġeġ kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri. Huwa għalhekk xieraq li jkun hemm dispożizzjonijiet għall-miżuri li jippermettu l-għoti ta' feedback f'każijiet fejn l-informazzjoni tkun ġiet użata u fejn l-ebda feedback ma jkun jista' jingħata skont dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva 2011/16/UE. B'dak il-mod, ikun aktar diffiċli li l-informazzjoni tiġi injorata għal skopijiet ta' frodi.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 10
(10)  Stat Membru għandu jkun jista' jiddependi fuq l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambju ta’ informazzjoni dwar talba biex tinkiseb informazzjoni addizzjonali, inkluż it-test sħiħ tad-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri jew tal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet mill-Istat Membru li jkunu ħarġu deċiżjonijiet jew arranġamenti ta' dan it-tip.
(10)  Stat Membru għandu jkun jista' jiddependi fuq l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambju ta' informazzjoni dwar talba biex tinkiseb informazzjoni addizzjonali, inkluż it-test sħiħ tad-deċiżjonijiet antiċipati jew tal-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet mill-Istat Membru li jkunu ħarġu deċiżjonijiet jew arranġamenti ta' dan it-tip u kwalunkwe testi li jaffettwaw bidliet sussegwenti.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 10a (ġdida)
(10a)  L-espressjoni "informazzjoni li hija prevedibbilment rilevanti" kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2011/16/UE għandha tiġi ċċarata sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet bi skopijiet ta' evitar ta' taxxa.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 11
(11)  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex iwarrbu kull ostaklu li jista' jfixkel l-iskambju awtomatiku obbligatorju effettiv u l-aktar wiesgħa possibbli ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri jew l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet.
(11)  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex iwarrbu kull ostaklu li jista' jfixkel l-iskambju awtomatiku obbligatorju effikaċi u l-aktar wiesgħa possibbli ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati jew l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  Sabiex tittejjeb it-trasparenza għaċ-ċittadini, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju tad-deċiżjonijiet tat-taxxa ewlenin miftiehma fis-sena preċedenti, abbażi ta' informazzjoni fid-direttorju ċentrali sigur. Dan ir-rapport għandu jinkludi mill-inqas deskrizzjoni tal-kwistjonijiet indirizzati fid-deċiżjoni tat-taxxa, deskrizzjoni tal-kriterji użati biex jiġi determinat arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet u jiġi identifikat l-Istat Membru jew l-Istati Membri l-aktar li jistgħu jiġu affettwati. B'dan il-mod, il-Kummissjoni għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalità stabbiliti f'din id-Direttiva.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 12b (ġdida)
(12b)  Huwa opportun li l-Istati Membri jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jallokaw riżorsi umani mill-persunal eżistenti tagħhom biex jiġbru u janalizzaw tali informazzjoni.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 12c (ġdida)
(12c)  Sas-26 ta' Ġunju 2017, għandu jkun operattiv reġistru madwar l-UE kollha għas-sjieda benefiċjarja, li se jgħin fit-traċċar ta' evitar tat-taxxa u trasferiment tal-profitt possibbli. Il-ħolqien ta' reġistru ċentrali għall-iskambju awtomatiku ta' deċiżjonijiet tat-taxxa antiċipati jew arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet bejn l-Istati Membri, li jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa u l-amministrazzjonijiet responsabbli fl-Istati Membri u l-Kummissjoni huwa ferm importanti.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-kunfidenzjalità għandhom jiġu emendati biex jirriflettu l-estensjoni tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni għad-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u għall-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet.
(15)  Id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-kunfidenzjalità għandhom jiġu emendati biex jirriflettu l-estensjoni tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni għad-deċiżjonijiet antiċipati u għall-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 15a (ġdida)
(15a)  Huwa essenzjali li jinżamm il-prinċipju fundamentali tas-sovranità tal-Istati Membri fi kwistjonijiet ta' taxxa meta jkunu kkonċernati taxxi diretti u li l-proposta attwali ma għandhiex tipperikola l-prinċipju ta' sussidjarjetà.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 16
(16)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiggarantixxi rispett totali għad-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali u tal-libertà li wieħed imexxi negozju.
(16)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiggarantixxi rispett totali għad-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali u tal-libertà li wieħed imexxi negozju. Id-dejta personali trid tiġi pproċessata għal raġunijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u biss jekk xierqa, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-iskopijiet. Kwalunkwe limitazzjonijiet ta' dawk id-drittijiet għandhom jiġu imposti biss bi qbil mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Soġġett għall-prinċipju tal-proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet biss jekk ikunu jilħqu l-objettivi neċessarji u ġenwini ta' interess ġenerali rikonoxxuti mil-liġi, jew il-ħtieġa li jkunu mħarsin il-jeddijiet u l-libertajiet tal-oħrajn.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 17
(17)  Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri skont kondizzjonijiet kompatibbli mat-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda x'aktarx jista', minħabba l-uniformità u l-effikaċja meħtieġa jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, din tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.
(17)  Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-kooperazzjoni amministrattiva effiċjenti bejn l-Istati Membri skont kondizzjonijiet kompatibbli mat-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda x'aktarx jista', minħabba l-uniformità u l-effikaċja meħtieġa jintlaħaq aħjar fil-livell Ewropew, din tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – punt 9 – punt a
(a)  għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8a, il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, f'intervalli regolari stabbiliti minn qabel. Għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), referenza għal informazzjoni disponibbli għandha x'taqsam mal informazzjoni fil-fajls dwar it-taxxa tal-Istat Membru li jkun qed jikkomunika l-informazzjoni, li tista' tiġi rkuprata f'konformità mal-proċeduri għall-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f'dak l-Istat Membru.
(a)  għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8a, il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, li, skont l-Artikolu 8(1), issir f'intervalli regolari stabbiliti minn qabel. Għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), referenza għal informazzjoni disponibbli għandha x'taqsam mal-informazzjoni fil-fajls dwar it-taxxa tal-Istat Membru li jkun qed jikkomunika l-informazzjoni, li tista' tiġi rkuprata f'konformità mal-proċeduri għall-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f'dak l-Istat Membru.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – punt 14 – parti introduttorja
14.  "deċiżjoni antiċipata transfruntiera" tfisser kull ftehim, komunikazzjoni, jew kull strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluża deċiżjoni maħruġa fil-kuntest ta' awditu tat-taxxa, li:
14.  "deċiżjoni antiċipata" tfisser kull ftehim, komunikazzjoni, jew kull strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluża deċiżjoni maħruġa fil-kuntest ta' awditu tat-taxxa u irrispettivament min-natura formali, informali, legalment vinkolanti jew mhux vinkolanti tagħha, li:
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – punt 14 – punt a
(a)  tingħata mill-gvern jew f'ismu jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru, jew kull sottodiviżjoni territorjali jew amministrattiva tiegħu, lil xi persuna;
(a)  tingħata jew tiġi ppubblikata mill-gvern jew f'ismu jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru, jew kull sottodiviżjoni territorjali jew amministrattiva tiegħu, li persuna waħda jew aktar jistgħu jiddependu fuqhom;
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – punt 14 – punt c
(c)  għandha x'taqsam ma' tranżazzjoni transfruntiera jew mal-kwistjoni dwar jekk l-attivitajiet imwettqa minn persuna ġuridika fi Stat Membru ieħor joħolqux stabbiliment permanenti jew le, u;
(c)  għandha x'taqsam ma' tranżazzjoni jew mal-kwistjoni dwar jekk l-attivitajiet imwettqa minn persuna ġuridika fi Stat Membru ieħor joħolqux stabbiliment permanenti jew le, u;
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – punt 14 – subparagrafu 2
It-tranżazzjonijiet transfruntiera jistgħu jinvolvu t-twettiq ta' investimenti, il-provvista ta' prodotti, servizzi, finanzi jew l-użu ta' assi tanġibbli jew intanġibbli, iżda mhumiex ristretti għal dawn biss u jistgħu ma jinvolvux direttament lill-persuna li tirċievi deċiżjoni antiċipata transfruntiera;
It-tranżazzjonijiet jistgħu jinvolvu t-twettiq ta' investimenti, il-provvista ta' prodotti, servizzi, finanzi jew l-użu ta' assi tanġibbli jew intanġibbli, iżda mhumiex ristretti għal dawn biss u jistgħu ma jinvolvux direttament lill-persuna li tirċievi deċiżjoni antiċipata;
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – punt 15 – subparagrafu 1
15.  "arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet" tfisser kull ftehim, komunikazzjoni jew kull strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluż wieħed maħruġ fil-kuntest ta' awditu fiskali, mogħti mill-gvern jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru wieħed jew aktar jew f'isimhom, inkluż kull sottodiviżjoni territorjali jew amministrattiva tiegħu, lil kull persuna li tistabbilixxi minn qabel it-tranżazzjonijiet transfruntieri bejn intrapriżi assoċjati, sett xieraq ta' kriterji għall-istabbiliment tal-ipprezzar ta' trasferiment għal dawk it-tranżazzjonijiet jew tistabbilixxi l-attribuzzjoni tal-profitti għal stabbiliment permanenti.
15.  "arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet" tfisser kull ftehim, komunikazzjoni jew kull strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluż wieħed maħruġ fil-kuntest ta' awditu fiskali, mogħti jew ippubblikat mill-gvern jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru wieħed jew aktar jew f'isimhom, inkluż kull sottodiviżjoni territorjali jew amministrattiva tiegħu, li persuna waħda jew aktar jistgħu jiddependu fuqhom, li tistabbilixxi minn qabel it-tranżazzjonijiet bejn intrapriżi assoċjati, sett xieraq ta' kriterji għall-istabbiliment tal-ipprezzar ta' trasferiment għal dawk it-tranżazzjonijiet jew tistabbilixxi l-attribuzzjoni tal-profitti għal stabbiliment permanenti.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – punt 16
16.  Għall-fini tal-punt 14 "tranżazzjoni transfruntiera" tfisser tranżazzjoni jew sensiela ta' tranżazzjonijiet fejn:
imħassar
(a)  mhux il-partijiet kollha fit-tranżazzjoni jew fis-sensiela ta' tranżazzjonijiet huma residenti għal finijiet ta' taxxa fl-Istat Membru li jagħti d-deċiżjonijiet antiċipata transfruntiera, jew;
(b)  kull waħda mill-partijiet fit-tranżazzjoni jew fis-sensiela ta' tranżazzjonijiet huwa simultanjament residenti għal skopijiet ta' taxxa f'aktar minn territorju wieħed, jew;
(c)  waħda mill-partijiet fit-tranżazzjoni jew is-sensiela ta' tranżazzjonijiet topera negozju fi Stat Membru ieħor permezz ta' stabbiliment permanenti u t-tranżazzjoni jew is-sensiela ta' tranżazzjonijiet jifformaw parti jew it-totalità tan-negozju tal-istabbiliment permanenti. Tranżazzjoni transfruntiera jew serje ta' tranżazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll arranġamenti magħmula minn persuna ġuridika waħda fir-rigward ta' attivitajiet ta' negozju fi Stat Membru ieħor li dik il-persuna twettaq permezz ta' stabbiliment permanenti.
Għall-fini tal-paragrafu 15 "tranżazzjoni transfruntiera" tfisser tranżazzjoni jew serje ta' tranżazzjonijiet li jinvolvu intrapriżi assoċjati li mhux kollha huma residenti għall-finijiet tat-taxxa fit-territorju ta' Stat Membru wieħed.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 1
1.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li joħroġ jew li jemenda deċiżjoni antiċipata transfruntiera jew arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandha, permezz tal-iskambju awtomatiku, tikkomunika l-informazzjoni dwar dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea.
1.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li joħroġ jew li jemenda deċiżjoni antiċipata jew arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandha, permezz tal-iskambju awtomatiku, tikkomunika l-informazzjoni dwar dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 2
2.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha wkoll tikkomunika informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri jew arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet maħruġa fi żmien perjodu li jibda għaxar snin qabel id-dħul fis-seħħ iżda li għadhom validi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;
2.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha wkoll tikkomunika informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-deċiżjonijiet antiċipati jew arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ iżda li għadhom validi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 3
3.  Il-paragrafu 1 m'għandux japplika f'każ fejn deċiżjoni antiċipata transfruntiera tikkonċerna esklussivament persuna fiżika waħda jew aktar u tinvolvi l-affarijiet tat-taxxa.
3.  Il-paragrafu 1 m'għandux japplika f'każ fejn deċiżjoni antiċipata tikkonċerna esklussivament persuna fiżika waħda jew aktar u tinvolvi l-affarijiet tat-taxxa.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-paragrafu 1 għandu wkoll japplika meta t-talba għal deċiżjoni antiċipata tikkonċerna struttura ġuridika mingħajr personalità ġuridika. F'dak il-każ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li toħroġ id-deċiżjoni antiċipata għandha tikkomunika l-informazzjoni li għandha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha u għandha tara li l-memorandum ta' inkorporazzjoni jiġi trasferit lill-Istat Membru ta' residenza ta' kull inkorporatur u ta' kull benefiċjarju.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 4 – punt a
(a)  f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1: fi żmien xahar wara tmiem il-perjodu ta' tliet xhur li matulu d-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri jew l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet ġew maħruġa jew ġew emendati.
(a)  f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1: immedjatament u mhux aktar tard minn xahar wara d-deċiżjonijiet antiċipati jew l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet ġew maħruġa jew ġew emendati.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 4 – punt b
(b)  f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 2: qabel il-31 ta' Diċembru 2016;
(b)  f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 2: fi żmien tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ;
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt b
(b)  il-kontenut tad-deċiżjoni antiċipata transfruntiera jew l-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet, inkluża deskrizzjoni tal-attivitajiet rilevanti tan-negozju jew it-tranżazzjonijiet jew is-sensiela ta’ tranżazzjonijiet;
(b)  il-kontenut tad-deċiżjoni antiċipata jew l-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet, inkluża deskrizzjoni tal-attivitajiet rilevanti tan-negozju jew it-tranżazzjonijiet jew is-sensiela ta' tranżazzjonijiet;
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)
(ba)  il-kriterji użati biex tiġi determinata d-deċiżjoni antiċipata jew l-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet, kif ukoll il-limitazzjoni fiż-żmien tagħhom, jekk ikun il-każ, jew iċ-ċirkustanzi li permezz tagħhom id-deċiżjoni tista' tiġi revokata;
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt d
(d)  l-identifikazzjoni tal-Istati Membri oħra li x'aktarx ikunu kkonċernati direttament jew indirettament bid-deċiżjoni antiċipata transfruntiera u bl-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet;
(d)  l-identifikazzjoni tal-Istati Membri oħra li x'aktarx ikunu kkonċernati direttament jew indirettament bid-deċiżjoni antiċipata u bl-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet;
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt e
(e)  l-identifikazzjoni ta' kull persuna, għajr persuna naturali, fl-Istati Membri l-oħra li x'aktarx ikunu affettwati direttament jew indirettament bid-deċiżjoni antiċipata transfruntiera u bl-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet (fejn għandu jiġi indikat ma' liema Stat Membru il-persuni milquta huma marbuta).
(e)  l-identifikazzjoni ta' kull persuna, għajr persuna naturali, fl-Istati Membri l-oħra li x'aktarx ikunu affettwati direttament jew indirettament bid-deċiżjoni antiċipata u bl-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet (fejn għandu jiġi indikat ma' liema Stat Membru il-persuni milquta huma marbuta).
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt ea (ġdid)
(ea)  malli jkun disponibbli, in-Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa Ewropew (NIT) kif deskritt fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa tal-2012;
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt eb (ġdid)
(eb)  deskrizzjoni tas-sett ta' kriterji użati u tal-arranġamenti applikabbli fejn, permezz ta' mekkaniżmu de jure jew de facto, il-bażi taxxabbli tal-kontribwent titnaqqas b'deroga mir-regoli standard tal-Istat Membru li joħroġ l-opinjoni, pereżempju, l-awtorizzazzjoni għal rata ta' ammortizzament aktar rapida mis-soltu jew it-tnaqqis tal-ispejjeż mhux imġarrba direttament jew mhux realment imġarrba mill-kontribwent;
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt ec (ġdid)
(ec)  deskrizzjoni tas-sett ta' kriterji użati u tal-arranġamenti applikabbli meta kontribwent jingħata rata ta' tassazzjoni li tkun inqas mir-rata standard fl-Istat Membru li joħroġ l-opinjoni;
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 5 – punt ed (ġdid)
(ed)  deskrizzjoni tas-sett ta' kriterji użati u tal-mekkaniżmu applikat meta parti għal dak il-mekkaniżmu tiġi stabbilita f'pajjiż terz li fih it-tassazzjoni jew ma teżistix jew hija ferm aktar favorevoli.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 6
6.  Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju, il-Kummissjoni għandha tadotta kull miżura u arranġament prattiku meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi miżuri biex jiġu standardizzati l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, bħala parti mill-proċedura li tistabbilixxi l-formola standard prevista fl-Artikolu 20(5).
6.  Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju, il-Kummissjoni għandha tadotta kull miżura u arranġament prattiku meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi miżuri biex jiġu standardizzati l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, bħala parti mill-proċedura li tistabbilixxi l-formola standard prevista fl-Artikolu 20(5). Il-Kummissjoni għandha tassisti Stati Membri li għandhom korpi territorjali jew amministrattivi deċentralizzati b'kompetenzi relatati mat-taxxa f'li jiżguraw li huma jilħqu r-responsabbiltà tagħhom li jipprovdu t-taħriġ u s-sostenn lil dawn il-korpi.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 7
7.  L-awtorità kompetenti li lilha tiġi kkomunikata l-informazzjoni skont l-Artikolu 1 għandha tikkonferma b'mod immedjat, jekk possibbli permezz ta' mezzi elettroniċi, il-wasla tal-informazzjoni lill-awtorità kompetenti li tkun bagħtet l-informazzjoni u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sebat ijiem ta' ħidma wara l-wasla.
7.  L-awtorità kompetenti li lilha tiġi kkomunikata l-informazzjoni skont l-Artikolu 1 għandha tikkonferma b'mod immedjat, jekk possibbli permezz ta' mezzi elettroniċi, il-wasla tal-informazzjoni lill-awtorità kompetenti li tkun bagħtet l-informazzjoni u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sebat ijiem ta' ħidma wara l-wasla, biex b'hekk jiġi ffaċilitat it-tħaddim ta' sistema effikaċi ta' skambju ta' informazzjoni awtomatiku.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 8
8.  L-Istati Membri jistgħu, skont l-Artikolu 5, jitolbu informazzjoni addizzjonali, inkluż it-test sħiħ tad-deċiżjoni antiċipata transfruntiera jew tal-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet, mill-Istat Membru li jkun ħariġhom.
8.  L-Istati Membri – jew il-korpi territorjali jew amministrattivi tagħhom, inklużi l-awtoritajiet lokali jekk applikabbli – jistgħu, skont l-Artikolu 5, jitolbu informazzjoni addizzjonali, inkluż it-test sħiħ tad-deċiżjoni antiċipata jew tal-arranġament antiċipat dwar il-prezzijiet, mill-Istat Membru li jkun ħariġhom.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 9a (ġdid)
9a.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fi stadju bikri rigward kwalunkwe bidla rilevanti fil-prattika tagħhom tad-deċiżjonijiet tat-taxxa (formalitajiet tal-applikazzjoni, proċess ta' teħid ta' deċiżjoni, eċċ.).
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 9b (ġdid)
9b.  L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar kwalunkwe bidla rilevanti fil-liġi tagħhom ta' taxxa fuq il-kumpaniji (introduzzjoni ta' allowance, relief, eċċezzjoni, inċentiv jew miżura simili ġodda, eċċ.) li jista' jkollha impatt fuq ir-rati ta' taxxa effikaċi tagħhom jew fuq id-dħul mit-taxxa ta' xi Stat Membru ieħor;
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8b – paragrafu 1
1.  Qabel l-1 ta' Ottubru 2017, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi annwali bi statistika dwar il-volum ta' skambji awtomatiċi skont l-Artikoli 8 u 8a u, sa fejn ikun possibbli, b'informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatati mal-iskambji li jkunu seħħew u kull bidla potenzjali oħra, kemm għall-amministrazzjonijiet fiskali kif ukoll għall-partijiet terzi.
1.  Qabel l-1 ta' Ottubru 2017, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi annwali bi statistika dwar il-volum ta' skambji awtomatiċi skont l-Artikoli 8 u 8a, it-tipi ta' deċiżjonijiet mogħtija, u, sa fejn ikun possibbli, b'informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatati mal-iskambji li jkunu seħħew u kull bidla potenzjali oħra, kemm għall-amministrazzjonijiet fiskali kif ukoll għall-partijiet terzi;
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8b – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Qabel l-1 ta' Ottubru 2017, u fuq bażi annwali minn dik id-data 'l quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jiġbor fil-qosor il-każijiet ewlenin li jinsabu fid-direttorju ċentrali sigur riferut fl-Artikolu 21(5). B'dan il-mod, il-Kummissjoni għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 23a.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  Meta Stat Membru jagħmel użu minn xi informazzjoni kkomunikata minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 8a, huwa għandu jibgħat feedback dwar dan lill-awtorità kompetenti li tkun tat l-informazzjoni kemm jista' jkun malajr, u mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-eżitu tal-użu tal-informazzjoni mitluba jkun magħruf, għajr jekk il-feedback ikun diġà ngħata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-arranġamenti prattiċi f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
3.  Meta Stat Membru jagħmel użu minn xi informazzjoni kkomunikata minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 8a, huwa għandu jibgħat feedback dwar dan lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti li tkun tat l-informazzjoni kemm jista' jkun malajr, u mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-eżitu tal-użu tal-informazzjoni mitluba jkun magħruf, għajr jekk il-feedback ikun diġà ngħata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-arranġamenti prattiċi f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 5
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 20 – paragrafu 5
5.  L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet skont l-Artikolu 8a għandu jsir bl-użu ta' formola standard ladarba dik il-forma tkun ġiet adottata mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
5.  L-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati u l-arranġamenti antiċipati dwar il-prezzijiet skont l-Artikolu 8a għandu jsir bl-użu ta' formola standard ladarba dik il-forma tkun ġiet adottata mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 21 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa sistema sigura ta' direttorju ċentrali fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-Artikolu 8a ta' din id-Direttiva tista' tiġi rreġistrata sabiex tissodisfa l-iskambju awtomatiku previst fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8a. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f’dan id-direttorju. L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
5.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa sistema sigura ta' direttorju ċentrali fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-Artikolu 8a ta' din id-Direttiva trid tiġi rreġistrata sabiex tissodisfa l-iskambju awtomatiku previst fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha komunikata fil-qafas tal-Artikolu 8a waqt il-perjodu tranżizzjonali fejn id-direttorju ċentrali sigur għadu mhux żviluppat tiġi mtella' fid-direttorju ċentrali sigur sal-1 ta' April 2017. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f'dan id-direttorju. L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23a – paragrafu 1
1.  L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva trid tibqa' kunfidenzjali skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-Unjoni.
1.  L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva trid tibqa' kunfidenzjali skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-Unjoni, kif minqux fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  Informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Stat Membru skont l-Artikolu 23, kif ukoll kull rapport jew dokument prodott mill-Kummissjoni bl-użu ta' tali informazzjoni, jistgħu jiġu trasmessi lil Stati Membri oħrajn. Tali informazzjoni trasmessa għandha tkun koperta bl-obbligu ta' segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkun irċeviha.
2.  Informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Stat Membru tal-UE jew taż-ŻEE skont l-Artikolu 23, kif ukoll kull rapport jew dokument prodott mill-Kummissjoni bl-użu ta' tali informazzjoni, jistgħu jiġu trasmessi lil Stati Membri oħrajn tal-UE (u fil-każ ta' reċiproċità anke lil Stati Membri taż-ŻEE). Tali informazzjoni trasmessa għandha tkun koperta mill-obbligu ta' segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tal-UE (u fil-każ ta' reċiproċità anke ta' Stat Membru taż-ŻEE) li jkun irċeviha.
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Ir-rapporti u d-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni msemmijin fl-ewwel subparagarafu jistgħu jintużaw biss mill-Istati Membri għal skopijiet analitiċi, iżda m'għandhomx jiġu ppubblikati jew ikunu disponibbli għal kull persuna jew korp ieħor mingħajr il-qbil espliċitu tal-Kummissjoni.
Ir-rapporti u d-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni msemmijin fl-ewwel subparagarafu jistgħu jintużaw biss mill-Istati Membri tal-UE jew taż-ŻEE għal skopijiet analitiċi, iżda m'għandhomx jiġu ppubblikati jew ikunu disponibbli għal kull persuna jew korp ieħor mingħajr il-qbil espliċitu tal-Kummissjoni.
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23b (ġdid)
(8a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 23b
Penali
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-penali kollha li għandhom jiġu stabbiliti f'każ ta' rifjut jew ommissjoni ta' skambju ta' informazzjoni."
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 25a (ġdid)
(9a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 25a
L-iżviluppi fl-OECD
Din id-Direttiva għandha tkun kompatibbli mal-iżviluppi fl-OECD u għandha tqis il-ġabra ta' regoli komprensiva tal-OECD li jinsabu fl-Istandard għall-Iskambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji."
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 25b (ġdid)
(9b)   Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"Artikolu 25b
Azzjoni ulterjuri tal-Istati Membri
Din id-Direttiva ma għandhiex teskludi l-Istati Membri milli jieħdu azzjoni ulterjuri għall-iżvilupp ta' dispożizzjonijiet domestiċi jew ibbażati fuq il-ftehim għal prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa."
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9c (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 27
(9c)  L-Artikolu 27 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 27
Rapportar
Kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

