Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 - it-taqsimiet kollha
552k
219k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (11706/2015 – C8-0274/2015 – 2015/2132(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (ir-Regolament QFP),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4) ('FII'),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit, Taqsima III - Il-Kummissjoni(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016(6),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat mill-Kummissjoni fl-24 ta' Ġunju 2015 (COM(2015)0300),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2015 u mibgħuta lill-Parlament fis-17 ta' Settembru 2015 (11706/2015 – C8-0274/2015),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' baġit 2016(7),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2015 dwar il-ġestjoni tal-kriżi tar-rifuġjati: miżuri operazzjonali, baġitarji u legali skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (COM(2015)0490),
– wara li kkunsidra l-Ittri Emendatorji Nri 1/2016 (COM(2015)0317) u 2/2016 (COM(2015)0513) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0298/2015),
Taqsima III
Ħarsa Ġenerali
1. Jenfasizza li l-qari tal-baġit 2016 min-naħa tal-Parlament jirrifletti bis-sħiħ il-prijoritajiet politiċi adottati b'maġġoranza kbira fir-riżoluzzjonijiet tiegħu msemmija hawn fuq tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-linji gwida ġenerali u tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-mandat għat-trilogu; ifakkar li dawn jikkonsistu fis-solidarjetà interna u esterna, b'mod partikolari l-indirizzar effettiv tal-kriżi ta' migrazzjoni u tar-refuġjati, kif ukoll biex tisaħħaħ il-kompetittività permezz tal-ħolqien ta' impjiegi deċenti u ta' kwalità u l-iżvilupp tal-impriżi u l-imprenditorija madwar l-Unjoni ("it-tliet I");
2. Jenfasizza li l-Unjoni bħalissa qed tiffaċċja għadd ta' emerġenzi serji, b'mod partikolari kriżi ta' migrazzjoni u rifuġjati mingħajr preċedent; jinsab konvint li r-riżorsi finanzjarji neċessarji jeħtieġ li jiġu allokati fil-baġit tal-Unjoni, sabiex jindirizzaw l-isfidi politiċi u jippermettu lill-Unjoni tipprovdi u twieġeb b'mod effikaċi għal dawk il-kriżijiet, bħala kwistjoni tal-akbar urġenza u prijorità; jifhem li l-kriżi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati ma jistgħux jiġu solvuti b'riżorsi finanzjarji biss u li hemm bżonn ta' approċċ komprensiv li jindirizza kemm id-dimensjoni interna kif ukoll dik esterna tagħha; iqis li perjodi straordinarji jirrikjedu miżuri straordinarji, u li hemm bżonn impenn politiku qawwi biex jiġu żgurati approprjazzjonijiet ġodda għal dan il-għan; jissottolinja, f'dan ir-rigward, li s-solidarjetà hija prinċipju fundamentali tal-baġit tal-UE; huwa mħasseb bin-nuqqas ta' uniformità fis-solidarjetà murija mill-Istati Membri rigward il-kriżi tar-rifuġjati; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta dwar il-mod li bih il-baġit tal-UE jista' jħajjar lill-Istati Membri jadottaw approċċ aktar ibbilanċjat favur is-solidarjetà;
3. Jinnota li l-Parlament, sa mill-bidu, enfasizza b'mod partikolari l-migrazzjoni u r-rifuġjati fil-baġit 2016; ifakkar fid-dikjarazzjonijiet preċedenti tiegħu li l-immaniġġjar tal-flussi ta' migrazzjoni jinsab f'punt kritiku ta' għażla bejn is-solidarjetà interna u dik esterna, u li l-istrumenti ta' finanzjament estern għandhom jiġu mobilizzati b'approċċ integrat, sabiex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-problemi li qed tiffaċċja l-Unjoni; ifakkar fit-trattati u l-ftehimiet komuni bħal l-Acquis ta' Schengen u r-Regolament ta' Dublin(8) u l-proposta tal-Kummissjoni dwar mekkaniżmu ta' kriżi vinkolanti għar-rilokazzjoni (COM(2015)0450);
4. Jiddeċiedi, għalhekk, li jressaq immedjatament pakkett komprensiv ta' emendi biex l-Abbozz ta' Baġit (AB) jiżdied b'EUR 1 161 miljun kemm fl-Intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) u kemm fl-Intestatura 4 (Ewropa Globali), sabiex jingħata rispons inizjali għall-kriżi tal-migrazzjoni; jenfasizza li, fir-rigward tad-dimensjoni interna ta' din il-kriżi, l-emendi tal-Parlament diġà jintegraw bis-sħiħ u jallinjaw iż-żewġ pakketti dwar ir-rilokazzjoni ta' dawk li jfittxu asil, filwaqt li jipproponu miżuri addizzjonali għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u l-aġenziji tal-Unjoni f'dan il-qasam; jenfasizza, fir-rigward tad-dimensjoni esterna, il-ħtieġa li jkun hemm għadd ta' żidiet addizzjonali għal ċerti programmi speċifiċi fl-Intestatura 4, bħal pereżempju l-Istrument Ewropew ta' Viċinat, l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Għajnuna Umanitarja u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni;
5. Jissottolinja, madankollu, li dawk l-emendi għandhom jiġu kkunsidrati flimkien mal-Ittra emendatorja Nru 2/2016 tal-Kummissjoni, li, minbarra t-tieni pakkett ta' rilokazzjoni, tinkludi l-miżuri addizzjonali stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2015 imsemmija hawn fuq; jiddispjaċih li l-Parlament u l-Kunsill ma għandhomx iktar żmien biex jeżaminaw l-adegwatezza ta' dik l-Ittra emendatorja, iżda jifhem il-ħtieġa ta' rispons immedjat u pressjoni konsiderevoli ta' żmien; jisħaq li l-Parlament jappoġġja bis-sħiħ dawn il-miżuri l-ġodda u għandu l-intenzjoni li jiddefendi l-finanzjament tagħhom permezz ta' approprjazzjonijiet ġodda saħansitra f'livell ogħla minn dak propost fil-pożizzjoni tiegħu stess dwar il-baġit 2016;
6. jiddeċiedi wkoll li jieħu azzjoni rigward il-kriżi attwali li qed taffettwa l-bdiewa Ewropej, b'mod partikolari fis-settur tal-ħalib, u biex jintegra diġà fil-pożizzjoni tiegħu dwar il-baġit 2016 il-EUR 500 miljun f'miżuri ta' appoġġ f'emerġenza mħabbra mill-Kummissjoni; jistenna li fl-Ittra emendatorja Nru 2/2016, il-Kummissjoni se tippermetti li jiġu determinati l-linji baġitarji preċiżi li se jiżdiedu f'dan il-kuntest; jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni mill-Kummissjoni biex tirriporta approprjazzjonijiet mhux użati mir-riżerva għall-kriżijiet mill-baġit tal-2015 għall-baġit tal-2016 u jinnota li dawn il-fondi mhux minfuqa se jintużaw għal rimborżi lill-benefiċjarji ta' pagamenti diretti kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013;
7. Jirrikonoxxi li jeħtieġ isir ħafna aktar sforz biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fl-ekonomija tal-Unjoni billi tingħata spinta lill-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi ta' kwalità; jenfasizza r-rwol ewlieni li għandhom il-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u intrapriżi soċjali f'dan ir-rigward; isaħħaħ, għaldaqstant, il-programm COSME b'EUR 16,5 miljun; jiddeċiedi wkoll li jipproponi impenji ġodda fl-2016 għat-tkomplija tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), li l-pakkett finanzjarju tagħha kien kollu kkonċentrat fil-bidu fis-snin 2014-2015; jirrikonoxxi l-kontribut sinifikanti ta' dan il-programm fil-ġlieda kontra l-qgħad u jinsab determinat li jiżgura li l-approprjazzjonijiet meħtieġa jsiru disponibbli sabiex jiġi evitat li jkun hemm distakk ta' finanzjament fl-implimentazzjoni tiegħu; jadotta, għalhekk, żieda ta' EUR 473,2 miljun għall-2016, li tikkorrispondi għall-ħlas parzjali oriġinali li kien previst għall-YEI fuq bażi annwali;
8. Itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-baġit tal-Unjoni ma għandux jiffinanzja inizjattivi ġodda għad-detriment ta' programmi u politiki eżistenti tal-Unjoni filwaqt li jinjora impenji politiċi li diġà saru; filwaqt li jirrikonoxxi u jikkonferma bis-sħiħ l-appoġġ kbir politiku u finanzjarju tiegħu għat-tnedija ta' Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), beħsiebu jwettaq l-impenn li ħa matul in-negozjati tal-FEIS, jiġifieri li jimminimizza l-iżjed possibbli l-impatt fuq l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali; jipproponi, għalhekk, li jiġi kkumpensat kompletament it-tnaqqis f'dawn iż-żewġ programmi - minħabba l-provvedimenti tal-Fond ta' Garanzija tal-FEIS - fl-2016 (EUR 1 326 miljun), sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu kompletament l-objettivi miftiehma biss sentejn ilu bl-adozzjoni tal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom;
9. Jenfasizza l-importanza li tiġi rispettata bis-sħiħ id-dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagament 2015-2016 li ntlaħaq qbil dwaru bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, wara l-impenn komuni biex titnaqqas l-akkumulazzjoni ta' talbiet għall-pagament pendenti għall-programmi ta' koeżjoni 2007-2013 għal madwar EUR 2 biljun sa tmiem l-2016; jikkritika, f'dan ir-rigward, il-fatt li t-tnaqqis propost mill-Kunsill huwa f'kontradizzjoni diretta ma' dan il-pjan ta' ħlas; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li tiġi evitata kwalunkwe akkumulazzjoni futura ta' arretrati mhux sostenibbli bħal dawn, u jistieden lill-Kummissjoni biex toħroġ bi proposti konkreti għal dan il-għan; iqis, għal din ir-raġuni, li l-ħtiġijiet mhux previsti ta' pagament, għandhom jiġu ffinanzjati b'approprjazzjonijiet ġodda u li l-finanzjament disponibbli bil-quddiem ta' biljun Euro fl-2016 għall-Greċja għandu, għalhekk, jingħata permezz ta' limitu massimu tal-pagamenti tal-QFP disponibbli; jenfasizza l-pożizzjoni li ilu jħaddan li l-pagamenti li ġejjin mill-impenji mobilizzati skont l-Istrument ta' Flessibbiltà jitqiesu lil hinn minn dak il-limitu massimu;
10. Jerġa' jġib kif kien kull tnaqqis propost mill-Kunsill fl-AB (EUR 563,6 miljun f'impenji u EUR 1 421,8 miljun f'pagamenti); ma jistax jifhem ir-raġunament wara t-tnaqqis propost, pereżempju għall-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, żewġ programmi li diġà huma affettwati minn riallokazzjonijiet għall-FEIS u għall-politiki dwar l-iżvilupp u l-viċinat, speċjalment fid-dawl tal-avvenimenti reċenti; huwa mħasseb li, billi jiġi propost tnaqqis tant importanti fl-AB, il-Kunsill fil-biċċa l-kbira qed jinjora l-valur miżjud indiskutibbli tal-baġit tal-Unjoni; jikkontesta, f'kull każ, l-intenzjoni ddikjarata tal-Kunsill li jiffoka fuq linji baġitarji b'rata ta' eżekuzzjoni jew kapaċità ta' assorbiment baxxi, peress li din mhijiex sostanzjata minn ċifri ta' implimentazzjoni attwali u tinjora x-xejriet ta' implimentazzjoni differenti ta' ċerti programmi;
11. Jiddispjaċiħ li l-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni jkomplu jonqsu mill-bilanċ peress li huma ddominati b'mod eċċessiv minn interessi korporattivi;
12. Jikkonkludi li, bil-għan li dawn il-ħtiġijiet urġenti jiġu finanzjati b'mod adegwat, u meta jitqiesu l-marġnijiet stretti ħafna tal-QFP fl-2016, se jkun hemm bżonn li jiġu utilizzati l-mezzi kollha disponibbli fir-Regolament dwar il-QFP f'termini ta' flessibbiltà, inkluż l-użu sħiħ tal-Istrument ta' Flessibbiltà; jistenna li l-Kunsill jikkondividi dan l-approċċ u li ftehim ikun faċli jintlaħaq fil-konċiljazzjoni, biex b'hekk l-Unjoni tkun tista' taħtaf l-opportunità u tirrispondi b'mod effikaċi għall-isfidi li ġejjin; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li marġni globali tal-QFP għall-impenji mill-2015 għandu jiġi mobilizzat malli jiġu sodisfati l-kundizzjonijiet legali; jistenna li jilħaq ftehim minn qabel mal-Kunsill u mal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni;
13. Ifakkar fid-Dikjarazzjoni Konġunta tat-tliet istituzzjonijiet tal-Unjoni, fil-kuntest tal-ftehim politiku fuq il-QFP, li l-proċeduri baġitarji annwali jintegraw, kif xieraq, elementi sensittivi għall-kwistjoni tal-ġeneru; jenfasizza li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għandha sservi ta' bażi, bħala prinċipju orizzontali, il-politiki tal-Unjoni u jappella għal implimentazzjoni komprensiva tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru; barra minn hekk, jilqa' b'sodisfazzjon l-ewwel passi ta' ekoloġizzazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li dan il-proċess ikompli javvanza sabiex jintlaħqu l-miri miftehma b'infiq li ma jagħmilx ħsara lill-klima u l-ambjent;
14. Jistabbilixxi l-livell globali tal-approprjazzjonijiet għall-2016 għal EUR 157 427,3 miljun u EUR 146 459,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament rispettivament;
Subintestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi
15. Jikkritika li, għal darb'oħra din is-sena, is-subintestatura 1a hija affettwata serjament mit-tnaqqis tal-Kunsill, bi tnaqqis ta' EUR 140,9 miljun f'impenji u EUR 435,4 miljun f'pagamenti meta mqabbla mal-AB; jenfasizza li madwar nofs dan it-tnaqqis huwa mmirat lejn l-Orizzont 2020, fattur li jissarraf fi tnaqqis ulterjuri għal dan il-programm fl-2016 wara li parti mill-approprjazzjonijiet tiegħu kienet ġiet riallokata lill-FEIS;
16. Jenfasizza li, fl-interess ta' approċċ koerenti, ħafna mit-tnaqqis applikat mill-Kunsill fuq il-bażi ta' kapaċità ta' assorbiment baxx f'ħafna programmi tas-subintestatura 1a f'Ġunju 2015 issa reġa' lura għal dak li kien qabel minħabba aċċelerazzjoni b'saħħitha fl-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi f'Settembru 2015; jinnota li din hija xejra ġenerali, f'konformità maċ-ċiklu tal-ħajja ta' dawn il-programmi; jiddeċiedi, għalhekk, li jerġa' jġib il-livell tal-AB fir-rigward tal-linji mnaqqsa mill-Kunsill lura għal li kien, kemm fl-impenji u kemm fil-pagamenti;
17. F'konformità mal-prijoritajiet tiegħu għall-2016, Impjiegi, Impriżi, Imprenditorija, u wara valutazzjoni bir-reqqa tal-kapaċità ta' assorbiment tagħhom sa issa, jiddeċiedi li jipproponi, minbarra l-kumpens sħiħ tat-tnaqqis b'rabta mal-FEIS għall-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, xi żidiet selettivi lil hinn mil-livell tal-AB għall-programmi COSME, Orizzont 2020, EaSI u Erasmus+;
18. Jenfasizza, b'mod partikolari, li l-konċentrazzjoni fil-bidu ta' approprjazzjonijiet għall-programm COSME għas-snin 2014-2015 uriet li kienet verament ta' benefiċċju fid-dawl taż-żieda kostanti fid-domanda tal-SMEs għall-appoġġ fl-aċċess għas-swieq u l-finanzjament f'dawn l-aħħar snin; jopponi, għaldaqstant, it-tnaqqis tal-programm COSME fl-AB meta mqabbel mal-2015 u jiddeċiedi li għal dan il-programm iżid l-approprjazzjonijiet lil hinn mill-AB; ifakkar li l-Kummissjoni diġà indikat nuqqas fl-istrumenti finanzjarji tal-programm COSME għall-2015, l-2016 u l-2017, li juri d-distakk bejn l-impenji disponibbli u d-domanda mistennija; jitlob sabiex fi ħdan il-programm COSME jkun hemm żieda sostanzjali fl-approprjazzjonijiet għal Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ, fid-dawl tal-fatt li r-riżorsi disponibbli mhumiex biżżejjed biex ikopru d-domanda sostanzjali fil-parteċipazzjoni;
19. Jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza l-piż finanzjarju kkawżat minn miżati u ħlasijiet dovuti skont proċeduri ta' ċertifikazzjoni u liċenzjar obbligatorji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi evalwazzjoni xierqa tal-impatt ta' dawk l-ispejjeż fuq il-kompetittività tal-kumpaniji industrijali u l-SMEs;
20. Jiddeċiedi li jżid l-approprjazzjonijiet, lil hinn mill-AB, għat-tliet aġenziji superviżorji (EBA, EIOPA u ESMA) kif ukoll għall-aġenzija ACER sabiex jingħataw riżorsi adegwati ħalli jiffaċċjaw il-kompiti dejjem jiżdiedu li għandhom;
21. Itenni l-appoġġ tiegħu għall-programm ITER u jimpenja ruħu li jiżgura l-finanzjament xieraq tiegħu; jinsab imħasseb, madankollu, dwar il-possibbiltà ta' aktar dewmien u spejjeż addizzjonali għal dan il-programm kif ukoll ir-riperkussjonijiet potenzjali relatati fuq il-baġit tal-Unjoni; jiddispjaċih, għalhekk, li ma kienx f'qagħda li jivvaluta l-livell tal-approprjazzjonijiet tal-ITER tal-2016 fir-rigward tal-pjan u l-iskeda ta' pagament aġġornati, li mistennija jiġu ppreżentati fil-Kunsill tal-ITER f'Novembru 2015; jistenna, madankollu, li dan il-pjan rivedut jipprovdi biżżejjed evidenza li r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, kif stabbiliti fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza rilevanti tal-2013(9), ġew ikkunsidrati kif xieraq u li l-istabbiltà finanzjarja u l-effiċjenza tal-infiq ikunu żgurati; għandu l-ħsieb iqajjem din il-kwistjoni fil-konċiljazzjoni baġitarja tal-2016; barra minn hekk, jinsisti dwar il-ħtieġa ta' trasparenza sħiħa rigward l-użu ta' kontribuzzjonijiet tal-Fużjoni għall-Enerġija, għall-programm ITER; jitlob li jkun hemm mekkaniżmu ta' responsabbiltà xierqa li tagħti stampa ċara tal-ammont ta' riżorsi finanzjarji pprovduti għall-proġett internazzjonali u li jevalwa l-użu effiċjenti tagħhom;
22. Jirriżerva parti mill-approprjazzjonijiet għall-istandardizzazzjoni tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar u jappella għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport Maystadt li jirreferu għall-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), u b'hekk tissaħħaħ l-influwenza tal-Unjoni fl-istipular tal-kontabilità internazzjonali; jinsab imħasseb ukoll dwar il-finanzjament sinifikanti tal-UE mogħti lill-fondazzjoni IFRS li ma jaqbilx mat-titjib meħtieġ fir-rigward tar-responsabbiltà, it-trasparenza u d-demokrazija;
23. B'riżultat ta' dan, iżid il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għas-subintestatura 1a lil hinn mill-AB b'EUR 1 405,5 miljun u EUR 491,5 miljun rispettivament (inklużi proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji), u b'hekk jaqbeż il-limitu massimu għall-impenji b'EUR 1 316,9 miljun, li għandhom jiġu ffinanzjati bil-mezzi kollha disponibbli għal dak li għandu x'jaqsam mal-flessibbiltà fir-Regolament QFP wara li jiġu eżawriti l-marġnijiet disponibbli;
Subintestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
24. Ma jaqbilx mat-tnaqqis propost mill-Kunsill ta' EUR 3,1 miljun f'impenji u, aktar importanti minn hekk, ta' EUR 220,1 miljun f'pagamenti taħt is-subintestatura 1b, inkluż fil-linji tat-tlestija; jitlob lill-Kunsill jispjega kif dan it-tnaqqis huwa kompatibbli mal-għan, minn naħa waħda, li titnaqqas l-akkumulazzjoni ta' kontijiet mhux imħallsa u, min-naħa l-oħra, li jiġu evitati riperkussjonijiet negattivi u dewmien mhux meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-2014-2020; ifakkar li l-politika ta' koeżjoni tirrappreżenta l-politika ewlenija tal-Unjoni rigward l-investiment u hi mmirata lejn it-tnaqqis tal-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni Ewropej permezz tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jissottolinja l-fatt li strumenti bħall-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huma strumentali fit-trawwim tal-konverġenza, it-tnaqqis tad-distakk fl-iżvilupp u l-appoġġ għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u sostenibbli;
25. Jinnota l-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, ibbażata fuq l-aħħar tbassir tal-Istati Membri, li l-implimentazzjoni tal-programm fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni x'aktarx tiġi deferita fl-2016; jinsab allarmat dwar il-fatt li kull nuqqas ta' nfiq sinifikanti fit-tielet sena tal-implimentazzjoni taċ-ċiklu l-ġdid tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, fi żmien meta l-programmi mistennijin ikunu fl-aqwa tagħhom, mhux biss se jkollu effett ħażin fuq il-kisba f'waqtha ta' riżultati fuq il-post, iżda jista' jwassal ukoll għal pressjoni serja fuq il-pagamenti fi snin sussegwenti, bil-possibbiltà li terġa' tifforma akkumulazzjoni ta' kontijiet mhux imħallsa; iħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati biex jagħmlu progress mgħaġġel fl-indirizzar tal-kawżi sottostanti ta' dan id-dewmien fl-implimentazzjoni, bħal permezz tal-ħatra fil-pront tal-awtoritajiet tal-programm u n-non-multiplikazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi nazzjonali; f'konformità mal-pjan ta' pagament, jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib l-evoluzzjoni tal-pagamenti taħt is-subintestatura 1b relatati mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, inkluż permezz ta' tbassir dettaljat u aġġornat b'mod regolari biex jiġu diskussi f'laqgħat interistituzzjonali ad hoc, u tagħmel proposti adatti kif meħtieġ;
26. Ifakkar li l-Kummissjoni ma pproponiet l-ebda approprjazzjoni ta' impenn għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-2016, minħabba l-antiċipazzjoni tagħhom fis-snin 2014-2015; jiddeċiedi, f'konformità mar-Regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew(10) li jipprevedi l-possibbiltà ta' tali kontinwazzjoni, li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tiġi pprovduta b'EUR 473,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, jiġifieri ammont li jikkorrispondi għall-ħlas parzjali annwali inizjali previst għal dan il-programm; jinsab konvint li l-finanzjament għal dan il-programm importanti, li jindirizza waħda mill-aktar sfidi urġenti tal-Unjoni, m'għandux jieqaf fl-2015; jissottolinja li l-finanzjament addizzjonali għandu jintuża biex il-programm jinfirex iżjed, biex b'hekk jiġu megħjuna numru akbar ta' żgħażagħ fit-tfittxija tagħhom għal xogħol deċenti u permanenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu l-almu tagħhom biex iħaffu l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva fuq il-post, għall-benefiċċju dirett taż-żgħażagħ Ewropej; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar miżuri ffinanzjati mill-Unjoni għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u dwar ir-riżultati li nkisbu permezz tagħhom;
27. Filwaqt li jqis il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, iżid l-approprjazzjonijiet ta' impenn għas-subintestatura 1b b'EUR 482,7 miljun u l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 1 164 miljun lil hinn mill-AB, u b'hekk jaqbeż il-limitu massimu għall-impenji b'EUR 467,3 miljun biex jiġu ffinanzjati bi kwalunkwe mezz disponibbli għal dak li jirrigwarda l-flessibbiltà fir-Regolament tal-QFP;
Intestatura 2 – Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali
28. Jinnota li l-Kunsill naqqas l-approprjazzjonijiet anke fl-Intestatura 2 b'EUR 199,9 miljun f'impenji u EUR 251,1 miljun f'pagamenti, inklużi l-iżvilupp rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-programm LIFE; iqis li l-Ittra emendatorja Nru 2/2016 għandha tibqa' l-bażi għal kwalunkwe reviżjoni affidabbli tal-approprjazzjonijiet tal-Fond Agrikulturali Ewropew ta' Garanzija (FAEG); jerġa' jġib il-livelli tal-AB lura għal li kienu b'mod korrispondenti;
29. Jilqa' l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta' pakkett komprensiv ta' EUR 500 miljun għal miżuri ta' emerġenza biex jappoġġaw il-bdiewa Ewropej prinċipalment fis-settur tal-ħalib, u dan fid-dawl ta' tnaqqis fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi u produzzjoni akbar tal-ħalib; jisħaq li l-effetti huma l-aktar gravi f'żoni remoti, fejn m'hemm l-ebda dubju dwar l-importanza soċjo-ekonomika tas-settur tal-ħalib; jinkorpora dan l-ammont fil-qari tiegħu bħala turija ta' appoġġ għal dak li ħabbret il-Kummissjoni, u jistenna bil-ħerqa l-inklużjoni sħiħa tiegħu matul il-proċedura ta' konċiljazzjoni abbażi tal-Ittra emendatorja Nru 2/2016; jissottolinja li dan il-pakkett għandu jkompli jżid mal-firxa ta' miżuri mmirati li jindirizzaw it-telf u l-effetti fit-tul fuq il-bdiewa Ewropej tal-embargo Russu fuq il-prodotti agrikoli, billi r-Russja s'issa hija t-tieni l-aktar destinazzjoni importanti għall-esportazzjonijiet agrikoli tal-Unjoni;
30. Iqis ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni bħala distorsjonijiet tal-kummerċ u f’kuntradizzjoni għall-għanijiet ta’ żvilupp tal-UE; għaldaqstant jappoġġja l-eliminazzjoni totali tagħhom;
31. Itenni li la l-approprjazzjonijiet tal-PAK, u lanqas approprjazzjonijiet baġitarji oħrajn, ma għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw korridi letali; ifakkar li tali finanzjamenti jikkostitwixxu ksur ċar tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali li Jinżammu għal Skopijiet ta' Biedja (Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE)(11);
32. Jenfasizza ż-żieda fil-kompiti assenjati lill-Unjoni bħala parti mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd; għaldaqstant, jerġa' jġib il-livell tal-approprjazzjonijiet lura għal li kienu fil-baġit 2015 fir-rigward tal-pariri u l-għarfien xjentifiċi fis-settur tas-sajd minħabba l-importanza tal-ġbir tad-data fit-teħid tad-deċiżjonijiet, u jsaħħaħ il-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) biex jappoġġa r-rwol tagħha fil-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd;
33. Iżid, għalhekk, l-approprjazzjonijiet ta' impenn b'EUR 510,4 miljun u l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 520,6 miljun (inklużi proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji), u b'hekk iħalli marġni ta' EUR 647,2 miljun taħt il-limitu masssimu għall-impenji fl-Intestatura 2;
Intestatura 3 – Sigurtà u Ċittadinanza
34. Ifakkar li l-AB ippreveda żidiet fil-qasam tas-sigurtà u l-migrazzjoni, inkluża skema ta' EUR 150 miljun għar-rilokazzjoni ta' 40 000 persuna li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, u li dan wassal biex il-Kummissjoni qabżet il-limitu massimu għal din l-intestatura b'EUR 124 miljun u pproponiet il-mobilizzazzjoni korrispondenti tal-Istrument ta' Flessibilità; Jilqa' l-fatt li l-Kunsill qabel mal-prinċipju li jimmobilizza l-Istrument ta' Flessibilità għal dan l-għan; jinnota madankollu li pjan finanzjarju fit-tul biex wieħed jirrispondi għall-kriżi tar-refuġjati huwa meħtieġ u jikkunsidra li dan għandu jiġi indirizzat ukoll permezz ta' reviżjoni tal-QFP;
35. Jiddeċiedi, fid-dawl tal-flussi attwali eċċezzjonali ta' migranti u rifuġjati, li jikkonċentra ż-żidiet tiegħu biex jissaħħaħ l-AMIF; jappoġġa bil-qawwa f'dan il-kuntest, it-tieni pakkett ta' EUR 780 miljun għar-rilokazzjoni ta' 120 000 persuna addizzjonali; jiddeċiedi li jinkorpora l-fondi neċessarji fil-qari tiegħu, u biex jallinja l-ewwel pakkett ta' rilokazzjoni mat-tieni wieħed billi jżid EUR 20 miljun biex jiffinanzja l-ispejjeż ta' trasport (EUR 500 għal kull migrant lill-Italja u l-Greċja); japprova żieda addizzjonali ta' EUR 79 miljun għal żieda ġenerali fl-AMIF; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati wkoll il-possibilitajiet ta' finanzjament suffiċjenti tal-AMIF għas-snin li ġejjin; ifakkar li l-punt 17 tat-IIA jippermetti żieda ta' aktar minn 10 % fl-ammont previst għat-tul kollu ta' programm meta jinqalgħu ċ-ċirkustanzi ġodda, oġġettivi u dejjiema;
36. Jinnota li tali miżuri huma biss l-ewwel pass lejn l-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta' solidarjetà li fuqu hi bbażata l-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jimplimentaw b'mod sħiħ il-pjanijiet proposti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2015 imsemmija hawn fuq u juru impenn ċar lejn ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza l-importanza ta' finanzjament xieraq ta' operazzjonijiet ta' ritorn f'konformità mal-Karta u l-prinċipju ta' "non-refoulment" sabiex tinkiseb politika effettiva ta' ritorn, li tipprevjeni u tnaqqas il-migrazzjoni irregolari; jenfasizza l-importanza ta' appoġġ għar-refuġjati qrib pajjiżhom u jiffaċilitaw il-proċeduri tal-ażil fl-Istati Membri;
37. Fl-aħħar nett jiddeċiedi li jsaħħaħ l-aġenziji b'kompiti relatati mal-migrazzjoni għal total ta' EUR 26 miljun mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) li jirċievu l-akbar żieda ta' EUR 12 miljun lil hinn mill-AB; ifakkar li din l-aġenzija għandha rwol ċentrali ta' koordinatur fl-implimentazzjoni tal-miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali u hija dejjem aktar tiġi msejħa tassisti l-Istati Membri kkonċernati;
38. Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2015 u l-miżuri korrispondenti riflessi fl-Ittra emendatorja Nru 2/2016, b'mod partikolari EUR 600 miljun f'finanzjament ta' emerġenza addizzjonali għall-Istati Membri l-aktar milquta; jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni qed tieħu rwol ta' tmexxija f'dan il-qasam u, b'dan il-mod tikkonferma l-approċċ meħud mill-Parlament fil-qari tiegħu; jinsab lest li jikkunsidra aktar żidiet matul il-konċiljazzjoni;
39. Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill naqqas l-approprjazzjonijiet ta' impenn b'EUR 25,1 miljun u l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 33,6 miljun meta mqabbla mal-AB; jemmen li dan it-tnaqqis jipperikola l-implimentazzjoni xierqa tal-programmi u l-azzjonijiet taħt l-Intestatura 3; ifakkar, f'dan il-kuntest, li għalkemm xi ftit mit-tnaqqis propost jista' jidher ċkejken, wieħed irid iżomm f'moħħu d-daqs relattivament żgħir ta' diversi programmi importanti u ta' valur, li jagħmilhom partikolarment vulnerabbli għat-tnaqqis; jiddeċiedi, għalhekk, li jerġa' jġib il-livell tal-AB lura għal li kien;
40. Iqis neċessarju, barra minn hekk, meta wieħed jikkunsidra r-rwol importanti tagħhom fl-appoġġ għall-industriji kulturali u kreattivi li jirrappreżentaw valuri Ewropej ewlenin, li s-sottoprogrammi għall-kultura u l-midja jiżdiedu b'ammont totali ta' EUR 10,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn lil hinn mill-AB, inklużi l-Azzjonijiet Multimedjatiċi u l-Faċilità ta' Garanzija għas-Setturi Kulturali u Kreattivi (CCSGF) ippjanati għall-2016 u maħsuba biex jindirizzaw il-kwistjoni kritika tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs u l-organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi;