Kwittanza 2013: l-impriża konġunta ARTEMIS
PDF 433kWORD 98k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2132(DEC))
P8_TA(2015)0370A8-0283/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(3) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, kif ukoll it-tweġibiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal- Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0283/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2132(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS) għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(10),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(11) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(12) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, u t-tweġibiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ARTEMIS),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(15),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(16), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(17),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0283/2015),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2132(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0283/2015),

A.  billi l-Impriża Konġunta ARTEMIS (l-"Impriża Konġunta") twaqqfet f'Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tiddefinixxi u timplimenta "Aġenda ta' Riċerka" għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ewlenin għal f'sistemi inkorporati tal-kompjuter f'oqsma differenti ta' applikazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-Unjoni, u biex tippermetti l-ħolqien ta' swieq u applikazzjonijiet għas-soċjetà ġodda;

B.  billi l-Impriża Konġunta bdiet topera b'mod awtonomu f'Ottubru 2009,

C.  billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri tal-ARTEMIS għandhom jammontaw għal 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni filwaqt li l-kontribuzzjoni in natura mill-organizzazzjonijiet ta' riċerka u żvilupp li jipparteċipaw fi proġetti matul il-perjodu tal-Impriża Konġunta għandha tkun daqs jew akbar il-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi,

D.  billi l-Impriża Konġunta ingħaqdet mal-Impriża Konġunta ENIAC sabiex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (ECSEL ITK) li bdiet l-attività tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' topera għal 10 snin,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2013 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għal tmiem is-sena, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji tagħha;

2.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li ġew stabbiliti l-arranġamenti prattiċi għall-awditi ex post fir-rigward tal-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali; jieħu nota li l-arranġamenti prattiċi jinkludu l-introduzzjoni ta' formola speċifika ta' rappurtar, rinfurzata bil-valutazzjoni tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali mill-Impriża Konġunta u żjarat lill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali mill-Qorti;

3.  Ifakkar li l-istrateġija ex post adottata mill-Impriża Konġunta tiddikjara li hija għandha tivvaluta minn tal-inqas darba fis-sena jekk l-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali tipprovdix biżżejjed assigurazzjoni fir-rigward tar-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet eżegwiti;

4.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li t-23 awtorità ta' finanzjament nazzjonali li qasmu l-informazzjoni dwar l-istrateġija tal-awditu tagħhom jirrappreżentaw 93 % tat-total tal-għotjiet li ngħataw; jilqa' l-fatt li sabiex tikkomplementa l-informazzjoni li ngħatat mill-Impriża Konġunta, il-Qorti kisbet informazzjoni addizzjonali direttament mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali sabiex tesprimi opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet;

5.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li hija għamlet progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni li għandu l-għan li jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti fl-opinjoni kwalifikata tagħha; josserva li l-assigurazzjonijiet li ngħataw mis-sistemi nazzjonali kienu vvalutati b'mod pożittiv mill-pajjiżi li jirrappreżentaw 54 % tat-total tal-għotjiet, filwaqt li l-valutazzjonijiet għal pajjiżi oħra qegħdin f'fażi ta' eżekuzzjoni avvanzata li se ġġib il-kopertura ta' għotjiet ivvalutati għal 84 %; jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli tivvaluta sabiex tilħaq kopertura ta' 100 % tat-total tal-għotjiet;

6.  Jieħu nota li ġiet organizzata sessjoni ta' ħidma dwar l-assigurazzjoni, li laqqgħet flimkien r-rappreżentanti tal-Qorti, tal-Kummissjoni u tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, kif ukoll rappreżentanti tal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali attivi fl-Impriża Konġunta; josserva li s-sessjoni ta' ħidma enfasizzat ir-rekwiżiti tal-programmi Ewropej u tat lok għal skambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali;

7.  Josserva li l-Impriża Konġunta żviluppat metodoloġija ġdida għal stima tar-rata tal-iżball residwu, simili għal dik użata mis-servizzi tal-Kummissjoni li huma inkarigati mill-finanzjament koġestit; jirrikonoxxi li l-ewwel evalwazzjoni tar-rata tal-iżball residwu bbażata fuq 157 tranżazzjoni awditjata kienet 0,73 %, filwaqt li aġġornament reċenti bbażat fuq 331 tranżazzjoni rriżulta f'rata tal-iżball ta' 0,66 %, li huwa taħt is-soll ta' materjalità ta' 2 %;

8.  Ifakkar li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament wara l-emenda tal-baġit tal-aħħar tas-sena kienet 69 %; jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li d-dewmin fil-ħruġ taċ-ċertifikati ta' pagament mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali kien wieħed mir-raġunijiet ewlenin għar-rata ta' użu baxxa peress li l-pagamenti kienu eżegwiti mingħajr dewmien malli ġew irċevuti ċ-ċeritifkati nazzjonali; jirrikonoxxi, barra minn hekk li, r-ritmu tal-ħlasijiet aktar bil-mod ma affettwax l-eżekuzzjoni teknika tal-proġetti;

9.  Jaċċerta ruħu, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li l-kontribuzzjonijiet impenjati mill-Istati Membri kienu fil-livell ta' 1,8 drabi l-impenji tal-Unjoni; jirrikonoxxi li l-impenji mill-Istati Membri kellhom jitnaqqsu taħt is-soll ta' 1,8 meta jagħtu l-għotjiet sabiex jikkonformaw mal-limitazzjonijiet imposti mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; jieħu nota li l-kontribuzzjonijiet li jirriżultaw lill-Impriża Konġunta mill-Unjoni kienu EUR 181 454 844, filwaqt li kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri kienu EUR 341 842 261, li jirriżulta f'livell ta' 1,88;

10.  Jieħu nota li l-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta l-attività tal-ARTEMIS sad-data tal-ħolqien tal-ECSEL JTI, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ARTEMIS, li għandha tiġi kkunsidrata għall-kwittanza tas-sena finanzjarja 2014;

Sistemi ta' kontroll intern

11.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li apparti r-rekwiżiti tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament li jwaqqafha, il-Kapaċità tal-Awditjar Intern li twaqqaf fl-Impriża Konġunta ENIAC, issa huwa mwaqqaf bħala l-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Impriża Konġunta minħabba il-fużjoni taż-żewġ Impriżi Konġunti;

12.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li l-Pjan ta' Rkupru minn Diżastru għall-infrastruttura komuni tal-IT tal-Impriża Konġunta huwa approvat;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

13.  Josserva li minħabba l-fużjoni mal-Impriża Konġunta ENIAC, il-politika komprensiva għall-prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess tal-Impriża Konġunta ENIAC hija applikabbli wkoll għall-Impriża Konġunta; josserva, barra minn hekk, li l-proċeduri għall-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess, kif ukoll il-mekkaniżmi tal-proċedimenti fl-eventwalità ta' vjolazzjoni tar-regoli, huma parti mill-politika adottata;

14.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li nġabru u ttellgħu fuq is-sit web tal-Impriża Konġunta s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur Eżekuttiv u tal-maniġers tagħha kif mitlub mir-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli ta' implimentazzjoni; josserva li ġiet stabbilita bażi ta' data komprensiva li tinkludi kull informazzjoni identifikata fir-rigward ta' kunflitti ta' interessi kif ukoll il-miżuri li ttieħdu, u hija miżmuma fuq bażi regolari;

Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati tar-riċerka

15.  Ifakkar li d-Deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru (FP7)(19) tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar li tkopri l-protezzjoni, it-tixrid u t-trasferiment ta' riżultati tar-riċerka; jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li 211,5 pubblikazzjoni u 16,6 privattiva għal kull EUR 10 000 000 f'għotjiet tal-Unjoni juru produttività għolja tar-riżultati tar-riċerka tagħha u li hija konformi mat-talbiet kollha mitluba s'issa mill-koordinaturi tal-FP7.

(1) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 8.
(2) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 9.
(3) ĠU L 255, 30.9.2015, p. 416.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(7) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(8) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(9) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(10) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 8.
(11) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 9.
(12) ĠU L 255, 30.9.2015, p. 416.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.
(14) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(15) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(16) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(17) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(18) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(19) Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 6).


Kwittanza 2013: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
PDF 434kWORD 98k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2125(DEC))
P8_TA(2015)0371A8-0282/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(3) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0282/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2013 ;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, tad-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2125(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(11) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(12),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0282/2015),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013 / Jipposponi l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni tad-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2125(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0282/2015),

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

1.  Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ("l-Istitut") għas-sena finanzjarja 2013, għat-tieni sena konsekuttiva, ma sabet l-ebda assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet marbuta mal-għotjiet; jinnota li fl-opinjoni tal-Qorti, il-kwalità taċ-ċertifikati kienet kompromessa peress li nħarġu minn kumpaniji tal-awditjar indipendenti kuntrattati minn benefiċjarji ta' għotjiet, li jkopru madwar 87 % tal-infiq tal-għotjiet; ifakkar, barra minn hekk, li sabiex jiġu indirizzati d-difetti relatati mal-kwalità taċ-ċertifikati tal-awditjar, l-Istitut tejjeb l-istruzzjonijiet mogħtija lill-awdituri inkarigati miċ-ċertifikazzjoni u kkomunika l-istruzzjonijiet aġġornati lill-"Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni" (KKI), il-benefiċjarji tal-għotjiet tal-Istitut, f'Ġunju 2013;

2.  Jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Istitut, li l-istruzzjonijiet imtejba rriżultaw f'titjib fil-kwalità taċ-ċertifikati tal-awditjar riċevuti meta mqabbla mat-tranżazzjonijiet marbuta mal-għotjiet tal-2013 li għalihom il-pagamenti finali saru fl-2014;

3.  Jirrikonoxxi li, ibda mill-ftehimiet ta' għotja tal-2014, l-Istitut juża l-istess metodoloġija taċ-ċertifikati tal-awditjar bħall-programmi l-oħrajn kollha fl-ambitu tal-programm qafas Orizzont 2020; josserva li l-użu ta' metodoloġija ta' ċertifikazzjoni aktar dettaljata u konsistenti kompla jżid l-assigurazzjoni miksuba matul il-verifiki ex ante;

4.  Ifakkar li l-Istitut introduċa verifiki komplementari ex post għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-għotjiet bħala t-tieni livell ta' assigurazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet marbuta mal-għotjiet; jirrikonoxxi li l-Istitut wettaq awditjar "fuq il-post" u kopra madwar 40 % tal-għotjiet imħallsa skont il-Ftehimiet ta' Għotja tal-2013; josserva li dan l-awditjar irriżulta fl-irkupru ta' EUR 263 239, mill-ammont totali ta' EUR 29 163 272 suġġett għal awditjar; jirrikonoxxi li r-rata ta' żball maqbud fil-kampjun awditjat hija 0,90 % u r-rata tal-iżball residwu hija 0,69 %, li hija taħt il-limitu tal-materjalità ta' 2 %; jikkonstata li l-Qorti ma għamlet l-ebda kumment jew sejba fir-rigward tal-verifiki ex ante jew ex post fl-osservazzjonijiet preliminari tagħha għas-sena finanzjarja 2014;

5.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Istitut, li mill-2013 huwa tejjeb il-proċeduri ta' akkwist tiegħu u adotta approċċ proattiv wara li l-Qorti sabet l-iżbalji; josserva b'mod partikolari li l-Istitut ħassar iż-żewġ kuntratti qafas konklużi fl-2010 u fl-2012 li fihom ġiet identifikata irregolarità fl-użu tal-proċedura negozjata; josserva, barra minn hekk, li l-Istitut għamel reviżjoni tal-proċeduri, taċ-ċirkwiti u tal-mudelli interni tiegħu, bil-għan li jirrispetta totalment ir-regoli rispettivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, b'attenzjoni speċjali għall-ippjanar sod u għall-istima tal-bżonnijiet; jirrikonoxxi li fl-2015 l-Istitut irrekluta uffiċjal ieħor għall-akkwisti u wettaq sensiela ta' sessjonijiet ta' taħriġ dwar l-akkwist indirizzati lill-persunal tiegħu;

6.  Jirrikonoxxi li barra mill-kompitu ta' konsulenza eżegwit mill-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Istitut, dan tal-aħħar implimenta l-azzjonijiet segwenti:

   żviluppa vade mecum dwar l-akkwist li jinkludi listi ta' kontroll għad-diversi proċeduri ta' akkwist u kuntratti speċifiċi fl-ambitu tal-kuntratti qafas;
   talab li l-funzjoni ta' akkwist tivverifika r-rikjesti kollha għal servizz qabel ma tintalab offerta, li jipprovdi livell addizzjonali ta' kontroll;
   żgura li l-membri tal-persunal ikunu mħarrġa biżżejjed permezz ta' sessjonijiet ta' taħriġ immirati;
   iċċara r-rwol rispettiv tal-funzjoni tal-akkwist, operattiva u tal-ġestjoni tal-kuntratti kif ukoll daħħal titjib fil-listi ta' kontroll u fl-iskedi li jispeċifikaw l-iter ta' ċirkolazzjoni (routing slips);
   iddokumenta l-proċeduri ta' akkwist b'arkivju uniku u li jista' jintuża b'mod prattiku proporzjonat għad-daqs tal-Istitut;

7.  Jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Istitut, li ma nstab l-ebda żball fl-akkwist fir-rigward tas-sena 2014; josserva, barra minn hekk, li peress li r-rata tal-iżball residwu fl-infiq tal-għotjiet hija 0,69 %, ir-rata ta' żball kombinat għall-infiq amministrattiv u dak operattiv hija bejn wieħed u ieħor 0,5 % tal-pagamenti totali li saru fl-2014; jistenna bil-ħerqa r-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena 2014 biex jikkonferma dawn il-konklużjonijiet;

8.  Jaċċerta li l-Istitut kiseb iċ-ċertifikati ta' awditjar dwar l-ispejjeż tal-attivitajiet komplementari tal-KKI inkorsi fil-perjodu 2010-2014; josserva li l-Istitut għamel rieżami tal-portafoll tal-attivitajiet komplementari tal-KKI bil-għan li jiggarantixxi li jkunu aċċettati biss l-attivitajiet b'rabta ċara mal-valur miżjud tal-KKI ffinanzjati mill-Istitut;

9.  Jirrikonoxxi li l-finanzjament fornut mill-Istitut lill-KKI fil-perjodu 2010-2014 ma qabiżx il-limitu massimu ta' 25 % kif iffissat mill-Ftehimiet Qafas ta' Sħubija bejn il-KKI u l-Istitut;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

10.  Josserva li l-Istitut tejjeb il-proċeduri ta' ppjanar u ta' monitoraġġ marbuta mal-implimentazzjoni tal-baġit; jieħu nota li tali proċeduri issa jinkludu valutazzjoni aktar rigoruża tal-attivitajiet kollha proposti b'impatt fuq il-baġit li jammonta għal aktar minn EUR 50 000, kif ukoll l-introduzzjoni ta' dokumenti addizzjonali ta' ppjanar li jiggarantixxu li l-bżonnijiet tar-riżorsi umani u finanzjarji jkunu identifikati sewwa u disponibbli għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati kollha; josserva, barra minn dan, li ssaħħet ir-rabta bejn l-attivitajiet ippjanati u l-allokazzjoni tar-riżorsi billi l-Programm ta' Ħidma Annwali ntrabat mal-baġit annwali;

11.  Josserva li l-Istitut, flimkien mal-KKI, tejjeb b'mod sinifikanti l-kapaċità ta' assorbiment tal-ewwel mewġa ta' KKI għall-perjodu 2010-2014, b'rata medja ta' tkabbir annwali tal-għotjiet assorbiti mill-Istitut ta' 85 %; josserva, barra minn hekk, li l-Bord tat-Tmexxija tal-Istitut għażel u ħatar żewġ sħubijiet biex isiru l-KKI tat-tieni mewġa, li se jkomplu jgħollu l-kapaċità ta' assorbiment mis-sena 2015 u jżidu r-rata ta' eżekuzzjoni tal-baġit tal-Istitut;

12.  Ifakkar li r-rata baxxa ta' implimentazzjoni tal-baġit għat-Titolu I (infiq għall-persunal) hija dovuta prinċipalment għaċ-ċaqliq qawwi tal-persunal u l-adozzjoni straordinarja tar-regolamenti dwar l-aġġustamenti fis-salarji; jieħu nota li l-analiżi tal-intervisti ta' tmiem l-impjieg identifikat in-nuqqas ta' prospettiva ċara fir-rigward tal-karrieri, ambjent tax-xogħol diffiċli u pakkett ta' salarju mhux attraenti relatat mal-koeffiċjent ta' korrezzjoni għall-Ungerija bħala r-raġunijiet ewlenin għaċ-ċaqliq qawwi tal-persunal;

13.  Jikkonstata l-azzjonijiet meħuda mill-Istitut bil-għan li jtaffi ċ-ċaqliq qawwi tal-persunal; josserva partikolarment it-titjib fil-ġestjoni ta' postijiet vakanti, il-ħolqien ta' sistema ta' evalwazzjoni u ta' riklassifikazzjoni li joffri prospettiva professjonali aħjar u jsaħħaħ il-livell maniġerjali tan-nofs; jilqa' t-tnaqqis fir-rata ta' ċaqliq tal-persunal minn 20-25 % fil-perjodu 2012-2013 għal 12 % fl-2014; jieħu nota tal-fatt li l-erba' postijiet vakanti li baqa' se jimtlew gradwalment matul l-2015;

Awditjar intern

14.  Jirrikonoxxi li f'Ġunju 2014 is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ħareġ rapport ta' awditjar ta' segwitu dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni li jirriżulta mir-"Rieżami Limitat dwar il-Ġestjoni tal-Għotjiet – Tħejjija għall-Ftehimiet ta' Għotja Annwali"; jieħu nota li l-IAS għalaq żewġ rakkomandazzjonijet mis-sitta oriġinali u li rakkomandazzjoni oħra niżlet mil-livell ta' "Kritika" għal dak ta' "Importanti Ħafna";

15.  Jirrikonoxxi li f'Diċembru 2014 l-IAS għamel żjara ta' ġbir ta' informazzjoni fl-Istitut sabiex jagħmel rieżami tal-progess li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet miftuħa; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li ż-żjara serviet biex l-IAS jirrikonoxxi aktar titjib fil-proċess ta' allokazzjoni tal-għotjiet annwali u li l-azzjonijiet dettaljati kollha ppreżentati lill-IAS matul iż-żjara, sew jekk kompletati, għaddejjin jew ippjanati, qegħdin jindirizzaw adegwatament ir-riskji evidenzjati mir-rieżami limitat tal-IAS;

16.  Josserva li mill-25 azzjoni li jirriżultaw mill-pjan ta' azzjoni, 18 ġew implimentati u li l-implimentazzjoni tas-seba' azzjonijiet li baqa' għadha għaddejja; josserva wkoll li tlieta minn dawk is-seba' azzjonijiet għandhom ikunu implimentati qabel it-tmiem tal-2015, wara li jkun ġie ffirmat il-Ftehim Qafas ta' Sħubija emendat bejn l-Istitut u l-KKI; jikkonstata, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Istitut, li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li baqa' miexja skont kif ippjanata;

17.  Josserva li l-IAC għamel seba' eżerċizzji ta' awditjar u impenji konsultattivi fl-2014 u jirrikonoxxi l-azzjonijiet li ħa l-Istitut fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-IAC.

(1) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 184.
(2) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 184.
(3) ĠU L 255, 30.9.2015, p. 409.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.
(7) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(8) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(9) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 184.
(10) ĠU C 442, 10.12.2014, p. 184.
(11) ĠU L 255, 30.9.2015, p. 409.
(12) ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.
(13) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(14) ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


Kwittanza 2013: L-Impriża Konġunta ENIAC
PDF 432kWORD 95k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2135(DEC))
P8_TA(2015)0372A8-0285/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta,(1)

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(3) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, u t-tweġibiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,(4)

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002,(5)u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC,(6)

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL,(7)u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,(8)

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,(9)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0285/2015),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2135(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta,(10)

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(11) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(12) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, u t-tweġibiet mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,(13)

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002,(14)u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC,(15)

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL,(16)u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej,(17)

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,(18)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0285/2015),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013 (2014/2135(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0285/2015),

A.  billi l-Impriża Konġunta ENIAC ("l-Impriża Konġunta") ġiet stabbilita fl-20 ta' Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tiddefinixxi u timplimenta "aġenda ta' riċerka" għall-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin għan-nanoelettronika f'oqsma ta' applikazzjoni differenti;

B.  billi l-Impriża Konġunta ngħatat l-awtonomija finanzjarja tagħha f'Lulju 2010;

C.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit u l-Assoċjazzjoni għall-Attivitajiet Nanoelettroniċi Ewropej (AENEAS);

D.  billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta' 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta hija EUR 450 000 000, u din titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru tar-Riċerka;

E.  billi l-kontribuzzjoni massima tal-AENEAS għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR 30 000 000 u l-Istati Membri għandhom jagħtu kontribuzzjonijiet in natura għall-ispejjeż operattivi kif ukoll jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

F.  billi l-Impriża Konġunta ingħaqdet f'fużjoni mal-Impriża Konġunta ARTEMIS sabiex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (ECSEL ITK) li bdiet l-attività tagħha f'Ġunju 2014 u se tibqa' topera għal 10 snin;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2013 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għal tmiem is-sena, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji tagħha u mar-regoli tal-kontabbiltà adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Ifakkar li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali, abbażi tal-fatt li ma setgħetx tikkonkludi jekk l-istrateġija ta' awditjar ex post, li tiddependi ħafna mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali għall-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż marbuta mal-proġetti, tipprovdix assigurazzjoni biżżejjed fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

3.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li l-Qorti se tieħu miżuri sabiex tikseb biżżejjed garanziji tal-awditi mwettqa mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-ECSEL ITK se tagħmel aktar valutazzjonijiet tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali wara l-fużjoni tal-Impriża Konġunta u l-Impriża Konġunta ARTEMIS;

4.  Josserva li l-Impriża Konġunta stabbiliet l-arranġamenti prattiċi għall-awditi ex post dwar il-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali; jieħu nota li l-arranġamenti prattiċi jinkludu l-introduzzjoni ta' formola speċifika ta' rappurtar, rinfurzata bil-valutazzjoni tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali mill-Impriża Konġunta u żjarat lill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali mill-Qorti;

5.  Jieħu nota li r-rieżami limitat tad-dikjarazzjonijiet ta' spiża mwettaq mill-Impriża Konġunta fl-2012 kien wieħed mill-elementi li saħħew lill-garanzija, li ppermetta lill-Impriża Konġunta tissorvelja liema tranżazzjonijiet kienu soġġetti għall-awditi qabel l-introduzzjoni tal-formola speċifika ta' rappurtar; josserva li dan il-kampjun wera għadd żgħir tal-ewwel awditi nazzjonali li bdew fl-2012 u laħqu ammont li jistgħu jirrendu evalwazzjonijiet statistiċi importanti fl-2014;