41. Iqis ukoll ta' prijorità li l-programm "L-Ewropa għaċ-ċittadini" jissaħħaħ b'EUR 1,5 miljun, kif ukoll li n-nomenklatura baġitarja tal-programm "L-Ewropa għaċ-ċittadini" tiġi mmodifikata, billi tiġi ddedikata linja separata għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej;
42. Jinnota li l-qari tiegħu (inklużi l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji) jaqbeż il-limitu massimu tal-Intestatura 3 b'EUR 1 055,1 miljun f'impenji, b'ammont ta' EUR 931,1 miljun lil hinn mill-AB, filwaqt li jżid l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 586,5 miljun; jipproponi, għalhekk, li jiġi mobilizzat kull mezz disponibbli fil-QFP biex jiġi ffinanzjat il-pakkett ta' żidiet marbuta mal-migrazzjoni;
Titolu 4 – Ewropa Globali
43. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fost l-intestaturi kollha, l-Intestatura 4 hija dik li ġarrbet l-aktar tnaqqis mill-Kunsill kemm f'impenji (- EUR 163,4 miljun) u kemm f'pagamenti (- EUR 450,4 miljun); jinnota b'sorpriża li l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (b'mod partikolari l-faqar u s-sigurtà fil-pajjiżi tal-Mediterran), l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (inkluż objettiv tematiku tal-migrazzjoni u l-asil) u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (minkejja li l-pajjiżi kandidati jospitaw għadd kunsiderevoli ta' rifuġjati jew jinsabu fuq ir-rotot migratorji ewlenin) huma fost dawk l-aktar affettwati; jissottolinja li dan l-approċċ imur biċ-ċar kontra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew dwar l-aġenda tal-migrazzjoni, dwar il-kriżi tar-rifuġjati u dwar il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu;
44. Jiddeċiedi, f'dan l-isfond, li jerġa' jġib il-livell tal-approprjazzjonijiet previsti mill-AB lura għal li kien; jinnota li din is-sitwazzjoni ta' pagament tal-Intestatura 4 għadha kwistjoni ta' tħassib partikolari minħabba d-differiment ta' akkumulazzjoni sinifikanti ta' kontijiet mhux imħallsa u l-posponiment artifiċjali ta' impenji kuntrattwali biex jiġu ffaċċjati n-nuqqas ta' bbaġitjar persistenti fil-pagamenti; jerġa' jafferma, għalhekk, li ż-żidiet fl-approprjazzjonijiet ta' pagament proposti mill-Kummissjoni kienu sempliċement meħtieġa, minkejja l-fatt li l-kriżi mingħajr preċedent tal-migrazzjoni u r-rifuġjati sadanittant imponiet sfidi addizzjonali fuq l-azzjoni esterna tal-Unjoni;
45. Jikkumplimenta l-pakkett ta' emendi dwar il-migrazzjoni u l-kriżi tar-rifuġjati billi jadotta żidiet immirati fl-approprjazzjonijiet ta' impenn l-ewwel u qabel kollox fi ħdan l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (+ EUR 178,1 miljun) iżda wkoll fl-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (+ EUR 26,6 miljun), l-Għajnuna Umanitarja (+ EUR 26 miljun), l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (+ EUR 11,2 miljun), l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (+ EUR 12,6 miljun) u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (+ EUR 1 miljun); filwaqt li jappoġġa, fejn ikun meħtieġ, il-prijoritizzazzjoni mill-ġdid fi ħdan dawk il-programmi li jindirizzaw l-aktar l-isfidi attwali, jenfasizza li dan m'għandux iwassal għal inqas sforzi relatati mal-objettivi inizjali tal-bażi legali rispettivi, u b'hekk jinħoloq ir-riskju ta' destabbilizzazzjoni tal-Viċinat Ewropew jew reġjuni oħra kkonċernati; itenni l-bżonn ta' adozzjoni ta' approċċ komprensiv ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u li jorbot il-migrazzjoni mal-iżvilupp u ħidma lejn l-integrazzjoni ta' migranti legali, dawk li jfittxu l-asil u r-refuġjati; jenfasizza l-ħtieġa biex tiġi msaħħa l-kooperazzjoni u l-impenn mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu sabiex tiġi ttrattata b'mod effettiv il-kriżi preżenti ta' migrazzjoni, u b'mod partikolari l-ħtiġijiet ta' persuni spostati f'pajjiżi terzi fl-oqsma tas-saħħa u l-edukazzjoni; iqis, għalhekk, tali żidiet bħala indispensabbli għall-finanzjament ta' inizjattivi addizzjonali, apparti l-objettivi inizjali tal-bażijiet ġuridiċi rispettivi;
46. Jinnota li l-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-Unjoni Ewropea b'reazzjoni għall-kriżi Sirjana u l-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-Istabbiltà u l-ġlieda kontra l-kawżi fundamentali tal-imigrazzjoni irregolari u tal-persuni spostati fl-Afrika ġew maħluqa minħabba li l-baġit tal-Unjoni m'għandux kemm il-flessibbiltà u l-finanzjament neċessarji biex jippermettu reazzjoni rapida u komprensiva għall-kriżi; jenfasizza li jeħtieġ li tinstab soluzzjoni globali fir-rieżami/reviżjoni tal-QFP dwar kif l-appoġġ mill-baġit tal-Unjoni għal għajnuna umanitarja u żvilupp ikun aktar effettiv u disponibbli b'mod aktar faċli, u kif jiġi amalgamat mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-għajnuna bilaterali mogħtija mill-Istati Membri; jitlob biex l-approprjazzjonijiet addizzjonali għal programmi taħt l-Intestatura 4 jintużaw b'mod partikolari biex jiżdied il-finanzjament għaż-żewġ Fondi Fiduċjarji kif ukoll għal assistenza immedjata permezz tal-UNHCR u l-Programm Dinji tal-Ikel; jistieden lill-Istati Membri individwali biex mill-kliem jaslu għall-fatti u jagħtu l-kontribuzzjonijiet addizzjonali meħtieġa biex jibbilanċjaw il-finanzjament tal-Unjoni marbut mal-Fondi Fiduċjarji u biex jingħalaq id-distakk ta' finanzjament tal-aġenziji tan-NU mingħajr aktar dewmien; jinnota li l-għadd ta' proġetti potenzjalment iffinanzjati mill-Fondi Fiduċjarji jkompli jdgħajjef l-argument tal-Kunsill dwar allegat nuqqas ta' kapaċità ta' assorbiment fl-Intestatura 4;
47. Isaħħaħ b'EUR 40 miljun il-linja baġitarja għal appoġġ għall-proċess ta' paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA); jinnota li l-UNRWA tiżvolġi rwol effikaċi biex tappoġġa l-għadd dejjem jikber ta' rifuġjati Palestinjani li qed isofru direttament mill-kriżi Sirjana, sitwazzjoni li qed titfa' piż addizzjonali fuq l-aġenzija; jinsab imħasseb dwar il-lakuni fil-finanzjament li qed tħabbat wiċċha magħhom l-UNRWA, u jitlob li dawk l-approprjazzjonijiet addizzjonali jgħaddu għall-Fond Ġenerali tagħha li jappoġġa l-edukazzjoni bażika u s-servizzi soċjali u tas-saħħa;
48. Ifakkar li sabiex jittaffew l-effetti ta' ħsara fit-tul li jirriżultaw minn kriżijiet umanitarji, huwa essenzjali li jiġi żgurat li t-tfal affettwati jkomplu jirċievu edukazzjoni; għalhekk iżid il-finanzjament għal appoġġ tal-edukazzjoni fil-baġit għall-Għajnuna Umanitarja sabiex ikun jammonta għal 3 % minflok 1 %, bil-għan li jintlaħaq il-limitu ta' 4 % sal-2019;
49. Japprova żieda simbolika tal-baġit tal-PESK biex tiġi appoġġata kwalunkwe inizjattiva li għandha l-għan li tagħmel il-migrazzjoni komponent speċifiku tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK, filwaqt li jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-missjoni militari EUNAVFOR Med, immirata lejn il-ġlieda kontra l-persuni li jiffaċilitaw l-immigrazzjoni illegali u t-traffikanti tal-bnedmin;
50. Japprezza l-proċess ta' riflessjoni kontinwu li qiegħed isir fis-SEAE dwar il-futur tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE u r-relazzjoni tagħhom mas-SEAE; iqis li kwalunkwe tibdil fil-linja baġitarja għar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE għandu jseħħ biss wara li jiġi konkluż il-proċess ta' riflessjoni attwali;
51. Iqis neċessarju li jiġu miżjuda l-approprjazzjonijiet għal-linja tal-baġit tal-Komunità Turko-Ċiprijotta (+ EUR 2 miljun) għall-finijiet li ssir kontribuzzjoni deċiżiva għall-kontinwazzjoni u l-intensifikazzjoni tal-ħidma tal-Kumitat għal Persuni Nieqsa f'Ċipru u għall-appoġġ għall-Kumitat Tekniku bikomunali għall-Wirt Kulturali, u b'hekk jiġu promossi l-fiduċja u r-rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ komunitajiet;
52. Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-Ftehim tal-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ li ntlaħaq waqt id-Disa' Konferenza Ministerjali tad-WTO se tirrikjedi żieda fis-sostenn finanzjarju għall-pajjiżi l-anqas żviluppati u għall-pajjiżi li jinsabu fil-fażi tal-iżvilupp; jenfasizza l-ħtieġa ta' sforzi koordinati bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali sabiex jiġi evitat tnaqqis tal-approprjazzjonijiet għall-Għajnuna għall-Kummerċ u l-inizjattivi multilaterali kif ukoll irregolaritajiet fil-qasam tal-kooperazzjoni ma' ċerti sħab li jwasslu għal anqas effikaċja tal-infiq, u sabiex jiġi żgurat li l-Ftehim tal-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ jaħdem favur l-iżvilupp;
53. Jiddeċiedi, flimkien ma' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, li jisfrutta l-marġni ta' EUR 261,3 miljun li tħalla mill-AB taħt il-limitu massimu għall-Intestatura 4 f'impenji u biex f'dan l-istadju ma jmurx aktar lil hinn; iżid ukoll l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 132,5 miljun; jistenna bil-ħerqa li jkun hemm konċiljazzjoni produttiva abbażi ta' dawn l-emendi, filwaqt li jqis ukoll l-Ittra emendatorja Nru 2/2016; jenfasizza, madankollu, li dan il-limitu massimu jista' ma jkunx biżżejjed meta wieħed iqis li dan kien ġie ffissat qabel żviluppi kbar fl-Ukrajna, is-Sirja, it-Tuneżija u b'mod aktar ġenerali fil-pajjiżi ġirien, il-Lvant Nofsani u l-Afrika; jitlob, għalhekk, li jsir użu sħiħ mill-potenzjal tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u huwa lest għal aktar mobilizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà previsti fil-QFP biex tiġi indirizzata d-dimensjoni esterna tal-kriżi tal-migrazzjoni u r-rifuġjati;
Intestatura 5 - Amministrazzjoni; Intestaturi oħra - nefqa amministrattiva u tal-appoġġ tar-riċerka
54. Jinnota li t-tnaqqis tal-Kunsill f'din l-intestatura jammonta għal EUR 31,2 miljun, li minnhom EUR 19,3 miljun jirrigwardaw il-baġit amministrattiv tal-Kummissjoni b'mod partikolari għal bini, tagħmir, u fuq kollox għall-persunal tagħha b'konsegwenza taż-żieda fit-tnaqqis b'rata fissa standard għal 4,3 %; ma jara l-ebda ġustifikazzjoni għall-qari tal-Kunsill u jfakkar li, wara trażżin kostanti fl-aħħar snin, in-nefqa amministrattiva proposta mill-Kummissjoni għall-2016 inżammet viċin il-livell mistenni ta' inflazzjoni, jiġifieri stabbli f'termini reali u li l-Kummissjoni timplimenta tnaqqis kontinwu fil-persunal tagħha;
55. Iqis, barra minn hekk, li dan it-tnaqqis huwa arbitrarju fid-dawl tal-kapaċità ta' previżjoni ta' din it-tip ta' nefqa bbażata fil-biċċa l-kbira fuq obbligi kuntrattwali, u anke minħabba implimentazzjoni għolja ħafna tagħha, kif irrapportat mill-Kummissjoni; jinnota b'mod partikolari li l-okkupazzjoni tal-pjan ta' stabbiliment tal-Kummissjoni laħqet rekord għoli fl-1 ta' April 2015, b'okkupazzjoni tal-karigi li tlaħħaq 97,8 %; jiddispjaċih, barra minn hekk, li f'intestaturi oħrajn barra l-Intestatura 5, il-Kunsill naqqas l-ispejjeż amministrattivi u tal-appoġġ tar-riċerka b'total ta' EUR 28 miljun, minkejja li dawn huma essenzjali biex ikun żgurat is-suċċess tal-programmi fl-oqsma politiċi differenti tal-Unjoni;
56. Jiddeċiedi, għalhekk, li jerġa' jġib l-AB lura għal li kien fil-linji kollha tan-nefqa amministrattiva u tal-appoġġ tar-riċerka fl-oqsma ta' politika u fil-linji kollha tal-Intestatura 5 mnaqqsa mill-Kunsill, kif ukoll li japprova xi żidiet żgħar fuq bażi limitata;
57. Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-baġit kombinat tal-Kumitat Superviżorju OLAF u s-Segretarjat tiegħu jiġi speċifikat f'linja separata tal-baġit tal-OLAF għall-2016;
L-aġenziji
58. Jaqbel, bħala regola ġenerali, mal-estimi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ħtiġijiet baġitarji tal-aġenziji; josserva li l-Kummissjoni diġà naqqset b'mod konsiderevoli t-talbiet inizjali tal-biċċa l-kbira tal-aġenziji;
59. Iqis, għalhekk, li kwalunkwe tnaqqis ulterjuri propost mill-Kunsill jipperikola l-funzjonament korrett tal-aġenziji u ma jippermettilhomx iwettqu l-kompiti assenjati lilhom mill-awtorità leġiżlattiva;
60. Jiddeċiedi li jżid, fi ħdan il-pakkett globali dwar il-migrazzjoni, l-approprjazzjonijiet għall-aġenziji ewlenin li jaħdmu f'dan il-qasam: l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, il-Frontex, il-Europol, il-Eurojust, l-eu.LISA, is-CEPOL u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali għal ammont totali ta' EUR 26 miljun, peress li dawn l-aġenziji huma vitali biex jindirizzaw il-problema urġenti attwali tal-flussi migratorji b'mod effikaċi; jilqa' b'sodisfazzjon l-approprjazzjonijiet addizzjonali u ż-żieda proposta ta' 120 pożizzjoni fil-pjanijiet ta' stabbiliment tal-aġenziji fil-Baġit Emendatorju Nru 7/2015 u jistenna li din id-deċiżjoni jkollha impatt ukoll fuq il-baġit tal-2016 kif ukoll fuq il-baġits għas-snin li ġejjin; jenfasizza s-sitwazzjoni ta' kriżi li qed tiddeterjora malajr u żieda enormi fil-flussi migratorji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni aġġornata u konsolidata dwar il-ħtiġijiet tal-aġenziji qabel il-konċiljazzjoni baġitarja; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi strateġija fuq żmien medju u fuq żmien twil għall-azzjonijiet tal-aġenziji fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni: l-għanijiet, il-missjonijiet, il-koordinazzjoni, l-iżvilupp taż-żoni sensittivi u r-riżorsi finanzjarji;
61. Jiddeċiedi wkoll li jżid l-approprjazzjonijiet tal-baġit 2016 għat-tliet aġenziji ta' superviżjoni finanzjarja minħabba kompiti addizzjonali u żieda fl-ammont ta' xogħol tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta sal-2017 proposta ta' finanzjament għal kunċett ta' finanzjament ibbażat fuq it-tariffi li jissostitwixxi kompletament il-kontribuzzjonijiet attwali mill-Istati Membri, bħala mezz kif tiġi garantita l-indipendenza tal-awtoritajiet Ewropej mill-awtoritajiet nazzjonali tal-membri tagħhom;
62. Jiddeċiedi wkoll li jżid l-approprjazzjonijiet għall-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga sabiex ikun hemm qbil aħjar bejn ir-riżorsi disponibbli u l-kompiti tal-aġenziji;
63. Ma jistax jaċċetta, madankollu, l-approċċ tal-Kummissjoni u l-Kunsill fir-rigward tal-persunal tal-aġenziji, u għalhekk jimmodifika għadd sostanzjali ta' pjanijiet ta' stabbiliment; jenfasizza għal darb'oħra li kull aġenzija għandha tnaqqas 5 % tal-karigi tul 5 snin, kif miftiehem fil-FII, iżda li l-karigi l-ġodda meħtieġa biex jitwettqu kompiti addizzjonali minħabba żviluppi ġodda ta' politika u leġiżlazzjoni ġdida mill-2013 iridu jiġu akkumpanjati minn riżorsi addizzjonali u ma għandhomx jiġu kkunsidrati fil-mira ta' tnaqqis fil-persunal tal-FII;
64. Għalhekk, jenfasizza għal darb'oħra l-oppożizzjoni tiegħu għall-kunċett ta' akkomunament ta' riassenjazzjoni fost l-aġenziji, iżda jafferma mill-ġdid id-disponibilità tiegħu li jiġu lliberati karigi permezz tal-kisba ta' effiċjenza bejn l-aġenziji permezz ta' aktar kooperazzjoni amministrattiva jew saħansitra jiġu analizzati l-possibiltajiet ta' fużjonijiet fejn xieraq u permezz tal-akkomunament ta' ċerti funzjonijiet jew mal-Kummissjoni jew ma' xi aġenzija oħra;
65. Jenfasizza għal darb' oħra li kariġi ffinanzjati mill-industrija ma għandhom l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni u għalhekk m'għandhomx ikunu soġġetti għal tnaqqis fil-persunal; jenfasizza li dan għandu jitħalla f'idejn l-aġenzija kkonċernata biex tibbilanċja l-ammont ta' xogħol varjabbli billi ma jintlewx il-karigi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom;
66. Jimmodifika, għaldaqstant, l-għadd ta' pjanijiet ta' stabbiliment tal-aġenziji f'konformità mal-prijoritajiet deskritti hawn fuq biex il-persunal jiġi allinjat ma' kompiti addizzjonali; jimmodifika oħrajn biex jinġiebu aktar f'konformità ma' tnaqqis ġenwin ta' 5 % fuq 5 snin u biex il-karigi ffinanzjati minn tariffi jiġu ttrattati b'mod differenti; ifakkar li t-tnaqqis ta' 5 % fuq 5 snin ġie introdott sabiex jonqsu l-ispejjeż tal-amministrazzjoni; jenfasizza f'dan il-kuntest li aktar karigi fil-pjan ta' stabbiliment ma jkollhomx impatt finanzjarju awtomatiku fuq il-baġit tal-Unjoni peress li l-aġenziji jimlew il-pożizzjonijiet vakanti tagħhom skont il-ħtiġijiet tagħhom u l-aġenziji għalhekk mhux dejjem ikollhom il-karigi kollha fil-pjan tagħhom ta' stabbiliment mimlija;
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji (PP-AP)
67. Wara li wettaq analiżi bir-reqqa tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji mressqa – fir-rigward tar-rata ta' suċċess ta' dawk għaddejjin bħalissa u eskluda l-inizjattivi diġà koperti minn bażijiet ġuridiċi eżistenti, u filwaqt li qies bis-sħiħ il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità ta' implimentazzjoni tal-proġetti, jiddeċiedi li jadotta pakkett ta' kompromess magħmul minn għadd limitat ta' PP-AP, anke fid-dawl tal-marġnijiet limitati disponibbli;
Pagamenti
68. Jenfasizza għal darb' oħra l-importanza tal-pjan ta' pagament konġunt 2015-2016 miftiehem, qabel il-proċedura baġitarja, mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, li jirrifletti l-impenn tat-tliet istituzzjonijiet biex titnaqqas l-akkumulazzjoni ta' arretrati; jinnota li t-tliet istituzzjonijiet qablu li jikkooperaw bis-sħiħ sabiex jawtorizzaw livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit 2016 li jippermetti li jintlaħaq tali għan, u li l-approprjazzjonijiet ta' pagament mitluba għall-2016 ġew ikkalkulati mill-Kummissjoni b'mod korrispondenti; iqis li kwalunkwe azzjoni biex jiġi ġestit ir-riskju ta' akkumulazzjoni mhux sostenibbli għandha tkun kumplimentata bi sforzi biex jiġi żgurat skambju aktar produttiv ta' opinjonijiet u biex jittejjeb l-ispirtu ta' kooperazzjoni bejn il-Kunsill fuq naħa, u l-Parlament u l-Kummissjoni fuq in-naħa l-oħra; ifakkar li, skont l-Artikolu 310 tat-TFUE, id-dħul u l-infiq murija fil-baġit tal-Unjoni għandhom ikunu f'bilanċ;
69. Jiddeplora l-fatt li, minkejja ż-żidiet moderati li rriżultaw u l-marġnijiet wesgħin proposti mill-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda li jnaqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 1,4 biljun, immirati kemm għal-linji tat-tlestija u kemm għall-programmi li qegħdin fl-aqwa tagħhom, u b'hekk ipperikola t-tneħħija gradwali tal-akkumulazzjoni anormali; ifakkar li, għal programmi taħt ġestjoni diretta, nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament mhux biss huwa rifless fl-evoluzzjoni tal-akkumulazzjoni iżda anke f'dewmien artifiċjali fl-implimentazzjoni tal-programmi, pereżempju dewmien fis-sejħiet għal proposti u/jew l-iffirmar ta' kuntratti ġodda;
70. Jiddeċiedi li jerġa' jġib l-AB lura għal li kien fir-rigward tal-pagamenti fil-linji kollha mnaqqsa mill-Kunsill, fuq is-suppożizzjoni li l-livelli ta' pagament proposti mill-Kummissjoni fl-AB tagħha huma dawk meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan ta' pagament;
71. Isaħħaħ, permezz ta' proporzjon adegwat, l-approprjazzjonijiet ta' pagament f'dawk il-linji kollha li huma emendati fl-approprjazzjonijiet ta' impenn, filwaqt li jqis oqsma bi profil ta' żborż rapidu jew grad għoli ta' urġenza, jiġifieri Erasmus +, iż-żewġ skemi ta' rilokazzjoni, il-UNRWA u l-għajnuna umanitarja; iżid l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 1 biljun oħra sabiex il-konċentrazzjoni fil-bidu tal-pagamenti għall-Greċja tkun koperta kompletament b'approprjazzjonijiet ġodda; jiddeċiedi wkoll, fid-dawl tal-implimentazzjoni fl-imgħoddi, li jżid il-pagamenti għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;
Taqsimiet oħra
Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
72. Ifakkar li l-estimi tal-Parlament għall-2016 ġew stabbiliti għal EUR 1 823 648 600, li jikkorrispondu għal żieda ta' 1,6 % fuq il-baġit 2015; ifakkar, barra minn hekk, li ġew allokati EUR 15-il miljun għal investimenti urġenti fis-sigurtà u ċ-ċibersigurtà, u b'hekk il-livell ġenerali tal-baġit tiegħu għall-2016 huwa ta' EUR 1 838 648 600;
73. Jindika li, mill-15 ta' Ġunju 2015, wara li ġew adottati l-estimi tal-Parlament għall-2016, inħoloq grupp politiku ġdid, u li minħabba dawn il-bidliet fl-organizzazzjoni tal-Parlament hemm bżonn ta' approprjazzjonijiet supplimentari biex ikun żgurat li l-gruppi politiċi kollha jiġu trattati bl-istess mod;
74. Jikkumpensa bis-sħiħ dawn iż-żidiet billi jnaqqas l-approprjazzjonijiet fil-linji baġitarji għar-riżerva ta' kontinġenza, l-allowance ġenerali tal-Membri, aktar taħriġ, l-armar tal-bini, il-konsum tal-enerġija, l-informatika u t-telekomunikazzjonijiet u l-investiment fi proġetti u għamara;
75. Jinnota l-konklużjonijiet tal-Bureau tas-7 ta' Settembru 2015, fid-dawl tal-qari tal-Parlament dwar il-baġit 2016, li jipproponi li d-deċiżjonijiet u l-aġġustamenti tekniċi reċenti tiegħu jiġu trasposti fil-baġit; japprova dawn it-tibdiliet tekniċi limitati proposti mill-Bureau, li jinvolvu aġġustamenti, mingħajr effetti fuq il-baġit, għall-approprjazzjonijiet u l-pjan ta' stabbiliment, u aġġornamenti għal ċerti aspetti tan-nomenklatura tal-baġit;
76. Iżomm, għaldaqstant, il-livell kumplessiv tal-baġit tiegħu għall-2016, kif adottat mill-plenarja fid-29 ta' April 2015, li huwa ta' EUR 1 838 648 600;
77. Jenfasizza li l-attivitajiet tal-gruppi politiċi ma jikkorrispondux għall-ħidma amministrattiva; jikkonferma li, għal din ir-raġuni, il-livell totali tal-persunal fil-gruppi politiċi għandu jiġi eżentat mill-mira ta' tnaqqis tal-persunal ta' 5 %, f'konformità mad-deċiżjonijiet meħuda minnha fir-rigward tas-snin finanzjarji 2014(12), 2015(13) u l-estimi għall-2016(14);
78. Ifakkar li l-gruppi politiċi kellhom iffriżar fir-reklutaġġ li kien ilu fis-seħħ mill-2012, u li ħtiġijiethom kienu koperti biss parzjalment fis-snin baġitarji preċedenti;
79. Itenni l-impenn tiegħu li jimplimenta l-punt 27 tal-FII u li jnaqqas il-persunal tiegħu b'1 %;
80. Jenfasizza li l-Parlament u l-Kunsill għandhom jindirizzaw il-ħtieġa ta' pjan direzzjonali għal sede unika, kif mitluba minn maġġoranza kbira f'dan il-Parlament f'diversi riżoluzzjonijiet, sabiex jiġu ffrankati l-flus fuq żmien twil fil-baġit tal-Unjoni;
Bidliet għall-pjan ta' stabbiliment
81. Inaqqas il-pjan ta' stabbiliment tas-Segretarjat Ġenerali tiegħu għall-2016 b'57 kariga (mira ta' tnaqqis tal-persunal ta' 1 %) kif ġej: 4 AD14, 13 AD13, 2 AD12, 1 AD9, 2 AD8, 1 AD5, 2 AST11, 1 AST10, 3 AST9, 8 AST8, 7 AST7, 4 AST6, 3 AST5, 2 AST4, 1 AST3, 1 AST1 (karigi permanenti) u 2 karigi temporanji fil-grad ta' AST4; ifakkar li l-impatt baġitarju ta' din il-miżura kien diġà ttieħed inkunsiderazzjoni fl-estimi;
83. Jipproċedi għall-korrezzjonijiet tekniċi li ġejjin: iħassar tliet karigi ta' AST7 u tliet karigi ta' AST6 u jżid sitt karigi ta' AST5 u jħassar in-nota Nru 1 f'qiegħ il-paġna għall-pjan ta' stabbiliment, peress li l-proċedura rilevanti dan l-aħħar ma ntużatx;
84. Jawtorizza l-ħolqien ta' 43 kariga temporanja ġdida (2 AD7, 19 AD5, 5 AST5, 5 AST3 u 12 AST1) u l-klassifikazzjoni mill-ġdid ta' kariga temporanja waħda mill-grad ta' AD10 għall-grad AD14 għall-ħtiġijiet supplimentari fir-rigward tal-ħolqien ta' grupp politiku ġdid;
Tnaqqis fil-persunal ta' 5 %
85. Ifakkar li l-Parlament qed jimplimenta l-mira ta' tnaqqis tal-persunal ta' 5 % għat-tielet sena konsekuttiva b'rispett xieraq għall-ittra u l-ispirtu tal-FII; jenfasizza li, għal dan il-għan, mill-2014 'l hawn tneħħew 171 kariga permanenti mill-pjan ta' stabbiliment tiegħu(15); jenfasizza li, sabiex ikun hemm konformità sħiħa mal-mira ta' tnaqqis tal-persunal ta' 5 %, sal-2018 għandu jsir tnaqqis annwali mill-ġdid darbtejn oħra ta' 57 kariga(16);
86. Jissottolinja li, f'konformità mal-punt 27 tal-FII, il-mira ta' tnaqqis ta' 5 % hija kumpens f'termini ta' persunal, b'relazzjoni ma' żieda fis-sigħat tax-xogħol minn 37,5 għal 40 fil-ġimgħa meta mqabbla mal-pjan ta' stabbiliment tal-1 ta' Jannar 2013; iqis li dan it-tnaqqis għandu japplika għal ammont ta' xogħol kostanti u li, konsegwentement, ir-responsabbiltajiet il-ġodda u l-missjonijiet għandhom jiġu eżentati minn dan il-kalkolu;
87. Jinnota li, f'konformità mat-tisħiħ tal-prerogattivi tiegħu u l-kompiti ġodda li ngħataw lill-Parlament mill-2013 'l hawn, bidliet strutturali importanti, bħal proċessi ta' internalizzazzjoni li l-persunal tagħhom ġie allokat kemm jista' jkun permezz ta' riassenjazzjonijiet interni, il-karigi l-ġodda nħolqu biss fejn kien strettament neċessarju; jiddeċiedi li jeskludi dawn il-karigi addizzjonali mill-isforz biex jitnaqqas l-għadd ta' persunal b'5 %;
88. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, hija u timmonitorja l-implimentazzjoni tal-mira għat-tnaqqis tal-persunal mill-Parlament, tqis il-kunsiderazzjonijiet addizzjonali ġodda bħal ammont ta' xogħol kostanti, l-eżenzjoni ta' gruppi politiċi, l-internalizzazzjonijiet ibbilanċjati minn tnaqqis fil-linji baġitarji għas-servizzi esterni u prerogattivi u kompiti ġodda;
89. Jenfasizza li l-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-persunal ta' 5 % m'għandhiex tipperikola l-funzjonament tajjeb tal-Parlament u t-tħaddim mill-Parlament tas-setgħat ewlenin tiegħu, u lanqas m'għandha tbiddel l-eċċellenza leġiżlattiva tiegħu jew il-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-Membri u l-persunal;
90. Ifakkar li l-ebda ftehim ma jista' jċaħħad lill-Parlament u lill-Kunsill mil-libertà sovrana tagħhom ta' evalwazzjoni u mid-dritt li għandhom li kull sena jiddeċiedu dwar il-kontenut tal-baġit;
Kwistjonijiet oħrajn relatati mal-persunal
91. Ifakkar li l-ħtieġa ta karigi ġodda fis-Segretarjat għandhom ikunu koperti minn trasferimenti interni, sakemm il-ħtieġa li jinħolqu pożizzjonijiet ġodda ma tkunx debitament ġustifikata u ppruvata;
92. Ifakkar li kwalunkwe riorganizzazzjoni tal-ħidma parlamentari jew ta' proċeduri m'għandhiex twassal għal deterjorazzjoni fil-kondizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema, tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħhom;
93. Itenni li, b'mod li jiġi żgurat sostenn adegwat għal Membri fit-twettiq tal-attivitajiet parlamentari tagħhom, hemm bżonn li jinstab bilanċ ġdid bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u l-assistenti lokali; jieħu nota tal-fatt li s-Segretarju Ġenerali għamel proposta lill-Bureau sabiex jintlaħaq dan l-għan; jinnota l-ftehim milħuq mill-Bureau li jikkorrispondi essenzjalment mat-talba magħmula mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 msemmija hawn fuq dwar l-estimi tal-Parlament; jilqa' d-deċiżjoni li dan il-ftehim jiġi implimentat immedjatament;
94. Itenni l-impenn tiegħu li jappoġġa l-multilingwiżmu fix-xogħol parlamentari permezz ta' standards għoljin ta' interpretazzjoni u traduzzjoni; jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits r-riżultati tal-analiżi u l-valutazzjoni li nieda wara li ma ntlaħaqx ftehim dwar kundizzjonijiet ġodda tax-xogħol għal interpreti (Rebbiegħa 2015); jistenna li s-Segretarju Ġenerali juża kull flessibilità meħtieġa biex jiġu żgurati servizzi ta' kwalità għolja ta' interpretazzjoni u ta' traduzzjoni għall-Membri;
95. Jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jipprovdi ħarsa ġenerali ddettaljata tal-karigi kollha fil-Parlament fis-snin 2014-2016, inkluża d-distribuzzjoni ta' karigi skont is-servizz, il-kategorija u t-tip ta' kuntratt;
Politika tal-proprjetà immobbli
96. Ifakkar li l-Kumitat għall-Baġits għandu jiġi infurmat fuq bażi regolari dwar l-iżviluppi l-ġodda fil-politika tal-bini tal-Parlament u għandu jiġi kkonsultat fi żmien xieraq, jiġifieri qabel kuntratt huwa miksub, fuq kull proġett ta' bini li jkollu implikazzjonijiet finanzjarji; jikkonferma li l-impatt finanzjarju tal-proġetti kollha ta' bini ser jiġi eżaminati bir-reqqa;
97. Jemmen li d-deċiżjonijiet relatati ma' proġetti ta' bini għandhom ikunu soġġetti għal proċess trasparenti ta' teħid ta' deċiżjonijiet;
98. Itenni għal darb' oħra l-appell tiegħu biex l-istrateġija ġdida tal-bini ta' nofs it-terminu tiġi ppreżentata lill-Kumitat għall-Baġits mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2016, fil-ħin għat-tħejjija tal-estimi tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2017; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits strateġija fit-tul sal-2025 kmieni kemm jista' jkun bil-quddiem qabel l-ewwel qari fil-Parlament tal-baġit fil-Ħarifa 2016;
99. Jinnota li mill-2014, ma ġiet prevista l-ebda approprjazzjoni għall-investiment fil-kostruzzjoni tal-bini Konrad Adenauer (KAD) fil-Lussemburgu; ifakkar li l-estimi tal-2016 inkludew biss approprjazzjonijiet li jkopru xogħlijiet u servizzi li għandhom jitħallsu direttament mill-Parlament, prinċipalment għall-ġestjoni tal-proġett, l-għarfien espert tekniku u l-konsulenza; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jevalwa qabel tmiem din is-sena l-fondi li ma jkunux intużaw fil-baġit 2015 u jimpenjahom għall-proġett KAD, u dan permezz ta' talba ta' trasferiment fi tmiem l-2015, bil-ħsieb li fil-futur jiġu evitati kemm jista' jkun il-pagamenti ta' imgħax relatati mal-bini;
L-ispejjeż tal-Membri
100. Itenni l-appell għal aktar trasparenza dwar l-allowance għall-ispejjeż ġenerali għall-Membri; jistieden lill-Bureau tal-Parlament jaħdem fuq definizzjoni ta' regoli aktar preċiżi fir-rigward tar-responsabbiltà tan-nefqa awtorizzata skont din l-allowance, mingħajr ma jkunu ġġenerati spejjeż addizzjonali għall-Parlament;
101. Jitlob valutazzjoni tar-riżultati tal-approċċ volontarju magħżul mill-Grupp ta' Ħidma Konġunt għal-limitazzjoni tat-titjiriet fil-business class minn Membri u mill-persunal kif ukoll dwar modi possibbli biex jiksbu aktar tariffi vantaġġużi bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-Membri u tal-persunal.
Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja
102. Jiddeplora l-fatt li, minkejja ż-żieda kontinwa fil-volum ta' attività ġudizzjarja u r-riforma ppjanata tal-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni naqqset il-persunal b'20 kariga, u b'hekk qed toħloq riskju ta' konġestjoni u tipperikola l-funzjonament xieraq tal-Qorti u l-iżvolġiment tal-ġustizzja fil-pront; jiddeċiedi, għalhekk, li jerġa' jdaħħal l-20 kariga inizjalment mitluba mill-Qorti;
103. Jiddispjaċih li l-Kunsill żied ir-rata ta' tnaqqis standard applikata għall-approprjazzjonijiet għar-remunerazzjoni tal-persunal minn 2,5 % għal 3,2 %, li hija ekwivalenti għal tnaqqis ta' EUR 1,55 miljun u tmur kontra r-rata estremament għolja ta' okkupazzjoni ta' karigi tal-Qorti (98 % fi tmiem l-2014) u r-rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit (99 % fl-2014); għalhekk, jaġġusta mill-ġdid ir-rata ta' tnaqqis standard għal-livell tal-abbozz tal-baġit u jikkanċella t-tnaqqis relatat fl-approprjazzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-Qorti tkun tista' taffronta b'mod adegwat iż-żieda sostanzjali fin-numru ta' kawżi u tagħmel użu sħiħ mill-karigi li jingħatawlha;
104. Jiddeċiedi, barra minn hekk, li jerġa' jdaħħal is-seba' karigi inizjalment mitluba mill-Qorti sabiex tkun tista' tissodisfa l-ħtieġa doppja li ssaħħaħ it-Taqsima tas-Sigurtà u s-Sikurezza tal-Qorti biex tipproteġi aħjar lill-persunal, il-viżitaturi u d-dokumenti, u fl-istess ħin li timplimenta l-Artikolu 105 l-ġdid tar-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti Ġenerali li jitlob li jiġi stabbilit livell għoli ta' sigurtà sabiex il-partijiet involuti f'ċerti kawżi jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni u materjal li jikkonċerna s-sigurtà tal-Unjoni, l-Istati Membri jew l-iżvolġiment tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom;
105. Jenfasizza f'dan il-kuntest il-ħtieġa ta' riżorsi għas-sigurtà u s-sorveljanza tal-bini tal-Qorti, u jiddeċiedi għalhekk li jerġa' jġib it-tnaqqis propost mill-Kunsill f'dan il-qasam lura għal-livell tal-abbozz ta' baġit;
106. Ineħħi r-riżerva eżistenti dwar il-missjonijiet u jibdilha b'oħra ġdida, li għandha tiġi mħabbra meta l-Qorti tippubblika informazzjoni dwar l-attivitajiet esterni tal-Imħallfin, kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-2013 b'rabta mal-Qorti(17);
Taqsima V - Il-Qorti tal-Awdituri
107. Jaġġusta mill-ġdid ir-rata ta' tnaqqis standard għal-livell inizjali ta' 2,76 %, bil-għan li l-Qorti tal-Awdituri tkun tista' tissodisfa ħtiġijietha fir-rigward tal-pjan ta' stabbiliment;
108. Jerġa' jġib il-linji kollha mnaqqsa mill-Kunsill għall-Qorti tal-Awdituri lura għal li kienu biex din timplimenta l-programm ta' ħidma tagħha u tippreżenta r-Rapporti tal-Awditjar ippjanati;
Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
109. Jaġġusta mill-ġdid ir-rata ta' tnaqqis standard għal-livell inizjali tagħha ta' 4,5 %, bil-għan li l-Kumitat ikun jista' jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu u jlaħħaq mat-tnaqqis kontinwu tal-persunal fil-kuntest tal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat;
110. Jiddeċiedi wkoll li, fir-rigward tal-allowances tal-ivvjaġġar u s-sussistenza, jerġa' jġib l-AB lura għal li kien;
Taqsima VII - Il-Kumitat tar-Reġjuni
111. Inaqqas minn naħa r-remunerazzjoni u l-allowances b'ammont li jikkorrispondi għal 66 promozzjoni u erba' karigi addizzjonali li mhumiex meqjusa fl-abbozz ta' baġit biex jirrifletti t-trasferiment ta' dawk il-karigi lill-Parlament;
112. Iżid min-naħa l-oħra numru ta' linji (l-esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni, partijiet terzi, il-komunikazzjoni, l-ispejjeż ta' rappreżentanza, il-komunikazzjoni tal-gruppi politiċi, il-missjonijiet u t-tindif u l-manutenzjoni), b'mod aktar konformi mal-estimi proprji tal-Kumitat sabiex dan ikun jista' jwettaq il-ħidma politika tiegħu u jissodisfa l-obbligi tiegħu;
113. Fl-aħħar nett, jerġa' jġib it-tnaqqis mill-Kunsill fir-rigward tas-sigurtà u s-sorveljanza tal-bini tal-Kumitat lura għal li kien, biex ikun żgurat biżżejjed finanzjament għal miżuri ta' sigurtà f'każ ta' żieda fil-livell ta' theddid għas-sigurtà ("isfar") matul l-2016;
Taqsima VIII - L-Ombudsman Ewropew
114. Jinnota b'dispjaċir li l-Kunsill naqqas l-abbozz ta' baġit tal-Ombudsman b'EUR 135 000; jissottolinja li tali tnaqqis se jimponi piż sproporzjonat fuq il-baġit limitat ħafna tal-Ombudsman, u jista' jkollu impatt qawwi fuq il-kapaċità tal-istituzzjoni li taqdi liċ-ċittadini tal-Unjoni b'mod effikaċi; għaldaqstant, jerġa' jġib lura għal li kienu l-linji baġitarji mnaqqsa mill-Kunsill biex l-Ombudsman tkun tista' taqdi l-mandat tagħha u tonora l-impenji tagħha;
Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
115. Jinnota b'dispjaċir li l-Kunsill naqqas l-abbozz ta' baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data b'EUR 135 000; jissottolinja li tali tnaqqis se jimponi piż sproporzjonat fuq il-baġit limitat ħafna tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u jista' jkollu impatt qawwi fuq il-kapaċità tal-istituzzjoni li taqdi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni b'mod effikaċi; għaldaqstant, jerġa' jġib il-linji baġitarji kollha li tnaqqsu mill-Kunsill lura għal li kienu biex il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun jista' jissodisfa l-obbligi u l-impenji tiegħu;
TAQSIMA X - IS-SERVIZZ EWROPEW GĦALL-AZZJONI ESTERNA
116. Jemmen li, sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw l-isfidi li ġġib magħha l-inċertezza ġeopolitika u biex ikun żgurat ir-rwol tal-Unjoni fid-dinja kollha, għandu jiġi żgurat finanzjament xieraq tas-SEAE; b'hekk jerġa' jġib l-abbozz ta' baġit lura għal li kien fil-linji kollha u jneħħi r-riżervi adottati mill-Kunsill relatati mal-fluttwazzjoni tar-rata tal-kambju tal-Euro;
o o o
117. Jinsab konvint li l-baġit tal-Unjoni jista' jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effikaċi mhux biss il-konsegwenzi iżda wkoll il-kawżi ewlenin tal-kriżijiet li qed tiffaċċja l-Unjoni bħalissa; huwa tal-fehma, madankollu, li avvenimenti mhux previsti b'dimensjoni tal-Unjoni għandhom jiġu ttrattati billi l-isforzi jinġabru flimkien u billi jitpoġġew mezzi addizzjonali fil-livell tal-Unjoni aktar milli jiġu ddubitati l-impenji mgħoddija jew li jkun hemm l-illużjoni ta' soluzzjonijiet li jkunu purament nazzjonali; jenfasizza, għalhekk, li d-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà qegħdin hemm biex jippermettu tali rispons rapidu u konġunt u għandhom jintużaw bis-sħiħ biex ipattu għar-restrizzjonijiet ibsin tal-limiti massimi tal-QFP;
118. Jenfasizza li, bilkemm kienu għaddew sentejn mill-bidu tal-MFF attwali, il-Kummissjoni kellha darbtejn titlob il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità, kif ukoll il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza, biex tkopri l-ħtiġijiet urġenti u mhux previsti li ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-limiti massimi tal-MFF attwali; jinnota wkoll li l-Marġini Globali għall-Impenji fl-2015, l-ewwel sena tal-operat tagħha, kien intuża immedjatament kollu kemm hu filwaqt li r-riżorsi ta' żewġ programmi importanti tal-Unjoni kellhom jitnaqqsu biex ikun possibbli l-finanzjament ta' inizjattivi ġodda; jenfasizza li, minħabba l-antiċipazzjoni fl-2014-15, diversi programmi tal-Unjoni jkollhom inqas, jew saħansitra l-ebda impenji disponibbli mill-2016; għalhekk, jara b'mod ċar, li l-limiti massimi tal-QFP huma stretti wisq f'bosta intestaturi u jipparalizzaw l-Unjoni f'oqsma li l-aktar għandhom bżonn, filwaqt li l-mekkaniżmi ta' flessibilità disponibbli tal-MFF diġà laħqu l-limiti tagħhom; iqis li dawn l-iżviluppi jagħmlu l-possibbiltà ta' reviżjoni ta' nofs it-term tal-QFP ġenwina; jistenna bil-ħerqa l-proposti ambizzjużi tal-Kummissjoni għal dak l-għan fl-2016;
119. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-emendi għall-abbozz ta' baġit ġenerali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2013 (ĠU L 255, 30.9.2015, p. 395).
Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470).
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (Testi adottati, P7_TA(2013)0437).
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (Testi adottati, P8_TA(2014)0036).
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016 (Testi adottati, P8_TA(2015)0172).
Peress li ttieħdet deċiżjoni politika dwar l-esklużjoni tal-gruppi politiċi minn dan il-kalkolu, dan it-tnaqqis qed ikun applikat lill-parti tal-pjan ta' stabbiliment tas-Segretarjat (in-numru ta' referenza ta' karigi (1 %): -57)
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja (ĠU L 255, 30.9.2015, p. 118).
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: in-numru ta' mħallfin fil-Qorti Ġenerali ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (09375/1/2015 – C8-0166/2015 – 2011/0901B(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09375/1/2015 – C8‑0166/2015),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja mressqa lill-Parlament u lill-Kunsill (02074/2011),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Ottubru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0296/2015),
1. Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;
2. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni.
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/2422.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill
Fi tmiem il-proċess ta' riforma, il-Qorti Ġenerali se tikkonsisti minn żewġ Imħallfin għal kull Stat Membru. Għaldaqstant, sabiex tinkiseb ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, li huwa l-objettiv tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 3 tat-TUE, il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, sa fejn ikun possibbli, fil-proċess tal-ħatra tal-kandidati bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 254 tat-TFUE, jiżguraw preżenza ugwali ta' nisa u rġiel.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (08806/1/2015 – C8-0260/2015 – 2014/0213(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (08806/1/2015– C8-0260/2015),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2014(1),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2014)0457),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0295/2015),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Japprova d-dikjarazzjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar dan, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għoti ta' derogi għall-użu ta' xbieki tat-tkarkir u għeżula fis-sajd fil-Baħar l-Iswed
"Il-Parlament Ewropew jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15a għandhom jiddaħħlu fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011, rigward derogi għall-projbizzjoni fuq l-użu ta' ċertu rkaptu fl-ilmijiet tal-kosta tal-Baħar l-Iswed, huma ta' natura eċċezzjonali. Dawn iqisu s-sitwazzjoni prevalenti fir-reġjun, fejn l-Istati Membri stabbilixxew miżuri biex jippermettu l-użu tal-irkaptu konċernat skont ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-GFCM. Dik l-informazzjoni diġà kienet disponibbli għall-Parlament qabel it-tressiq tal-proposta attwali tal-Kummissjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Parlament jaċċetta, fil-kuntest attwali, l-arranġament li jawtorizza lill-Istati Membri konċernati jikkonċedu d-derogi inkwistjoni. Jenfasizza, madankollu, li dawk id-dispożizzjonijiet m’għandhomx jittieħdu jew jintużaw bħala preċedent f'atti legali ġejjiena."
L-użu ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat ***I
267k
63k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom (COM(2015)0177 – C8-0107/2015 – 2015/0093(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0177),
— wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0107/2015),
— wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
— wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità, mill-Kamra tar-Rappreżentanti Belġjana, il-Parlament Spanjol, il-Kamra tar-Rappreżentanti tan-Netherlands u l-Kunsill Federali Awstrijak, fejn jiddikjaraw li l-abozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipji ta' sussidjarjetà,
— wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Settembru 2015(1),
— wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Ottubru 2015(2),
— wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
— wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0305/2015),
1. Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha u tissottometti waħda ġdida;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (COM(2013)0894 – C7-0487/2013 – 2013/0435(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0894),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0487/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-pożizzjonijiet kemm tal-Kunsill kif ukoll tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2011, meta falliet il-konċiljazzjoni dwar l-ikel ġdid;
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża u s-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta’ April 2014(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0046/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001
Emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja ***I
813k
447k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE (COM(2013)0920 – C7-0004/2014 – 2013/0443(COD))(1)
(2) Is-seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali18 jikkonferma l-objettiv tal-Unjoni tul perjodu ta’ żmien twil rigward il-politika dwar l-arja, li jintlaħqu livelli ta’ kwalità tal-arja li ma jagħtux lok għal impatti negattivi fuq u riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u jitlob, għal dak l-għan, li jkun hemm konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja, miri u azzjonijiet strateġiċi għal wara l-2020, sforzi msaħħa f’oqsma fejn il-popolazzjoni u l-ekosistemi jinsabu esposti għal livelli għolja ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, u sinerġiji msaħħa bejn il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u l-objettivi tal-politika tal-Unjoni stipulati b’mod partikolari fir-rigward tat-tibdil fil-klima u tal-bijodiversità.
(2) Is-seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali18 jikkonferma l-objettiv tal-Unjoni tul perjodu ta’ żmien twil rigward il-politika dwar l-arja, li jintlaħqu livelli ta’ kwalità tal-arja li ma jagħtux lok għal impatti negattivi fuq u riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u jitlob, għal dak l-għan, li jkun hemm konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja, miri u azzjonijiet strateġiċi għal wara l-2020, sforzi msaħħa f’oqsma fejn il-popolazzjoni u l-ekosistemi jinsabu esposti għal livelli għolja ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, u sinerġiji msaħħa bejn il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u l-objettivi tal-politika tal-Unjoni stipulati b’mod partikolari fir-rigward tat-tibdil fil-klima u tal-bijodiversità. Il-Politika Agrikola Komuni għall-perjodu 2014-2020 toffri lill-Istati Membri l-possibbiltà li jikkontribwixxu għall-kwalità tal-arja b'miżuri speċifiċi. Evalwazzjoni fil-ġejjieni tkun tista' tipprovdi fehim aħjar tal-effetti ta' dawn il-miżuri.
__________________
__________________
18 Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna", COM (2012)0710, 29.11.2012.
18 Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna", COM (2012)0710, 29.11.2012.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 4a (ġdida)
(4a) L-Istati Membri u l-Unjoni huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju tal-2013, li għandha l-għan li ttejjeb is-saħħa tal-bniedem u l-ħarsien tal-ambjent permezz tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-merkurju minn sorsi eżistenti u ġodda. Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-merkurju fl-Unjoni kif mitlub mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-28 ta' Jannar 2005 dwar Strateġija Komunitarja dwar il-Merkurju u mill-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) Għaldaqstant, il-limitu massimu nazzjonali tal-emissjonijiet stabbilit bid-Direttiva 2001/81/KE għandu jiġi rivedut sabiex jinġieb konformi mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri.
(6) Għaldaqstant, il-limitu massimu nazzjonali tal-emissjonijiet stabbilit bid-Direttiva 2001/81/KE għandu jiġi rivedut sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 8
(8) Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi wkoll lejn il-ksib tal-għanijiet dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni,lejn il-mitigazzjoni tal-impatti tat-tibdil fil-klima billi tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu b'ħajja qasira kif ukolllejn it-titjib fil-kwalità tal-arja fuq livell globali.
(8) Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi wkoll għall-ksib, b'mod kosteffikaċi, tal-għanijiet dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ugħall-mitigazzjoni tal-impatti tat-tibdil fil-klima billi tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu b'ħajja qasira,minbarragħat-titjib fil-kwalità tal-arja fuq livell globali, u billi ttejjeb is-sinerġiji mal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija u tiżgura li ma jkunx hemm duplikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni. B'mod partikolari, din id-Direttiva għandha tiġi allinjata mal-evoluzzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni u tal-azzjoni internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, inkluż, iżda mhux biss, mal-qafas ta' politika tal-2030 għall-klima u l-enerġija u ma' ftehim globali komprensiv u vinkolanti dwar it-tibdil fil-klima.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 8a (ġdida)
(8a) Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tal-ispejjeż tat-tniġġis tal-arja relatati mas-saħħa fl-Unjoni billi ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-UE kif ukoll tiffavorixxi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 8b (ġdida)
(8b) Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-trasport marittimu, jeħtieġ tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-limiti stabbiliti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u infurzar strett tad-Direttiva 2012/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Tinħtieġ ukoll azzjoni ulterjuri biex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet mit-trasport marittimu. Huwa xieraq li l-Unjoni u l-Istati Membri jikkunsidraw li jiddefinixxu oqsma ġodda ta' kontroll tal-emissjonijiet u jkomplu jaħdmu fi ħdan l-OMI biex ikomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet.
______________
1a Id-Direttiva 2012/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE fir-rigward tal-kontenut ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu (ĠU L 327, 27.11.2012, p. 1).
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 9
(9) L-Istati Membri għandhom jiġu konformi mal-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva għall-2020 u l-2030. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm progress li jista’ jintwera favur l-ilħiq tal-ipenji għall-2030, l-Istati Membri għandhom jilħqu livelli ta’ emissjonijiet intermedji fl-2025, stabbiliti fuq il-bażi ta’ perkors lineari bejn il-livelli tal-emissjonijiet tagħhom għall-2020 u dawk definiti mill-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030, sakemm dan ma jinvolvix spejjeż sproporzjonati. Meta l-emissjonijiet għall-2025 ma jkunux jistgħu jiġu limitati b'dan il-mod, l-Istati Membri għandhom jispjegaw ir-raġunijiet tagħhom fir-rapporti tagħhom ippreżentati skont din id-Direttiva.
(9) Sabiex jiġu limitati l-emissjonijiet atmosferiċi tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u sabiex jingħata kontribut effettiv għall-għan tal-Unjoni li tikseb kwalità tal-arja li ma tkunx ta' impatt negattiv sinifikanti jew ta' riskju għas-saħħa, u sabiex id-depożizzjoni ta' livelli ta' sustanzi aċidifikanti u ewtrofikanti li jniġġsu jitbaxxew taħt tagħbijiet u livelli kritiċi, f'din id-Direttiva hemm stabbiliti impenjinazzjonali vinkolanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020, għall-2025 ugħall-2030.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 11
(11) Sabiex jippromwovu l-kisba b'mod kosteffikaċi tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet, l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jikkunsidraw tnaqqis ta' emissjonijiet minn traffiku marittimu internazzjonali jekk l-emissjonijiet minn dak is-settur ikunu aktar baxxi mil-livelli ta' emissjonijiet li kieku jirriżultaw minn konformità mal-istandards tal-liġijiet tal-Unjoni, inklużi l-limiti tal-kubrit għall-fjuwils stabbiliti fid-Direttiva 1999/32/KE tal-Kunsill.21 L-Istati Membri għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jilħqu l-impenji tagħhom u l-livelli intermedji ta' emissjoni rigward il-metanu (CH4) b'mod konġunt, u li jagħmlu użu mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jagħmlu hekk.22 Għall-iskop tal-verifika tal-konformità mal-livelli nazzjonali massimi tagħhom tal-emissjonijiet, mal-impenji tagħhom għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet u mal-livelli intermedji ta' emissjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-inventarji nazzjonali tagħhom tal-emissjonijiet fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku u metodoloġiji mtejba dwar l-emissjonijiet. Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona kontra l-użu minn Stat Membru ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-flessibilitajiet jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva ma jiġux issodisfati.
(11) Sabiex jippromwovu l-kisba b'mod kosteffikaċi tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jilħqu l-impenji tagħhom rigward il-metan (CH4) b'mod konġunt, u li jagħmlu użu mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jagħmlu hekk.22 Għall-iskop tal-verifika tal-konformità mal-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet tagħhom, mal-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u mal-livelli ta' emissjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet tagħhom fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku u metodoloġiji mtejba dwar l-emissjonijiet. Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona kontra l-użu ta’ dawn il-flessibbiltajiet min-naħa ta' Stat Membru jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva ma jiġux issodisfati.
__________________
__________________
21 Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis fil-kontenut tal-kubrit f′ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13).
22 Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).
22 Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 12
(12) L-Istati Membri għandhom jadottaw u jimplimentaw programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja bil-ħsieb li jilħqu r-rekwiżiti tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-livelli intermedji ta' emissjoni tagħhom, u biex jagħtu kontribut effettiv lejn il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet f’żoni u f'agglomerazzjonijiet li huma affettwati minn konċentrazzjonijiet eċċessiv ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u/jew f’dawk li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tniġġis tal-arja f'żoni u f'agglomerazzjonijiet oħra, inkluż f’pajjiżi ġirien. Għal dak l-għan, il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja ppromulgati skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.23
(12) L-Istati Membri għandhom jadottaw u jimplimentaw programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja bil-ħsieb li jilħqu r-rekwiżiti tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u biex jagħtu kontribut effettiv lejn il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet f’żoni u f'agglomerazzjonijiet li huma affettwati minn konċentrazzjonijiet eċċessiv ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u/jew f’dawk li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tniġġis tal-arja f'żoni u f'agglomerazzjonijiet oħra, inkluż f’pajjiżi ġirien. Għal dak l-għan, il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja ppromulgati skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.23
__________________
__________________
23 Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).
23 Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 13
(13) Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-arja ta' NH3u PM2,5 mill-kontributuri ewlenin, il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jinkludu miżuri li japplikaw għas-settur agrikolu. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jimplimentaw miżuri oħra apparti dawk stipulati f’din id-Direttiva, li għandu jkollhom livell ekwivalenti ta’ prestazzjoni ambjentali minħabba ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi.
(13) Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta' NH3, CH4 u PM2.5 mill-kontributuri ewlenin, il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jinkludu miżuri li japplikaw għas-settur agrikolu. Dawn il-miżuri għandhom ikunu kosteffikaċi u bbażati fuq informazzjoni u data speċifiċi, filwaqt li jitqiesu l-progress xjentifiku u l-miżuri preċedenti meħuda mill-Istati Membri. Fi sforz biex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet ikun tajjeb ukoll li jiġu żviluppati linji gwida, li jiġu skambjati fil-livell tal-Unjoni. dwar prattika agrikola tajba għall-użu tal-NH3. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jimplimentaw miżuri oħra apparti dawk stipulati f’din id-Direttiva, li għandu jkollhom livell ekwivalenti ta’ prestazzjoni ambjentali minħabba ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdida)
(13a) Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-kontributuri ewlenin, il-programmi nazzjonali ta' kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jinkludu miżuri li japplikaw għas-setturi rilevanti kollha, inklużi l-agrikoltura, l-industrija, it-trasport bit-triq, il-makkinarju mobbli mhux tat-triq, it-tbaħħir intern u domestiku, it-tisħin domestiku u s-solventi. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jimplimentaw miżuri oħra apparti dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, li għandu jkollhom livell ekwivalenti ta' prestazzjoni ambjentali fid-dawl taċ-ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 13b (ġdida)
(13b) Fil-miżuri li jieħdu biex jiddaħħlu fil-programmi nazzjonali ta' kontroll tal-arja u li jkunu applikabbli għas-settur agrikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impatti fuq azjendi agrikoli ta' daqs żgħir u medju jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ u li dawn l-impatti ma jinvolvux spejjeż addizzjonali sinifikanti li ma jistgħux jiġu sostnuti minn dawn l-azjendi. It-titjib fil-kwalità tal-arja għandu jinkiseb permezz ta' miżuri proporzjonati li jissalvagwardjaw il-futur tal-azjendi agrikoli. Il-programmi nazzjonali ta' kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jipprovdu bilanċ bejn it-trobbija tal-annimali u l-kontroll tat-tniġġis.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 13c (ġdida)
(13c) Il-miżuri meħuda fil-qafas tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għall-prevenzjoni tal-emissjonijiet ta' NH3, CH4 u PM2.5 fis-settur agrikolu għandhom ikunu eleġibbli għal appoġġ finanzjarju, fost l-oħrajn fil-qafas tal-Fond għall-Iżvilupp Rurali, b'mod partikolari l-miżuri meħuda minn azjendi agrikoli żgħar u ta' daqs medju li jeħtieġu tibdil sinifikanti ta' prattiki jew investimenti sinifikanti bħal ragħha estensiv, agroekoloġija, diġestjoni anaerobika għall-produzzjoni tal-bijogass bl-użu tal-iskart tal-irziezet, u sistemi ta' stalel b'emissjonijiet baxxi.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 14a (ġdida)
(14a) Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-arja, b'mod partikolari fiż-żoni urbani, il-programmi nazzjonali ta' kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jinkludu miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu u materja partikulata f'dawk iż-żoni.
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 15a (ġdida)
(15a) Skont il-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali u bil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-pubbliku għandu jingħata aċċess wiesa' għall-ġustizzja sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar ta' din id-Direttiva u jingħata kontribut għall-protezzjoni tad-dritt għall-għajxien f'ambjent li huwa xieraq għas-saħħa u l-benessri tal-persuni.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 15b (ġdida)
(15b) L-ispezzjonijiet ambjentali u s-sorveljanza tas-suq huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effikaċja ta' din id-Direttiva u tal-miżuri adottati biex jintlaħqu l-objettivi tagħha.
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 15c (ġdida)
(15c) Fil-valutazzjoni tas-sinerġiji bejn il-politiki tal-UE dwar il-kwalità tal-arja u dwar il-klima u l-enerġija, il-Kummissjoni għandha tqis il-Valutazzjoni tal-Impatt Komplementari tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew dwar l-interazzjonijiet bejn il-politika tal-UE dwar il-kwalità tal-arja u dik dwar il-klima u l-enerġija bit-titolu "Air Quality - Complementary Impact Assessment on interactions between EU air quality policy and climate and energy policy".
Emenda 123 Proposta għal direttiva Premessa 20
(20) Jeħtieġ li d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 tiġi emendata sabiexi tiġi żgurata l-konsistenza ta’ din id-Direttiva mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus tal-1998 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Relatati mal-Ambjent. _________________
(20) Jeħtieġ li d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 tiġi emendata sabiexi tiġi żgurata l-konsistenza ta’ din id-Direttiva u tad-Direttiva 2008/50/KE mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus tal-1998 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Relatati mal-Ambjent. _________________
26 Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).
26 Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 21
(21) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-linji gwida dwar ir-rappurtar stabbiliti fl-Anness I, fil-Parti 1 tal-Anness III u fl-Annessi IV u V, sabiex dawn jiġu adattati għall-progress tekniku. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tipprepara u tfassal atti delegat, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(21) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni għal perjodu definit fir-rigward tal-emendar tal-linji gwida dwar ir-rappurtar stabbiliti fl-Anness I, fil-Parti 1 tal-Anness III u fl-Annessi IV u V, sabiex dawn jiġu adattati għall-progress tekniku. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tipprepara u tfassal atti delegat, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 26a (ġdida)
(26a) Kemm jista' jkun, il-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għandhom jallinjaw ir-regolamenti nazzjonali tagħhom ma' din id-Direttiva.