6.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li t-23 awtorità ta' finanzjament nazzjonali li qasmu l-informazzjoni dwar l-istrateġija tal-awditu tagħhom jirrappreżentaw 95 % tat-total tal-għotjiet li ngħataw; jilqa' l-fatt li sabiex tikkomplementa l-informazzjoni li ngħatat mill-Impriża Konġunta, il-Qorti kisbet informazzjoni addizzjonali direttament mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali sabiex tesprimi opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet;

7.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li hija għamlet progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni li għandu l-għan li jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti fl-opinjoni kwalifikata tagħha; josserva li l-assigurazzjonijiet li ngħataw mis-sistemi nazzjonali kienu vvalutati b'mod pożittiv mill-pajjiżi li jirrappreżentaw 54 % tat-total tal-għotjiet, filwaqt li l-valutazzjonijiet għall-pajjiżi oħra qegħdin f'fażi ta' eżekuzzjoni avvanzata, li se jġibu l-kopertura ta' għotjiet ivvalutati għal 84 %; jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli tivvaluta sabiex tilħaq kopertura ta' 100 % tat-total tal-għotjiet;

8.  Jieħu nota li ġiet organizzata sessjoni ta' ħidma dwar l-assigurazzjoni, li laqqgħet flimkien r-rappreżentanti tal-Qorti, tal-Kummissjoni u tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni, kif ukoll rappreżentanti tal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali attivi fl-Impriża Konġunta; josserva li s-sessjoni ta' ħidma enfasizzat ir-rekwiżiti tal-programmi Ewropej u tat lok għal skambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki mal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali;

9.  Josserva li l-Impriża Konġunta żviluppat metodoloġija ġdida għal stima tar-rata tal-iżball residwu, simili għal dik użata mis-servizzi tal-Kummissjoni li huma nkarigati mill-finanzjament koġestit; jirrikonoxxi li l-ewwel evalwazzjoni tar-rata tal-iżball residwu bbażata fuq 157 tranżazzjoni awditjati kienet ta' 0,73 %, filwaqt li aġġornament reċenti bbażat fuq 331 tranżazzjoni rriżulta f'rata tal-iżball ta' 0,66 %, li huwa taħt il-livell limitu ta' materjalità ta' 2 %;

10.  Jaċċerta ruħu, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri kienu taħt il-livell ta' 1,8 darbiet aktar mill-kontribuzzjoni finanzjarja kif mitlub mill-istatut tal-Impriża Konġunta sabiex ikunu konformi mal-limitazzjonijiet imposti mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; josserva b'mod partikolari li għall-parteċipanti tal-industrija fi proġetti pilota kbar ta' linja t-total tal-finanzjament pubbliku ma jistax jaqbeż il-25 %, filwaqt li l-istatut tal-Impriża Konġunta jesiġi allokazzjoni tal-istess rata ta' rimborż lil kull parteċipant;

11.  Jirrikonoxxi li l-kontribuzzjonijiet aktar baxxi mill-Istati Membri kienu aktar milli kkumpensati miż-żieda ta' kontribuzzjonijiet mis-settur privat li jammontaw għal 65 % tal-ispejjeż totali u għalhekk laħqu livell għoli ħafna ta' kopertura tal-finanzjament tal-Unjoni;

12.  Jieħu nota li l-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni biex tivvaluta l-attività tal-ENIAC sad-data tal-ħolqien tal-ECSEL JTI, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC, li għandha tiġi kkunsidrati għall-kwittanza tas-sena finanzjarja 2014;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

13.  Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li nġabru u ttelgħu fuq is-sit web tal-Impriża Konġunta s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur Eżekuttiv u tal-maniġers tagħha kif mitlub mir-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli ta' implimentazzjoni; josserva li ġiet stabbilita bażi ta' data komprensiva li tinkludi kull informazzjoni identifikata fir-rigward ta' kunflitti ta' interessi kif ukoll il-miżuri li ttieħdu, u hija miżmuma fuq bażi regolari;

Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati tar-riċerka

14.  Ifakkar li d-Deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru (FP7)(19) tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar li tkopri l-protezzjoni, it-tixrid u t-trasferiment ta' riżultati tar-riċerka; jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Impriża Konġunta, li 211,5 pubblikazzjoni u 16,6 privattiva għal kull EUR 10 000 000 ta' għotjiet tal-Unjoni juru produttività għolja tar-riżultati tar-riċerka tagħha u li hija konformi mat-talbiet kollha mitluba s'issa mill-koordinaturi tal-FP7.

(1) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 26.
(2) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 27.
(3) ĠU L 255, 30.9.2015, p. 424.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(5) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(6) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.
(7) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(8) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(9) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(10) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 26.
(11) ĠU C 452, 16.12.2014, p. 27.
(12) ĠU L 255, 30.9.2015, p. 424.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(14) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(15) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.
(16) ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.
(17) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(18) ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.
(19) L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 6).


Kwittanza 2013: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
PDF 347kWORD 84k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2014/2079(DEC))
P8_TA(2015)0373A8-0269/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8-0148/2014)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(5) li jipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2013, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0269/2015),

1.  Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2014/2079(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0269/2015),

A.  billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni;

B.  billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni, għandhom ikunu soġġetti għar-responsabbiltà demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni peress li huma benefiċjarji mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

C.  billi l-Parlament huwa l-uniku korp elett direttament fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għandu r-responsabbiltà li jagħti l-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

1.  Jenfasizza r-rwol tal-Parlament speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-kwittanza baġitarja;

2.  Jindika li, skont l-Artikolu 335 tat-TFUE, "[...] l-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn kull waħda mill-istituzzjonijiet, bis-saħħa tal-awtonomija amministrattiva tagħhom, fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-operat rispettiv tagħhom", u li, għaldaqstant, waqt li jitqies l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ir-Regolament Finanzjarju), l-istituzzjonijiet huma responsabbli b'mod individwali għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom;

3.  Jenfasizza r-rwol tal-Parlament u ta' istituzzjonijiet oħra fi ħdan il-proċedura ta' kwittanza hekk kif irregolat mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu;

4.  Jinnota li, skont l-Artikolu 94 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, "id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta' għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta' għoti ta' kwittanza [...] lill-persuni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġits ta' istituzzjonijiet u organi oħra tal-Unjoni Ewropea bħal ma huma l-Kunsill (f'dak li għandu x'jaqsam mal-attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv) [...]";

5.  Jiddispjaċih li l-Kunsill ma ta l-ebda spjegazzjoni dwar iż-żieda fis-sottoutilizzazzjoni u ta' riporti tal-impenji fil-baġit tagħhom tal-2013;

Kwistjonijiet pendenti

6.  Ifakkar lill-Kunsill bl-appell tal-Parlament għal rapporti ta' progress dwar proġetti ta' bini u analiżi dettaljata tal-ispejjeż li tħallsu s'issa;

7.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub u dettaljata dwar l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet użati fix-xiri tal-bini "Residence Palace", l-intestaturi baġitarji li minnhom ittieħdu dawn l-approprjazzjonijiet, il-pagamenti parzjali li tħallsu s'issa, u l-pagamenti parzjali li għad iridu jitħallsu;

8.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jipprovdi informazzjoni dwar il-proċess ta' modernizzazzjoni amministrattiva tiegħu, b'mod partikolari dwar il-miżuri konkreti ta' implimentazzjoni ta' dak il-proċess u l-impatt previst fuq il-baġit tal-Kunsill;

9.  Jiddispjaċih bid-diffikultajiet li tfaċċaw ripetutament fil-proċeduri ta' kwittanza sal-lum, li seħħew minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jirrimarka li l-Parlament ċaħad l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-snin finanzjarji 2009, 2010, 2011 u 2012 għar-raġunijiet stabbliti fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(8), tal-25 ta' Ottubru 2011(9), tal-10 ta' Mejju 2012(10), tat-23 ta' Ottubru 2012(11), tas-17 ta' April 2013(12), tad-9 ta' Ottubru 2013(13), tat-3 ta' April 2014(14) u tat-23 ta' Ottubru 2014(15) u ppospona d-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-sena finanzjarja 2013 għar-raġunijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015(16);

10.  Jinsisti li eżerċizzju ta' kontroll baġitarju effikaċi jeħtieġ kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill, kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015; jikkonferma li l-Parlament mhuwiex fil-qagħda li jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti tal-kwittanza;

11.  Ifakkar lill-Kunsill bil-fehmiet tal-Kummissjoni, kif espressi fl-ittra tagħha tat-23 ta' Jannar 2014, li l-istituzzjonijiet kollha huma parti sħiħa mill-proċess ta' segwitu wara l-kummenti magħmula mill-Parlament fl-eżerċizzju ta' kwittanza u li l-istituzzjonijiet kollha għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-funzjonament mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza;

12.  Jinnota li fl-ittra msemmija hawn fuq il-Kummissjoni sostniet li mhijiex se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġits tal-istituzzjonijiet l-oħra u li l-fatt li tagħti risposta għal mistoqsijiet indirizzati lil istituzzjoni oħra jikser l-awtonomija ta' dik l-istituzzjoni li timplimenta t-taqsima tagħha stess tal-baġit;

13.  Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu qiegħed jonqos milli jagħti tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Parlament; ifakkar il-konklużjonijiet tas-sessjoni ta' ħidma tal-Parlament tas-27 ta' Settembru 2012 dwar id-Dritt tal-Parlament li Jagħti Kwittanza lill-Kunsill, li matulha l-biċċa l-kbira tal-esperti ġuridiċi u akkademiċi qablu dwar id-dritt tal-Parlament għall-informazzjoni; jirreferi f'dan ir-rigward għall-Artikolu 15(3) tat-TFUE li jipprevedi li kull istituzzjoni, korp, jew organu għandu jassigura t-trasparenza tal-ħidma tiegħu;

14.  Jinsisti li n-nefqa tal-Kunsill għandha tgħaddi minn skrutinju bħal dik tal-istituzzjonijiet l-oħra u li l-elementi fundamentali ta' dan l-iskrutinju huma stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu tas-snin li għaddew;

15.  Jenfasizza l-prerogattiva tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-TFUE, f'konformità mal-interpretazzjoni u l-prassi attwali, speċifikament li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b'mod individwali sabiex jinżammu t-trasparenza u l-obbligu demokratiku li jingħata rendikont lill-kontribwenti tal-Unjoni;

16.  Hu tal-fehma li n-nuqqas tal-Kunsill li jressaq id-dokumenti mitluba lill-Parlament jimmina għal kollox id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-informazzjoni u t-trasparenza, u qiegħed isir għajn ta' tħassib, peress li joħloq ċertu defiċit demokratiku fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

17.  Jemmen li huwa meħtieġ li jitqiesu possibbiltajiet differenti sabiex jiġu aġġornati r-regoli dwar l-għoti ta' kwittanza kif stabbiliti fit-TFUE;

18.  Iqis li kooperazzjoni sodisfaċenti bejn il-Parlament, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill bħala riżultat ta' proċedura ta' djalogu miftuħ u formali, tista' tkun sinjal pożittiv li jingħata liċ-ċittadini tal-Unjoni.

(1) ĠU L 66, 8.3.2013.
(2) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.
(3) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.
(4) ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.
(5) ĠU L 255, 30.9.2015, p. 21.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(8) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 25.
(9) ĠU L 313, 26.11.2011, p. 13.
(10) ĠU L 286, 17.10.2012, p. 23.
(11) ĠU L 350, 20.12.2012, p. 71.
(12) ĠU L 308, 16.11.2013, p. 22.
(13) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 97.
(14) ĠU L 266, 5.9.2014, p. 26.
(15) ĠU L 334, 21.11.2014, p. 95.
(16) ĠU L 255, 30.9.2015, p. 22.


Il-Kriżi tal-Ebola: it-tagħlimiet fit-tul
PDF 320kWORD 132k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kriżi tal-Ebola: it-tagħlimiet fit-tul u kif jistgħu jiġu mssaħħa s-sistemi tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġu prevenuti kriżijiet futuri (2014/2204(INI))
P8_TA(2015)0374A8-0281/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2177 (2014) tat-18 ta’ Settembru 2014 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Paċi u s-Sigurtà fl-Afrika,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 69/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tad-19 ta' Settembru 2014 dwar "miżuri maħsuba biex irażżnu u jiġġieldu l-epidemija tal-Ebola li ġiet iddikjarata reċentement fl-Afrika tal-Punent",

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet, Ban Ki-moon, li jistabbilixxi l-ewwel missjoni tas-saħħa ta' emerġenza fl-istorja tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' Rispons ta' Emerġenza kontra l-Ebola (UNMEER), wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 69/1 tal-Assemblea Ġenerali u r-Riżoluzzjoni 2177(2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar l-epidemija tal-Ebola,

–  wara li kkunsidra r-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (IHR) tal-2005 (WA 32.1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet mill-konsultazzjoni tal-WHO dwar iz-zunożi tal-5 ta' Mejju 2004,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija tal-WHO tat-8 ta' Awwissu 2014 li ddikjarat li l-epidemija tal-Ebola hi emerġenza ta' saħħa pubblika ta' preokkupazzjoni internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali tal-WHO tat-28 ta' Awissu 2014 ta' Rispons għall-Ebola u l-aġġornamenti tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tad-Direttur Ġenerali tal-WHO għas-Sessjoni Straordinarja tal-Kunsill Eżekuttiv dwar l-Ebola li ltaqa' f'Ġinevra fil-25 ta' Jannar 2015,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija tal-WHO tad-9 ta' Mejju 2015 dwar tmiem l-epidemija tal-virus tal-Ebola fil-Liberja,

–  wara li kkunsidra l-Gwida għall-Programmi ta' Immunizzazzjoni fir-Reġjun Afrikan fil-Kuntest tal-Ebola, maħruġa mill-WHO,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni wara l-laqgħa tar-Rebbiegħa tal-2015 tal-Grupp tal-Bank Dinji - FMI organizzata f'Washington DC mis-17 sad-19 ta' April 2015,

–  wara li kkunsidra l-konferenza internazzjonali msejħa 'Ebola: mill-emerġenza għall-irkupru' li saret Brussel nhar it-3 ta' Marzu 2015,

–  wara li kkunsidra l-istabbiliment mill-Unjoni Afrikana, tal-missjoni ta' Appoġġ mill-Unjoni Afrikana għat-Tifqigħa tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent (ASEOWA), stabbilita fil-21 ta’ Awissu 2014,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-11 ta' Diċembru 2013 li jwaqqaf il-Horizon 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010)0128 flimkien ma' SEC(2010)0380, 0381 u 0382 dwar ir-Rwol tal-UE fis-Saħħa Globali,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2014,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-UE fis-Saħħa Globali adottati fit-3011-il laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-10 ta’ Mejju 2010;

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta' Awissu 2014, tal-20 ta' Ottubru 2014, tas-17 ta' Novembru 2014, tat-12 ta' Diċembru 2014 u tas-16 ta' Marzu 2015 dwar il-kriżi tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kunsill Ewropew, abbozzati f'Novembru 2014 u f'Marzu 2015 minn Christos Stylianides, Kummissarju Ewropew u koordinatur tal-Unjoni għall-Ebola,

–  wara li kkunsidra l-Qafas ta’ Rispons Komprensiv tal-Unjoni Ewropea għall-epidemija tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent, żviluppat mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Inizjattiva tat-Trasparenza fl-Industriji tal-Estrazzjoni (EITI) u r-rapport ta' progress tal-EITI tal-2011 dwar is-Sjerra Leone, ir-rapport ta' progress tal-EITI tal-2012 dwar il-Liberja u r-rappor ta' progress tal-EITI tal-2012 dwar il-Ginea;

–  wara li kkunsidra l-programm Franċiż RIPOST 'Retikolat tal-Istituti Sanitarji Pubbliċi fl-Afrika tal-Punent',

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar l-epidemija tal-Ebola adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fi Strasburgu, Franza, fit-3 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Settembru 2014 dwar ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-epidemija tal-Ebola(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0281/2015),