Din id-Direttiva għandha l-għan li tillimita l-emissjonijiet atmosferiċi ta' sustanzi aċidifikanti u ewtrofikanti li jniġġsu, prekursuri tal-ożonu, materja partikulata primarja, prekursuri ta' materja partikulata sekondarja u sustanzi oħrajn li jniġġsu l-arja, biex b'hekk tikkontribwixxi għal dawn li ġejjin:
(a) l-objettiv fit-tul tal-Unjoni li tilħaq livelli ta' kwalità tal-arja li ma jagħtux lok għal impatti negattivi sinifikanti u riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, f'konformità mal-linji gwida dwar il-kwalità tal-arja ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;
(b) il-kisba tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-bijodiversità u l-ekosistemi billi l-livelli u d-depożizzjoni ta' sustanzi aċidifikanti u ewtrofikanti li jniġġsu, u sustanzi oħra li jniġġsu, inkluż l-ożonu troposferiku, jitbaxxew taħt it-tagħbijiet u l-livelli kritiċi;
(c) il-kisba tal-objettivi dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni;
(d) il-mitigazzjoni tal-impatti tat-tibdil fil-klima billi jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu b'ħajja qasira u billi jittejbu s-sinerġiji mal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija.
Din id-Direttiva għandha tiġi allinjata, b'mod partikolari, mal-evoluzzjoni tal-azzjoni internazzjonali u tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima, inkluż, iżda mhux biss, mal-qafas ta' politika tal-2030 għall-klima u l-enerġija u ma' ftehim globali komprensiv u vinkolanti dwar it-tibdil fil-klima.
Emenda 131 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 2
2. "prekursuri tal-ożonu" tfisser ossidi tan-nitroġenu, komposti volatili organiċi mhux metaniċi, metan u monossidu tal-karbonju;
2. "prekursuri tal-ożonu" tfisser ossidi tan-nitroġenu, komposti volatili organiċi mhux metaniċi u monossidu tal-karbonju;
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 3a (ġdid)
3a. "tagħbija kritika" tfisser stima kwantitattiva ta' esponiment għal xi sustanza jew sustanzi niġġiesa li taħtu, skont l-informazzjoni eżistenti, ma jkunx hemm effetti ħżiena sinifikanti fuq elementi sensittivi speċifiċi tal-ambjent;
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 3b (ġdid)
3b. "livell kritiku" tfisser il-konċentrazzjoni ta' sustanzi li jniġġsu fl-atmosfera jew flussi għal riċevituri li fuqha, skont l-informazzjoni eżistenti, jista' jkun hemm effetti ħżiena fuq ir-riċevituri, bħalma huma l-bnedmin, il-pjanti, l-ekosistemi jew il-materjali;
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 4a (ġdid)
4a. "ożonu troposferiku" tfisser l-ożonu fil-parti l-aktar baxxa tat-troposfera;
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 4b (ġdid)
4b. "komposti organiċi volatili" (VOCs) tfisser il-komposti organiċi kollha li jirriżultaw minn attivitajiet umani, minbarra l-metan, li huma kapaċi li jipproduċu ossidanti fotokimiċi permezz ta' reazzjonijiet ma' ossidi tan-nitroġenu fil-preżenza tad-dawl tax-xemx;
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 6a (ġdid)
6a. "limitu nazzjonali ta' emissjoni" tfisser l-ammont massimu ta' xi sustanza, espress f'kilotunellati, li jista' jiġi emess fi Stat Membru f'sena kalendarja;
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 9
9. "'traffiku marittimu internazzjonali" tfisser vjaġġi fuq il-baħar jew f’ilmijiet kostali ta' bastimenti tal-bnadar kollha, għajr bastimenti tas-sajd, li jitilqu mit-territorju ta’ pajjiż wieħed u li jaslu fit-territorju ta’ pajjiż ieħor;
imħassar
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 12a (ġdid)
12a. "politiki tal-UE dwar it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja mis-sors" tfisser Regolamenti jew Direttivi li, irrispettivament mill-obbligi stabbiliti f'dawk ir-Regolament jew Direttivi, ikollhom bħala għan, kemm jekk parzjalment jew le, li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit (SO2), ossidi tan-nitroġenu (NOx), komposti organiċi volatili mhux metaniċi (NMVOC), ammonijaka (NH3), materja partikulata (PM2.5) u metan (CH4), billi jwettqu miżuri ta' mitigazzjoni fis-sors, inklużi mill-inqas, iżda mhux esklużivament, it-tnaqqis ta' emissjonijiet miksub permezz ta' dawn li ġejjin:
— ir-Regolament (KE) Nru 595/20091j u r-Regolament (KE) Nru 661/20091k,
— id-Direttiva 2010/75/UE1l;
— ir-Regolament (UE) Nru 167/20131m,
— ir-Regolament (UE) Nru 168/20131n;
— id-Direttiva 2014/94/UE1o;
_______________________
1a Id-Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili (VOC) li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24).
1b Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1).
1c Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).
1d Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13).
1e Id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta' servizz (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 36).
1f Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' komposizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi u li jemenda d-Direttiva 1999/13/KE (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87).
1g Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
1h Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).
1i Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32).
1j Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1).
1k Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.)
1l Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
1m Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
1n Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
1o Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 12b (ġdid)
12b. "il-pubbliku kkonċernat" tfisser il-pubbliku affettwat jew li x'aktarx jiġi affettwat mill-emissjonijiet tat-tniġġis tal-arja fl-atmosfera, jew li għandu interess fihom; għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien tal-ambjent, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta' popolazzjonijiet vulnerabbli u korpi tal-kura tas-saħħa rilevanti oħrajn li jissodisfaw ir-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess.
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1
1. Bħala minimu, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom ta' diossidu tal-kubrit (SO2), ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx), ta' komposti organiċi volatili għajr il-metan (NMVOC), ta' ammonja (NH3), ta' materja partikulata (PM2,5) u ta' metan (CH4) b'konformità mal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet applikabbli mill-2020 u l-2030, kif stabbilit fl-Anness II.
1. Bħala minimu, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom ta' diossidu tal-kubrit (SO2), ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx), ta' komposti organiċi volatili mhux metaniċi (NMVOC), ta' ammonijaka (NH3), ta' materja partikulata (PM2.5) b'konformità mal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet applikabbli mill-2020, l-2025 u l-2030, kif stabbilit fl-Anness II.
1a. Bħala minimu, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom ta' metan (CH4) minbarra emissjonijiet ta' metan enteriku prodott mill-bhejjem li jixtarru b'konformità mal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet applikabbli mill-2030, kif stabbilit fl-Anness II.
2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati sabiex jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-2025 annwali tagħhom ta' SO2, NOx, NMVOC, NH3, PM2,5 u CH4. Il-livelli ta’ dawk l-emissjonijiet għandhom jiġu determinati fuq il-bażi ta’ fjuwils mibjugħin, permezz ta' perkors ta' tnaqqislineari stabbilit bejn il-livelli tal-emissjonijiet tagħhom għall-2020 u l-livelli ta’ emissjonijiet definiti mill-impenji għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet għall-2030.
2. Fir-rapporti tagħhom ippreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jipprovdu aġġornamenti dwar il-progress lejn il-kisba tal-impenji nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3. L-emissjonijiet li ġejjin mhumiex meqjusa għall-iskop ta’ konformità mal-paragrafi 1 u 2:
3. L-emissjonijiet li ġejjin ma jitqisux għall-iskop ta’ konformità mal-paragrafu 1:
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt d
(d) emissjonijiet minn traffiku marittimu internazzjonali, mingħajr ħsara għall-Artikolu 5(1).
(d) emissjonijiet minn traffiku marittimu internazzjonali.
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1
1. Sabiex jiġu konformi mal-livelli intermedji ta' emissjoni iddeterminati għall-2025 skont l-Artikolu 4, paragrafu 2, u skont l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II applikabbli mill-2030 'il quddiem għal NOx, SO2 u PM2,5, l-Istati Membri jistgħu jikkumpensaw tnaqqis fl-emissjonijiet ta' NOx, SO2 u PM2,5 miksub mit-traffiku marittimu internazzjonali kontra emissjonijiet ta' NOx, SO2 u PM2,5 rilaxxati minn sorsi oħra fl-istess sena, bil-kundizzjoni li dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
imħassar
(a) it-tnaqqis tal-emissjonijiet għandu jseħħ f’żoni tal-baħar li huma parti mill-ibħra territorjali, miż-żoni ekonomiċi esklużivi jew miż-żoni ta’ kontroll tat-tniġġis tal-Istati Membri, jekk dawn iż-żoni jkunu ġew stabbiliti;
(b) ikunu adottaw u implimentaw miżuri effettivi ta’ monitoraġġ u spezzjoni li jiżguraw it-tħaddim tajjeb ta’ din il-flessibbiltà;
(c) ikunu implimentaw miżuri biex jinkisbu emissjonijiet ta’ NOx, SO2 u PM2,5 minn traffiku marittimu internazzjonali li huma aktar baxxi mil-livelli ta' emissjonijiet li kieku jinkisbu permezz tal-konformità mal-istandards tal-Unjoni applikabbli għal emissjonijiet ta’ NOx, SO2 u PM2,5, u li jkunu wrew kwantifikazzjoni adegwata tat-tnaqqis addizzjonali tal-emissjonijiet li jirriżulta minn dawn il-miżuri;
(d) ma jkunux ikkumpensaw għal aktar minn 20% tat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' NOx, SO2 u PM2,5 ikkalkulati skont il-punt (c), sakemm il-kumpens ma jirriżultax f'nuqqas ta' konformità mal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-2020 stabbiliti fl-Anness II.
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw, b'mod konġunt, l-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-livelli tal-emissjonijiet tal-metan u tal-livelli intermedji ta' emissjoni tal-metan imsemmija fl-Anness II, bil-kundizzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw, b'mod konġunt, l-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-livelli tal-emissjonijiet tal-metan imsemmija fl-Anness II, bil-kundizzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-inventarji nazzjonali annwali tal-emissjonijiet għal SO2, NOx, NH3, NMVOC u PM2,5, b'konformità mal-Anness IV meta n-nuqqas ta’ konformità mal-impenji nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis ta' emissjonijiet jew mal-livelli intermedji tagħhom ta' emissjoni jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ metodi ta' inventarji ta' emissjonijiet imtejba aġġornati skont l-għarfien xjentifiku.
3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-inventarji nazzjonali annwali tal-emissjonijiet għal SO2, NOx, NH3, NMVOC u PM2.5, b'konformità mal-Anness IV meta n-nuqqas ta' konformità mal-impenji nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis ta' emissjonijiet jirriżulta mill-applikazzjoni ta' metodi ta' inventarji ta' emissjonijiet imtejba aġġornati skont l-għarfien xjentifiku.
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri li beħsiebhom japplikaw il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta' qabel is-sena ta’ rappurtar ikkonċernata. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi s-sustanzi li jniġġsu u l-oqsma kkonċernati u, fejn disponibbli, il-kobor tal-impatti fuq l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet.
4. L-Istati Membri li beħsiebhom japplikaw l-flessibbiltajiet fil-qafas ta' din id-Direttiva għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel is-sena ta' rappurtar ikkonċernata. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi s-sustanzi li jniġġsu u l-oqsma kkonċernati u, fejn disponibbli, il-kobor tal-impatti fuq l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet.
5. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha teżamina u tevalwa jekk l-użu ta’ kwalunkwe mill-flessibbiltajiet għal sena partikolari jissodisfax ir-rekwiżiti u l-kriterji rilevanti.
5. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha teżamina u tevalwa jekk l-użu ta' flessibbiltà jew aġġustament għal sena partikolari jissodisfax ir-rekwiżiti u l-kriterji rilevanti.
F'każ li l-Kummissjoni ma tqajjem ebda oġġezzjoni fi żmien disa’ xhur mid-data tal-wasla tar-rapport rilevanti msemmi fl-Artikolu 7, paragrafi 4, 5 u 6, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-użu tal-flessibbiltà applikata bħala aċċettat u validu għal dik is-sena. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-użu ta’ flessibbiltà mhuwiex skont ir-rekwiżiti u l-kriterji applikabbli, għandha tadotta Deċiżjoni u tinforma lill-Istat Membru li din ma tistax tiġi aċċettata.
F'każ li l-Kummissjoni ma tqajjem ebda oġġezzjoni fi żmien sitt xhur mid-data tal-wasla tar-rapport rilevanti msemmi fl-Artikolu 7, paragrafi 5 u 6, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-użu tal-flessibbiltà applikata bħala aċċettat u validu għal dik is-sena. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-użu ta’ flessibbiltà ma jkunx skont ir-rekwiżiti u l-kriterji applikabbli, fi żmien disa' xhur mid-data tar-riċeviment tar-rapport rilevanti għandha tadotta Deċiżjoni u tinforma lill-Istat Membru li din ma tistax tiġi aċċettata. Id-deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni.
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 6
6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-regoli dettaljati għall-użu tal-flessibbiltajiet kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3, b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14.
6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-regoli dettaljati għall-użu ta' flessibbiltà kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14.
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom iħejju u jadottaw programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja skont il-Parti 2 tal-Anness III sabiex jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom skont l-Artikolu 4.
1. L-Istati Membri għandhom iħejju u jadottaw programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja skont il-Parti 2 tal-Anness III sabiex jillimitaw l-emissjonijiet annwali tagħhom skont l-Artikolu 4, u biex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva skont l-Artikolu 1.
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)
(aa) iqisu l-kosteffikaċja tal-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u jikkunsidraw it-tnaqqis ta' emissjonijiet li jkun sar jew, jekk l-Istat Membru jipprijoritizza l-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tiegħu, it-tnaqqis li jista' jsir bl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni;
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ab (ġdid)
(ab) jipprijoritizzaw il-miżuri politiċi speċifiċi li jkollhom l-għan li jnaqqsu r-riskji għas-saħħa ta' gruppi ta' nies vulnerabbli u jiżguraw konformità mal-mira għat-tnaqqis tal-esponiment stabbilita skont it-Taqsima B tal-Anness XIV mad- Direttiva 2008/50/KE;
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b) iqisu l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja sabiex tintlaħaq il-konformità mal-għanijiet relatati mal-kwalità tal-arja fit-territorji tagħhom u, fejn ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien;
(b) inaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja sabiex tintlaħaq il-konformità mal-għanijiet relatati mal-kwalità tal-arja fit-territorji tagħhom, b'mod partikolari l-valuri ta' limitu skont id-Direttiva 2008/50/KE, u, fejn ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien;
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) jikkwantifikaw it-tnaqqis addizzjonali ta' emissjonijiet meħtieġ biex sal-2030 jissodisfaw il-livelli ta' kwalità tal-arja fl-ambjent ugwali jew inferjuri għal dawk rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt bb (ġdid)
(bb) jikkwantifikaw it-tnaqqis addizzjonali ta' emissjonijiet meħtieġ biex jintlaħqu l-livelli u t-tagħbijiet kritiċi għall-ħarsien tal-ambjent sal-2030;
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt bc (ġdid)
(bc) jidentifikaw miżuri rilevanti biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punti (ba) u (bb).
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)
(ca) jappoġġjaw il-bidla lejn investimenti f'teknoloġiji nodfa u effiċjenti u produzzjoni sostenibbli bl-għajnuna ta' inċentivi fiskali;
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt cb (ġdid)
(cb) jivvalutaw kemm ir-reġjuni ġeografiċi nazzjonali differenti għandhom esiġenzi u diffikultajiet distinti meta jittrattaw it-tniġġis tal-arja;
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
(da) jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jissorveljaw l-effikaċja tal-miżuri mdaħħla fis-seħħ mill-Istati Membri sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva u, jekk ikun meħtieġ, ikollhom is-setgħa jieħdu azzjoni.
2a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-politiki kollha tal-UE dwar it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja mis-sors huma xierqa għall-iskop u jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-UE dwar il-kwalità tal-arja.
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaqblu minnufih dwar il-proposta għal regolament ġdid dwar l-Emissjonijiet Reali tas-Sewqan li qed tiġi kkunsidrata bħalissa.
Il-metodu tat-test tal-approvazzjoni tat-tip il-ġdid għandu japplika mhux aktar tard mill-2017 u għandu jiżgura li sustanzi li jniġġsu bħalma huma l-NOx, u materja partikulata (PM2.5 u PM10) ikunu effettivament limitati skont fatturi ta' konformità li huma meħtieġa biex jiġu rappreżentati l-kundizzjonijiet reali tas-sewqan. It-testijiet il-ġodda għandhom ikunu indipendenti u trasparenti.
Dawn il-fatturi ta' konformità għandhom ikunu stretti u kwantifikati biex jirrappreżentaw biss l-inċertezza tal-proċedura tat-test tal-emissjonijiet reali tas-sewqan.
2b. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' spezzjonijiet ambjentali ta' rutina u mhux ta' rutina u s-sorveljanza tas-suq u rappurtar pubbliku ta' sorsi mobbli u wieqfa biex jiġu żgurati li l-politiki u l-miżuri jkunu effettivi biex twassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet taħt kundizzjonijiet ta' operat reali.
Sa ... *, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva għal sistema valida madwar l-UE ta' ttestjar ta' sorveljanza waqt l-użu u ta' rappurtar pubbliku ta' standards ta' emissjonijiet għal vetturi ħfief, amministrati mill-awtorità kompetenti rilevanti, sabiex tivverifika li l-vetturi u l-magni jkunu konformi ma' Euro 6 tul il-ħajja utli kollha tagħhom.
______________
*Sentejn mid-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.
3a. L-Istati Membri jistgħu jappoġġjaw l-eliminazzjoni gradwali ta' sorsi ta' emissjonijiet ta' livell baxx billi jħeġġuli, fis-settur tat-trasport u fis-settur tal-provvista tal-fjuwil, pajpijiet porużi jiġu sostitwiti b'teknoloġiji tal-pajpijiet mingħajr emissjonijiet.
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 4 – punt b
(b) l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu użu minn kwalunkwe mill-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 5.
(b) l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu użu minn xi flessibbiltà stabbilita fl-Artikolu 5.
Il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jindikaw jekk l-Istati Membri humiex beħsiebhom jużaw xi flessibbiltà stabbilita fl-Artikolu 5.
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 5
5. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw, b’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-awtoritajiet kompetenti li, minħabba r-responsabbiltajiet ambjentali speċifiċi tagħhom fil-qasam tat-tniġġis, il-kwalità u l-ġestjoni tal-arja fil-livelli kollha, x’aktarx li jiġu milquta mill-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll tat-tniġġis tal-arja, fir-rigward tal-programmi nazzjonali tagħhom ta' kontroll tat-tniġġis tal-arja u kwalunkwe aġġornamenti sinifikanti qabel dawn jiġu finalizzati. Fejn xieraq, għandhom jiġu żgurati konsultazzjonijiet transkonfinali b'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
5. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw, b’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, lill-awtoritajiet kompetenti li, minħabba r-responsabbiltajiet ambjentali speċifiċi tagħhom fil-qasam tat-tniġġis, il-kwalità u l-ġestjoni tal-arja fil-livelli kollha, x’aktarx li jiġu milquta mill-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, fir-rigward tal-programmi nazzjonali tagħhom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, u l-aġġornamenti kollha, qabel dawn jiġu finalizzati. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jinkludu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti responsabbli għall-implimentazzjoni ta' politiki ta' tnaqqis tal-emissjonijiet f'żoni u/jew agglomerazzjonijiet speċifiċi, u ma għandhomx jeskludu żoni u/jew agglomerazzjonijiet li jinsabu f'mill-inqas żewġ Stati Membri.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni, li l-membri tal-pubbliku kkonċernati jkunu kkonsultati fi stadju bikri fit-tfassil u r-rieżami ta' abbozzi ta' programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja u kwalunkwe aġġornamenti ta' dawk il-programmi qabel dawn jiġu finalizzati. Fejn xieraq, għandhom jiġu żgurati konsultazzjonijiet transkonfinali b'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2008/50/KE.
5a. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-korp indipendenti espert tagħhom li jwettaq rieżami tal-abbozz ta' programmi nazzjonali dwar it-tniġġis tal-arja biex jivvaluta l-eżattezza tal-informazzjoni u l-adegwatezza tal-politika u tal-miżuri stabbiliti f'dawk il-programmi. Ir-riżultati ta' dak ir-rieżami għandhom ikunu magħmula disponibbli pubblikament, qabel il-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni sinifikanti tal-pubbliku.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida għal miżuri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet li mhumiex inklużi fil-Parti 1 tal-Anness III, fosthom it-tisħin domestiku u t-trasport bit-triq, li l-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja.
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 8
8. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi gwida dwar l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja.
8. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi gwida dwar l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja.
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 9
9. Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika wkoll il-format u l-informazzjoni meħtieġa rigward il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja fil-forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14.
9. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika wkoll il-format u l-informazzjoni meħtieġa rigward il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja fil-għamla ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14.
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a
Fond għal Arja Nadifa
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-appoġġ finanzjarju biex jiġi megħjun l-iżgurar li jkunu jistgħu jittieħdu miżuri xierqa biex ikun hemm konformità mal-objettivi ta' din id-Direttiva.
Dan għandu jinkludi finanzjament disponibbli, fost l-oħrajn, fil-qafas ta' dawn li ġejjin:
(a) il-fondi agrikoli, inklużi dawk disponibbli fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni 2014-2020, kif emendata fir-rieżami ta' nofs il-perjodu għall-2017 li tinkludi l-kwalità tal-arja bħala ġid pubbliku b'referenza partikolari għall-ammonijaka jew il-metan, jew it-tnejn li huma, b'tali mod li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali rilevanti jingħataw l-opportunità li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet permezz ta' miżuri speċifiċi, u l-assistenza biex jagħmlu dan;
(b) il-programmi ta' ħidma futuri ta' Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni;
(c) il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej;
(d) l-istrumenti ta' finanzjament għall-ambjent u l-azzjoni klimatika bħal LIFE;
(e) kwalunkwe taħlita tal-elementi msemmija hawn fuq.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proċeduri ta' finanzjament ikunu sempliċi, trasparenti u aċċessibbli għal-livelli governattivi differenti.
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-possibbiltà li jinħoloq one-stop shop, fejn l-entitajiet ikunu jistgħu jsibu faċilment l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-fondi u l-proċeduri relatati biex jiksbu aċċess għal proġetti li jindirizzaw it-tħassib dwar it-tniġġis tal-arja.
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 4
4. L-Istati Membri li japplikaw il-flessibilità skont l-Artikolu 5(1) għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fir-rapport tal-inventarju informattiv tas-sena kkonċernata:
imħassar
(a) il-kwantità tal-emissjonijiet ta' NOx, SO2 u PM2,5 li kieku kienu jseħħu fin-nuqqas ta' żona ta' kontroll ta' emissjoni;
(b) il-livell tat-tnaqqis tal-emissjonijiet miksub fil-parti taż-żona ta' kontroll ta' emissjoni tal-Istat Membru skont l-Artikolu 5(1)(c);
(c) il-punt safejn japplikaw din il-flessibbiltà;
(d) kwalunkwe data addizzjonali li l-Istati Membri jistgħu jqisu bħala xierqa biex il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, tkun tista' twettaq valutazzjoni sħiħa tal-kondizzjonijiet li taħthom tkun ġiet implimentata l-flessibbiltà.
Emenda 68 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 7
7. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarji tal-emissjonijiet, inkluż inventarji tal-emissjonijiet aġġustati, projezzjonijiet dwar l-emissjonijiet u r-rapport tal-inventarju informattiv skont l-Anness IV.
7. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarji tal-emissjonijiet, inklużi, jekk xieraq, inventarji tal-emissjonijiet aġġustati, projezzjonijiet dwar l-emissjonijiet u r-rapport tal-inventarju informattiv skont l-Anness IV.
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, jekk ikun prattikabbli, il-monitoraġġ tal-impatti negattivi tat-tniġġis tal-arja fuq l-ekosistemi skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu monitoraġġ tal-impatti negattivi tat-tniġġis tal-arja fuq l-ekosistemi skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2
2. L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jikkoordinaw il-monitoraġġ tal-impatti tat-tniġġis tal-arja ma' programmi ta’ monitoraġġ oħra stabbiliti bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 2008/50/KE u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.30
2. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-monitoraġġ tal-impatti tat-tniġġis tal-arja ma' programmi ta’ monitoraġġ oħra stabbiliti bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 2008/50/KE u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.30
__________________
__________________
30 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1)
30 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1)
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-programm nazzjonali taghħom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja lill-Kummissjoni [fi żmien tliet xhur mid-data msemmija fl-Artikolu 17, id-data għad għandha tiddaħħal mill-OPOCE], u għandhom ukoll jipprovdu l-aġġornamenti kull sentejn wara dan.
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-programm nazzjonali taghħom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja lill-Kummissjoni sa ...*, u għandhom ukoll jipprovdu l-aġġornamenti kull sentejn wara dan.
_________________
* Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Meta programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jiġi aġġornat skont l-Artikolu 6(4), l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dan fi żmien xahrejn.
Meta programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jiġi aġġornat skont l-Artikolu 6(4), l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika l-programm aġġornat lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn.
2. Mill-2017, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet, il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet, l-inventarji tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati, l-inventarji u r-rapporti tas-sorsi lokalizzati kbar tagħhom imsemmija fl-Artikolu 7(1), (2) u (3) u, fejn rilevanti, fl-Artikolu 7(4), (5) u (6), lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont d-dati tar-rappurtar stabbiliti fl-Anness I.
2. Mill-2017, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet, il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet, l-inventarji tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati, l-inventarji u r-rapporti tas-sorsi lokalizzati kbar tagħhom imsemmija fl-Artikolu 7(1), (2) u (3) u, fejn rilevanti, fl-Artikolu 7(5) u (6), lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont d-dati tar-rappurtar stabbiliti fl-Anness I.
Emenda 134 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 3
3. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-emissjonijiet u l-projezzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar il-CH4 b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.31
imħassar
__________________
31 Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 4 – parti introduttorja
4. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Istati Membri, għandha tivverifika b'mod regolari d-data rrappurtata dwar l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet. Din il-verifika għandhatinvolvi dan li ġej:
4. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Istati Membri, għandha tivverifika b'mod regolari d-data rrappurtata dwar l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet u l-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja. Dan ir-rieżami għandujinvolvi dan li ġej:
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)
(ca) kontrolli biex jiġi vverifikat li l-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jissodisfaw ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 6.
1. Mill-inqas kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progresstal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u għandha tinkludi valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tagħha lejn il-kisba tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva.
1. Kull tletin xahar minn ...*, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta:
(a) il-kontribuzzjoni tagħha u l-isforzi tal-Istati Membri biex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva;
(b) il-progress fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja sal-2025 u l-2030;
(c) il-progress lejn il-kisba tal-objettivi fit-tul tal-miri tal-kwalità tal-arja stabbiliti fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali;
(d) jekk it-tagħbijiet u l-livelli kritiċi u l-valuri gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar it-tniġġis tal-arja nqabżux; u
(e) x'użu jkunu għamlu l-Istati Membri mill-fondi disponibbli tal-UE, meta tali fondi jkunu ntużaw għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja.
Meta tirrapporta dwar it-tnaqqis tal-emmissjonijiet min-naħa tal-Istati Membri għas-snin 2020, 2025 u 2030, il-Kummissjoni għandha tinkludi r-raġunijiet għaliex il-miri ma jkunux intlaħqu, fejn applikabbli.
Fejn ir-rapport jindika li l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u l-valuri ta' limitu għall-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE, il-Kummissjoni għandha:
(a) tivvaluta jekk in-nuqqas huwiex ir-riżultat ta' politika tal-UE ineffikaċi fir-rigward tat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja mis-sors, inkluża l-implimentazzjoni tagħha fil-livell tal-Istati Membri,
(b) tikkonsulta mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14 u tidentifika fejn hemm bżonn ta' leġiżlazzjoni ġdida dwar is-sorsi u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-miri ta' din id-Direttiva. Kwalunkwe proposta bħal din għandha tkun sostnuta minn valutazzjoni tal-impatt robusta u tirrifletti l-aħħar data xjentifika.
Il-Kummissjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tirrapporta skont kif imsemmi hawn fuq għas-sena 2025, u għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-kisba ta’ livelli ta’ emissjonijiet intermedji msemmija fl-Artikolu 4, paragrafu 2 u r-raġunijiet għal kwalunkwe nuqqas ta’ ksib. Għandha wkoll tidentifika l-ħtieġa għal aktar azzjoni, filwaqt li tikkunsidra l-impatti settorjali tal-implimentazzjoni.
Abbażi ta' dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tidentifika l-ħtieġa li tittieħed azzjoni ulterjuri, inkluż fil-livell nazzjonali, filwaqt li tikkunsidra l-impatti settorjali tal-implimentazzjoni.
Emenda 81 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 2
2. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu evalwazzjoni tal-impatti ambjentali usoċjo-ekonomiċi ta’ din id-Direttiva.
2. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu evalwazzjoni tal-impatti ta' din id-Direttiva mil-lat ambjentali,soċjoekonomiku u ta' saħħa, inkluż l-impatt fuq is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri u l-ispiża ta' nuqqas ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk ir-rapporti li jkunu disponibbli pubblikament.
Emenda 152 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a. Il-Kummissjoni għandha twettaq ukoll valutazzjoni tal-impatt dwar il-Merkurju (Hg) qabel ma jiġi determinat impenn nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, tressaq proposta leġiżlattiva ġdida.
Emenda 82 Proposta għal direttiva Artikolu 10a (ġdid)
Artikolu 10a
Forum Ewropew dwar l-Arja Nadifa
Il-Kummissjoni għandha twaqqaf Forum Ewropew dwar l-Arja Nadifa sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni koordinata tal-Programm għall-Arja Nadifa u tiġbor flimkien kull sentejn l-atturi rilevanti kollha inklużi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-livelli rilevanti kollha, il-Kummissjoni, l-industrija, is-soċjetà ċivili, u l-komunità xjentifika. Il-Forum dwar l-Arja Nadifa għandu jissorvelja t-tfassil ta' gwida dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja u l-evoluzzjoni tal-perkorsi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet, inkluża l-valutazzjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar.
Emenda 83 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
(ba) il-progress tal-Istati Membri fil-kisba tal-miri vinkolanti speċifiċi tal-pajjiżi għall-2025 u l-2030 dwar it-tniġġis tal-arja għal kull sustanza li tniġġes.
Emenda 84 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku kkonċernat ikollu aċċess għal proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji biex jikkontesta atti u omissjonijiet minn awtoritajiet kompetenti jew persuni privati li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva.
Tali proċeduri għandhom jipprovdu rimedji adegwati u effikaċi, inkluż rimedju interim kif xieraq, u jkunu ġusti, ekwi, f'waqthom u mhux għaljin b'mod projbittiv.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-aċċess għal tali proċeduri tkun disponibbli pubblikament u għandhom jikkunsidraw it-twaqqif ta' mekkaniżmi ta' assistenza xierqa sabiex jitneħħew jew jitnaqqsu ostakoli finanzjarji jew oħrajn għall-aċċess għall-ġustizzja.
Emenda 127 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 2 b (ġdid)
2b. Abbażi tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 10(1), il-Kummissjoni għandha, fir-rigward tal-NH3, tivvaluta l-impenji nazzjonali legalment vinkolanti eżistenti ta' tnaqqis tal-emissjonijiet abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika, filwaqt li tqis il-kisbiet tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2001/81/KE u l-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja fuq Distanza Twila sabiex titnaqqas l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu troposferiku.