A.  billi s-sistemi sanitarji tal-Liberja, Sjerra Leona u l-Ginea fihom nuqqasijiet massiċċi, u billi t-tliet pajjiżi ġa qabel ma faqqgħet l-epidemija kien fost dawk f'qiegħ l-indiċi tal-iżvilupp uman tal-UNDP, b'xi 80% taċ-ċittadini tal-pajjiż jgħixu f'faqar estrem, u bl-ogħla rata ta' mwiet adulti prematuri u ta' tfal taħt l-età ta' 5 snin, l-aktar minħabba f'kondizzjonijiet li jeżisti trattament għalihom;

B.  billi l-kriżi tal-Ebola hija sistemika fuq livell lokali u reġjonali iżda wkoll fuq il-livell ta' governanza nazzjonali u dinjija;

C.  billi l-kobor tal-katastrofi jista' jiġi attribwit lil bosta fatturi, fosthom: in-nuqqas politiku tal-pajjiżi milqutin li jagħtu l-allarm, ir-rispons maladattat tal-komunità internazzjonali, l-effetti devastanti tal-għeluq tal-fruntieri u r-restrizzjonijiet fuq in-nies, l-ineffikaċja tal-mekkaniżmu ta' sorveljanza u allerta, ir-rispons bil-mod u maladattat appena ġiet immobilizzata l-għajnuna, l-assenza tal-għaġeb ta' leadership mill-WHO, in-nuqqas ta' riċerka u żvilupp ta' mediċini, dijanostika u vaċċini;

D.  billi tliet każijiet ġodda tal-marda tal-virus Ebola kkonfermati ġew irreġistrati fil-ġimgħa sat-18 ta' Ottubru 2015, kollha fil-Ginea; billi l-pajjiż kien irrappurta żero każijiet għall-ġimgħatejn ta' qabel; billi Sierra Leone rrappurtat żero każijiet għal ħames ġimgħa konsekuttiva; billi l-WHO iddikjarat Liberja ħielsa mit-trasmissjoni tal-virus Ebola fil-popolazzjoni tal-bniedem fit-3 ta' Settembru 2015; billi kien hemm 28512 każijiet ikkonfermati, inklużi 11313 imwiet ikkonfermati;

E.  billi ftit li xejn hu magħruf dwar il-prevalenza, it-trażmissjoni u l-potenzjal għall-mutament tal-virus tal-Ebola; billi l-konfużjoni mifruxa u n-nuqqas ta' fehim prevalenti dwar il-kawżi u l-konsegwenzi tal-marda tal-virus tal-Ebola għenu fit-tifrix tal-virus; billi r-riċerka etnografika hi utli biex ikun mifhum kif jaħdmu l-komunitajiet u kif tasal għand nies li jkunu ġejjin minn sfondi kulturali differenti;

F.  billi l-marda tal-virus tal-Ebola nstabet fil-likwidu seminali u fil-fluwidu okulari ta' persuni konvalexxenti; billi hemm każijiet singoli evidenti ta' trażmissjoni sesswali, li jindikaw diffikultajiet għalbiex ikun meqrud il-virus u jiġi determinat mument li minnu l-pajjiżi verament jistgħu jitqiesu liberi mill-Ebola;

G.  billi f'għadd kbir ta' pajjiżi Afrikani s-sistemi ta' saħħa u edukazzjoni marru għall-agħar matul il-Programmi ta' Aġġustament Strutturali imposti mill-FMI u mill-Bank Dinji, li rrikjedew qtugħ fis-settur pubbliku;

H.  billi l-fatt li faqqgħet l-Ebola fl-Afrika tal-Punent wera li s-sistemi lokali u nazzjonali tas-saħħa fil-pajjiżi bi dħulijiet baxxi ma għandhomx il-mezzi biex jirrispondu jew il-ħila li jifilħu jirrispondu għal meta tfaqqa' marda infettiva bħalma hi dik tal-Ebola; billi t-tisħiħ tas-sistemi globali tas-saħħa b'hekk sar parti integranti mill-governanza sanitarja globali;

I.  wara li kkunsidra l-importanza tal-kultura u d-drawwiet tradizzjoni fil-ġestjoni tal-kriżi tal-Ebola(2);

J.  billi t-tfal, il-bniet adoloxxenti u n-nisa żgħażagħ huma fost l-aktar marġinalizzati u vulnerabbli matul kriżi bħal din, fatt li jqanqal theddid gravi għall-involviment tan-nisa fl-attivitajiet ekonomiċi u kabbar id-differenzi bejn is-sessi fl-edukazzjoni; billi l-iltima jistgħu jħabbtu wiċċhom mar-ripudju u mal-istigmatizzazzjoni;

K.  billi l-epidemija tal-Ebola li laqtet l-Afrika tal-Punent hi l-akbar u l-aktar kompless li faqqgħet fl-istorja tal-marda; billi l-WHO ġiet imwissija għall-ewwel darba dwar it-tifqigħ attwali tal-Ebola fit-23 ta' Marzu 2014, iżda kien biss fit-8 ta' Awwissu 2014 li l-Kumitat Internazzjonali ta' Emerġenza dwar ir-Regolamenti dwar is-Saħħa ddikjara emerġenza għas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali; billi, qabel dan it-tifqigħ, l-Ebola ma kinitx meqjusa bħala sfida ewlenija ta' saħħa pubblika;

L.  billi madwar 500 ħaddiem fis-settur tas-saħħa mietu bl-Ebola fil-Ginea, il-Liberja u Sjerra Leone, fil-pajjiżi li kien ġa jbatu ġa minn nuqqas gravi ta' persunal sa minn qabel ma faqqgħet il-kriżi tal-Ebola; billi l-isptarijiet u l-persunal sanitarju ma għandhomx il-ħila jittratatw mard ieħor minħabba fir-riżorsi mmobilizzati għat-taqbida konta l-epidemija tal-Ebola; billi hemm ħtieġa li jkunu protetti l-faċilitajiet sanitarji u l-ħaddiema fis-settur ħalli jkun hemm għoti sostenibbli tal-kura medika;

M.  billi bosta pazjenti li għaddielhom kellhom jgħaddu mill-istigmatizzazzjoni kemm minn qrabathom kemm mis-soċjetà; billi din is-sitwazzjoni tolqot b'mod partikolari lit-tfal li jkunu tilfu ġenitur wieħed jew it-tnejn li huma, u ħafna minn dawn it-tfal sfaw riġettati minn qrabathom li baqgħu ħajjin minħabba fil-biża' ta' infezzjoni;

N.  billi hemm ħtieġa ta' integrazzjoni tal-epidemjoloġija, tas-saħħa pubblika u tax-xjenza soċjali ħalli jittieħdu l-lezzjonijiet xierqa mill-episodju ta' meta faqqgħet l-Ebola;

O.  billi fl-ewwel ftit xhur tal-kriżi tal-Ebola, l-NGOs umanitarji u speċjalment it-Tobba Mingħajr Fruntieri u s-Salib l-Aħmar kienu l-atturi l-aktar effikaċi, l-aħjar infurmati, l-aktar esperjenzati u għalhekk kellhom rwol minn ta' quddiem nett fl-isforzi tal-bidu tal-ġlieda kontra l-virus;

P.  billi l-għeluq tal-iskejjel u t-tendenza tat-tfal iltima li jibdew jieħdu ħsieb qrabathom id-dar iġibu r-riskju tal-ħolqien ta' "ġenerazzjoni mitlufa" ta' tfal imċaħħdin minn edukazzjoni formali għal perijodi twal ta' żmien;

Q.  billi bin-know-how tagħhom, biex ma nsemmux il-kapaċità tagħhom li jaħdmu flimkien bħala netwerk, l-organizzazzjonijiet umanitarji wrew li, fejn xieraq, fil-bidu tal-kriżi, jistgħu jkunu aktar relevanti u aktar effikaċi mill-'atturi istituzzjonali';

R.  billi l-ġestjoni tal-kriżi tal-Ebola żvelat fenomenu ieħor li t-Tobba Mingħajr Fruntieri ddikjaraw bħala 'kriżi fil-kriżi', li wassal biex il-morda affettwati minn xi mard ieħor baqgħu 'l bogħod mill-isptarijiet għax beżgħu li jittieħdu mill-pazjenti tal-Ebola;

S.  billi l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Istati Membri tagħha, għamlu disponibbli 'l fuq minn EUR 1.2 biljuni f'għajnuna finanzjarja biex tgħin tikkontrolla t-tifqigħ tal-virus tal-Ebola fil-Punent tal-Afrika; billi dan l-ammont jippermetti lill-UE tinnegozja mal-pajjiżi msieħba u mad-donaturi l-oħrajn għalbiex tagħti sostenn lill-iżvilupp ta' sistema sanitarja nazzjonali mibni fuq strateġija koerenti, inklussiva, u msejsa fuq il-ħtiġiet;

T.  billi l-Programm Dinji tal-Ikel tan-Nazzjonijiet Uniti għandu l-kapaċità evidenti li jipprovdi loġistika effikaċi li tista' fil-futur ukoll tkun utli fil-qasam tat-twissija u r-rispons;

U.  billi s-sigurtà ta' dawk li jieħdu ħsieb l-oħrajn hi essenzjali għall-mobilizzazzjoni internazzjonali tal-ħaddiema fis-settur sanitarju;

V.  billi l-Kunsill Ewropew ħatar Kordinatur tal-UE għall-Ebola nhar it-23 ta' Ottubru 2014 fil-persuna tal-Kummissarju tal-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżi, is-Sur Stylianides; billi mit-12 ta' Novembru 2014 żar il-pajjiżi l-aktar milqutin, akkumpanjat mill-Kummissarju għas-Saħħa, is-Sur Andriukaitis;

W.  billi n-Nazzjonijiet Uniti, il-WHO u l-Kummissjoni Ewropea stabbilixxew proċess ta' valutazzjoni dwar il-ġestjoni tal-epidemija;

X.  billi d-dikjarazzjoni tal-WHO f'April 2015 ammettiet li "id-dinja u l-WHO mhumiex ippreparati sew biex jaffaċċjaw epidemija fit-tul";

Y.  billi hu kruċjali li tittejjeb il-governanza internazzjonali fir-rigward tal-ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa;

Z.  billi l-aċċess għall-mediċini hu parti kjavi mill-jedd għas-saħħa;

AA.  billi 2 biljun ruħ mad-dinja kollha ma għandhomx aċċess għall-vaċċini jew għat-trattamenti li jeħtieġu biex jibqgħu ħajjin u f'saħħithom;

AB.  billi l-aċċess għall-mediċini kif ukoll ir-riċerka u l-iżvilupp f'dan il-qasam għandhom jirreaġixxu bħala prijorità għall-bżonnijiet tal-morda, kemm jekk jgħixu f'pajjiżna u kemm jekk fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

AC.  billi l-Inizjattiva għal Mediċini Innovattivi hi l-akbar sħubija pubblika-privata tad-dinja fil-qasam tax-xjenzi tal-ħajja, b'baġit ta' EUR 3,3. biljun għall-perijodu 2014-2024, li minnhom EUR 1,638 biljun ġejjin minn Horizon 2020;

AD.  filwaqt li t-trawma tal-Ebola kellha l-effett li n-nies tilfu l-fiduċja fil-faċilitajiet tas-saħħa, li l-ħaddiema fis-settur jibżgħu jerġgħu jaqbdu x-xogħol tagħhom, u l-komunitajiet ftaqru u saru suspettużi; billi t-tnedija bażika tas-servizzi tas-saħħa hi urġenti; u billi hu ugwalment essenzjali li jitwaqqfu sistemi tas-saħħa robusti u effikaċi, inkluża l-mutwalizzazzjoni tar-riskji, fil-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw, li jimplika wkoll taħriġ solidu tal-personal mediku lokali;

AE.  billi l-kriżi tal-Ebola kaxkret lill-pajjiżi fiz-zona milquta aktar ’l isfel fir-reċessjoni, u billi fl-2015 biss, skont il-Bank Dinji, il-PGD tat-tliet pajjiżi li l-agħar li ntlaqtu ġie ridott b'USD 2 biljun bħala riżultat;

AF.  billi t-tliet pajjiżi talbu lill-FMI u lill-Bank Dinji "pjan Marshall" ta' madwar EUR 7,500 miljun biex jgħinuhom joħorġu mill-kriżi ekonomika;

AG.  billi ċerti NGOs talbu lill-Bank Dinji joħroġ madwar USD 1,7 biljun biex jgħin lill-pajjiżi jtejbu b'mod sostenibbli l-infrastrutturi tas-saħħa tagħhom;

AH.  billi l-komunità internazzjonali għandha tibqa' viġilanti u billi l-għan hu li naslu fi stadju ta' wara l-Ebola, mingħajr l-ebda każ ġdid ta' kontaminazzjoni għal perjodu twil;

AI.  billi l-prattiki tajba ta' iġjene huma indispensabbli; billi, iżda, it-tleit pajjiżi ma għandhomx sistemi tal-ilma u ta' drenaġġ li jaħdmu biżżejjed;

AJ.  billi hemm biża' li f'każ li tfaqqa' xi epidemija oħra, l-iskala tal-imwiet ittenni ruħha;

AK.  billi l-Viċi-President/Rappreżentant Għoli Federica Mogherini, il-Kummissarju Ewropew għall-Għajnuna Umanitarja u Kordinatur tal-UE għall-Ebola Christos Stylianides, il-Kummissarju Ewropew għall-Koperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp Neven Mimica, il-Membri tal-Parlament Ewropew, il-gvernijiet u l-parlamentari tal-Istati Membri ripetutament talbu li jkun hemm tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa;

AL.  billi, skont il-11-il Fond għall-Iżvilupp Ewropew, it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u t-tisħiħ tas-servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ huma l-uniċi fost is-setturi ta' fokus għall-Ginea, u mhux għal-Liberja u Sjerra Leone;

AM.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rwol tal-UE fis-Saħħa Globali (COM(2010)0128) tippreżenta strateġija ta' saħħa globali ħolistika u komprensiva msejsa fuq il-ħtiġiet, li kienet approvata mill-Istati Membri;

AN.  billi mhux l-istati kollha jimplementaw kompletament l-IHR;

AO.  billi ftit hu magħruf dwar iz-zunożi potenzjalment perikolużi; billi l-prattiki tal-ikel u tal-biedja, id-deforestazzjoni u l-kummerċ fl-annimali u fil-prodotti tal-annimali wasslu għalbiex ifiġġ mard zunotiku li evolva dan l-aħħar bħalma hi l-influwenza tal-għasafar, l-Ebola u l-HIV;

AP.  billi l-WHO tirrakkomanda kordinazzjoni bejn is-settur tas-saħħa pubblika u veterinarji;

AQ.  billi delegazzjoni mill-Kumitat għall-Iżvilupp se żżur Sjerra Leone f'Novembru 2015;

1.  Jikkritika r-respons internazzjonali kajman għall-kriżi matul l-ewwel xhura tagħha; jissottolinja, iżda, ir-rispons u l-impenn tal-UE u tal-Istati Membri tagħha sa minn Marzu 2014 fl-għajnuna għall-konteniment tat-tixrid tal-virus tal-Ebola; Jilqa' ż-żieda li qed isseħħ bħalissa fl-impenji finanzjarji tal-UE u tal-Istati Membri fl-oqsma tal-għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp, il-loġistika u r-riċerka b'rispons għall-kriżi;

2.  Jilqa' l-iżvilupp ta' vaċċin ġdid (fi żmien qasir bla preċedent), li kien 100% effettiv fil-Ginea sa mit-23 ta' Marzu 2015, u jitlob li jkun hemm aċċess garantit għal dan il-vaċċin, li għandu jkun bi prezzijiet aċċessibbli għal kulħadd fil-Liberja u Sjerra Leone;

3.  Iqis li ma għandux ikun hemm tnaqqis fil-ħarsien fir-rigward ta' xi każijiet ġodda ta' Ebola, li fihom il-mod ta' trażmissjoni tibqa' dubjuża;

4.  Jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati, l-aktar lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, jitgħallmu minn din il-kriżi, inkluż mill-impatti negattivi fuq is-setturi tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw tal-kondizzjonalitajiet tal-faċilitajiet ta' aġġustament strutturali tal-FMI u tal-Bank Dinji, u li jiżviluppaw mezzi effettivi ta' kif jittrattaw il-kriżijiet internazzjonali marbutin mas-saħħa;