Sal-2022, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress lejn l-impenji skont din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu, inter alia:
(a) l-Guidance Document for Preventing and Abating Ammonia Emissions tal-UNECE, il-Framework Code for Good Agricultural Practice for Reducing Ammonia Emissions tal-UNECE, kif rivedut fl-2014, u l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) kif definiti fl-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(b) miżuri agroambjentali skont il-Politika Agrikola Komuni;
(c) reviżjonijiet tal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha dwar il-kwalità tal-arja, inkluża, inter alia, dik imsemmija fl-Artikolu 3 (12a) ta’ din id-Direttiva.
Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi għal miri għall-perjodu wara l- 2030 biex jittejbu l-istandards tal-kwalità tal-arja.
Emenda 86 Proposta għal direttiva Artikolu 11a (ġdid)
Artikolu 11a
Abbażi tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 10(1), il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-2025 bil-ħsieb li jiġi salvagwardjat il-progress lejn il-kisba tal-livelli rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-kwalità tal-arja u l-viżjoni għat-tul kif stabbilita fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, u filwaqt li tikkunsidra l-progress xjentifiku u teknoloġiku, tipproponi bidliet fl-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-Anness II;
Abbażi tar-rapporti regolari msemmija fl-Artikolu 10(1), il-Kummissjoni għandha tikkunsidra miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-trasport marittimu internazzjonali, b'mod partikolari fl-ibħra territorjali u ż-żoni ekonomiċi esklużivi tal-Istati Membri u, jekk ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva.
Emenda 87 Proposta għal direttiva Artikolu 12
L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, kif xieraq, isegwu kooperazzjoni bilaterali u multilaterali ma’ pajjiżi terzi, u koordinazzjoni fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), inkluż permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riċerka u l-iżvilupp tekniku u xjentifiku, bl-għan li tittejjeb il-bażi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.
L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, kif xieraq, isegwu kooperazzjoni bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi, u koordinazzjoni fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), inkluż permezz tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-riċerka u l-iżvilupp tekniku u xjentifiku, bl-għan li tittejjeb il-bażi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. L-Istati Membri għandhom iwettqu konsultazzjonijiet transkonfinali dwar theddidiet reċiproċi ġġenerati minn reġjuni industrijali kontigwi f'dawk il-pajjiżi u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżviluppaw pjani konġunti biex jeliminaw jew inaqqsu dawk l-emissjonijiet.
Emenda 88 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 2
2. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 6(7), 7(9) u 8(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(7), 7(9) u 8(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 5 snin minn …*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
_______________
* Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Emenda 89 Proposta għal direttiva Artikolu 15
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jkunu applikati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jkunu applikati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk il-miżuri mhux aktar tard minn ...*, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti għalihom.
Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, l-Istati Membri ma għandhomx jgħaddu l-piż tal-konformità fuq awtoritajiet li m'għandhomx setgħat strateġiċi biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
Emenda 125 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – parti introduttorja
Fl-Anness I tad-Direttiva 2003/35/KE, għandu jiżdied il-punt (g) li ġej:
Fl-Anness I tad-Direttiva 2003/35/KE, għandhom jiżdiedu l-punti (g) u (h) li ġejjin:
Emenda 126 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – punt 1a (ġdid)
"(h) L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa."
Emenda 135 Proposta għal direttiva Anness I – tabella A – kolonna 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emissjonijiet nazzjonali totali skont il-kategorija tas-sorsi
— CH4
Annwali, mill-2005 sas-sena ta’ rappurtar nieqes 2 (X-2)
15.2.****
Emenda
imħassar
Emenda 91 Proposta għal direttiva Anness I – tabella A – filliera 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emissjonijiet nazzjonali preliminari skont l-NFR aggregata(2)
— SO2, NOX, NH3, NMVOC, PM2,5
Annwali, għas-sena ta' rappurtar nieqes 1 (X-1)
30/09
Emenda
Emissjonijiet nazzjonali preliminari skont l-NFR aggregata(2)
— SO2, NOX, NH3, NMVOC, PM2.5
kull sentejn, għas-sena ta' rappurtar nieqes 1 (X-1)
31/12
Emenda 136 Proposta għal direttiva Anness I – tabella C – kolonna 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emissjonijiet proġettati skont il-kategorija tas-sorsi aggregati
— CH4
Rappurtar bijennali l jkopri kull sena mis-sena X sal-2030 u, fejn disponibbli, 2040 u 2050
15.3.
Emenda
imħassar
Emenda 95 Proposta għal direttiva Anness III – parti 1 – taqsima A – punt 1 – punt a
(a) immaniġjar tan-nitroġenu, li jieħu in konsiderazzjoni ċ-ċiklu sħiħ tan-nitroġenu;
(a) immaniġjar tan-nitroġenu, li jieħu in konsiderazzjoni ċ-ċiklu sħiħ tan-nitroġenu, u l-istabbiliment ta' pjani ta' immaniġjar tal-ħamrija u n-nutrijenti;
Emenda 96 Proposta għal direttiva Anness III – parti 1 – taqsima A – punt 1 – punt c
(c) approċċi ta' emissjonijiet baxxi għat-tixrid tad-demel;
(c) approċċi u tekniki ta' emissjonijiet baxxi għat-tixrid tad-demel inkluża s-separazzjoni f'likwidi u solidi;
Emenda 97 Proposta għal direttiva Anness III – parti 1 – taqsima A – punt 1 – punt e
(e) sistemi ta' emissjonijiet baxxi għall-ipproċessar u l-kompostjar tad-demel;
(e) sistemi ta' emissjonijiet baxxi għall-ipproċessar u l-kompostjar tad-demel inkluża s-separazzjoni f'likwidi u solidi;
Emenda 98 Proposta għal direttiva Anness III – parti 1 – taqsima A – punt 1 – punt ga (ġdid)
(ga) promozzjoni ta' ragħa u biedja estensiva u titjib fil-bijodiversità tal-mergħat permezz ta' pjanti b'livell għoli ta' amminoaċidi bħal xnien, alfalfa u ċereali;
Emenda 99 Proposta għal direttiva Anness III – parti 1 – taqsima A – punt 1 – punt gb (ġdid)
(gb) promozzjoni ta' newba tal-għelejjel li jinkludu l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu;
Emenda 100 Proposta għal direttiva Anness III – parti 1 – taqsima A – punt 1 – punt gc (ġdid)
(gc) promozzjoni ta' biedja agroekoloġika li twassal għal sistemi agrikoli b'bijodiversità għolja, effiċjenza fir-riżorsi u dipendenza mnaqqsa jew, idealment, l-ebda dipendenza fuq l-inputs artifiċjali.
Emenda 101 Proposta għal direttiva Anness III – parti 1 – taqsima A – punt 3 – punt d
(d) fertilizzanti inorganiċi għandhom jitferrxu skont il-ħtiġijiet previsti tal-għalla jew il-bur li fuqhom qed jiġu applikati b’rispett tan-nitroġenu u l-fosfru, filwaqt li jittieħed kont ukoll tal-kontenut eżistenti tan-nutrijenti tal-ħamrija u n-nutrijenti mill-fertilizzanti oħrajn.
(d) fertilizzanti inorganiċi għandhom, kemm jista' jkun, jiġu sostitwiti b'fertilizzanti organiċi. Fejn għadhom qegħdin jiġu applikati fertilizzanti inorganiċi, dawn għandhom jitferrxu skont il-ħtiġijiet previsti tal-għalla jew il-bur li fuqhom qed jiġu applikati b'rispett tan-nitroġenu u l-fosfru, filwaqt li jittieħed kont ukoll tal-kontenut eżistenti tan-nutrijenti tal-ħamrija u n-nutrijenti minn fertilizzanti oħrajn.
Emenda 108 Proposta għal direttiva Anness III – parti 1 – taqsima Aa (ġdida)
Aa. Miżuri biex jiġu kontrollati l-emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu u materja partikulata f'żoni urbani
F'konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-miżuri li ġejjin:
— pjani ta' mobilità urbana sostenibbli inklużi miżuri bħal żoni b'emissjonijiet baxxi, ipprezzar tal-konġestjoni, kontrolli tal-parkeġġ, limiti tal-veloċità, skemi ta' kondiviżjoni tal-karozzi u l-introduzzjoni ta' infrastruttura ta' ċċarġjar alternattiva;
— il-promozzjoni ta' bidla modali lejn żieda fl-użu tar-roti, il-mixi u t-trasport pubbliku;
— pjani ta' trasport urban tal-merkanzija bħall-introduzzjoni ta' ċentri ta' konsolidazzjoni kif ukoll miżuri biex titħeġġeġ bidla fit-trasport tal-merkanzija reġjonali minn fuq it-triq għal fuq il-ferrovija elettrika u l-ilma;
— l-użu tas-sistema ta' ppjanar biex jiġu indirizzati emissjonijiet minn żviluppi ġodda u sistemi ta' bojlers; l-introduzzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija f'bini eżistenti;
— skemi ta' modifika biex tiġi promossa s-sostituzzjoni ta' installazzjonijiet tal-kombustjoni domestiċi qodma b'iżolament tad-djar aħjar, pompi tas-sħana, żejt tal-fjuwil ħafif, installazzjonijiet ta' pellets tal-injam ġodda, tisħin distrettwali jew gass;
— inċentivi ekonomiċi u fiskali biex jitħeġġeġ l-użu ta' apparat ta' tisħin b'emissjonijiet baxxi;
— il-projbizzjoni ta' ħruq ta' fjuwils solidi f'żoni residenzjali u oħrajn sensittivi biex tiġi protetta s-saħħa ta' gruppi vulnerabbli inklużi t-tfal;
— jiġi żgurat li l-emissjonijiet mill-kostruzzjoni jkunu minimizzati billi jiġu introdotti u infurzati politiki biex jitnaqqas u jiġi mmonitorjat it-trab mill-kostruzzjoni, u jiġu stabbiliti limiti tal-emissjonijiet għal makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq (NRMM);
— reviżjoni tar-rati tat-tassazzjoni tal-vetturi bħala rikonoxximent lejn l-emissjonijiet ogħla fid-dinja reali minn karozzi li jaħdmu bid-diżil u vetturi b'injezzjoni diretta tal-petrol biex jitħeġġeġ il-bejgħ ta' vetturi li jniġġsu inqas;
— inċentivi fiskali u ta' akkwist pubbliku biex jitħeġġeġ l-użu minn kmieni ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi ħafna;
— appoġġ għall-modifika ta' filtri tal-partikuli tal-Klassi IV UNECE REC fuq magni, trakkijiet, xarabanks u taksis li jaħdmu bid-diżil;
— jiġu regolati l-emissjonijiet mill-magni ta' kostruzzjoni u makkinarju mobbli ieħor mhux maħsub biex jintuża fit-triq f'żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni (inkluż permezz ta' modifika);
— kampanji ta' sensibilizzazzjoni u twissijiet.
Emenda 109 Proposta għal direttiva Anness III – parti 1 – taqsima Ca (ġdida)
Ca. Miżuri għat-tnaqqis fl-emissjonijiet biex jiġu restritti l-emissjonijiet ta' idrokarburi
L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-emissjonijiet tal-komposti organiċi volatili mhux metaniċi (NMVOC) billi jippromwovu l-użu ta' teknoloġiji moderni ta' tubi bla emissjonijiet li jintużaw f'diversi setturi.
Emenda 110 Proposta għal direttiva Anness III – parti 2 – punt 1 – punt a – punt i
(i) il-prijoritajiet politiċi u r-relazzjoni tagħhom mal-prijoritajiet stabbiliti f’oqsma politiċi rilevanti oħra, inkluż it-tibdil fil-klima;
(i) il-prijoritajiet politiċi u r-relazzjoni tagħhom mal-prijoritajiet stabbiliti f’oqsma politiċi rilevanti oħra, inklużi l-agrikoltura, l-ekonomija rurali, l-industrija, il-mobilità u t-trasport, il-konservazzjoni tan-natura u t-tibdil fil-klima;
Emenda 111 Proposta għal direttiva Anness III – parti 2 – punt 1 – punt b
(b) l-alternattivi ta' politika meqjusa bħala li jissodisfaw l-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-2020 u għall-2030 'il quddiem u l-livelli intermedji ta' emissjonijiet iddeterminati għall-2025, u li jikkontribwixxu biex itejbu aktar l-kwalità tal-arja, u l-analiżi tagħha, inkluż l-metodu tal-analiżi; l-impatti individwali jew ikkombinati tal-politiki u l-miżuri dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-kwalità tal-arja u l-ambjent; u l-inċertezzi assoċjati;
(b) l-alternattivi ta' politika meqjusa bħala li jissodisfaw l-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-2020, l-2025 u l-2030, u li jikkontribwixxu biex itejbu aktar il-kwalità tal-arja, u l-analiżi tagħha, inkluż il-metodu tal-analiżi; l-impatti individwali jew ikkombinati tal-politiki u l-miżuri dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-kwalità tal-arja u l-ambjent; u l-inċertezzi assoċjati;
Emenda 112 Proposta għal direttiva Anness III – parti 2 – punt 1 – punt d
(d) fejn rilevanti, spjegazzjoni tar-raġunijiet għalfejn il-livelli intermedji ta' emissjonijiet għall-2025 ma jistgħux jiġu milħuqa mingħajr ma l-miżuri jinvolvu spejjeż sproporzjonati;
(d) spjegazzjoni tal-miżuri meħuda biex jintlaħqu l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet;
Emenda 113 Proposta għal direttiva Anness III – parti 2 – punt 1 – punt da (ġdid)
(da) spjegazzjoni tal-metodoloġija użata biex jiġi żgurat li l-miżuri biex jintlaħqu l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' PM2.5 jipprijoritizzaw it-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-karbonju iswed;
Emenda 114 Proposta għal direttiva Anness III – parti 2 – punt 1 – punt e
(e) valutazzjoni ta’ kif il-politiki u l-miżuri magħżula jiżguraw koerenza mal-pjanijiet u l-programmi stabbiliti f’oqsma oħra ta’ politika rilevanti.
(e) valutazzjoni ta’ kif il-politiki u l-miżuri magħżula jiżguraw koerenza mal-pjanijiet u l-programmi stabbiliti f’oqsma oħra ta’ politika rilevanti, b'mod partikolari, iżda mhux biss, il-pjani dwar il-kwalità tal-arja skont id-Direttiva 2008/50/KE, il-pjani nazzjonali tranżitorji u l-pjani ta' spezzjoni skont id-Direttiva 2010/75/KE, il-pjani ta’ azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika skont id-Direttiva 2012/27/UE, il-pjani ta' azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli skont id-Direttiva 2009/28/KE, u l-pjani jew il-programmi rilevanti soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/42/KE jew għal dispożizzjonijiet ekwivalenti f'leġiżlazzjonijiet suċċessivi.
Emenda 115 Proposta għal direttiva Anness III – parti 2 – punt 2 – punt a
(a) valutazzjoni tal-progress milħuq fl-implimentazzjoni tal-programm, it-tnaqqis tal-emissjonijiet, it-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet u l-benefiċċji assoċjati mil-lat ambjentali, tas-saħħa pubblika u soċjoekonomiku;
Emenda 116 Proposta għal direttiva Anness III – parti 2 – punt 2 – punt b
(b) kull tibdil sinifikanti fil-kuntest tal-politika, il-valutazzjonijiet, il-programm jew l-iskeda ta' żmien tal-implimentazzjoni.
(b) kull tibdil sinifikanti fil-kuntest tal-politika, il-valutazzjonijiet (inklużi r-riżultati tal-ispezzjonijiet u s-sorveljanza tas-suq imwettqa skont l-Artikolu 6), il-programm jew l-iskeda ta' żmien tal-implimentazzjoni.
Emenda 117 Proposta għal direttiva Anness III – parti 2 – punt 2 – punt ba (ġdid)
(ba) valutazzjoni tal-progress magħmul lejn il-kisba tal-objettivi fit-tul tal-Unjoni dwar l-ambjent u s-saħħa, fid-dawl ta' kwalunkwe aġġornament meħtieġ ta' dawk l-objettivi, inklużi linji gwida ġodda dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;
Emenda 118 Proposta għal direttiva Anness III – parti 2 – punt 2 – punt bb (ġdid)
(bb) Meta progamm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jiġi aġġornat f'konformità mal-Artikolu 6(4), dan jeħtieġ jinkludi informazzjoni dwar il-miżuri kollha addizzjonali għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja li ġew ikkunsidrati fil-livelli lokali, reġjonali jew nazzjonali xierqa għall-implimentazzjoni b'rabta mal-kisba tal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-objettivi dwar il-kwalità tal-arja, inklużi dawk imsemmija fl-Anness III ta' din id-Direttiva u l-paragrafu 3 tal-Anness XV (B) tad-Direttiva 2008/50/KE.
– wara li kkunsidra l-Artikolu 11(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 24(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (A7-0350/2010),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini,
– wara li kkunsidra s-smigħ pubbliku tas-26 ta' Frar 2015 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, organizzat mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali flimkien mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,
– wara li kkunsidra l-istudju mid-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament intitolat 'L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej — l-ewwel tagħlimiet tal-implimentazzjoni', maħruġ fl-2014,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 li tagħlaq l-inizjattiva proprja tagħha dwar il-Kummissjoni (OI/9/2013/TN),
– wara li kkunsidra l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' Frar 2015 intitolat 'L-implimentazzjoni tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej',
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2015 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0284/2015),
A. billi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) huwa dritt politiku ġdid għaċ-ċittadini kif ukoll għotta unika u innovattiva għat-twaqqif ta' aġenda għal demokrazija parteċipattiva fl-Unjoni Ewropea, li tippermetti liċ-ċittadini jieħdu sehem b'mod attiv fi proġetti u proċessi li jaffettwawhom, u l-potenzjal tagħha għandha tiġi sfruttata mingħajr dubju bis-sħiħ u mtejba b'mod sinifikanti sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati u biex kemm jista' jkun ċittadini tal-UE jitħeġġu jipparteċipaw fl-iżvilupp ulterjuri tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea; billi t-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tagħha għandu jkun wieħed mill-objettivi ewlenin tal-UE;
B. billi, tliet snin wara li beda japplika r-Regolament (UE) Nru 211/2011 fl-1 ta' April 2012, jeħtieġ li l-implimentazzjoni tiegħu tiġi evalwata bir-reqqa sabiex jiġu identifikati kwalunkwe nuqqasijiet u jiġu proposti soluzzjonijiet vijabbli għal reviżjoni immedjata tiegħu;
C. billi l-esperjenza wriet li l-maġġoranza ta' organizzaturi ta' ECI sabu għadd ta' diffikultajiet fit-twaqqif ta' IĊE, f'dak li għandu x'jaqsam kemm ma' aspetti prattiċi kif ukoll ma' oħrajn legali, u billi l-organizzaturi ta' diversi ECI rrifjutati konsegwentement ressqu lmenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Ombudsman Ewropew kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirreġistrax l-ECI tagħhom; billi r-regoli għalhekk għandhom jiġu ddiżinjati b'tali mod li jagħmlu l-ECI kemm jista' jkun aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-organizzaturi;
D. billi l-Parlament huwa l-uniku korp elett direttament tal-Unjoni Ewropea, u bħali tali jirrappreżenta, bid-definizzjoni tiegħu stess, liċ-ċittadini tal-UE;
E. billi għadd ta' istituzzjonijiet, NGOs, think tanks u gruppi tas-soċjetà ċivili kkunsidraw id-diversi nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini u l-organizzazzjoni ta' IĊE, ipproponew bosta modi kif tista' tittejjeb u f'bosta okkażjonijiet indikaw liema aspetti tar-regolament għandhom jiġu riformati bħala kwistjoni urġenti;
F. billi l-aspetti prattiċi stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament, b'mod partikolari t-twaqqif ta' sistema online ta' ġbir u ċ-ċertifikazzjoni tiegħu minn awtorità kompetenti fi Stat Membru, f'bosta każijiet iħallu lill-organizzaturi inqas minn 12-il xahar biex jiġbru l-firem meħtieġa;
G. billi t-tressiq ta' inizjattiva ta' suċċess lill-Kummissjoni ladarba jiskadi l-perjodu għall-ġbir tal-firem mhuwiex soġġett għal skadenza speċifika u għalhekk dan huwa sors ta' konfużjoni u inċertezza kemm għall-istituzzjonijiet kif ukoll għall-pubbliku;
1. Jilqa’ l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) - kif definit fl-Artikolu 11(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 24(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) - bħala l-ewwel strument transnazzjonali għad-demokrazija parteċipattiva li jippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw direttament mal-istituzzjonijiet tal-UE u li jkunu involuti b’mod attiv fit-tfassil tal-politiki u l-leġiżlazzjoni Ewropej, li jikkumplementaw id-dritt tagħhom li jressqu petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew u li jirrikorri għall-Ombudsman Ewropew;
2. Jissottolinja l-fatt li l-ECI hija l-ewwel għodda għal demokrazija parteċipattiva li tagħti d-dritt liċ-ċittadini tal-UE, fuq il-bażi ta' tal-anqas miljun dikjarazzjoni ta' appoġġ, minn tal-inqas kwart tal-Istati Membri, biex jieħdu l-inizjattiva, u b'hekk jenfasizzaw il-prerogattiva politika ġdida tagħhom, u jitolbu lill-Kummissjoni tippreżenta, fi ħdan il-qafas tas-setgħat tagħha, proposta xierqa dwar materji li dwarhom ċittadini jqisu li att leġiżlattiv huwa meħtieġ biex jiġu implimentati t-Trattati;
3. Jenfasizza li l-ECI hija opportunità eċċezzjonali biex iċ-ċittadini jidentifikaw u jartikolaw l-aspirazzjonijiet tagħhom u jitolbu azzjoni tal-UE, u li l-Inizjattiva trid tiġi inkoraġġuta u appoġġjata il-mezzi kollha disponibbli; jirrikonoxxi madankollu li hemm nuqqasijiet sinifikanti li għandhom jiġu megħluba u solvuti sabiex l-ECI jkunu iktar effettivi; jenfasizza li kull valutazzjoni ulterjuri tal-istrument għandha tkun immirata lejn l-ilħiq ta' faċilità ta' użu massima, peress li dan huwa mezz ewlieni ta' konnessjoni bejn iċ-ċittadini tal-Ewropa u l-UE; jenfasizza ulterjorment li l-użu tal-lingwa ta' dak li jkun huwa dritt ċiviku, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, biex jesploraw alternattivi sabiex joffru l-għażla li dan iseħħ fl-attivitajiet kollha konnessi ma' IĊE, billi dan iħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; jirrimarka dwar l-importanza ta' kuxjenza pubblika tal-IĊE, filwaqt li jiddispjaċih dwar l-għarfien limitat ta' din l-għodda fost iċ-ċittadini tal-UE; jitlob biex għal dan l-għan, l-UE torganizza u tippromwovi kampanji bl-għan li tagħti lill-ECI profil ogħla fil-midja u fost il-pubbliku;
4. Jenfasizza barra minn hekk li l-impenn ċiviku fost iż-żgħażagħ huwa fundamentali għall-ġejjieni ta' kull demokrazija, u jitlob lill-Kummissjoni biex tislet lezzjonijiet mill-esperjenzi nazzjonali ta' ECI li kisbu suċċess ġenwin;
5. Jikkunsidra li hija essenzjali li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jikkontribwixxu fl-eżerċizzju tal-prerogattivi leġiżlattivi tal-Unjoni u jkunu involuti b'mod dirett fil-bidu tal-proposti leġiżlattivi;
6. Jirrimarka dwar l-importanza ta' kuxjenza pubblika tal-ECI sabiex dawn ikunu għodda effettiva għal parteċipazzjoni demokratika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, b'rabta ma' dan, biex iżidu l-isforzi ta' komunikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-istrument sabiex jinformaw bl-eżistenza tiegħu lil kemm jista' jkun ċittadini u jħeġġu parteċipazzjoni attiva fih;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-kanali kollha ta' komunikazzjoni pubbliċi biex iżżid is-sensibilizzazzjoni u tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura t-trasparenza tal-ECI u tiffaċilita l-komunikazzjoni dwar l-ECIs attwali, pereżempju bil-ħolqien ta' applikazzjonijiet li jipprovdu informazzjoni, jibagħtu notifiki u jippermettu l-possibbiltà ta' ffirmar onlajn; jenfasizza li parteċipazzjoni popolari attiva fl-ECI tiddependi b'mod kruċjali wkoll fuq il-fatt li jiġu rreklamati fl-Istati Membri, u għaldaqstant jissuġġerixxi li l-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri għandhom isemmu l-ECI fuq is-siti web uffiċjali tagħhom;
8. Jinnota li iktar minn sitt miljun ċittadin tal-UE pparteċipaw f'IĊE, li kien hemm 51 talba biex titnieda inizjattiva, li minnhom tlieta biss, l-inizjattivi "Right2Water", "One of Us" u "Stop Vivisection", kienu meqjusa ammissibbli, u li sitt organizzaturi tal-ECI, li jikkorrispondu għal 30 % tar-rifjuti kollha, sfidaw ir-rifjut tal-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li juri li għad baqa' ħafna xi jsir biex ikun żgur li l-ECI ssegwi l-potenzjal sħiħ tagħha; jinnota d-diversi diffikultajiet prattiċi li l-organizzaturi ltaqgħu magħhom sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament f'April 2012, u l-fatt li l-għadd ta' inizjattivi qed jonqos;
9. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida adegwata u komprensiva - speċjalment ta' natura legali - malajr kemm jista' jkun lill-organizzaturi ta' ECI permezz taċ-Ċentru Ewropew ta' Kuntatt Dirett, sabiex l-organizzaturi jkunu konxji mill-possibilitajiet li jkollhom u ma jfallux billi jipproponu ECI li tkun ċarament lilhinn mis-setgħat tal-Kummissjoni u ma tkunx konformi mal-kriterji ta' ammisibilità legali; jitlob biex titqies il-possibilità li jitwaqqaf korp ieħor indipendenti biex jipprovdi konsulenza; jinnota, madankollu, li skont it-Trattat ta' Lisbona l-kwistjonijiet imqajma minn ECI jistgħu ma jikkorrispondux kompletament mal-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni; huwa tal-fehma barra minn hekk li l-Kummissjoni għandha tqis li twaqqaf uffiċċju dedikat tal-ECI fir-rappreżentazzjonijiet tagħha f'kull Stat Membru biex jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa, pariri u appoġġ lill-IĊE;
10. Jenfasizza barra minn hekk li uffiċċju tal-ECI jista' jikkontribwixxi biex iqajjem kuxjenza pubblika u fil-midja dwar l-IĊE; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-ECI bħala strument uffiċjali tal-UE sabiex jintlaħaq dan l-għan; jenfasizza li din il-miżura tista' wkoll tgħin biex jingħeleb in-nuqqas ta' fiduċja taċ-ċittadini li jaqsmu d-data personali meħtieġa biex tiġi appoġġata IĊE;
11. Jitlob biex jinħarġu linji gwida aktar dettaljati dwar l-interpretazzjoni ta' bażijiet legali, u li tingħata aktar informazzjoni dwar rekwiżiti ta' protezzjoni tad-data f'kull Stat Membru li fih l-organizzaturi jagħmlu l-kampanji tagħhom, sabiex tingħatalhom sigurtà legali, u wkoll dwar il-possibbiltà li l-organizzaturi jieħdu assigurazzjonijiet bi prezz raġonevoli;
12. Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni ċara dwar l-istrument tal-ECI fl-istadji bikrija, li wassal għal fehim żbaljat ġenerali dwar in-natura tiegħu u ħoloq frustrazzjoni meta l-ewwel ECI ġew irrifjutati mill-Kummissjoni; ifakkar li l-istrument għandu jkun sempliċi, ċar, faċli li jintuża mill-utent u ppubbliċizzat b’mod wiesa’; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u tappoġġa rappreżentanti eletti nazzjonali u lokali biex ikunu fuq quddiem fiż-żieda fl-espożizzjoni tal-IĊE;
13. Jappoġġa barra minn hekk il-parteċipazzjoni attiva ta' ċittadini tal-UE fl-użu ta' dan l-istrument b'mod adegwat għal skopijiet ta' stabbiliment ta' aġenda; jesprimi t-tħassib tiegħu rigward kunflitt potenzjali tal-interessi, peress li l-Kummissjoni nnifisha għandha r-responsabbiltà esklussiva li twettaq il-kontroll ta' ammissibilità u jitlob biex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata b’mod xieraq fil-futur; jinnota fl-istess waqt li t-trasparenza u r-responsabilità għandhom ikunu objettiv għall-partijiet kollha interessati sabiex tiġi protetta ċ-ċarezza tal-attivitajiet taċ-ċittadini;
14. Jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tqis lill-Parlament ukoll bħala istituzzjoni li tieħu d-deċiżjonijiet, b'mod partikolari billi hija l-unika istituzzjoni li l-membri tagħha jiġu eletti b'mod dirett miċ-ċittadini tal-UE;
15. Jenfasizza li, skont it-termini tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, fejn il-Kummissjoni tirrifjuta li tirreġistra IĊE, 'il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzaturi bir-raġunijiet għal dan ir-rifjut u bir-rimedji ġuridiċi u extraġuridiċi kollha possibbli disponibbli għalihom'; jirrikonoxxi b'rabta ma' dan il-bosta lmenti minn organizzaturi dwar il-fatt li ma rċevewx raġunijiet dettaljati u eżawrjenti għar-rifjut tal-ECI tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tispjega fid-dettall ir-raġunijiet għar-rifjut ta' ECI jekk fil-fehma tagħha, ECI li tkun tressqet tkun "b'mod ċar barra s-setgħat tal-Kummissjoni", u biex fl-istess waqt tinforma lill-organizzaturi bil-miktub u b'mod li jiffaċilitalhom ħidmithom, dwar il-kunsiderazzjonijiet rilevanti – li għandhom ikunu pubbliċi bis-sħiħ f'ġieħ it-trasparenza – sabiex il-validità u l-oġġettività totali ta' dawk l-elementi jistgħu jiġu soġġetti għal skrutinju legali, sabiex titnaqqas kemm jista' jkun is-setgħa ta' diskrezzjoni tal-Kummissjoni bħala awtorità li tiddeċiedi u parti fl-evalwazzjoni tal-ammissibilità ta' inizjattiva, u biex l-organizzaturi jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk jirrevedux l-ECI tagħhom u jressquha mill-ġdid f'forma modifikata;
16. Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà tar-reġistrazzjoni ta' parti biss mill-inizjattiva meta l-ECI ma taqax għal kollox taħt il-kompetenzi tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-organizzaturi, fil-waqt tar-reġistrazzjoni, indikazzjoni dwar liema parti jistgħu jirreġistraw, billi jiġi rikonoxxut li d-djalogu u l-impenn mal-organizzaturi ta' ECI huma essenzjali tul il-proċess, u biex tinforma lill-Parlament dwar id-deċiżjoni tagħha dwar ir-reġistrazzjoni tal-IĊE; jistieden lill-Kummissjoni tesplora wkoll modi kif tirreferi inizjattivi, jew dawk il-partijiet ta' inizjattivi li ma jaqgħux taħt is-setgħat tal-Kummissjoni, lill-awtoritajiet kompetenti, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll reġjonali;
17. Jirrimarka dwar l-importanza ta' teknoloġija bħala għodda għat-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-użu tas-softwer tagħha għall-ġbir onlajn ta' firem, biex dan ikun aċċessibbli għal persuni b'diżabilitajiet, biex toffri s-servers tagħha stess għall-ħżin ta' firem onlajn mingħajr ħlas fuq bażi permanenti, bl-użu ta' baġits tal-UE eżistenti, u biex tissemplifika u tirrevedi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ġbir onlajn ta' firem sabiex l-indirizzi tal-email ikunu jistgħu jinġabru fuq bażi mhux obbligatorja fuq l-istess skrijn bħall-formola ta' appoġġ, iżda maħżuna f'bażi tad-data separata;
18. Jemmen li, jekk jiġi rivedut, l-istrument għandu l-potenzjal li jinvolvi lill-pubbliku u li jippromwovi d-djalogu fost iċ-ċittadini u bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta’ rabta tal-ġbir onlajn tal-firem mal-istrumenti tal-kampanji tal-midja diġitali u soċjali rilevanti ġodda, fuq l-eżempju ta' pjattaformi oħra ta' kampanji onlajn li rnexxew;
19. Jistieden lill-Kummissjoni tqis mill-ġdid ir-rabta awtomatika bejn ir-reġistrazzjoni ta' ECI u l-bidu tal-perjodu ta' 12-il xahar, li matulu jistgħu jinġabru l-espressjonijiet ta' appoġġ, sabiex l-organizzaturi ta' ECI stess ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk jixtiqux jibdew jiġbru l-espressjonijiet ta' appoġġ;
20. Jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw l-Għodda tal-Validazzjoni tal-ECI għad-Dikjarazzjonijiet tal-Appoġġ, żviluppata taħt is-Soluzzjonijiet tal-Interoperabbiltà għall-programm tal-Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej;
21. Jenfasizza li, fl-ambitu tal-istrumenti disponibbli biex itejbu d-demokrazija parteċipattiva fl-Unjoni, l-għodod tal-IT għandhom ikunu disponibbli wkoll għar-reġjuni, biex b’hekk jippermettu involviment ikbar taċ-ċittadini fl-affarijiet pubbliċi;
22. Jilqa' tajjeb ħafna l-offerta tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali ta' traduzzjoni mingħajr ħlas ta' testi ta' ECI biex titnaqqas l-ispiża ta' organizzazzjoni ta' IĊE;
23. Jitlob għal kooperazzjoni interistituzzjonali mtejba fil-livell tal-UE, kif ukoll fil-livell nazzjonali u lokali, fl-għoti ta’ informazzjoni u appoġġ għal organizzaturi tal-ECI meta jkunu qed jittrattaw l-IĊE; jappella għat-titjib tal-websajt multilingwi tal-ECI mmexxija mill-Kummissjoni u għal sett uniku ta’ linji gwida fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE dwar id-drittijiet u l-obbligi ta’ organizzaturi tal-ECI u dwar il-proċeduri amministrattivi applikabbli tul il-proċess tal-IĊE;
24. Jitlob li fil-futur jiġi stabbilit punt uniku ta’ servizz fiżiku u onlajn li jipprovdi, fuq bażi permanenti, informazzjoni, servizzi ta’ traduzzjoni, u appoġġ tekniku, legali u politiku għall-IĊE, u jqis li jista’ juża r-riżorsi tal-punt ta’ kuntatt ibbażat fiċ-Ċentru ta’ Kuntatt Europe Direct u r-rappreżentanzi tal-Kummissjoni u l-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament fl-Istati Membri; iqis li tali arranġament iġib il-proġett tal-ECI eqreb iċ-ċittadini;
25. Iqis li huwa kkumplikat wisq għall-organizzaturi li jipprovdu data personali differenti b'appoġġ għall-ECI fit-28 Stat Membru, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 211/2011 abbażi tal-bosta dispożizzjonijiet nazzjonali, u jitlob għall-introduzzjoni ta' proċedura uniformi biex isiru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, billi jiġi emendat l-Anness III mar-Regolament (UE) Nru 211/2011 biex tiġi standardizzata n-natura tad-data miġbura fl-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinnegozja ulterjorment mal-Istati Membri bl-għan li jitnaqqas l-għadd ta' rekwiżiti ta' data, u bhekk jitnaqqas ir-rekwiżit għan-numri ta' identifikazzjoni personali u biex ikun hemm iktar faċilità ta' użu, u jfakkar li ECI tikkonċerna l-parteċipazzjoni u t-twaqqif ta' aġenda, u mhux proposti vinkolanti; jissuġġerixxi li għandha titqies il-possibilità li titwaqqaf ċittadinanza diġitali tal-UE, u jirrakkomanda l-provvista ta' soluzzjoni interim sakemm tiġi stabbilita din iċ-ċittadinanza diġitali tal-UE, bl-għan li jissolvew il-problemi attwali maħluqa minn reġistrazzjoni multipla; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, tesplora din il-kwistjoni fl-aġenda diġitali tagħha bħala kwistjoni urġenti;
26. Jistieden lill-Kummissjoni temenda l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 u tirrakkomanda lill-Istati Membri li jnaqqsu l-età permessa għall-appoġġ u l-parteċipazzjoni f'ECI minn 18 għal 16, u li dan ma jkunx marbut mad-dritt ta' votazzjoni fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, biex bhekk iż-żgħażagħ b'mod partikolari jingħataw il-possibilità li jsiru involuti attivament fl-avvanzar tal-proġett Ewropew;
27. Jirrikonoxxi d-delikatezza tal-problema tar-responsabbiltà personali tal-organizzaturi rigward il-protezzjoni tad-data huma u jiġbru d-data personali tal-firmatarji, u jipproponi li l-firxa ta' data meħtieġa titnaqqas u li d-diċitura tal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, dwar ir-responsabbiltà, tinbidel biex tagħmilha ċara li r-responsabbiltà personali mhijiex illimitata; jipproponi, għal dan l-għan, li l-kumitat taċ-ċittadini jkun jista' jikseb personalità ġuridika u li tittieħed ispirazzjoni mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali, bil-ħsieb li jkun stabbilit li l-organizzaturi huma responsabbli għal atti li jkunu 'illegali u mwettqa b'mod intenzjonali jew tal-anqas b'negliġenza serja';
28. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiddeċiedu dwar rekwiżiti ta' ġbir tad-data iktar armonizzati u faċli li jintużaw; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jinformaw lill-kumitati għall-affarijiet Ewropej tal-parlamenti nazzjonali tagħhom fuq bażi perjodika dwar l-ECI pendenti li jkunu diġà ġabru ammont sostanzjali ta' firem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti tipproponi reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 bl-għan li tiggarantixxi liċ-ċittadini l-possibilità li jiffirmaw ECI fil-pajjiż ta' residenza tagħhom;
29. Jesprimi t-tħassib tiegħu li, mill-2012, 3 biss minn 31 ECI reġistrata laħqu l-fażi finali; jirrimarka dwar kif it-tnaqqis drastiku fl-għadd ta’ inizjattivi ġodda huwa wieħed mill-konsegwenzi ta’ rekwiżiti sproporzjonati u ta’ sistema kumplessa bla bżonn; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ impatt leġiżlattiv u l-iskoraġġiment ta’ segwitu mill-Kummissjoni ta’ inizjattivi li jirnexxu; jesprimi differenzi ta’ opinjonijiet mal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni b’suċċess tar-Regolament biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tal-IĊE; jenfasizza li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jippromwovu l-ECI u biex irawmu l-fiduċja taċ-ċittadini f’dan l-istrument;
30. Jitlob li l-Kummissjoni tirrevedi d-diċitura tal-Artikolu 10(c) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 biex tippermetti li ECI li tkun irnexxiet tingħata segwitu xieraq,; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibda tipprepara att legali dwar ECI li jirnexxu fi żmien 12-il xahar mid-data tal-ħruġ ta' opinjoni pożittiva;
31. Huwa tal-fehma li, sabiex id-dimensjoni politika tal-ECI tiġi enfasizzata, smigħ pubbliku li jseħħ skont it-termini tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 għandu jkun strutturat b'tali mod li jippermetti lill-organizzaturi jidħlu fi djalogu ma' Membri tal-Parlament Ewropew u l-uffiċjali rilevanti tal-Kummissjoni; jenfasizza li s-seduti ta' smigħ dwar l-ECI għandhom jiġu organizzati taħt l-awspiċi ta' kumitat 'newtrali' li ma jkollux ir-responsabilità ewlenija għas-suġġett tagħhom f'termini ta' kontenut, u barra minn hekk li jiġu involuti esperti esterni tul il-proċess kollu;
32. Iħeġġeġ fejn meħtieġ lill-Parlament u lill-kumitati tiegħu, jekk il-Kummissjoni tonqos milli tressaq proposta leġiżlattiva fi żmien 12-il xahar, biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom, skont it-termini tal-Artikolu 225 TFUE, li jitolbu lill-Kummissjoni biex tressaq proposta adegwata; iqis li, meta jkun qed jeżerċita dan id-dritt, il-kumitat kompetenti tal-Parlament għandu jqis il-kontenut ta' kwalunkwe ECI ta' suċċess u jikkonsulta lill-organizzaturi tal-ECI f'seduta ta' smigħ oħra; jitlob biex ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu jiġu emendati b'konsegwenza ta' dan;
33. Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li ECI jkunu ffinanzjati mill-baġit tal-UE, permezz ta' programmi Ewropej bħalma huma l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini u l-programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, inkluża l-possibilità ta' finanzjament ta' riklami fuq ir-radju u ta' programmi tat-televiżjoni, billi titqies il-ħtieġa reali għal appoġġ finanzjarju għall-organizzazzjoni ta' IĊE, u li għal dan l-għan tressqu għadd ta' emendi għall-baġit tal-UE;
34. Jistieden lill-Kummissjoni biex, billi tieħu kull prekawzjoni possibbli, tiġġieled is-serq, inkluż permezz ta' għodda tal-internet, ta' data sensittiva rigward il-firmatarji, speċjalment meta dan ikun ġestit fil-forma ta' data aggregata;
35. Jilqa' r-rapport tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2015 dwar l-IĊE, u d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew OI/9/2013/TN, u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li, fir-rieżami tagħha ta' dan l-istrument, jiġu implimentati l-miżuri legali kollha xierqa sabiex jiġi provdut segwitu xieraq, meta jitqies li ECI tkun ġiet ikkompletata b'suċċess; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex, fid-dawl tal-bosta nuqqasijiet li tqajmu, tressaq malajr kemm jista' jkun proposta għal emendar tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1179/2011;
36. Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex iwettqu ħidma essenzjali ta' komunikazzjoni permezz ta' kampanja ta' informazzjoni dwar l-IĊE;
37. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta b’mod regolari lill-Parlament dwar l-istat attwali tal-ECIs għaddejjin, sabiex il-Parlament - bħala parti mill-impenn tiegħu lejn iċ-ċittadini tal-UE - ikun jista’ jiskrutinizza jekk l-istrument ikunx qed jaħdem bl-aktar mod effettiv possibbli; jenfasizza li l-proċess tal-ECI għandu jittejjeb kontinwament abbażi tal-esperjenza prattika miksuba u, barra minn hekk, għandu jkun konformi mas-sentenzi li ser jingħataw mill-Qorti tal-Ġustizzja;
38. Jirrakkomanda l-użu ta’ kull mezz ta’ komunikazzjoni disponibbli, b’mod partikolari l-pjattaformi ta’ midja diġitali u soċjali rilevanti tal-istituzzjonijiet tal-UE rilevanti kollha, biex iwettqu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni kontinwi, bl-involviment tal-uffiċċji u r-rappreżentanzi tal-UE kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ programm ta' softwer ECI dedikat ta’ sors miftuħ għal apparat mobbli; jilqa’ l-fatt li xi ECI irnexxielhom ikollhom impatt fil-livell lokali;
39. Iqis li użu xieraq ta’ din l-għodda tad-demokrazija parteċipattiva miċ-ċittadini huwa kruċjali u sabiex jiġi evitat l-abbuż possibbli tagħha minn interessi privati, biex tiżdied it-trasparenza u l-kwalità tal-kontrolli fuq il-finanzjament u l-isponsorizzazzjoni tal-IĊE;
40. Jinnota r-rwol importanti tal-Ombudsman Ewropew fl-investigazzjoni tal-immaniġġjar tat-talbiet għal ECI mill-Kummissjoni, u b'mod speċjali każijiet ta' rifjut ta' reġistrazzjoni ta' IĊE;
41. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku
426k
185k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Joniku (2014/2214(INI))
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju (COM(2014)0357) u l-Pjan ta' Azzjoni li jakkumpanjaha u d-dokument analitiku ta' sostenn,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006(1) (minn issa 'l quddiem "ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni "),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea(2),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni li jikkonċerna l-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali (COM(2013)0468) u l-konklużjonijet relevanti tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Settembru 2014 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju (COM(2014)0357) u l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku: ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-SMEs (opinjoni esploratorja tal-Presidenza Taljana tal-UE),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2014 dwar l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR) (opinjoni esploratorja),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta' Ġunju 2014 dwar l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku,
– wara li kkunsidra l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta' Ottubru 2011 bit-titolu "Il-kooperazzjoni territorjali fil-baċir tal-Mediterran permezz tal-makroreġjun Adrijatiku-Joniku",
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2012 dwar l-evoluzzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE: prassi attwali u prospettivi futuri, b'mod partikolari fil-Mediterran(3),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Strateġija marittima għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju" (COM(2012)0713),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-governanza tal-istrateġiji makroreġjonali (COM(2014)0284),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2011 bit-titolu "Il-politika reġjonali li tikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa 2020" (COM(2011)0017),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-evalwazzjoni tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent,
– Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta' Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta' Aarhus).
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ancona, adottata fil-Konferenza dwar l-Iżvilupp u s-Sigurtà fil-baħar Adrijatiku u l-baħar Jonju tad-19 sal-20 ta' Mejju 2000,
– wara li kkunsidra l-Konferenza dwar l-Ewroreġjun Adrijatiku-Joniku li sar f'Pula fit-30 ta' Ġunju 2006, u d-Dikjarazzjoni dwar it-tnedija tal-inizjattiva għall-ħolqien ta' Strateġija Adrijatika adottata waqt l-Assemblea tal-Ewroreġjun Adrijatiku-Joniku li sar fi Split fit-22 ta' Ottubru 2009,
– wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni (Dipartiment Tematiku B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni ) ta' Jannar 2015 bit-titolu "Rwol ġdid tal-Makroreġjuni fil-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea",
– wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni (Dipartiment Tematiku B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni) ta' Ġunju 2015 bit-titolu "Ir-reġjun Adrijatiku u Joniku: Analiżi u Valutazzjoni Soċjoekonomika tal-Konnessjonijiet ta' tat-Trasport u l-Enerġija",
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0279/2015),
A. billi l-istrateġiji makroreġjonali jirrappreżentaw mudell ġdid ta' governanza f'livelli differenti fejn l-involviment tal-partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw l-UE, il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, inklużi s-sħab ekonomiċi u soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll il-komplementarjetà bejn politiki u programmi differenti, huma essenzjali biex l-implimentazzjoni issir b'suċċess u l-miri jintlaħqu; billi l-awtoritajiet reġjonali u lokali jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni tad-demokrazija, id-deċentralizzazzjoni u t-tisħiħ tal-awtonomija lokali u reġjonali;
B. billi l-Istrateġiji għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u għar-reġjun tad-Danubju preċedenti ġabu magħhom benefiċċji tanġibbli għar-reġjuni involuti, ikkonfermaw is-suċċess tal-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni tal-UE u pprovdew esperjenza utli għall-iżvilupp ta' strateġiji makroreġjonali ġodda;
C. billi l-interess li wrew ir-reġjuni f'din il-forma moderna ta' kooperazzjoni reġjonali u l-mudell ta' governanza ta' akkumpanjament qiegħed jiżdied; billi, reċentement, dan kien speċjalment il-każ fir-rigward ta' reġjuni muntanjużi bħalma huma l-muntanji Karpazji u l-Alpi, fejn l-ostakoli naturali jfissru li jeħtieġ li jiġu segwiti politiki reġjonali speċifiċi;
D. billi strateġija makroreġjonali bħala qafas integrat relatat mal-Istati Membri u l-pajjiżi li mhumiex fl-UE fl-istess żona ġeografika u approvata mill-Kunsill Ewropew, hija strateġija tal-UE;
E. billi jeżistu differenzi soċjoekonomiċi kbar bejn il-pajjiżi involuti f'din l-istrateġija, speċjalment bejn l-Istati Membri tal-UE u stati li mhumiex Membri tal-UE;
F. billi iż-żieda fl-interess ta' pajjiżi fir-reġjun Adrijatiku u Joniku fil-qasam tal-kooperazzjoni u fid-definizzjoni ta' azzjonijiet konġunti bħala tweġiba għall-isfidi bl-użu tal-potenzjal fir-reġjun kollu, u l-isforz kontinwu tagħhom sabiex tinkiseb sinerġija, wassal għall-adozzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR);
G. billi l-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jitqiesu bħala għodda ta' integrazzjoni Ewropea u ta' koeżjoni territorjali akbar ibbażati fuq kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien sabiex jiġu indirizzati sfidi komuni; billi l-EUSAIR hija forma ġdida ta' kooperazzjoni reġjonali li tista' tgħin lil pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali fit-triq tagħhom lejn adeżjoni mal-UE, u komponent importanti tal-politika Mediterranja usa' tal-UE kif espress permezz tal-Unjoni għall-Mediterran; billi l-EUSAIR, bħala parti mill-politika reġjonali tal-UE, hija għodda għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, bl-għanijiet ewlenin li tnaqqas l-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni, tippromwovi l-konverġenza reali u tħeġġeġ it-tkabbir u l-impjieg;
H. billi l-Baħar Adrijatiku, minħabba n-natura semi-magħluqa tiegħu huwa partikolarment vulnerabbli għat-tniġġis u għandu karatteristiċi idrografiċi mhux tas-soltu bħall-fatt li l-fond u l-kosta jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tar-reġjun; billi l-istokkijiet tal-ħut jiġu kondiviżi fost il-pajjiżi kostali kollha, li jqiegħed ir-riġenerazzjoni tal-istokkijiet taħt pressjoni sostnuta; billi l-miżuri fi ħdan ir-regolament qafas futur dwar miżuri tekniċi fil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) riformata għandhom jitfasslu fuq bażi reġjonali u apposta għall-ispeċifiċitajiet ta' din iż-żona u r-riżorsi marittimi u s-sajd tagħha;
Konsiderazzjonijiet ġenerali
1. Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku u l-pjan ta' azzjoni li jakkumpanjaha: jemmen li huwa pass importanti fl-iżvilupp ta' din il-parti tal-Ewropa; jisħaq li l-EUSAIR inħolqot biex iżżid il-valur fl-interventi, kemm jekk mill-UE, kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali jew mis-settur privat, b'mod li jsaħħaħ sostanzjalment il-funzjonament tal-makroreġjuni; jenfasizza li l-prospetti tal-Istrateġija għall-pajjiżi kandidati u għall-pajjiżi potenzjalment kandidati fir-reġjun; jissottolinja l-importanza li l-istrateġija tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' integrazzjoni, koordinazzjoni, kooperazzjoni u sħubija; itenni l-importanza tal-prinċipju tat-'tliet LE' (il-prinċipju ta' ebda leġiżlazzjoni ġdida, ebda istituzzjoni ġdida, ebda finanzjament ġdid) peress li l-makroreġjuni huma oqfsa għal inizjattivi ta' kooperazzjoni, li jibnu fuq is-sinerġiji li jirriżultaw mill-artikolazzjoni ta' strumenti ta' politika differenti tal-UE, inklużi l-Fondi SIE;
2. Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi li saru mill-partijiet ikkonċernati kollha fit-twaqqif ta' arkitettura istituzzjonali għall-implimentazzjoni tal-EUSAIR fil-qafas istituzzjonali eżistenti; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u lokali kollha jieħdu f'idejhom għalkollox l-implimentazzjoni tal-proġetti koperti minn din l-istrateġija makroreġjonali; jisħaq l-importanza tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-servizzi pubbliċi, kif ukoll l-importanza li f'kull pajjiż parteċipanti jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed riżorsi u persunal amministrattiv kompetenti espressament iddedikati għall-implimentazzjoni tal-EUSAIR;
3. Jisħaq fuq il-ħtieġa għal approċċ ibbażat fuq il-post fir-rigward tal-attivitajiet ta' kooperazzjoni, u jenfasizza l-valur miżjud tal-mudell ta' governanza f'diversi livelli li jeħtieġ li jindirizza n-nuqqas ta' kapaċità amministrattiva u li jista' jintuża għall-ġbir tar-riżorsi fil-makroreġjun; jinsisti, f'dan ir-rigward, li teżisti l-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu inklużi fl-entitajiet ta' tmexxija politika u fl-entitajiet operazzjonali, tekniċi u ta' implimentazzjoni tal-istrateġija, filwaqt li jinżamm ir-rwol tal-Kummissjoni fil-proċess ta' koordinazzjoni; jisħaq li l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) jista' jimmobilizza u jinvolvi l-atturi lokali fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u jgħin biex tissaħħaħ is-sjieda ta' proġetti fil-livell taċ-ċittadini;
4. Jisħaq fuq l-importanza ta' proċess trasparenti għall-adozzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija, kif ukoll ta' ftuħ u inklużività fil-konfront tas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; jenfasizza li l-komunikazzjoni u s-sensibilizzazzjoni fil-pilastri kollha huma essenzjali għall-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u għall-bini ta' appoġġ pubbliku; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-istrateġija tingħata viżibbiltà adegwata fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, jiżviluppaw komunikazzjoni xierqa fir-rigward tal-objettivi u r-riżultati tal-istrateġija, u jippromwovu l-koordinazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki ma' strateġiji makroreġjonali oħra eżistenti u futuri;
5. Jenfasizza l-ħtieġa għal pajjiżi li mhumiex fl-UE biex jarmonizzaw il-leġiżlazzjoni tagħhom mal-acquis settorjali speċifiku marbut mal-istrateġija, bil-għan li jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet tal-UE u li ssir implimentazzjoni regolari, legali u f'waqtha bbażata fuq l-istandards u l-leġiżlazzjoni tal-UE; iħeġġeġ lill-pajjiżi parteċipanti kollha jistabbilixxu gruppi ta' riflessjoni u jorganizzaw laqgħat regolari biex isir skambju tal-aħjar prattiki bil-għan li din il-proċedura tiġi żgurata u ssir aktar effiċjenti;
6. Jinnota li, minħabba tnaqqis kbir fl-investiment privat tal-pajjiżi kollha fir-reġjun, flimkien ma' konsolidazzjoni fiskali u kapaċità ta' investiment limitata fis-settur pubbliku, jaf jinqalgħu problemi fil-finanzjament ta' proġetti fl-ambitu ta' din l-istrateġija; jistieden lill-pajjiżi parteċipanti sabiex iżommu livell għoli tas-sjieda, l-impenn u t-tmexxija meħtieġa biex jimplimentaw l-istrateġija b'suċċess;
7. Jilqa' l-fatt li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni għall-2014-2020, u b'mod partikolari l-programm ta' kooperazzjoni Adrijatiku Joniku 2014-2020 (ADRION), jipprovdu riżorsi potenzjali sinifikanti u firxa wiesgħa ta' għodod u għażliet tekniċi għal din l-istrateġija; jappoġġa l-fatt li huma disponibbli fondi u strumenti relevanti oħra għall-pilastri tal-istrateġija, b'mod partikolari il-programmi Orizzont 2020 u Erasmus Plus fir-rigward tal-pilastri kollha, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fir-rigward tal-Pilastru II, il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) fir-rigward tal-pilastru III, kif ukoll fir-rigward tal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, u l-programmi COSME u Ewropa Kreattiva għall-SMEs fir-rigward tal-Pilastru IV, kif ukoll il-programm INNOVFIN intiż biex jiffinanzja l-innovazzjoni; iħeġġeġ il-kooperazzjoni sabiex tinħoloq sinerġija tal-fondi disponibbli bejn il-kumitati ta' monitoraġġ tal-programmi ta' kooperazzjoni territorjali li jkopru r-reġjun, il-bord ta' tmexxija tal-EUSAIR u l-awtoritajiet maniġerjali tal-FSIE; jisħaq li l-istrateġija għandha tippermetti użu aktar effiċjenti u effikaċi ta' strumenti u fondi eżistenti;
8. jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u l-entitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li huma responsabbli għat-tħejjija, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi tal-FSIE biex jisħqu fuq l-importanza ta' proġetti u azzjonijiet makroreġjonali;
9. Jisħaq fuq l-importanza li jiġu definiti, fil-livell makroreġjonali, l-istruttura ta' implimentazzjoni u l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni bil-għan li jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni, inkluż l-ippjanar konġunt, l-allinjament tal-opportunitajiet ta' finanzjament u approċċ 'minn isfel għal fuq'; jissottolinja l-ħtieġa li l-programmi operattivi nazzjonali u reġjonali jiġu allinjati mal-għanijiet tal-istrateġija, inkluża, fejn possibbli, l-inkorporazzjoni tal-EUSAIR f'dawn il-programmi; iqis li dan huwa meħtieġ għall-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-inizjattivi, il-proposti u l-proġetti li jikkonċernaw ir-Reġjun Adrijatiku u Joniku;
10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI) u l-pajjiżi parteċipanti jisfruttaw bis-sħiħ il-possibbiltajiet disponibbli fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) li għadu kemm ġie stabbilit għall-finanzjament ta' proġetti fir-reġjun li joħloq valur miżjud, jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u ekonomiku u l-koeżjoni soċjali, jistimola t-tkabbir u jżid l-impjiegi fil-livell makroreġjonali u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; f'dan il-kuntest, iħeġġeġ l-għoti ta' "punti bonus" għal proġetti makroreġjonali fil-fażi tal-għażla tal-proġetti minħabba n-natura transnazzjonali inerenti tagħhom;
11. Josserva li m'hemm l-ebda fond speċifiku assenjat biss għall-implimentazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali, u li rieda politika, sħubija u koordinazzjoni b'saħħithom bejn il-pajjiżi huma prekundizzjoni għas-suċċess; jistieden, għaldaqstant, lill-pajjiżi fir-reġjun biex jiġbru fondi (il-Fondi SIE, IPA, FEIS) kif ukoll kontributi minn sorsi nazzjonali taħt il-BEI bħala pjattaforma finanzjarja u ta' investiment għas-sostenn tal-finanzjament ta' proġetti li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-għanijiet tal-istrateġija; jitlob il-ħolqien ta' sensiela ta' proġetti trasparenti u disponibbli għall-pubbliku għar-reġjun Adrijatiku u Joniku, li żżid il-viżibilità ta' ħtiġiijiet u proġetti ta' investiment attwali u potenzjali sabiex l-investituri jitħeġġu jinvestu f'dawn il-proġetti;
12. Iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati biex jikkondividu l-aħjar prattiki, jibnu fuq l-esperjenza miksuba u jidentifikaw l-ostakoli fl-implimentazzjoni ta' strateġiji makroreġjonali oħra tal-UE, kif ukoll iżidu l-kooperazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom, bħal dawk mill-Baħar Baltiku, il-Baċir tad-Danubju u l-makroreġjuni tal-Alpi;
13. Jistieden lill-Kummissjoni telimina l-ostakoli amministrattivi u mhux finanzjarji li spiss jiskoraġġixxu l-investituri milli jinvestu fi proġetti bħal dawn;
14. Iqis li huwa neċessarju li jinstabu modi biex jiġu involuti pajjiżi li mhumiex inklużi f'din l-istrateġija u li huma ġeografikament u ekonomikament qrib ir-reġjun, minn tal-inqas fuq bażi ta' proġetti individwali u speċifiċi; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza ta' kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni, u jistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati jagħmlu użu tal-aħjar prattiki li jeżistu f'dan il-qasam;
15. Ifakkar l-impatt kbir tal-kriżi ekonomika fuq ir-reġjun, u jisħaq fuq il-ħtieġa għal valutazzjoni regolari ta' strateġiji maħsuba biex jiksbu l-irkupru ekonomiku; josserva li l-pajjiżi fir-reġjun jinsabu f'livelli differenti ta' żvilupp u għandhom ħtiġijiet differenti; jistieden lill-Kummissjoni tissottolinja l-importanza tal-ħolqien tal-kundizzjonijiet għat-tnaqqis tad-differenzi soċjoekonomiċi bejn il-pajjiżi; jappoġġa r-riformi f'pajjiżi anqas żviluppati, u jħeġġeġ l-iskambju ta' għarfien, esperjenza u prattika f'dan il-kuntest;
16. Josserva li huwa neċessarju li titħeġġeġ, tiġġedded u tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, ix-xjenza u l-kultura, fosthom billi jitwessa' l-ambitu għall-mobilità akkademika tal-istudenti u l-persunal tal-università; jisħaq li x-xjenza u l-innovazzjoni huma prerekwiżit għal tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli; jenfasizza l-interdipendenza tal-kooperazzjoni xjentifika u kulturali mat-tkabbir tad-dinamiki ekonomiċi u l-livell ta' diversità u sostenibilità tat-turiżmu fir-reġjun;
17. Jilqa' r-rappreżentanza tal-Parlament Ewropew fil-korpi governattivi tal-EUSAIR; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-isforzi konġunti tal-pajjiżi fir-reġjun (Stati Membri tal-UE u pajjiżi terzi) u l-parteċipazzjoni effikaċi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-istrateġija;
18. Jirreferi għall-preċedenti li nħolqu fil-kuntest ta' strateġiji makroreġjonali oħra tal-UE, u jitlob li jingħata appoġġ, fi ħdan il-qafas ta' proġetti pilota u azzjonijiet ta' tħejjija, għal tipi differenti ta' azzjonijiet li jvarjaw minn studji għal kapital inizjali għat-tħejjija ta' proġetti f'oqsma prijoritarji differenti;
19. Iqis li huwa essenzjali li, fil-fażi tal-implimentazzjoni tal-istrateġija, il-prinċipji ġenerali tagħha, u b'mod partikolari l-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien tal-ambjent u t-titjib tar-riżorsi naturali, għandhom jiġu kkunsidrati f'kull wieħed mill-erba' pilastri, anke sabiex jittieħed approċċ olistiku fir-rigward tal-isfidi kumplessi u varjati tal-makroreġjun;
20. Jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari għaż-żoni msemmija fl-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bħar-reġjuni insulari, reġjuni muntanjużi u reġjuni rurali, bil-għan li jiġi identifikat u sfruttat il-potenzjal speċifiku tagħhom, speċjalment fis-settur tat-turiżmu, filwaqt li jiġu rrispettati l-oqsma ta' azzjoni u l-prijoritajiet identifikati f'dan ir-rapport; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni sabiex tipproponi Sena tal-Gżejjer u l-Muntanji;