5.  Jinnota, f'dan il-kuntest, ir-riforma mħabbra mid-Direttura tal-WHO nhar it-18 ta' Mejju 2015, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mat-twaqqif ta' programm ġdid ta' emerġenza u riżerva dinji ta' persunal li j jilqa' l-impenn għal żieda fil-baġit tal-WHO b'10% fi żmien sentejn, biex b'hekk jitla' għal USD 4.5 biljun;

6.  Jistieden lill-komunità internazzjonali tippromwovi l-kampanja ta' informazzjoni u ta' edukazzjoni fil-pajjiżi kkonċernati; jisħaq dwar l-importanza kruċjali tal-kampanji ta' prevenzjoni u ta' informazzjoni fil-ġestjoni tal-kriżi, b'mod partikolari biex tkun limitata l-kontaminazzjoni, u biex tikber il-kuxjenza dwar prattiki mhux siguri li għandhom jiġu evitati; jisħaq dwar l-importanza ta' mezzi alternattivi ta' tixrid tal-informazzjoni;

7.  Jenfasizza bil-qawwa l-importanza li jiġu miġġielda aktar tensjonijiet bejn gruppi bħala riżultat tal-epidemija tal-Ebola, peress li l-ħolqien tal-ħrejjef jista' jwassal biex ċerti gruppi etniċi jingħataw il-ħtija għall-empidemija tal-Ebola;

8.  Iqis li, ladarba l-assistenza ta' emerġenza m'għadhiex aktar meħtieġa, ir-respons tal-Unjoni Ewropea fit-terminu t-twil għandha tkun iffokata l-ewwel nett fuq l-għajnuna għall-iżvilupp, li trid tkun tinkludi l-investiment fis-settur tas-saħħa għall-promozzjoni tal-ħila fit-tul, l-aktar kwantu għall-organizzazzjoni u l-ġestjoni tas-sistemi tas-saħħa, monitoraġġ tas-saħħa u informazzjoni dwarha, sistemi ta' fornituri ta' mediċini, governanza domestika u bini tal-istat, u mbagħad fuq l-assistenza essenzjali għar-riġenerazzjoni tal-ekonomiji tat-tliet pajjiżi;

9.  Jistieden lill-awtoritajiet iqisu t-tagħlimiet meħudin mill-fenomenu tal-istigmatizzazzjoni u jimplementawhom fi kriżijiet umanitarji simili li jistgħu jseħħu;

10.  Ifakkar fl-importanza tal-prevenzjoni tal-kunflitti, billi l-kunflitti u l-fraġilità għandhom impatt negattiv fuq is-sistemi tas-saħħa;

11.  Jitlob li jiġi stabbilit tim Ewropew permanenti ta' azzjoni urġenti li jkun fih esperti, gruppi ta' għajnuna fil-laboratorju, epidemjologi u infrastruttura loġistika, inklużi laboratorji mobbli, li tista' tintuża mill-iktar fis possibbli; jenfasizza, b'mod partikolari, il-valur miżjud li l-Unjoni tista' ġġib fil-qasam "tal-iskrinjar fil-fruntieri", kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar, filwaqt li l-awtoritajiet tas-saħħa Amerikani jeċċellaw fl-iskrinjar fl-ajruporti - eċċellenza li tista' tiġi kkupjata mill-Unjoni u li minnha tista' tapprofitta;

12.  Jistieden lill-UE ssostni t-twaqqif ta' retikolat tal-punti ta' monitoraġġ fil-pajjiżi qed jiżviluppaw biex ikun possibbli li jsibu kemm jista' jkun malajr każijiet ġodda ta' mard infettiv li jista' jkollu l-potenzjal jiżviluppa f'pandemiji, biex jinħoloq retikolat sentinella f'dawk il-pajjiżi;

13.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jkun sostnut it-twaqqif tal-koperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi qed jiżviluppaw, b'mod partikolari dawk tal-Afrika tal-Punent, kwantu għat-taħriġ tal-persunal mediku;

14.  Jisħaq dwar l-importanza tat-tisħiħ tal-protezzjoni u tas-sistemi ta' evakwazzjoni rapida għall-ħaddiema tas-settur tas-saħħa internazzjonali;

15.  Jiddeplora l-fatt li l-aġġustamenti u r-riformi u l-politiki ta' żvilupp mgħoddija kkontribwixxew għas-sistemi tas-saħħa ineffikaċi; jitlob lill-Kummissjoni biex minnufih tgħin lit-tliet pajjiżi jiżviluppaw is-sistema tas-saħħa pubblika proprja tagħhom sabiex tingħata reazzjoni għall-bżonnijiet tas-saħħa bażiċi tagħhom u sabiex ikun jista' jkollhom l-infrastrutturi li jkunu kapaċi jiżguraw l-aċċess għall-kura pubblika għaċ-ċittadini kollha tagħhom; b'mod partikolari, huwa tal-fehma li l-bini ta' sistema tas-saħħa reżiljenti fit-tul tirrikjedi, inter alia, (i) investiment ta' riżorsi fis-servizzi bażiċi tas-saħħa pubblika, (ii) l-iżgurar ta' kura sigura u ta' kwalità b'żieda adegwata fir-riżorsi għat-taħriġ, superviżjoni u ħlas għall-ħaddiema fis-settur tas-saħħa u bl-għoti ta' aċċess għal mediċini siguri, (iii) involviment ta' stakeholders u komunitajiet lokali fir-rispons għall-kriżi u fl-ippjanar tal-iżvilupp; jistieden lid-donaturi internazzjonali jżidu l-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) lil dawk il-pajjiżi permezz ta' sistemi tal-pajjiżi bħalma hu l-appoġġ baġitarju; jistieden lill-Kummissjoni jistabilixxi, b'koperazzjoni mal-pajjiżi mseħbin, mal-WHO, mal-Bank Dinji u donaturi oħrajn, pjanijiet koerenti msejsin fuq il-ħtiġiet u proċeduri ta' monitoraġġ;

16.  Jisħaq li r-respons għandu jindirizza d-differenzi taħtiena fir-rappreżentanza tan-nisa, l-aċċess għas-saħħa u għas-servizzi u t-tħarbit tal-ħajjiet; jisħaq b'mod partikolari dwar il-ħtieġa li jiġu offruti servizzi u kura medika bażiċi ta' kwalità għolja, speċjalment fejn jidħlu l-kura tal-maternità u s-servizzi ostetriċi u ġinekoloġiċi;

17.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rwol tal-UE fis-Saħħa Globali (COM(2010)0128) u l-viżjoni ħolistika tagħha dwar is-sistemi ta' saħħa komprensivi, l-approċċ orizzontali tagħha u l-isforzi tagħha favur il-koperatura universali tas-saħħa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi l-komunikazzjoni fid-dawl tal-intuwizzjonijiet ġodda miksubin matul il-kriżi tal-Ebola, filwaqt li jinżamm l-approċċ komprensiv u orizzontali, u li tippreżenta u timplementa Programm għall-Azzjoni b'mod tempestiv;

18.  Jenfasizza, b'mod ġenerali, il-ħtieġa, għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, li jipprevedu bħala prijorità linji baġitarji robusti u reżiljenti biex jistabbilixxu sistemi tas-sigurtà soċjali u tas-saħħa sodi, jibnu infrastrutturi tas-saħħa sostenibbli (b'mod partikolari laboratorji) u joffru s-servizzi bażiċi u kura ta' kwalità; jisħaq dwar il-ħtieġa għal proporzjon tajba ta' ħaddiema fis-settur tas-saħħa b'rabta mal-popolazzjoni, u jistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi milqutin jiżguraw li l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa jkunu mħallsin u li l-flus għas-saħħa jaslu għand il-poplu; jirrikonoxxi, b'dana kollu, li l-kriżijiet bħal dik attwali ma tistax tissolva mis-sistemi tas-saħħa waħedhom, iżda li hemm bżonn ta' approċċ ikkonċertat li jinvolvi d-diversi setturi (inklużi l-kura tas-saħħa, edukazzjoni u taħriġ, sanitazzjoni, għajnuna għall-ikel, ilma għax-xorb) biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kritiċi fis-servizzi essenzjali kollha; jisħaq, fl-istess ħin, li l-edukazzjoni li tkun tkopri d-dimensjonijiet kulturali u t-twemmin, ikollha post ewlieni fl-irkupru;

19.  Jindika li l-investiment fis-settur tas-saħħa hu mutur importanti tal-iżvilupp ekonomiku u jikkontribwixxi għar-riduzzjoni tal-faqar fil-pajjiżi qed jiżviluppaw; jilqa' l-inklużjoni tal-Objettiv 3 'Niżguraw ħajjiet f'saħħithom u nippromwovu l-benessri għal kulħadd fl-etajiet kollha' fil-proposta għall-Objettivi Futuri għal Żvilupp Sostenibbli (SDGs);

20.  Jisħaq li l-pjanijiet kostjati fit-tul meħtieġa biex jinbnew sistemi tas-saħħa reżiljenti u komprensivi jridu jinkludu wkoll għadd adegwat ta' ħaddiema mħarrġa fis-settur tas-saħħa, aċċess għal fornituri mediċi suffiċjenti u sistemi ta' informazzjoni dwar is-saħħa robusti;

21.  Jitlob li l-infrastruttura ta' riċerka tissaħħaħ bit-twaqqif ta' ċentru reġjonali pubbliku ta' riċerka dwar il-mard infettiv fl-Afrika tal-Punent, u għal koperazzjoni inter-universitarja li titwaqqaf bil-parteċipazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri tagħha;

22.  Jisħaq il-ħtieġa li tkun ittratta l-inugwaljanza soċjali ħalli tinbena sistema pubblika tas-saħħa li tkun reżiljenti u sostenibbli; jappoġġa, għal dan il-fini, l-introduzzjoni tal-kopertura universali tas-saħħa pubblikament iffinanzjata u mogħtija b'xejn fil-punt tal-użu, u jħeġġeġ lill-Kummisjsoni, flimkien mal-pajjiżi mseħbin u donaturi oħrajn, jissottomettu kemm jista' jkun malajr programm għat-twaqqif ta' kopertura universali tas-saħħa li tkun tiggarantixxi l-mutwalizzazzjoni tar-riskji tas-saħħa;

23.  Jistieden lill-pajjiżi kollha jimpenjaw ruħhom għall-Kopertura Universali tas-Saħħa (UHC) u li jiżviluppaw pjan għall-identifikazzjoni tar-riżorsi domestiċi u l-fondi internazzjonali potenzjali għalbiex jintlaħaq dal-objettiv; jappoġġja l-objettiv taż-żieda fl-infiq tal-kura medika fil-pajjiżi kollha għall-minimu rikonoxxut ta' USD 86 kull persuna għal servizzi essenzjali tas-saħħa;

24.  Jilqa' l-konferenza internazzjonali ta' livell għoli tat-3 ta' Marzu 2015 organizzata mill-UE u sħab ewlenin bil-għan li tinqered l-Ebola, iżda wkoll biex jiġu evalwati l-impatti fuq il-pajjiżi affettwati sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna għall-iżvilupp iżżid mal-isforzi umanitarji;

25.  Jappoġġa l-idea tat-twaqqif ta' 'Pjan Marshall' biex jaġixxi bħala mutur tal-ekonomija ta' dawn il-pajjiżi; jissuġġerixxi li tingħata l-assistenza teknika lill-amministrazzjoni biex tissaħħaħ ħilithom u jiġi żgurat li l-flus jaslu għand il-poplu u ma tkunx mitlufa fil-korruzzjoni jew skopijiet oħrajn;

26.  Jilqa' l-isforzi internazzjonali li qed isiru biex jittaffew l-obbligi internazzjonali ta' dejn tal-pajjiżi milqutin mill-virus Ebola;

27.  Jistma li l-effikaċja tas-sħubiji bejn l-Unjoni Ewropea u ż-żona ta' kriżi se tkun garantita biss jekk il-Liberja, il-Guinea u Sierra Leone jkunu jistgħu jirrealizza mill-aktar fis possibbli l-iżvilupp tagħhom stess;

28.  Jemmen li l-ipprogrammar tal-11-il Fond ta' Żvilupp Ewropew għandu jkun revist ħalli jiżgura li l-investimenti fis-saħħa u fil-governanza t-tajba jkunu oqsma ta' prijorità għall-pajjiżi kollha b'infrastruttura pubblika fraġli; hu mħasseb li s-saħħa u l-ilma u d-drenaġġ ma humiex fost is-setturi fokali tal-Programmi Indikattivi Nazzjonali tal-Liberja u Sjerra Leone; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmi għal monitoraġġ aktar mill-qrib tal-assistenza;

29.  Jistma li r-reviżjoni ta' nofs it-term tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ma tistax tkompli tinjora r-riskju tan-nuqqas ta' fondi strutturali tal-azzjonijiet umanitarji tal-Unjoni Ewropea;

30.  Jifraħ bl-azzjoni tal-atturi umanitarji u l-persunal mediku li, b'riskjaw għal ħajjithom stess, impenjaw ruħhom biex jikkontrollaw din il-kriżi maġġuri tas-saħħa;

31.  Jifraħ lill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għal Rispons ta' Emerġenza kontra l-Ebola (UNMEER), lill-organizzazzjonijiet imsieħba u lill-organizzazzjonijiet umanitarji mhux governattivi, bħal Médecins Sans Frontières, il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar u oħrajn, għall-ħidma li saret fuq il-post u jilqa' b'sodisfazzjon il-kontribut estensiv tagħhom u l-għajnuna fil-kontroll ta' din l-epidemija; jiddispjaċih li jkun hemm każijiet ta' trattament mhux xieraq tal-persunal mediku u persunal ieħor involut fil-ġlieda kontra l-epidemija tal-Ebola meta jirritornaw mill-Afrika;

32.  Hu tal-fehma li l-aċċess għall-mediċini fil-prinċipju m'għandux jibqa' dipendenti mill-kapaċità tal-akkwist tal-pazjenti iżda għandu jkun reazzjoni għall-bżonnijiet tal-marid, għaliex m'għandux ikun is-suq waħdu li jiddeċiedi l-għażla tal-mediċini li għandu jipproduċi;

33.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jonoraw il-prinċipju tal-'Koerenza fil-Politika għall-Iżvilupp' tal-UE li jinsab fl-Artikolu 207 tat-TFUE permezz tal-promozzjoni tal-kummerċ internazzjonali ġust u xieraq, tar-riċerka medika u tal-politiki ta' innovazzjoni li jkattru u jiffaċilitaw l-aċċess universali għall-mediċini;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni tesplora mudelli alternattivi għal dawk imsejsin fuq il-monopolji tal-brevetti meta jkun każ ta' żvilupp ta' mediċini jew vaċċini prodotti minn sħubijiet pubbliċi-privati, bħalma hi l-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi, li jistgħu jiggarantixxu l-aċċessibilità tal-pazjent għat-trattament, is-sostenibilità tal-baġits għall-kura medika, u respons effiċjenti għall-kriżijiet bħalma hi dik ikkawżata mill-virus tal-Ebola jew minaċċi simili;

35.  Ifakkar fl-importanza li tissaħħaħ il-kapaċità tar-riċerka fil-ġlieda epidemjoloġika dinjija, li jiġu żviluppati "testijiet rapidi" u li jiġi ggarantit l-aċċess għall-vaċċini; jilqa', f'dan is-sens, il-fatt li ħafna mill-fondi ta' riċerka tal-UE ġew mobilizzati fit-taqbida kontra l-virus tal-Ebola, inkluż permezz tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi, il-programm Horizon 2020 u l-programm ta' Sħubija tat-Testijiet Kliniċi tal-Pajjiżi Ewropej u qed Jiżviluppaw (EDCTP); jissottolinja li, minkejja li l-vaċċini huma tajbin, x'aktarx ma jiswewx kontra l-Ebola, billi l-virus il-ħin kollu għaddej mill-mutazzjonijiet; jisħaq, għalhekk, li l-prijorità fl-iffinanzjar għandha tingħata lis-sistema ġenerali tas-saħħa billi jissaħħu l-iġjene, il-konteniment, it-testjar malajr u b'mod affidabbli f'ambjenti tropiċi u medikament li jattakka l-virus u s-sintomi li jikkawża;

36.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha kkonċernati jippromwovu t-taħriġ dwar is-saħħa fost il-pubbliku billi jiffokaw fuq il-kwestjoni tad-drawwiet tradizzjonali li huma inkompatibbli mat-taqbida kontra t-tixrid tal-marda qalb il-popolazzjoni;