21. Iqis li huwa meħtieġ li jinstabu modi għall-pajjiżi parteċipanti biex jinvolvu pilastri importanti oħra li jistgħu joħolqu benefiċċji fejn jidħol l-iżvilupp taż-żona, bħall-agrikoltura minħabba kundizzjonijiet ġeoklimatiċi speċifiċi, il-bijodiversità u l-potenzjal li jinħolqu effetti kkoordinati ta' sinerġija u tkabbir ulterjuri; jirrakkomanda kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib bejn iż-żoni interni, iż-żoni kostali u insulari, sabiex jinkisbu sinerġiji bejn proġetti ta' enerġija nadifa u produzzjoni ta' ikel tajjeb għas-saħħa;
22. Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza ta' rappurtar adegwat u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġija; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-pajjiżi parteċipanti, flimkien mal-Kummissjoni, biex jiġbru data ta' referenza affidabbli u jistabbilixxu miri konkreti għal kull pilastru, li mbagħad tiġi evalwata fuq bażi annwali u ssir disponibbli għall-pubbliku;
23. Jitlob li jkun hemm approċċ Ewropew komprensiv u integrat fir-rigward tal-migrazzjoni; jenfasizza li r-reġjun qed iħabbat wiċċu ma' sfidi serji fejn tidħol il-migrazzjoni, u jiddeplora t-traġedji kollha li ġraw fil-Mediterran; iħeġġeġ li, meta jiġu indirizzati dawn l-isfidi, huwa essenzjali li ssir bidla sinifikanti fil-politiki ta' asil f'dak li għandu x'jaqsam mas-solidarjetà bejn l-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi eżaminata l-istrateġija ġenerali fir-rigward tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi; jiddispjaċih għan-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE fir-rigward tal-isfidi migratorji; iħeġġeġ l-iskambju ta' prattiki tajba dwar kif jintlaqgħu l-immigranti, u jitlob, bħala kwistjoni ta' urġenza, biex tingħata attenzjoni speċjali lill-kwistjonijiet umanitarji u soċjali li jaffettwaw ir-reġjun, bil-għan li fil-ġejjieni ssir definizzjoni mill-ġdid tal-prijoritajiet tal-EUSAIR;
24. Jistenna li jingħata impetu ġdid lit-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà fix-Xlokk tal-Ewropa;
25. Jistieden lill-pajjiżi jikkondividu l-aħjar prattiki fil-qasam tar-rispett tad-drittijiet tal-minoranzi bil-għan li japplikaw l-ogħla standards, peress li dan huwa qasam partikolarment sensittiv li jikkonċerna kwistjonijiet lingwistiċi;
26. Jisħaq li, fid-diversi stadji ta' implimentazzjoni, l-atturi ekonomiċi pubbliċi u privati, il-membri tas-soċjetà u d-diversi komponenti tas-soċjetà ċivili organizzata għandhom jingħataw it-taħriġ adegwat permezz ta' programm speċifiku li jinkludi appoġġ organizzattiv u tekniku;
27. Jistieden lill-Kummissjoni biex kull sentejn tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tal-EUSAIR lill-Parlament u lill-Kunsill, bil-għan li jiġi vvalutat il-funzjonament tagħha u l-valur miżjud tagħha f'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir u l-impjieg, it-tnaqqis tad-disparitajiet u l-iżvilupp sostenibbli;
28. Iħeġġeġ miżuri speċifiċi biex tiġi promossa d-dimensjoni soċjali; jisħaq fuq l-importanza li jiġu inkorporati l-prijoritajiet u l-miżuri li għandhom il-għan li jappoġġaw l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità u li jevitaw kull xorta ta' diskriminazzjoni;
Tkabbir blu
29. Jisħaq li l-pożizzjoni ġeografika unika tar-reġjun u l-istruttura speċifika tal-kosta, flimkien mal-bijodiversità rikka tal-ibħra tiegħu, għandhom potenzjal enormi għall-ħolqien ta' impjiegi 'blu' u għall-innovazzjoni u l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, inklużi t-teknoloġiji blu, is-sajd u l-akkwakultura, u governanza u servizzi marittimi u tal-baħar mtejba;
30. Huwa favur l-ekonomija blu bħala soluzzjoni għall-kriżi ekonomika, peress li tistimula l-ħolqien ta' impjiegi ġodda u l-iżvilupp ekonomiku, u b'mod speċjali l-impjiegi għan-nisa u għaż-żgħażagħ f'pajjiżi kostali u pajjiżi gżira; jemmen li l-istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku ma tistax tiġi segwita mingħajr ma wieħed iqis il-kunċett tal-ekonomija blu, li torbot lis-setturi ekonomiċi marbuta mal-ibħra u l-oċeani, l-akkwakultura, it-trasport marittimu u fuq ix-xmajjar u t-turiżmu mal-ħarsien ambjentali;
31. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati involuti fl-istrateġija biex jipprovdu inċentivi li jattiraw liż-żgħażagħ lejn il-qasam tas-sajd u l-akkwakultura fir-Reġjun Adrijatiku u Joniku u jinkoraġġuhom sabiex iwettqu tali attivitajiet;
32. Jitlob li jkun hemm koordinazzjoni tal-politika u armonizzazzjoni tal-għanijiet tal-istrateġija, kif ukoll proġetti komuni, f'konformità mal-valuri, il-prinċipji u l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd; iħeġġeġ, barra minn hekk, is-sostenn għall-iżvilupp ta' settur tas-sajd sostenibbli u l-produzzjoni ta' ikel tradizzjonali u tajjeb għas-saħħa; jitlob li jitwaqqfu Gruppi ta' Azzjoni Lokali tas-Sajd, li jistgħu jirrappreżentaw strument naturali għad-diversifikazzjoni tas-sajd; jenfasizza l-fatt li s-sajd u l-akkwakultura sostenibbli u ta' profitt jeħtieġu involviment imsaħħaħ tal-partijiet ikkonċernati fil-ġestjoni ġenerali, kif ukoll attivitajiet tas-sajd imtejba u diversifikati;
33. Huwa tal-fehma li t-tkabbir blu huwa magħmul minn setturi u negozji varjati ħafna, u għal din ir-raġuni l-iżvilupp tiegħu jeħtieġ ħaddiema b'ħiliet ta' livell għoli f'dawk is-setturi kollha; jistieden lill-Istati Membri involuti fil-EUSAIR biex jippromwovu d-diversi setturi ta' tkabbir blu fil-programmi ta' taħriġ tagħhom, filwaqt li jqisu s-sistemi ta' tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ għall-impjegati; josserva l-kumplessità tal-attivitajiet, is-setturi u d-dixxiplini tas-sistemi soċjoekonomiċi involuti fit-tkabbir blu, u għalhekk iqis li huwa importanti ħafna li l-Istati Membri involuti fl-istrateġija EUSAIR jadottaw politiki tas-suq tax-xogħol sabiex iżidu l-kapaċità ta' adattament għat-tibdil, l-innovazzjoni u l-multidixxiplinarjetà, jadattaw it-taħriġ tal-kapital uman u jżidu r-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa;
34. Jisħaq fuq l-importanza ta' interkonnessjoni akbar u reali bejn l-istrateġija UE 2020 u t-tliet pilastri (b'mod partikolari il-pilastru tat-tkabbir blu) tal-istrateġija EUSAIR ibbażata fuq il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea; iqis il-Pjan ta' Azzjoni bħala wieħed mir-riżultati tal-approċċ tal-istrateġija li jidentifika l-prijoritajiet konkreti għall-makroreġjun; josserva, abbażi ta' dan, li kull azzjoni jew proġett jintgħażlu permezz ta' proċess estensiv ta' konsultazzjoni 'minn isfel għal fuq' li jinvolvi firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati fir-reġjun Adrijatiku u Joniku li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, is-sħab soċjali, iżda wkoll is-settur privat, l-ekonomija soċjali, id-dinja tal-akkademiċi u s-soċjetà ċivili;
35. Iħeġġeġ r-raggruppament u l-kooperazzjoni bejn impriżi pubbliċi u privati, universitajiet, istituti ta' riċerka u partijiet ikkonċernati relevanti oħrajn fis-settur tal-baħar u dak marittimu bil-għan li tiġi stimulata l-innovazzjoni u jittieħed vantaġġ sħiħ mis-sinerġiji; iqis li l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-pilastru tat-tkabbir blu għandhom ikunu bbażati fuq strateġiji ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti bil-għan li jiġu żgurati investimenti aktar effiċjenti u effikaċi; jistieden lill-pajjiżi u r-reġjuni li jipparteċipaw fil-Pjattaforma S3 tal-Kummissjoni biex jibbenefikaw minn assistenza fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u r-rieżami ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; iqis li jeħtieġ, f'dan il-kuntest, li l-SMEs ikollhom aċċess aħjar għall-kreditu, u li n-netwerks ta' negozju eżistenti (raggruppamenti) jittejbu permezz ta' proċess ta' internazzjonalizzazzjoni, bil-għan li jinħolqu impjiegi sostenibbli u ta' kwalità;
36. Jappoġġa l-ħolqien ta' tikketta ta' kwalità konġunta għal prodotti ta' frott tal-baħar ta' kwalità għolja mir-reġjun sabiex tiżdied il-kompetittività tagħhom;
37. Jisħaq fuq l-importanza tad-djalogu soċjali u tal-involviment ta' rappreżentanti tas-soċjetà ċivili f'attivitajiet ta' bini, bil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi; iqis li dan jista' jintlaħaq billi titwaqqaf pjattaforma permanenti fil-livell makroreġjonali u fil-livell reġjonali f'kull Stat Membru biex tirrappreżenta s-sħab soċjali u ekonomiċi, b'mod analogu ma' dak li diġà sar għall-universitajiet, il-kmamar tal-kummerċ u l-bliet;
38. Jisħaq fuq l-importanza tar-riċerka dwar il-baħar u r-riċerka marittima, u ta' kooperazzjoni aktar b'saħħitha f'dawn is-setturi bejn ir-riċerkaturi, u bejn l-Istati Membri u r-reġjuni involuti fl-istrateġija EUSAIR, bil-għan li tingħeleb id-differenza eżistenti bejn dawn l-Istati Membri, kif ukoll biex tissaħħaħ il-kompetittività taż-żoni kostali u jinħolqu impjiegi lokali sostenibbli u ta' kwalità;
39. Jinnota bi tħassib ir-rata ta' tnaqqis drastiku tal-istokkijiet tal-ħut fil-Baħar Adrijatiku u fil-Baħar Joniku bħala konsegwenza ta' sajd żejjed, flimkien ma' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), u riskji sinifikanti għall-ħajja tal-baħar kollha; jisħaq li s-sajd huwa wieħed mill-komponenti ewlenin fl-ekonomija taż-żoni kostali u insulari; iqis li huwa neċessarju, għalhekk, li jitqiesu l-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u l-ekosistemi tal-baħar, f'konformità mal-prinċipju tar-rendiment massimu sostenibbli inkluż fil-Politika Komuni tas-Sajd, li għandu jkunu objettiv importanti ferm tal-istrateġija; jissottolinja l-ħtieġa, tul il-perjodu tranżitorju, li jingħata sostenn lill-aġġustament għal-limiti tas-sajd permezz ta' sussidji għax-xiri ta' tagħmir permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS); jappella għal azzjoni deċiżiva f'forma ta' allinjament tal-leġiżlazzjoni dwar is-sajd ta' pajjiż terzi mal-leġiżlazzjoni tal-UE, kondiviżjoni tad-data, pjattaformi ta' monitoraġġ konġunt u pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali tas-sajd, u biex jitqies kif jista' jiġi żviluppat settur tal-akkwakultura sostenibbli bil-potenzjal kbir tiegħu li jitmexxa permezz tal-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli;
40. Ifakkar li l-ħut u l-frott tal-baħar li jiġu sfruttati kummerċjalment għandhom ikunu fi ħdan limiti bijoloġiċi sikuri sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb u tiġi salvagwardjata s-sostenibbiltà għal perjodu ta' żmien twil tal-industrija tas-sajd;
41. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirreġistra l-volumi tal-qbid tas-sajd rikreattiv, biex tirregola din l-attività u biex tagħmel kemm l-attivitajiet ta' sajd rikreattiv kif ukoll professjonali soġġetti għall-objettivi tar-rendiment massimu sostenibbli;
42. Iħeġġeġ riċerka komprensiva dwar l-istokkijiet tal-ħut, b'mod partikolari l-ispeċi fil-periklu, u l-interkonnessjoni bijoloġika tagħhom, minħabba li n-nuqqas ta' data preċiża tirriżulta f'evalwazzjonijiet mhux ċari u inaffidabbli; iħeġġeġ il-preservazzjoni tar-riproduzzjoni naturali;
43. Jitlob biex proġetti li jfittxu li jivvalutaw l-impatt tas-sajd indirett (xbieki iħirsa, malji ta' kultivazzjoni tal-maskli) u tal-qabdiet sekondarji ta' speċi protetti jiġu evalwati u promossi, billi huwa stmat li, fl-Adrijatiku waħdu, 'il fuq minn 40 000 fekruna tal-baħar jinqabdu b'mod aċċidentali; huwa tal-fehma li l-istudji ambjentali u l-istudji dwar mezzi li jtaffu l-problema (bħal apparat għall-esklużjoni tal-fkieren) huma meħtieġa b'mod urġenti;
44. Iħeġġeġ appoġġ b'saħħtu għall-bini tal-bastimenti, inkluż is-settur tad-dgħajjes ta' rikreazzjoni, b'attenzjoni partikolari għall-modernizzazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni tiegħu bil-għan li jinħolqu l-impjiegi u jiġi adattat għar-rekwiżiti ta' tkabbir sostenibbli u kompetittiv li jkun konformi mat-teknoloġiji blu;
45. Jitlob appoġġ b'saħħtu għaż-żoni ta' manifattura, ġemellaġġ u kooperazzjoni bejn żoni f'partijiet differenti tal-makroreġjuni; iħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki li jinvolvu l-esperjenzi l-aktar sinifikanti fis-settur u dawk ta' reġjuni oħra li jfittxu li jadottaw l-istess approċċ biex jippromwovu l-istabbiliment ta' żoni ta' produzzjoni;
46. Jissottolinja l-importanza li jiġi appoġġat u promoss is-sajd sportiv u rikreattiv tal-familja, flimkien ma' politiki integrati għas-sajd u t-turiżmu (is-sajd, it-turiżmu marbut mal-ħut u l-marikultura), speċjalment fil-gżejjer, sabiex jiġu ppreservati t-tradizzjonijiet kulturali lokali u l-istili ta' ħajja marittimi tal-abitanti tal-gżejjer u ta' siti kostali żgħar; iħeġġeġ sajd u akkwakultura sostenibbli, fuq skala żgħira u tradizzjonali, flimkien ma' offerta kulinarja diversifikata u l-promozzjoni ta' swieq tal-ħut lokali, bħala l-aħjar mod biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà u jingħata appoġġ aktar b'saħħtu lill-attivitajiet turistiċi kostali;
47. Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa u tippromwovi l-involviment tas-sajd u tal-ħaddiema tas-sajd fi proġetti bħal dawk relatati mat-turiżmu kulturali u storiku, li jinkludu s-sajd u l-iskoperta mill-ġdid tal-attivitajiet tat-tbaħħir u postijiet għas-sajd u impjiegi tradizzjonali;
48. Jissottolinja l-importanza tal-ekonomija soċjali u tal-intraprenditorija femminili biex jinkiseb il-pilastru tat-tkabbir blu, u jistieden lill-Istati Membri involuti fl-istrateġija EUSAIR iħeġġu u jappoġġaw il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-setturi relevanti kollha; ifakkar fir-rwol fundamentali tal-intrapriżi żgħar u tal-mikrointrapriżi fir-reġjuni u t-territorji kkonċernati, u jitlob lill-Istati Membri involuti fil-EUSAIR jimplimentaw politika attiva għall-promozzjoni ta' tali forom ta' attività ekonomika;
49. Jappoġġa miżuri li jnaqqsu r-riskju idroġeoloġiku u r-riskju tal-erożjoni kostali;
50. Jisħaq fuq l-importanza tar-riċerka, u jappella biex jingħata appoġġ b'saħħtu lid-distretti tal-baħar u d-distretti marittimi;
51. Jenfasizza li l-iżvilupp tal-akkwakultura u l-marikultura jista' jilgħab rwol importanti mhux biss fl-irkupru tad-diversità tal-ispeċi iżda wkoll fit-tkabbir ekonomiku tar-Reġjun Adrijatiku u Joniku;
52. Jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika l-iskambju ta' prattiki tajbin bħas-sostenibbiltà ta' proġetti żviluppati mill-Gruppi ta' Azzjoni Kostali;
Nikkollegaw ir-reġjun
53. Jinnota li konnessjonijiet aħjar fejn jidħlu t-trasport u l-enerġija bejn il-pajjiżi parteċipanti kif ukoll bejnhom u l-ġirien l-oħra tagħhom, inkluż it-trasport marittimu, il-konnessjonijiet intermodali għaż-żoni interni tal-pajjiż u n-netwerks tal-enerġija, huma ħtiġijiet urġenti għall-makroreġjun u prekundizzjoni għall-żvilupp ekonomiku u soċjali tiegħu; jissottolinja n-nuqqas ta' konnessjoni bejn iż-żewġ kosti mal-Baħar Adrijatiku u d-distakk li jeżisti fl-infrastruttura tan-netwerks fir-reġjun Adrijatiku-Joniku;
54. Jitlob li jingħataw inċentivi għall-istabbiliment ta' konnessjonijiet tat-trasport sostenibbli li jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar, it-trasport u l-ispejjeż u esternalitajiet loġistiċi; jappella biex isiru xogħlijiet strateġiċi ewlenin relatati mal-interkambju bejn il-baħar u l-art sabiex jinħolqu opportunitajiet ta' trasport intermodali bejn il-pajjiżi, jingħata kontribut għall-koeżjoni, jissaħħaħ in-netwerk globali u titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq u b'hekk l-emissjonijiet ta' CO2; jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li tittejjeb id-dimensjoni marittima u tal-port tal-kabotaġġ, tal-awtostradi tal-baħar u tal-kruċieri bejn iż-żewġt ixtut tal-Baħar Adrijatiku, kemm fuq rotot bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar kif ukoll rotot trasversali bejn il-Lvant u l-Punent; josserva l-ħtieġa għal aktar koordinament biex tiġi evitata l-konġestjoni tat-traffiku marittimu u jittejbu l-ġestjoni u l-kontroll tiegħu;
55. Iħeġġeġ l-użu tar-Regolament dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet mit-trasport marittimu (ir-Regolament (UE) 2015/757) għall-innovazzjoni u dwar l-istabbiliment tat-trasport marittimu sostenibbli fil-makroreġjun bl-użu ta' magni tal-propulsjoni tal-baħar u fjuwils alternattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u titjieb l-effiċjenza enerġetika fis-settur tat-trasport;
56. Jissottolinja l-importanza li jiġu konnessi r-rotot tat-trasport marittimu u l-portijiet ma' partijiet oħra tal-Ewropa, kif ukoll ir-relevanza tal-interkonnessjonijiet mal-kurituri tan-Netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T); jistieden lill-pajjiżi parteċipanti jiffokaw l-isforzi tagħhom fuq l-implimentazzjoni ta' proġetti li huma koperti min netwerk TEN-T attwali u interventi oħra għall-estensjoni proposta tiegħu għall-Ewropa tax-Xlokk/il-Lvant tal-Kosta Adrijatika, u li jistgħu jagħlqu d-distakk li jeżisti fin-netwerks tar-reġjun Adrijatiku-Joniku; jistieden, għaldaqstant, lill-pajjiżi involuti jidentifikaw proġetti ta' infrastruttura ta' prijorità ta' valur miżjud Ewropew u reġjonali, u jissuġġerixxi li għandha tingħata attenzjoni inter alia:
(i)
li jitlesta l-Kuritur Baltiku-Adrijatiku, inkluża l-estensjoni li mill-Jonju twassal għall-Adrijatiku,
(ii)
li ssir estensjoni fit-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Kuritur Skandinavu-Mediterranju,
(iii)
li jiġi stabbilit kuritur ferrovjarju għat-trasport tal-merkanzija li jgħaqqad l-Alpi mal-Balkani tal-Punent,
(iv)
li tiġi stabbilita konnessjoni aħjar bejn il-Peniżola Iberika, l-Italja ċentrali u l-Balkani tal-Punent,
(v)
li tiġi implimentata konnessjoni bit-triq fiż-żona tal-Balkani bejn is-sistema portwarja u l-pajjiżi interni, kif ukoll interkonnessjoni mal-kuritur Renu-Danubju,
(vi)
li jittejbu l-faċilitajiet portwarji għal konnessjonijiet aħjar bejn iż-żewġ kosti li jmissu mal-Baħar Adrijatiku, u li l-bords ta' tmexxija tal-portijiet fit-Tramuntana tal-Adrijatiku jħejju strateġija konġunta biex ikun hemm provvista aktar komprensiva tal-merkanzija importata fl-Ewropa Ċentrali;
57. Jitlob li l-kapaċità tal-infrastruttura eżistenti tan-netwerk tiġi ottimizzata, b'referenza partikolari għall-konnessjonijiet bit-toroq u l-ferrovija li jeżistu fil-makroreġjun, inklużi l-konnessjonijiet "tal-aħħar mil"; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi ffinalizzata awtostrada Adrijatika-Jonika mill-aktar fis possibbli, li se tkun qed tagħti spinta lill-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-makroreġjun; ifakkar fl-importanza tal-kurituri l-ġodda li jintegraw l-awtostradi, il-linji ferrovjarji u infrastrutturi oħra fuq iż-żewġ naħat taż-żona Adrijatika-Jonika; josserva l-ħtieġa ta' aktar koordinament biex tiġi evitata l-konġestjoni tat-traffiku marittimu u jittejbu l-ġestjoni u l-kontroll tiegħu;
58. Jappella għall-iżvilupp ta' infrastruttura ferrovjarja ta' veloċità għolja biex jiġi interkonness il-makroreġjun u jkun hemm konnessjoni aħjar mal-UE u fi ħdanha; jenfasizza l-importanza li tittejjeb il-konnettività ferrovjarja tar-reġjun Adrijatiku u Joniku, kif ukoll bejn il-Baħar Tirren u l-kosti Adrijatiċi-Joniċi;
59. Jitlob lill-pajjiżi parteċipanti biex itejbu l-infrastruttura marittima, ferrovjarja u tat-trasport bl-ajru, jiżviluppaw awtostradi tal-baħar fil-makroreġjun, filwaqt li jikkombinaw mezzi ta' trasport intermodali, speċjalment biex joħolqu konnessjoni maż-żoni interni tal-pajjiż, u biex itejbu l-loġistika tat-trasport, filwaqt li jużaw l-aktar teknoloġiji avvanzati bl-aħjar mod possibbli u dejjem jiżguraw livell għoli ta' sigurtà u sostenibilità ambjentali; jistieden ukoll lill-pajjiżi parteċipanti sabiex jivvalutaw il-possibbiltajiet biex itejbu l-konnettività permezz ta' strumenti tal-mobilità elettronika li jistgħu jiffaċilitaw servizz internazzjonali tal-biljetti elettroniċi;
60. Jenfasizza n-nuqqas ta' konnessjoni effikaċi mal-gżejjer; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw konnessjonijiet aħjar billi jesploraw alternattivi ġodda kkoordinati u ta' valur miżjud, jottimizzaw l-użu ta' rotot tal-merkanzija u tal-passiġġieri u jinvolvu l-partijiet ikkonċernati privati u pubbliċi, bil-għan li tiżdied il-kwalità tal-ħajja, tieqaf id-depopolazzjoni u jkun possibbli li jiġu sfruttati l-opportunitajiet soċjoekonomiċi f'dawn iż-żoni; jissottolinja l-ħtieġa li tittejjeb il-komunikazzjoni interna u l-infrastruttura tat-trasport tal-gżejjer biex ikun hemm mobbiltà interna sostenibbli; jisħaq ukoll fuq il-bżonn li tkun żgurata kura tas-saħħa u programmi edukattivi adegwati għall-popolazzjonijiet tal-gżejjer tul is-sena kollha;
61. Jappella għall-implimentazzjoni ta' proġetti kbar biex jiġu żviluppati konnessjonijiet intermodali fuq il-gżejjer, u b'mod partikolari jixtieq jara sostenn qawwi fir-rigward tat-tisħiħ ta' ajruporti strateġikament importanti kemm f'dak li jikkonċerna l-infrastruttura kif ukoll ir-rotot ġodda lejn reġjuni oħra tal-makroreġjun;
62. Iħeġġeġ lill-pajjiżi parteċipanti biex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jiddiversifikaw is-sorsi tal-provvista tal-enerġija, proċess li mhux biss se jtejjeb is-sigurtà tal-enerġija tal-makroreġjun iżda se jżid ukoll il-kompetizzjoni u jiġġieled il-faqar fil-qasam tal-enerġija, li se jkollha benefiċċji importanti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun; jenfasizza l-ħtieġa għal valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali magħmulin bir-reqqa ta' interventi fis-settur tal-enerġija; jissottolinja l-importanza tal-ippjanar komuni għall-investiment fl-iżvilupp ta' terminals ta' gass naturali likwifikat (LNG) u n-nuqqas ta' netwerks ta' pipelines tal-gass fil-makroreġjun, biex b'hekk ikun possibbli li jinkisbu indipendenza u sigurtà tal-enerġija mtejba; iħeġġeġ, barra minn hekk, miżuri biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi, u b'hekk isir kontribut ukoll fejn tidħol il-kompetittività;
63. Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' infrastruttura tal-enerġija li tkun kapaċi tnaqqas il-marka tal-karbonju, iżżid l-effiċjenza enerġetika u tiggarantixxi s-sigurtà tal-enerġija tal-makroreġjun u 'l barra minnu; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jiġi żviluppat u promoss il-kunċett ta' bliet intelliġenti sabiex jingħata valur miżjud globali lill-infrastruttura tal-enerġija attwali tal-makroreġjun;
64. Jirrikonoxxi l-potenzjal għoli tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux użati biżżejjed fil-makroreġjun; jappella biex jiġu sfruttati s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, bħall-enerġija mix-xemx, mir-riħ u mill-marea (meta dan ikun teknikament fattibbli) u l-enerġija mill-mewġ fit-taħlita tal-produzzjoni tal-enerġija; jissottolinja s-sostenibbiltà u l-kompetittività potenzjali ta' impjanti tal-enerġija idroelettrika fil-pajjiżi parteċipanti kollha; jistieden lill-pajjiżi parteċipanti jagħtu kontribut għat-twaqqif ta' suq tal-gass u l-elettriku interkonness u li jiffunzjona tajjeb fil-makroreġjun li jiżgura aċċess ugwali għal enerġija bi prezz baxx u li jista' jintlaħaq; jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu l-interkonnessjonijiet transfruntiera tal-enerġija, b'enfażi fuq l-investiment fis-settur tal-enerġija bħala prekundizzjoni ewlenija għall-integrazzjoni fin-netwerk tal-enerġija tal-UE, kif ukoll it-tneħħija tal-ostakoli għal investiment transfruntier fis-settur tal-enerġija;
65. Jappoġġa l-ippjanar konġunt u l-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija, kemm għall-produzzjoni kif ukoll għat-trasport tal-elettriku u l-gass fil-makroreġjun, skont in-Netwerk TEN-E, biex b'hekk jiġu implimentati l-proġetti konkreti msemmija fil-lista ta' Proġetti ta' Interess Komunitarju tal-Enerġija;
66. Jesprimi tħassib dwar l-ispinta li reġgħu ħadu l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta kif ukoll fuq l-art, li jistgħu jesponu l-makroreġjun għal riskju ta' diżastri b'konsegwenzi serji għall-ambjent u l-ekonomija, inkluż is-settur tas-sajd, u s-saħħa pubblika; jisħaq li kwalunkwe attività bħal din għandha tkun konformi mar-regoli u l-linji gwida tal-Unjoni rigward il-klima u l-enerġija rinnovabbli; jenfasizza li l-baħar Adrijatiku huwa wieħed magħluq, baxx, li ma għandux il-kapaċità li jferrex is-sustanzi niġġiesa u li għandu kummerċ turistiku ta' suċċess fuq iż-żewġ xtut tiegħu, u li t-tkabbir tal-makroreġjun għandu l-ewwel jiddependi fuq l-attivitajiet turistiċi u ekonomiċi marbuta mal-karatteristiċi speċifiċi ambjentali u l-ekosistemi tiegħu; jissottolinja l-ħtieġa li ssir implimentazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-UE u l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sostenibbiltà ambjentali u s-sikurezza tal-attivitajiet marittimi; jitlob li ssir implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (2008/56/KE) u d-Direttiva dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore (2013/30/UE);
67. Jappella għall-formulazzjoni ta' standards komuni Ewropej għas-sikurezza tat-trasport fil-makroreġjun Adrijatiku-Joniku;
68. Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu promossi servizzi tal-ajru transfruntiera permezz tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti mfassla sabiex jiġu żgurati u jissaħħu l-konnessjonijiet fi ħdan il-makroreġjun;
Kwalità ambjentali
69. Ifakkar fir-rikkezza tal-ekosistemi tal-baħar, kostali u terrestri tal-pajjiżi parteċipanti; jinnota li fil-Baħar Adrijatiku jgħixu kważi nofs (49 %) l-ispeċi marini kollha rreġistrati tal-Baħar Mediterran, u huwa l-aktar sottoreġjun singulari tal-Mediterran minħabba n-nuqqas ta' profondità, il-flussi limitati, u l-influwenza kbira ta' xmajjar; jappella biex isiru sforzi konġunti biex jittieħdu l-miżuri kollha possibbli, bħall-użu ta' fjuwils nodfa għat-trasport marittimu u l-loġistika, bil-għan li jiġu ppreservati l-bijodiversità tal-ambjent tal-baħar u l-ħabitats terrestri transnazzjonali, u jiġi evitat u jitnaqqas it-tniġġis tal-baħar u theddid ieħor għall-bijodiversità kostali u tal-baħar; jisħaq fuq l-importanza li jitħarsu l-ispeċji terrestri u tal-baħar li jinsabu fil-periklu, bħal pereżempju l-bumerin tal-Mediterran, il-linċi, l-avultuni grifun u oħrajn, u jistieden lill-pajjiżi parteċipanti biex jimplimentaw miżuri proporzjonati biex jintlaħaq dan l-objettiv;
70. Jitlob li jsir skambju tal-aħjar prattiki bejn il-pajjiżi parteċipanti fil-qasam tal-ġestjoni tal-wirt naturali u kulturali, inklużi ż-żoni ta' Natura 2000 u s-siti tal-UNESCO, bil-għan li jinħolqu attrazzjonijiet turistiċi sostenibbli;
71. Iħeġġeġ lill-pajjiżi parteċipanti kollha biex jingħaqdu flimkien fl-implimentazzjoni tal-Ippjanar Spazjali Marittimu, f'konformità mad-Direttiva 2014/89/UE li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu, u tal-ġestjoni integrata tal-kosta, bl-involviment ta' diversi partijiet ikkonċernati (l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, il-popolazzjoni lokali, il-komunità tar-riċerka, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, eċċ.); iqis li governanza konġunta xierqa tal-ispazju marittimu tipprovdi qafas importanti għall-użu sostenibbli u trasparenti tar-riżorsi marittimi u mill-baħar;
72. Jenfasizza l-importanza tal-ħarsien u l-preservazzjoni tax-xmajjar u l-lagi fil-baċir Adrijatiku-Joniku;
73. Josserva l-ħtieġa li jiġi indirizzat b'mod responsabbli t-tniġġis storiku u transfruntier, u li jitnaddfu s-siti industrijali milquta mill-kontaminazzjoni tal-ħamrija, l-ilma u l-arja, u, fejn applikabbli, mit-tniggis li jirriżulta minn kunflitti militari; jappoġġa l-miżuri attivi kollha għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-baħar mill-armi kimiċi u konvenzjonali; jappoġġa t-tnaqqis, bil-għan tal-eliminazzjoni, tar-rifjuti marini, skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, b'mod partikolari rigward it-tniġġis tal-iskart fil-gżejjer Adrijatiċi;
74. Jinsab imħasseb dwar id-dannu kkawżat mill-iskart tal-plastik fil-baħar; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa inizjattivi ta' ġbir u riċiklaġġ ta' dan l-iskart; jisħaq fuq l-importanza tal-involviment tas-sajjieda fil-proċess;
75. Jistieden lill-pajjiżi jiżviluppaw u jimplimentaw pjanijiet komprensivi għall-użu mill-ġdid ta' siti industrijali u militari li m'għadhomx jintużaw; jisħaq li dawn is-siti mhumiex biss theddida għall-ambjent iżda joffru wkoll potenzjal ekonomiku sinifikanti li mhux qed jiġi sfruttat;
76. Jitlob li titħeġġeġ ir-rilokazzjoni tal-industrija miċ-ċentri urbani u ż-żoni kostali, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja;
77. Jinsisti li l-istrumenti eżistenti kollha għandhom jintużaw fl-implimentazzjoni tal-aqwa soluzzjonijiet ta' ġestjoni tal-iskart u ta' trattament tal-ilma mormi fir-reġjun, f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi fl-Istati Membri tal-UE;
78. Jiġbed l-attenzjoni għad-diversi diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem li laqtu r-reġjun f'dawn l-aħħar snin; jiġbed l-attenzjoni għall-problema tad-deforestazzjoni u riskji oħra marbuta mat-tibdil fil-klima; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu applikati bis-sħiħ il-prinċipji orizzontali għall-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri naturali u l-adattament għat-tibdil fil-klima, bil-għan li jiġu implimentati l-pjan ta' azzjoni u l-prijoritajiet ta' kull pilastru; iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-istituti idrometeoroloġiċi tal-pajjiżi sabiex jiġu indirizzati l-avvenimenti estremi tat-temp, il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, u l-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri; jirrikonoxxi l-ilma, l-agrikoltura u t-turiżmu bħala l-aktar setturi vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, għalhekk iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġi stabbilit qafas u mekkaniżmu ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' adattament u mitigazzjoni;