37.  Jisħaq li l-UE għandha tippromwovi finanzjar effettiv u ġust tar-riċerka li tkun ta' benefiċċju għas-saħħa ta' kulħadd u tiżgura li l-innovazzjonjiet u l-interventi jwasslu għal soluzzjonijiet bi prezzijiet aċċessibbli għal kulħadd; itenni, b'mod partikolari, li għandhom jiġu esplorati mudelli li jiddissoċjaw l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp mill-prezzijiet tal-mediċini, inklużi l-opportunitajiet għal trasferiment teknoloġiku għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

38.  Itenni l-ħtieġa tal-investiment fil-mard li ftit jingħata kas tiegħu; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni tissokta d-diskussjonijiet dwar din il-kwestjoni u tagħmel arranġamenti għal koperazzjoni wiesgħa bejn is-settur pubbliku u dak privat, basta jkun hemm is-salvagwardji li ma jħallux lis-sħubijiet pubbliċi-privati jagħmlu ħsara lil nies vulnerabbli b'suq mhux regolat, li jimmiraw lejn is-sistemi nazzjonali tas-saħħa u jiffaċilitaw it-trasferiment tar-riżultati lejn il-popolazzjoni kkonċernata; jilqa' f'dan il-kuntest il-fatt li, biex tkun indirizzata ħtieġa urġenti għar-riċerka fi trattamenti ġodda, l-UE poġġiet EUR 138 miljun għad-dispożizzjoni ta' proġetti li jiżviluppaw it-testijiet kliniċi għal vaċċini ġodda, testijiet u trattamenti dijanjostiċi rapidi skont Horizon 2020 u l-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi; ifaħħar lill-industrija farmaċewtika Ewropea, li wkoll impenjat riżorsi importanti b'sostenn tal-isforz ta' riċerka;

39.  Jisħaq li l-Ebola u xi epidemiji oħrajn huma minaċċi transnazzjonali li jirrikjedu koperazzjoni internazzjonali; jistieden lill-WHO tirrevedi l-IHR bl-intenzjoni li tinkorpora r-responsabilità interdipendenti u l-appoġġ finanzjarju, inkluż għall-indirizz tal-kawżi li jinsabu fl-għerq;

40.  Jilqa', fid-dawl tal-implementazzjoni mħarbta tal-IHR u n-nuqqas ta' sorveljanza epidemjoloġika, il-programm RIPOST Franċiż 'Network of Public Health Institutes in West Africa’;

41.  Jisħaq li issa li din l-epidemija qed tbatti, filwaqt li l-virus jibqa' fil-gonadi għal xhur wara li l-pazjent jirpilja, il-konsulenza sesswali u l-ippjanar tal-familji għandhom ikunu disponibbli bħala parti mis-sistema tas-saħħa u tal-miżuri edukattivi;

42.  Jisħaq li kriżi tal-ikel hija dejjem aktar probabbli wara l-epidemija, li kellha effetti devastanti fuq bdiewa fuq skala żgħira; jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-komunità internazzjonali jinvestu fl-iżvilupp tagħhom fit-tul biex jiġi żgurat li l-unitajiet domestiċi fil-qasam tal-biedja u s-siġurtà tal-ikel futura tal-Punent tal-Afrika ma jibqgħux f'riskju;

43.  Jitlob lill-kumitat kompetenti tiegħu jiżgura s-segwitu tal-ġestjoni tal-kriżi b'kollaborazzjoni stretta mal-koordinatur tal-Unjoni għall-Ebola, u wara l-missjoni tal-Parlament lejn Sjerra Leone, qabel ma titressaq valutazzjoni definittiva;

44.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni , lill-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

(1) Testi adottati, P8_TA(2014)0026.
(2) Drawwiet li, ngħidu aħna, jipprojbixxu l-ħruq tal-kadavri.


Il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku
PDF 302kWORD 117k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (2015/2865(RSP))
P8_TA(2015)0375RC-B8-1075/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur tal-karozzi (O-000113/2015 – B8-0764/2015),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 333/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 bl-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fit-18 ta' Settembru 2015, l-Aġenzija għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Istati Uniti (United States Environmental Protection Agency, EPA) u l-Bord għar-Riżorsi tal-Ajru tal-Kalifornja (California Air Resources Board, CARB) it-tnejn ħarġu avviż ta' ksur tar-regoli dwar it- tniġġis applikabbli fir-rigward tal-Volkswagen AG, Audi AG u l-Volkswagen Group of America (kollettivament, VW); billi l-investigazzjoni bdiet wara li kienet saret riċerka fuq l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu (NOx) minn vetturi diesel, imwettqa minn organizzazzjoni mhux governattiva f'kooperazzjoni ma' riċerkaturi universitarji, u r-riżultati ta' din ir-riċerka kienu tressqu lill-EPA u lill-CARB f'Mejju 2014;

B.  billi t-tniġġis tal-arja jikkawża iktar minn 430 000 mewta bikrija fl-UE kull sena, flimkien ma' spejjeż stmati għal EUR 940 biljun fis-sena minħabba l-effetti tiegħu fuq is-saħħa; billi l-NOx huwa sustanza niġġiesa ewlenija li tikkawża, inter alia, il-kanċer tal-pulmun, l-ażma u ħafna mard respiratorju ieħor, kif ukoll degradazzjoni ambjentali bħall-ewtrofikazzjoni u l-aċidifikazzjoni; billi l-emmissjonijiet tal-vetturi diesel huma sors ewlieni tal-NOx f'żoni urbani fl-Ewropa; billi sa terz tal-popolazzjoni urbana tal-UE għadha esposta għal livelli ogħla mill-valuri ta' limitu jew ta' mira stabbiliti mill-UE; billi t-trasport għadu wieħed mill-kawżi prinċipali tal-kwalità ħażina tal-arja fl-ibliet, kif ukoll tal-problemi tas-saħħa relatati; billi aktar minn 20 Stat Membru bħalissa mhux qed jirnexxilhom jirrispettaw il-limiti tal-kwalità tal-arja tal-UE, b'mod partikolari minħabba t-tniġġis urban;

C.  billi mill-2012 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) tal-WHO ikklassifikat l-egżost mill-magni diesel bħala karċinoġenu, u tat parir li, minħabba l-impatti ulterjuri fuq is-saħħa min-naħa tal-materja partikolata tad-diesel, l-esponiment għat-taħlita ta' kimiċi emessi għandu jitnaqqas madwar id-dinja kollha;

D.  billi l-industrija awtomobilistika hija waħda mill-kontributuri ewlenin għat-tkabbir u l-innovazzjoni, u tikkontribwixxi għall-impjiegi f'għadd sinifikanti ta' Stati Membri; billi, sakemm ma titteħidx azzjoni deċiżiva, hemm ir-riskju li l-iskandlu preżenti jdgħajjef ir-reputazzjoni u l-kompetittività tas-settur kollu;

E.  billi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jiddominaw l-industrija tal-forniment tas-settur awtomobilistiku u jikkontribwixxu 50 % għar-riċerka u l-iżvilupp speċifiċi għas-settur; billi s-saħħa ekonomika ta' ħafna reġjuni tal-Ewropa hija derivata mill-industrija awtomobilistika u mill-industrija tal-forniment tas-settur awtomobilistiku;

F.  billi l-kompetizzjoni ġusta, inkluża dik fost il-manifatturi tal-vetturi, timplika li l-konsumatur ikun jista' jagħżel il-prodott u jibbaża l-għażla tiegħu fuq il-karatteristiċi tekniċi komprensivi u imparzjali li jingħatawlu;

G.  billi l-UE għamlet għadd ta' sforzi biex tirmedja l-effetti tal-kriżi ekonomika fuq l-industrija awtomobilistika, bl-użu tal-għodda disponibbli dwar għajnuna mill-istat;

H.  billi r-Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' emissjonijiet minn vetturi ħfief (ir-Regolament (KE) Nru 715/2007, maqbul mill-Parlament u l-Kunsill f'Diċembru 2006), li jistabbilixxi l-istandards tal-emissjonijiet Euro 5/6, jesiġi li l-manifatturi jarmaw il-vetturi tagħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet 'fl-użu normali' (l-Artikolu 5(1));

I.  billi r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (l-Artikolu 5(2)) jipprojbixxi speċifikament l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni definit bħala 'kull element tad-disinn li jħoss it-temperatura, il-veloċità tal-vettura, id-dawrien tal-magna (RPM), it-transmission gear, il-vakwu fil-manifold jew parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta' xi parti mis-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet, li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet taħt kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa' magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta' vettura'; billi l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jinfurzaw din il-projbizzjoni; billi r-Regolament ukoll jistieden lill-Kummissjoni espliċitament biex tintroduċi testijiet u tadotta miżuri rigward l-użu ta' mekkaniżmi ta' riduzzjoni;

J.  billi, skont id-Direttiva dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (1999/44/KE), il-konsumaturi għandhom d-dritt għal tal-anqas sentejn garanzija wara x-xiri ta' prodott, u billi l-bejjiegħ hu obbligat jgħaddi lill-konsumatur oġġetti li jkunu f'konformità mal-kuntratt ta' bejgħ; billi fin-nuqqas ta' tali konformità, il-konsumatur huwa intitolat għal tiswija jew sostituzzjoni bla ħlas, jew għal tnaqqis fil-prezz;

K.  billi d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (2011/83/UE) tesiġi li l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ewlenin ta' prodott tingħata qabel il-konklużjoni ta' kuntratti fil-post tan-negozju jew lil hinn minnu jew mill-bogħod, u tirrikjedi li l-Istati Membri jkollhom regoli dwar pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi f'każ li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ma jiġux issodisfati;

L.  billi d-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Żleali (2005/29/KE) tipprojbixxi, b'mod partikolari, kull prattika li "toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista' toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġiba ekonomika, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li tilħaq jew li lilu tkun indirizzata", tipprovdi li prattiki kummerċjali li jitqiesu żleali f'kull ċirkostanza jinkludu każijiet fejn "il-kummerċjant isostni li huwa (inklużi l-prattiki kummerċjali tiegħu) jew xi prodott ġie approvat, appoġġat jew awtorizzat minn korp pubbliku jew privat ieħor meta huwa/dan ma kienx jew isostni hekk mingħajr ma jikkonforma ruħu mat-termini tal-approvazzjoni, appoġġ jew awtorizzazzjoni", u tesiġi li l-Istati Membri jadottaw pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi;

M.  billi l-valur ta' limitu tal-Euro 5 għall-emissjonijiet tal-NOx minn vetturi tad-diesel huwa 180 mg/km, applikabbli għal vetturi li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip bejn l-1 ta' Settembru 2009 u l-1 ta' Settembru 2014 u għall-vetturi kollha mibjugħa bejn l-1 ta' Jannar 2011 u l-1 ta' Settembru 2015, u billi l-valur ta' limitu korrispondenti tal-Euro 6 huwa 80 mg/km, applikabbli għat-tipi ġodda mill-1 ta' Settembru 2014 u għall-vetturi kollha mibjugħa sa mill-1 ta' Settembru 2015; billi l-vetturi Euro 6 rreġistrati qabel ma l-istandard ġie introdott bħala limitu legali ibbenefikaw minn rifużjonijiet tat-taxxa f'ħafna Stati Membri; billi r-riżultati indipendenti tat-testijiet jikkonfermaw diskrepanzi sinifikanti bejn il-limiti u l-emissjonijiet reali tal-vetturi fl-użu normali għaż-żewġ standards;

N.  billi analiżi taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni(6) fl-2011 waslet għall-konklużjoni li l-emissjonijiet ta' NOx minn vetturi diesel imkejla b'sistemi li jinġarru tal-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) qabżu sostanzjalment il-valuri ta' limitu rispettivi tal-Euro 3-5, b'firxa ta' bejn darbtejn sa erba' darbiet aktar mill-medja tal-emissjonijiet tal-NOx fuq ir-rotot sħaħ tat-testijiet, u sa 14-il darba aktar f'partijiet individwali tat-testijiet; billi rapport ieħor tal-JRC(7) ppubblikat fl-2013 irrefera għal konklużjonijiet li l-vetturi Euro 6 jistgħu saħansitra jaqbżu l-livelli ta' emissjonijiet tal-vetturi Euro 5; billi analiżijiet indipendenti li saru fl-2014 iddokumentaw, bħala medja, emissjonijiet tal-NOx fit-triq mill-vetturi diesel ittestjati madwar seba' darbiet ogħla mil-limiti stabbiliti mill-istandard Euro 6;

O.  billi l-kumpanija VW ammettiet li installat tagħmir ta' riduzzjoni f'tal-anqas 11-il miljun mill-vetturi tad-diesel li biegħet fid-dinja kollha; billi l-kumpanija VW ħabbret li hija ser issejjaħ lura mis-suq 8.5 miljun vettura diesel tal-VW fl-UE wara deċiżjoni tal-Awtorità Federali tat-Trasport bil-Vetturi bil-Mutur tal-Ġermanja;

P.  billi din id-differenza dokumentata ta' emissjonijiet tista' tkun dovuta kemm għall-inadegwatezza tal-proċedura preżenti ta' ttestjar użata fl-UE, li ma tirrappreżentax kundizzjonijiet normali ta' sewqan, u kemm għall-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni; billi l-affidabbiltà u r-robustezza tal-proċedura tal-ittestjar għall-vetturi huma ta' importanza kruċjali biex jintlaħqu l-limiti tal-emissjonijiet, u b'hekk għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-ambjent fl-UE;

Q.  billi l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jobbliga lill-Kummissjoni żżomm taħt analiżi regolari ċ-ċikli ta' ttestjar użati biex jitkejlu l-emissjonijiet u, jekk jirriżulta li t-testijiet ma jkunux għadhom adegwati, tadattahom sabiex jirriflettu adegwatament l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan reali fit-toroq; billi għadu ma sar l-ebda adattament ta' dan it-tip; billi l-Kummissjoni madankollu bħalissa qed tħejji l-adozzjoni ta' ċiklu ġdid ta' testijiet ibbażat fuq l-Emissjonijiet Reali waqt is-Sewqan (RDE);

R.  billi t-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni u għall-konformità waqt is-servizz ma kinux soġġetti għal standards komuni fil-livell tal-UE, minkejja l-mandat mogħti lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għal tali proċeduri permezz tal-komitoloġija; billi, bħala riżultat ta' dan, ir-rekwiżiti għall-konformità tal-produzzjoni u għall-konformità waqt is-servizz ġeneralment mhumiex infurzati b'mod adegwat; billi m'hemm l-ebda rekwiżit ta' żvelar ta' informazzjoni lill-Kummissjoni, lil Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip oħra tal-Istati Membri jew lil kwalunkwe parti oħra interessata rigward kwalunkwe test applikat mill-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip kompetenti, jew rigward ir-riżultati ta' tali testijiet;

S.  billi s-sistema tal-UE tal-lum għall-approvazzjoni tat-tip ma tippermettix lill-Kummissjoni jew lil awtoritajiet oħra tal-Istati Membri jirrivvalutaw l-approvazzjonijiet tat-tip jew iċ-ċertifikati ta' konformità tal-vetturi, isejħu lura vetturi mis-suq jew jissospendu t-tqegħid tagħhom fis-suq, dment li jkunu ġew approvati minn Stat Membru ieħor; billi, fis-sistema preżenti, m'hemm l-ebda superviżjoni tat-testijiet imwettqa minn Awtoritajiet Nazzjonali tal-Approvazzjoni tat-Tip biex tiżgura li l-awtoritajiet kollha jirrispettaw ir-regoli komuni tal-UE u ma jinvolvux ruħhom f'kompetizzjoni żleali billi jbaxxu l-istandards;

T.  billi l-Kummissjoni qiegħda twettaq rieżami tal-qafas tal-approvazzjoni tat-tip; billi dan ir-rieżami huwa tal-akbar importanza biex terġa' tinkiseb il-fiduċja tal-konsumatur fit-testijiet tal-emissjonijiet u tal-konsum tal-fjuwil;

U.  billi s-sistemi tal-lum għall-ivverifikar tal-emissjonijiet tal-NOx minn karozzi diesel tal-passiġġieri jserrħu fuq tliet teknoloġiji ewlenin: modifiki tal-ġewwieni tal-magna flimkien mar-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost (exhaust gas recirculation, EGR), assorbituri tal-NOx minn magni b'użu ta' fjuwil baxx (lean NOx traps, LNTs), u tnaqqis katalitiku selettiv (selective catalytic reduction, SCR); billi, sabiex jintlaħqu l-valuri ta' limitu Euro 6, il-biċċa l-kbira tal-vetturi huma mgħammra b'tal-anqas tnejn minn dawn it-tliet teknoloġiji; billi dawn it-teknoloġiji t-tlieta li huma jistgħu jiġu diżattivati b'tagħmir ta' riduzzjoni fil-forma ta' softwer;

V.  billi, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards dwar l-emissjonijiet, se jkun jeħtieġ li l-vetturi mgħammra b'tagħmir ta' riduzzjoni jitneħħilhom dan it-tagħmir, issirilhom modifika tas-softwer tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet u, skont it-teknoloġija tal-magna, isirulhom interventi fuq l-apparat fiżiku; billi huwa possibbli li l-prestazzjoni tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet diġà installati fil-vetturi tiġi mtejba permezz tat-tneħħija tat-tagħmir ta' riduzzjoni, l-ipprogrammar mill-ġdid u l-kalibrazzjoni mill-ġdid;

W.  billi d-diskrepanzi bejn ir-riżultati tat-testijiet u l-prestazzjoni tal-vettura waqt l-użu normali mhumiex limitati għall-NOx, iżda jeżistu wkoll għal sustanzi niġġiesa oħra u għas-CO2; billi, skont studji indipendenti, id-diverġenza bejn l-emissjonijiet uffiċjali u dawk reali tas-CO2 minn vetturi tal-passiġġieri fl-Ewropa kienet 40 % fl-2014;

X.  billi l-bidla għall-Proċedura ta' Ttestjar Armonizzata fil-Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) tirrikjedi li l-miri tal-medja tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-flotta eżistenti għall-manifatturi tiġi adattata għat-test il-ġdid;

1.  Jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe frodi minn manifatturi awtomobilistiċi u jħeġġieġ lill-kumpaniji jassumu r-responsabbiltà sħiħa għal azzjonijiethom u jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet fi kwalunkwe investigazzjoni; jiddeplora l-fatt li miljuni ta' konsumaturi sfaw imqarrqa u żgwidati b'informazzjoni falza dwar l-emissjonijiet mill-vetturi tagħhom;

2.  Jemmen li ,meta evidenza ta' mġiba ħażina tkun ikkonfermata, ir-rimedju għall-konsumatur għandu jiġi kkomunikat sewwa u mwettaq bla dewmien, u m'għandux jingħata lok għal aktar ħsara lill-konsumatur;

3.  Iqis li huwa deplorevoli li dawn l-emissjonijiet żejda jikkawżaw imwiet prematuri, effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, u ħsara ambjentali;

4.  Iqis li huwa essenzjali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jerġgħu jiksbu malajr il-fiduċja tal-konsumaturi permezz ta' azzjonijiet konkreti u jagħmlu kull sforz possibbli biex is-sitwazzjoni ma tkomplix tiggrava; jenfasizza s-solidarjetà tiegħu mal-impjegati kkonċernati, u huwa mħasseb dwar l-impatt tul il-katina ta' forniment, speċjalment fuq l-SMEs, li bla ma jaħtu llum qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi enormi kkawżati mill-frodi; jenfasizza li l-impjegati fl-aħħar mill-aħħar m'għandhomx ikunu dawk li jħallsu l-prezz għall-manipulazzjoni tal-kejl tal-emissjonijiet;

5.  Jenfasizza li, qabel ma jikkkunsidraw kwalunkwe sensja, il-manifatturi għandhom jużaw ir-riżorsi finanzjarji tagħhom stess, inkluż billi jżommu l-profitti pjuttost milli jqassmu d-dividendi, biex ikopru kemm jista' jkun l-ispejjeż li jirriżultaw mill-ksur tal-liġi applikabbli;

6.  Huwa mħasseb ħafna dwar id-dewmien, min-naħa tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, li jaġixxu fuq l-evidenza ta' eċċessi serji u persistenti tal-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet preskritti fil-liġi tal-UE għal vetturi fl-użu normali;

7.  Ifakkar li karozzi diesel għandhom inqas emissjonijiet ta’ CO2 għal kull kilometru minn vetturi petrol ekwivalenti u li dawn tal-ewwel huma mezz importanti biex il-manifatturi jirnexxilhom jilħqu l-miri medji tal-UE 2021 fir-rigward tas-CO2; ifakkar li dawn se jibqgħu jkunu wkoll kontributur essenzjali biex jintlaħqu l-miri għall-perjodu ta’ wara l-2021, iżda jenfasizza li jeħtieġ li l-manifatturi jużaw t-teknoloġija nadifa disponibbli biex inaqqsu l-NOx, il-PM u sustanzi oħra li jniġġsu;

8.  Iħeġġeġ trasparenza sħiħa min-naħa tal-Kummissjoni u mill-Istati Membri dwar l-għarfien tagħhom dwar dawn il-ksur u l-azzjonijiet li ħadu biex jindirizzawhom; jitlob investigazzjoni bir-reqqa tar-rwol u tar-responsabbiltà tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, b'kunsiderazzjoni inter alia tal-problemi stabbiliti fir-rapport tal-2011 taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għal sistemi tat-trasport sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi għat-trasport bit-triq u b'modi oħra, filwaqt li tiġi progressivament abbandunata s-sistema attwali bbażata fuq il-fjuwils fossili u jintużaw teknoloġiji u għejun ta' enerġija ġodda bħalma huma l-idroġenu, l-elettriku u l-arja kompressata;

10.  Jilqa' l-investigazzjonijiet li qed isiru f'diversi Stati Membri u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja rigward il-manipulazzjoni tar-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet tal-vetturi; jappoġġja l-appell tal-Kummissjoni lill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza biex iwettqu kontrolli estensivi fuq varjetà wiesgħa ta' marki u mudelli ta' vetturi; iqis li l-Kummissjoni għandha tkun involuta fi kwalunkwe investigazzjoni ta' dan it-tip; jinsisti li l-investigazzjonijiet jitwettqu b'mod trasparenti u effikaċi, bil-qies debitu tal-ħtieġa li l-konsumaturi milquta direttament minn kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jinkixef jinżammu informati sewwa;

11.  Jesiġi li l-Kummissjoni tirrapporta lura lill-Parlament dwar ir-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet, bil-miktub, sal-31 ta' Marzu 2016;

12.  Jesiġi li, fejn jinstab tagħmir ta' riduzzjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jieħdu kull azzjoni meħtieġa biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni u japplikaw is-sanzjonijiet xierqa bi qbil mal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2007/46/KE u mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007;

13.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rapport Girling (dwar Valuri Massimi Nazzjonali tal-Emissjonijiet għal ċerti sustanzi niġġiesa) (A8-0249/2015), adottat mill-Kumitat għall-Ambjent tiegħu fil-15 ta' Lulju 2015, u b'mod partikolari t-talba lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffinalizzaw b'urġenza l-proposta li qed tiġi kkunsidrata bħalissa għar-Regolament Euro 6 dwar l-Emissjonijiet fis-Sewqan Reali (RDE);

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta u timplimenta mingħajr aktar dewmien iċ-ċiklu ġdid ta' ttestjar tal-Emissjonijiet tas-Sewqan Reali, u daħħlu fis-seħħ għal finijiet regolatorji; jilqa' r-rapport dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq (ir-rapport Deß, A8-0270/2015) adottat mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tal-Parliament fit-23 ta' Settembru 2015, u b'mod partikolari l-esiġenza li l-Kummissjoni 'tintroduċi test tal-emissjonijiet tas-sewqan reali għall-vetturi kollha bl-approvazzoni tat-tip jew li ġew irreġistrati mill-2015 biex tiġi żgurata l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet u jingħata lok biex il-vettura tikkonforma ma' dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, b'fattur ta' konformità li jirrifletti biss it-tolleranzi possibbli tal-proċedura tal-kejl tal-emissjonijiet fis-seħħ, sal-2017'; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jaqblu bil-ħeffa fuq qafas għaċ-ċiklu ta' testijiet fuq dik il-bażi;

15.  Jinnota li, skont il-pjanijiet preżenti tal-Kummissjoni, it-testijiet tal-emissjonijiet tas-sewqan reali jintużaw biss għall-emissjonijiet tal-NOx; jitlob li t-testijiet RDE jiġu implimentati għas-sustanzi niġġiesa kollha;

16.  Jiddeplora n-nuqqas ta' trasparenza tad-deliberazzjonijiet taħt il-komitoloġija dwar il-proposta għal test RDE, u b'mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tgħaddi informazzjoni lill-Parlament fl-istess ħin li għaddietha lir-rappreżentanti tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tiżvela d-dokumentazzjoni rilevanti kollha lill-Parlament bl-istess mod bħal lill-Istati Membri, u b'mod partikolari, tippubblika d-dokumenti preparatorji għall-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur rigward l-adozzjoni tat-test RDE l-ġdid;

17.  Jenfasizza l-ħtieġa li s-sistema preżenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tissaħħaħ b'mod sinifikanti, fost l-oħrajn permezz ta' sorveljanza akbar min-naħa tal-UE, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda s-sistema ta' sorveljanza, koordinazzjoni u segwitu għall-vetturi li jinbigħu fl-Unjoni, is-setgħa li tirrikjedi li l-Istati Membri jibdew proċeduri ta' kontroll fuq il-bażi ta' evidenza, u l-kapaċità li tadotta miżuri xierqa f'każijiet ta' ksur tad-dritt tal-Unjoni;

18.  Jitlob li l-Kummissjoni tfassal mill-ġdid is-sistema preżenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE bil-għan li tiggarantixxi li l-approvazzjoni tat-tip u ċ-ċertifikati tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jistgħu jiġu vverifikati b'mod indipendenti u jiġu vvalutati mill-ġdid mill-Kummissjoni, jekk dan ikun f'loku, u biex tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi madwar l-UE kollha kemm hi, li l-implimentazzjoni tar-regolamenti tal-UE tkun tista' tiġi infurzata b'mod effikaċi, u li jiġu kkoreġuti n-nuqqasijiet tal-miżuri ta' implimentazzjoni, mingħajr ma jiżdied bla bżonn il-piż amministrattiv;

19.  Jitlob għalhekk li jiġi kkunsidrat it-twaqqif ta' awtorità ta' sorveljanza fil-livell tal-UE;

20.  Iqis li huwa importanti għall-aħħar li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri jkollhom id-dritt li jivvalutaw mill-ġdid l-approvazzjoni tat-tip u ċ-ċertifikati tal-konformità, li jesiġu li vetturi jissejħu lura mis-suq u li jwaqqfu t-tqegħid fis-suq ta' vetturi meta jkollhom evidenza ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet tal-UE taħt ir-Regolament Euro 5 u 6 jew ma' kwalunkwe rekwiżit ieħor previst mis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip;

21.  Iqis li r-rieżami tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Approvazzjoni tat-Tip jeħtieġ li jikkunsidra l-espansjoni u l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-konformità tal-produzzjoni biex ikun żgurat li kampjun suffiċjenti u rappreżentattiv ta' mudell ġodda magħżula b'mod aleatorju mil-linji tal-produzzjoni jiġu ttestjati fuq bażi annwali, bl-użu ta' testijiet RDE biex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom mal-valuri ta' limitu tal-UE għal sustanzi niġġiesa u għas-CO2; jitlob, barra minn hekk, li l-ittestjar waqt is-servizz ta' vetturi li diġà qed jintużaw fit-toroq jittejjeb, ukoll abbażi ta' proċedura RDE, biex tiġi verifikata l-konformità waqt is-servizz ta' vetturi b'kilometraġġi differenti kif jirrikjedi r-Regolament; jitlob li tittejjeb is-sorveljanza fit-toroq permezz ta' spezzjonijiet tekniċi perjodiċi intiżi biex jidentifikaw u jsewwu vetturi li jinstab li ma jkunux konformi mad-dritt tal-UE;

22.  Jitlob li l-awtoritajiet nazzjonali ma juru l-ebda tolleranza lejn l-hekk imsejħa 'ottimizzazzjoni tal-ittestjar tal-vetturi', fejn huma komuni prattiki bħall-infiħ tat-tajers bi pressjonijiet ogħla min-normal, it-tneħħija tal-mirja tal-ġnub, il-kisi tal-ispazji ta' bejn il-panewijiet bit-tejp biex titnaqqas ir-reżistenza ajrudinamika, l-użu fil-magna u fil-gerboks ta' lubrikanti speċjali li ma jintużawx f'sitwazzjonijiet oħra, it-tneħħija ta' tagħmir awżiljarju bħall-isterjo, u l-ittestjar fit-temperatura ambjentali massima permessa, li lkoll ikomplu jaċċentwaw b'mod inaċċettabbli d-differenza bejn l-ittestjar fil-laboratorju u l-esperjenza tal-konsumatur fit-triq;

23.  Jenfasizza li jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu jistgħu jeżerċitaw drittijiethom faċilment, kif hemm dispost fid-Direttivi 1999/44/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni, li hija responsabbli għall-kompetizzjoni fis-suq intern tal-UE, biex b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza, tiżgura kundizzjonijiet ekwi fost il-kompetituri li jaqdu s-suq;

25.  Ifakkar fil-ħtieġa li r-regoli Ewropej dwar il-funzjonament tas-Suq Intern jiġu trasposti u implimentati bis-sħiħ u b'mod eżawrjenti fl-Istati Membri kollha, u barra minn hekk jitlob li l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq Ewropej u nazzjonali jinvestigaw kwalunkwe pretiża ta' frodi b'mod vigoruż;

26.  Jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi taħt id-Direttiva tal-UE dwar it-tikkettar tal-karozzi (1999/94/KE) tkun korretta, rilevanti u paragunabbli; iqis li t-tikketta għandha tkun ibbażata fuq il-valuri tal-emissjonijiet u fuq l-effiċjenza tal-fjuwil li tikkorrispondi għas-sewqan fil-ħajja reali;

27.  Huwa mħasseb dwar id-diskrepanza tal-emissjonijiet ta' CO2 iddikjarati fir-riżultati tat-testijiet uffiċjali u dawk imkejla fis-sewqan fil-ħajja reali; jitlob, għalhekk, li jintlaħaq qbil rapidu dwar il-korrelazzjoni tad-WLTP għall-miri ta' medja ta' CO2 għall-flotot tal-vetturi, bir-rispett debitu għall-prinċipju ta' 'strettezza komparabbli', imma bla ma jingħata kredtu għall-flessibilitajiet żleali fil-proċedura ta' ttestjar tal-lum, biex ma tiddgħajjifx il-mira tal-2021;

28.  Jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra r-rivelazzjonijiet preżenti meta tfassal politiki ġodda fil-qasam tat-trasport sostenibbli; jitlob li l-Kummissjoni tieħu azzjoni ulterjuri biex issaħħaħ l-istrateġija tal-UE għal sistemi sostenibbli li jużaw ir-riżorsi b'mod effiċjenti għal mezzi ta' trasport bit-triq u mezzi oħra; jirreferi għall-approċċ stabbilit fil-White Paper tal-2011 tal-Kummissjoni 'Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti' u jirrimarka li potenzjalment tagħti kontribut kbir għat-tnaqqis effettiv tal-emissjonijiet reali tat-trasport u għat-titjib tal-mobbiltà fl-ibliet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqawwi l-isforzi tagħha biex iġib 'il quddiem il-miżuri ssuġġeriti koperti mill-White Paper, u jinkoraġixxi lill-Istati Membri jappoġġjaw dan;

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.
(2) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(3) ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22.
(4) ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.
(5) ĠU L 103, 5.4.2014, p. 15.
(6) Analysing on-road emissions of light-duty vehicles with Portable Emission Measurement Systems (PEMS) (Analiżi tal-emissjonijiet fit-triq ta' vetturi ħfief b'Sistemi li jinġarru tal-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS)), JRC 2011.
(7) A complementary emissions test for light-duty vehicles: Assessing the technical feasibility of candidate procedures (Test komplementari tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief: valutazzjoni tal-fattibbiltà teknika ta' proċeduri kandidati), JRC 2013.

Avviż legali - Politika tal-privatezza