79. Jissottolinja l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, b'mod partikolari fis-settur tat-trasport bil-baħar;
80. Jisħaq li teżisti problema bid-differenzi ġeografiċi u staġjonali fl-aċċessibbiltà ta' riżorsi tal-ilma, b'nuqqas sinifikanti ta' ilma fuq il-gżejjer u fiż-żona kostali tul is-sajf, meta d-domanda tal-ilma tkun ħafna ogħla minħabba l-wasla ta' għadd kbir ta' turisti;
81. Iħeġġeġ l-istabbiliment ta' ċentru reġjonali għat-tħejjija għad-diżastri, flimkien ma' pjan ta' kontinġenza konġunt għat-tixrid taż-żejt u għal avvenimenti ta' tniġġis fuq skala kbira, sabiex tinħoloq sistema ta' twissija bikrija għall-prevenzjoni ta' diżastri naturali u dawk kawżati minn attivitajiet industrijali, tat-trasport u attivitajiet oħra, bħal għargħar, nirien u attivitajiet ta' sfruttament fl-Adrijatiku; jenfasizza li ċ-ċentru għandu jkun direttament marbut mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili; jisħaq fuq l-importanza tal-preservazzjoni tal-ekosistema u l-bijodiversità tar-reġjun permezz ta' fehim aħjar u skambju tal-aħjar prattiki;
82. Jistieden lill-pajjiżi li mhumiex fl-UE biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-acquis settorjali (bħad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma) bil-ħsieb tal-adeżjoni futura tagħhom mal-Unjoni;
83. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi ġirien u l-komunitajiet lokali, b'mod partikolari fir-rigward ta' attivitajiet ekonomiċi soġġetti għal valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali f'konformità mad-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent;
Turiżmu sostenibbli u kompetittiv
84. Jissottolinja l-importanza kruċjali tat-turiżmu għall-ekonomija Ewropea u l-iżvilupp tal-koeżjoni soċjali fi ħdan l-UE, speċjalment għall-pajjiżi Mediterranji u għar-reġjun b'mod ġenerali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati approċċi ġodda biex b'hekk ipattu għall-istaġjonalità, filwaqt li jibqgħu koerenti mal-impatt u s-sostenibbiltà tat-turiżmu fuq l-ambjent; iħeġġeġ aktar sostenn għall-finanzjament ta' proġetti għat-turiżmu mill-FSIE u sorsi oħra;
85. Iħeġġeġ titjib urġenti ta' konnessjonijiet stradali transfruntiera sabiex tittejjeb il-kompetittività tat-turiżmu, peress li konnettività fqira tikkawża konġestjonijiet tat-traffiku u dewmien twil; jissottolinja l-ħtieġa li tittejjeb, għal skopijiet ta' turiżmu, l-infrastruttura tal-ajru u l-konnessjoni marittima eżistenti bejn iż-żewġ kosti tal-Baħar Adrijatiku;
86. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitħeġġeġ l-użu tal-ajruporti eżistenti fil-makroreġjun bil-għan li tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva ta' passiġġieri fi ftit ċentri tal-ajruporti, u jiġu promossi flussi turistiċi aktar bilanċjati u sostenibbli f'diversi lokalitajiet;
87. Jirrikonoxxi l-wirt kulturali u naturali rikk (inklużi l-attivitajiet kulturali bħaċ-ċinema, it-teatru u l-mużika) tar-reġjun bħala assi b'saħħtu, li jibni fuq is-settur tat-turiżmu; jiġbed l-attenzjoni għan-numru kbir ta' siti protetti tal-UNESCO u n-Natura 2000 fil-pajjiżi parteċipanti kollha; iqis li, minkejja l-kontribut sinifikanti ta' dan is-settur għall-ekonomija, il-potenzjal tat-turiżmu mhux qed jiġi sfruttat bis-sħiħ, b'mod partikolari minħabba staġjonalità għolja, u li s-settur huwa nieqes mill-oqsma ta' innovazzjoni, mis-sostenibbiltà, l-infrastruttura tat-trasport, il-kwalità tal-offerta tat-turiżmu, il-ħiliet tal-partijiet ikkonċernati parteċipanti u minn ġestjoni responsabbli tat-turiżmu; jistieden lill-pajjiżi parteċipanti jadottaw politiki li jiżguraw konnessjonijiet adegwati u faċilitajiet turistiċi kemm matul kif ukoll barra l-istaġun tas-sajf, bil-għan li jiddiversifikaw il-flussi turistiċi u jiżguraw preżenza turistika kostanti f'kull staġun; jisħaq fuq l-importanza li t-turiżmu jingħaqad mal-wirt naturali, kulturali u artistiku;
88. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu soluzzjonijiet ta' mobilità sostenibbli fis-settur tat-turiżmu, biex b'hekk titjieb il-kwalità tas-servizzi turistiċi u tissaħħaħ l-firxa tagħhom;
89. Jirrikonoxxi l-importanza tal-ġonna nazzjonali u naturali u taż-żoni protetti bħala s-sisien għall-futur tal-edukazzjoni taċ-ċittadini fi kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;
90. Jisħaq li l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi hija essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri tat-turiżmu fir-reġjun; iħeġġeġ il-formulazzjoni ta' strateġiji tat-turiżmu għall-baħar Adrijatiku u tal-Baħar Joniku li huma bbażati fuq is-sostenibbiltà u jippermettu lill-pajjiżi jibbenefikaw mis-sinerġiji u jindirizzaw sfidi komuni fil-livell makroreġjonali; iqis li jeħtieġ li naħdmu flimkien biex tiżdied il-viżibilità ta' destinazzjonijiet fir-reġjun Adrijatiku-Joniku;
91. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea, lill-pajjiżi parteċipanti u l-awtoritajiet reġjonali u lokali jieħdu miżuri li jinċentivizzaw lill-partijiet ikkonċernati biex itejbu l-infrastruttura tat-turiżmu;
92. Jissottolinja l-importanza li jiġu appoġġati attivitajiet kulturali u kreattivi, u b'mod partikolari l-iżvilupp u l-integrazzjoni ta' attivitajiet tan-negozju fl-oqsma tal-mużika, it-teatru, iż-żfin u l-films; jitlob li jiġu organizzati festivals, konvenzjonijiet u avvenimenti kulturali li jippromwovu l-integrazzjoni;
93. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-SMEs jingħataw aċċess aktar faċli għal sorsi ta' sostenn u finanzjament, peress li huma strumentali għas-settur tat-turiżmu; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati fir-reġjun jieħdu sehem fin-Netwerk Enterprise Europe sabiex jaqsmu l-esperjenza, joħolqu n-netwerks u jsibu sħab transfruntiera;
94. Jisħaq fuq l-importanza ta' proġetti ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti u Komunitajiet Intelliġenti li jinvolvu l-isfruttament tal-pjattaformi ta' innovazzjoni eżistenti, bħalma huma l-ħolqien ta' żona Adrijatika-Jonika tal-kreattività;
95. Jappoġġa l-iżvilupp ta' offerta ta' turiżmu diversifikata, li tinkludi parks u rotot turistiċi tematiċi, kif ukoll turiżmu kulturali, rurali, tas-saħħa, mediku, nawtiku, enogastronomiku, tal-konferenzi u sportiv, inklużi ċ-ċikliżmu, il-golf, l-għadis, il-ħajks, l-iskiing, l-isports tal-muntanji u dawk li jintlagħbu barra, bil-għan li jiġi promoss it-turiżmu matul is-sena u tittejjeb il-kompetittività tad-destinazzjonijiet turistiċi abbażi tas-sostenibbiltà; jappoġġa l-iżvilupp tat-turiżmu rurali sabiex titnaqqas il-pressjoni minn fuq ċentri turistiċi kbar u minn fuq iż-żona kostali dejqa, u b'hekk jikkontribwixxi għall-għalbien tal-istaġjonalità; jappoġġa l-espansjoni tal-attivitajiet turistiċi lejn iż-żoni interni tal-pajjiż permezz tal-ħolqien ta' prodotti turistiċi integrati li jinkludu l-attrazzjonijiet ewlenin tal-makroreġjun u dawk tal-bliet kapitali tiegħu;
96. Jisħaq fuq l-importanza tal-koerenza bejn il-ġestjoni tat-turiżmu u l-infrastruttura, u l-ħtieġa li jittejbu l-kwalità u d-diversità tas-servizzi u l-opportunitajiet, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjun; jisħaq wkoll fuq l-importanza tal-promozzjoni u l-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet lokali u reġjonali;
97. Jisħaq fuq l-importanza li jiġu esplorati rotot u mudelli ta' negozju alternattivi, u tittejjeb il-konnessjoni tal-pakketti tal-kruċieri man-nies u l-prodotti lokali, biex b'hekk tkun tista' tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-konġestjoni insostenibbli u jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal sħiħ, b'benefiċċji ekonomiċi aktar dejjiema għall-ekonomiji lokali; jirrikonoxxi l-importanza tal-iżvilupp u ta' għoti ta' marka lir-rotot turistiċi makroreġjonali, permezz tal-immappjar u tal-promozzjoni ulterjuri tar-rotot eżistenti;
98. Huwa favur l-isfruttament ta' assi aktar rappreżentattivi taż-żona għall-finijiet ta' turiżmu u għall-iżvilupp ta' programmi ta' promozzjoni u kummerċjalizzazzjoni;
99. Jisħaq fuq il-ħtieġa ġenwina għall-intermodalità tat-trasport permezz ta' netwerk integrat ta' servizzi u intersezzjonijiet bil-ħsieb li jiġi żviluppat ekoturiżmu ta' kwalità;
100. Jitlob li titfassal Karta Adrijatika-Jonika li jkun fiha kriterji, prinċipji u linji gwida għall-promozzjoni ta' turiżmu sostenibbli permezz tal-implimentazzjoni tas-Sistema pilota tal-Indikaturi tat-Turiżmu Ewropew (ETIS) għall-valutazzjoni ta' destinazzjonijiet turistiċi bil-ħsieb li jittejjeb l-iżvilupp sostenibbli tagħhom;
o o o
101. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi parteċipanti fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, is-Slovenja, l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro u s-Serbja).
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 4, 162, u 174 sa 178 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (minn issa 'l quddiem "ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni")(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea(4),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward tal-kjarifika, is-simplifikazzjoni u t-titjib tal-istabbiliment u l-funzjonament ta' tali raggruppamenti(5),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006(6),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(7),
– wara li kkunsidra s-sitt rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali intitolat "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi: il-promozzjoni tal-iżvilupp u ta' governanza tajba f'reġjuni u bliet tal-UE", tat-23 ta' Lulju 2014 (minn hawn' il quddiem "is-Sitt Rapport ta' Koeżjoni"),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8),
– wara li kkunsidra t-tmien rapport ta' progress tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali intitolat "Id-dimensjoni reġjonali u urbana tal-kriżi" tas-26 ta' Ġunju 2013,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar speċjalizzazzjoni intelliġenti: eċċellenza fin-netwerking għal Politika ta' Koeżjoni soda(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar l-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri tal-UE għal bidu effikaċi u f'waqtu tal-perjodu l-ġdid ta' Programmazzjoni tal-Politika ta' Koeżjoni(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar is-seba' u t-tmien rapporti ta' progress tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE u r-Rapport Strateġiku tal-2013 dwar l-implimentazzjoni tal-programm għal bejn l-2007 u l-2013(11),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar dewmien fil-ftuħ tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020(12),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata "Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2011 intitolata "Qafas għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' strumenti finanzjarji innovattivi - il-pjattaforma tal-UE tal-ekwità u tad-dejn" (COM(2011)0662),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil(13),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 intitolata 'L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-patt tal-istabbiltà u tkabbir' (COM(2015)0012),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-sitt rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, adottati mill-Kunsill Affarijiet Ġenerali (Koeżjoni) fid-19 ta' Novembru 2014,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Diċembru 2014 dwar is-sitt rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali(14),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma intitolat "Pjan ta' Azzjoni għal strateġija Ewropa 2020 riveduta: il-kontribut tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-Pjattaforma għall-Monitoraġġ tal-Ewropa 2020 tal-Kumitat tar-Reġjuni"(15),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2015 dwar is-sitt rapport dwar il-koeżjoni tal-Kummissjoni(16),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2015 intitolata "Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika fuq l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv" (COM(2015)0100),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 intitolata 'L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt tal-Istabbiltà u Tkabbir' (COM(2015)0012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0277/2015),
A. billi l-politika ta’ koeżjoni hija l-politika ewlenija tal-UE għall-investiment, it-tkabbir u l-iżvilupp allinjata mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv u li għandha l-għan li tnaqqas id-differenzi bejn ir-reġjuni u tippromwovi l-konverġenza, b’baġit ta’ EUR 351,8 biljuni sa tmiem l-2020; billi l-UE qed tkompli tħabbat wiċċha mal-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja — livell għoli ta’ qgħad, u pass irregolari u kajman ta' rkupru ekonomiku; u billi l-politika ta’ koeżjoni għandha l-għan li tiżgura li l-enerġiji u l-kapaċitajiet kollha jiġu mobilizzati u ffokati fuq il-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi;
B. billi huwa kruċjali li l-inizjattivi differenti tal-UE għat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll għall-ħarsien ambjentali u tal-klima, iżommu approċċ koerenti; billi l-inizjattivi emblematiċi tal-Istrateġija Ewropa 2020 jiżvolġu rwol ewlieni għat-titjib tal-koordinazzjoni fil-livell lokali u reġjonali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni; billi m’hemm ebda mekkaniżmu espliċitu integrat fid-dispożizzjonijiet tal-programmazzjoni jew tar-rappurtar li jiffoka b’mod espliċitu fuq l-inizjattivi emblematiċi f’termini tal-kontribut tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Fondi SIE) għat-twettiq tagħhom; billi se jkun hemm bżonn li r-rieżami tal-Istrateġija Ewropa 2020 jindirizza l-implimentazzjoni tal-inizjattivi emblematiċi u jimmira li jsib bilanċ bejn il-miżuri finanzjarji, fiskali u ekonomiċi fuq in-naħa l-waħda u l-aspetti soċjali, edukattivi, ambjentali u tal-ugwaljanza (speċjalment l-ugwaljanza bejn is-sessi) fuq in-naħa l-oħra;
C. billi teżisti ħtieġa dejjem tikber għal sjieda konġunta aktar soda tal-istrateġija min-naħa tal-livelli differenti tal-governanza u tal-atturi differenti involuti, u għal responsabilità kondiviża bid-drittijiet u l-obbligi korrispondenti fil-livelli kollha ta’ implimentazzjoni; billi l-governanza u s-sħubija fuq diversi livelli jeħtieġ li jissaħħu, peress li dawn il-prinċipji għandhom il-potenzjal li jindirizzaw in-nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva;
D. billi l-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni bla dubju ta’ xejn evolvew maż-żmien biex jappoġġaw l-investiment fil-prijoritajiet ewlenin tal-UE, u wrew l-adattabilità u l-effikaċja tagħhom, filwaqt li żammew it-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tad-diversi reġjuni bħala l-objettiv ċentrali, saħħew il-potenzjal tar-reġjuni u ppromovew l-iżvilupp sostenibbli; billi l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) jintroduċi elementi ġodda fl-istrateġija ġenerali tal-UE mmirata lejn il-ħolqien ta' tkabbir innovattiv, sostenibbli u inklussiv u impjiegi bi kwalifiki għoljin;
E. billi r-rieżami tal-Istrateġija Ewropa 2020 għandu jqis l-effetti serji u inugwali li l-kriżi ekonomika u finanzjarja kellha fuq l-Istati Membri u r-reġjuni, u għandu jkun intelliġenti u bbilanċjat għal raġunijiet ta’ koerenza u effikaċja; billi jista’ madankollu jikkunsidra miżuri oħra, bħal pereżempju l-infrastruttura, is-suq intern u miżuri tal-kapaċità amministrattiva; billi għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi territorjali differenti, u tingħata attenzjoni speċjali lir-reġjuni tal-UE msemmija fl-Artikoli 174 u 349 tat-TFUE;
F. billi r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropa 2020, għalkemm ġie postpost fl-2015, hu fuq kollox opportunità biex jiġi vvalutat (u rikonoxxut) il-kontribut tal-politika ta’ koeżjoni biex jinkisbu l-miri tal-istrateġija u biex jitjiebu l-interazzjonijiet u r-rabtiet eżistenti bejn diversi politiki tal-UE u mal-baġit tal-UE, bil-ħsieb li dawn jaġixxu bħala xprun effettiv għall-implimentazzjoni tal-istrateġija; billi dan l-istadju huwa essenzjali għat-tfassil tal-politika ta’ koeżjoni futura, bħala politika tal-investiment fil-livell tal-UE, filwaqt li tingħata prijorità għat-tnaqqis tad-disparitajiet tal-iżvilupp u jiġi aċċellerat mill-ġdid il-proċess ta’ konverġenza;
L-Istrateġija Ewropa 2020 u l-interrelazzjoni tagħha mal-politika ta' koeżjoni
1. Ifakkar li l-Istrateġija Ewropa 2020 hija strateġija komprensiva u fit-tul għal "tkabbir u impjiegi" tal-Unjoni Ewropea, imsejsa fuq ħames objettivi ambizzjużi: l-impjiegi, l-innovazzjoni, it-tibdil fil-klima u s-sostenibbiltà tal-enerġija, l-edukazzjoni, u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jinnota li l-objettivi huma akkumpanjati minn seba’ inizjattivi emblematiċi u jinnota li l-isfidi identifikati fl-2010 ġew indirizzati b’mod inugwali u li l-progress fil-livell tal-UE fir-rigward tal-ilħuq ta’ wħud minnhom, bħal pereżempju l-ġlieda kontra l-qgħad, għadu moderat; jenfasizza li l-UE għandha tikkonċentra fuq it-tkabbir u l-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll fuq impjiegi deċenti sabiex jinkisbu benefiċċji fit-tul mill-investimenti tagħha;
2. Jenfasizza l-fatt li l-progress fl-ugwaljanza bejn is-sessi jista’ jikkontribwixxi wkoll għat-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp sostenibbli u l-koeżjoni soċjali;
3. Jirrimarka li qafas tal-governanza ekonomika tal-UE u l-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni tiegħu, is- "Semestru Ewropew", ġew stabbiliti fl-2010 biex jiġu żgurati l-koordinazzjoni tal-politiki fiskali tal-Istati Membri, ir-riformi strutturali u allinjament aħjar tal-politiki baġitarji nazzjonali dwar it-tkabbir u l-impjiegi fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-istrateġija; jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li għad iridu jiġu indirizzati l-isfidi ta' koordinazzjoni u ta' sinkronizzazzjoni ulterjuri;
4. Jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni għall-2007-2013, allinjata mal-predeċessur tagħha, l-Istrateġija ta' Lisbona u bl-istess objettivi ewlenin, kienet diġà fil-fażi ta' implimentazzjoni meta tnediet l-Istrateġija Ewropa 2020, u li programmazzjoni mill-ġdid skont l-objettivi tal-istrateġija l-ġdida għalhekk kienet tkun diffiċli u kontroproduttiva; jirrimarka, madankollu, li, fi żmien ta’ kriżi ekonomika globali, il-politika ta’ koeżjoni ma kinitx biss l-uniku sors ta’ investiment għal ħafna Stati Membri, iżda wkoll, permezz tas-sistema ta' allokazzjoni rikjesta mill-Istrateġija ta’ Lisbona, appoġġat u kkontribwiet b’mod sostanzjali għall-politiki tal-pajjiżi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija, kif juri s-sitt rapport ta’ koeżjoni u bosta komunikazzjonijiet u studji tal-Kummissjoni; ifakkar li maż-żmien l-Istrateġija ta’ Lisbona tilfet l-impenn tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet, u li governanza tal-Ewropa 2020 hija partikolarment konsistenti mal-prinċipji u l-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni, li jista’ jiżgura impenn ta' sjieda konġunta fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġija;
5. Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet ex post għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, biex tipprovdi informazzjoni dwar l-output u l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati kif ukoll il-kontribut konkret tal-politika ta' koeżjoni għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020; jenfasizza kemm hu importanti li jinftehmu r-realtajiet u l-limitazzjonijiet tal-evidenza disponibbli dwar il-kontribut tal-politika ta’ koeżjoni għall-ilħuq tal-objettivi komprensivi tal-istrateġija u li jitqies it-taqlib li ġarrbu l-ekonomiji tal-UE, speċjalment fil-każ ta’ dawk il-pajjiżi li ntlaqtu ħażin ħafna waqt il-kriżi; japprezza li dawk il-konklużjonijiet jafu jkunu siewja għall-implimentazzjoni attwali tal-istrateġija;
6. Jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni hija l-istrument ewlieni tal-UE, li jkopri r-reġjuni kollha, għal investiment fl-ekonomija reali, u sservi bħala l-espressjoni tas-solidarjetà Ewropea billi testendi t-tkabbir u l-prosperità u tnaqqas id-differenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali; jindika li l-politika ta’ koeżjoni hija kompletament allinjata mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u tipprovdi l-qafas ta’ investiment meħtieġ, iżda mhix sempliċiment għodda għall-implimentazzjoni tagħha; jenfasizza, f’dan il-kuntest, li permezz tal-konċentrazzjoni tematika, il-Fondi SIE skont l-arkitettura l-ġdida huma orjentati lejn 11-il objettiv tematiku derivati direttament mill-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, u li l-prekundizzjonijiet marbuta direttament ma’ dawn l-objettivi tematiċi ġew stabbiliti sabiex jiġi żgurat li l-investimenti jsiru b’mod li jimmassimizza l-effikaċja tagħhom; jenfasizza l-appoġġ sħiħ tiegħu għal dan l-approċċ ġdid, li se jikkontribwixxi biex tiżdied l-effikaċja tal-infiq;
7. Jenfasizza l-fatt li l-politika ta’ koeżjoni qed tiżviluppa sinerġiji ma’ politiki oħra tal-UE bħas-suq uniku diġitali, l-unjoni tal-enerġija, is-suq uniku tal-kapital u l-politika soċjali u li, permezz tal-istrumenti u l-objettivi kollha tagħha, inklużi l-istrateġiji makroreġjonali, l-aġenda urbana, l-aġenda territorjali, l-investiment fl-SMEs, tkabbir intelliġenti u strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, qed tikkontribwixxi sostanzjalment biex jissaħħaħ is-suq uniku u biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020; jitlob f’dan il-kuntest lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali fl-Ewropa biex ifasslu strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u jisfruttaw is-sinerġiji bejn id-diversi strumenti tal-UE, nazzjonali u reġjonali, kemm pubbliċi kif ukoll privati;
8. Jindika l-konnessjoni ma’ proċess ta’ governanza ekonomika usa’ permezz ta’ miżuri li jorbtu l-effikaċja tal-Fondi SIE ma’ governanza ekonomika soda; jistieden lill-Istati Membri jaġixxu b’responsabilità sħiħa sabiex safejn ikun possibbli tiġi evitata l-applikazzjoni tagħhom u sabiex ikunu prevenuti l-impatti negattivi fuq l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE u fuq l-ilħuq tal-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni; jenfasizza, barra minn hekk, li għandu jingħata appoġġ lill-Istati Membri li qed jesperjenzaw diffikultajiet baġitarji temporanji; jilqa’ l-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà fi ħdan ir-regoli eżistenti tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (COM(2015)0012) bil-għan li tissaħħaħ ir-rabta bejn l-investiment, ir-riformi strutturali u l-użu tar-riżorsi biex ikun promoss it-tkabbir sostenibbli fit-tul u jiġi faċilitat il-progress lejn l-objettivi tal-Ewropa 2020;
9. Jenfasizza bi tħassib id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni matul il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali; jirrimarka li, għalkemm maġġoranza kbira tal-programmi operazzjonali issa ġew miftiehma, l-implimentazzjoni nnifisha għadha fi stadju bikri ħafna; jenfasizza, madankollu, li jistgħu jsiru valutazzjonijiet fir-rigward tal-orjentar tar-riżorsi tal-politika lejn prijoritajiet li jikkontribwixxu għal tkabbir sostenibbli u impjiegi; jinnota, f'dan il-kuntest, li skont l-ewwel evalwazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni, l-ammonti allokati għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-appoġġ għall-SMEs, l-ICT, l-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-bini tal-kapaċità żdiedu sostanzjalment meta mqabbla mal-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, filwaqt li l-livell ta' appoġġ għat-trasport u l-infrastruttura ambjentali naqas; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fil-mument tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropa 2020, id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE 2014-2020 jaf xorta tkun għadha nieqsa, u li, bħala riżultat, evalwazzjoni konkreta tal-kontribut ta’ dawn il-fondi biex jinkisbu l-miri tal-istrateġija jaf xorta ma tkunx possibbli f’dak l-istadju; japprezza l-fatt li l-Istati Membri ħadu azzjoni, pereżempju biex jiżguraw li 20 % tar-riżorsi tagħhom jintefqu fuq l-azzjoni klimatika;
10. Jirrikonoxxi li t-twaqqif ta’ qafas tal-prestazzjoni u l-introduzzjoni ta' kundizzjonalitajiet ex ante u rabtiet mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-programmazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni 2014-2020 jistgħu jipprovdu ambjent ta’ investiment aħjar għall-massimizzazzjoni tal-kontribut tal-politika ta’ koeżjoni għall-kisba tal-miri ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020;
Il-momentum tar-rieżami u l-isfidi relatati
11. Ifakkar li l-Kummissjoni nediet il-proċess ta' rieżami tal-istrateġija fl-2014 billi ppubblikat il-komunikazzjoni tagħha intitolata "Evalwazzjoni tal-istrateġija tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv", u jħoss li hi ħasra li ma saritx referenza biżżejjed għall-politika ta' koeżjoni u l-istrumenti assoċjati f'dak id-dokument; japprezza l-fatt li l-proċess kompla b'konsultazzjoni pubblika li saret bejn Mejju u Ottubru 2014 bil-għan li tinġabar evidenza għall-proċess ta' rieżami, u jilqa' l-fatt li r-rilevanza tal-istrateġija u s-sinifikat tal-għanijiet u l-prijoritajiet tagħha ġew ikkonfermati;
12. Jinnota li jitqies li l-inizjattivi emblematiċi qed iservu l-iskop tagħhom, iżda jenfasizza wkoll il-fatt li l-viżibbiltà tagħhom hi meqjusa pjuttost baxxa; jiddispjaċih li l-kriżi ekonomika u finanzjarja aggravat id-disparitajiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li ma sar biżżejjed progress fir-rigward ta' bosta mill-miri ewlenin tal-istrateġija, speċjalment dawk relatati mal-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-faqar u l-esklużjoni soċjali; jilqa' l-konklużjoni magħmula dwar il-ħtieġa li jissaħħu s-sjieda u l-involviment fil-post, billi jiġu kkonsolidati s-sħubiji vertikali u orizzontali bil-ħsieb li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-istrateġija; jenfasizza li l-istrateġija għandha tinkoraġġixxi l-bidla minn orjentazzjoni tal-proċess u l-eżitu għal approċċ ta' orjentazzjoni lejn ir-riżultati reali sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ effiċjenza u l-effikaċja possibbli għall-politiki tal-UE marbuta magħhom;
13. Jilqa' l-pubblikazzjoni regolari mill-Eurostat ta' indikaturi tal-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020; jitlob, madankollu, ammont akbar ta' dettalji reġjonali, u li dawn ikunu aktar preċiżi, fir-rigward tad-data pprovduta fil-livelli NUTS II u NUTS III, li se tkun ta’ importanza dejjem akbar minħabba l-problemi ekonomiċi u soċjali mhux previsti f’diversi reġjuni tal-UE, irrispettivament mil-livell ta’ żvilupp tagħhom; jirrimarka, barra minn hekk, t-tliet dimensjonijiet tal-politika ta’ koeżjoni: ekonomika, soċjali u territorjali — u jqis, fid-dawl ta’ dan, li m’għandux jitkejjel biss fuq il-bażi ta’ indikaturi ekonomiċi; jitlob, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu d-diskussjoni u jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni aktar effiċjenti fl-iżvilupp ta’ sett ta’ indikaturi aktar inklużivi li jikkomplementaw il-PDG, bil-ħsieb li jkunu aktar rilevanti għall-evalwazzjoni tal-progress li sar għall-ilħuq tal-objettivi prijoritarji tal-Istrateġija Ewropa 2020;
14. Jinnota li l-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-Istrateġija Ewropa 2020 hi mistennija qabel tmiem l-2015 u jiddispjaċih dwar dan id-dewmien, peress li inizjalment kienet ipprogrammata għall-bidu tal-2015; jenfasizza li, għal darba oħra, din se sseħħ f’mument pjuttost "inopportun" fiċ-ċiklu tal-politika ta’ koeżjoni, meta jkun qed jiżvolġi l-proċess ta’ implimentazzjoni effettiva; jenfasizza, barra minn hekk, li programmazzjoni mill-ġdid bikrija tkun kompletament kontroproduttiva għall-ippjanar strateġiku fit-tul tal-politika ta' koeżjoni;
15. Jilqa’ t-twaqqif ta’ task force għal implimentazzjoni aħjar tal-fondi tal-UE; jilqa’ wkoll it-twaqqif tas-'Servizz ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali', li uffiċjalment beda jiffunzjona fl-1 ta’ Lulju 2015 u li se jipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri bil-għan ta' implimentazzjoni aktar effettiva tar-riformi strutturali u tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;
16. Jirrikonoxxi, fl-istess ħin, li jeħtieġ titqies l-evoluzzjoni tal-perspettiva ekonomika, l-użu ta' strumenti ġodda, il-progress li jkun sar lejn l-objettivi tal-istrateġija u l-ħtieġa konsegwenti li jsiru aġġustamenti operazzjonali;
17. Jitlob għalhekk li l-kamp ta' applikazzjoni tar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropa 2020 ikun intelliġenti u bbilanċjat, u li jkun iffokat fuq titjib fl-interrelazzjonijiet bejn il-ħames objettivi tal-istrateġija u l-inizjattivi emblematiċi tagħha u fuq l-identifikazzjoni ta' metodi ta' kif jistgħu jiġu implimentati u evalwati aħjar mingħajr ma jinħolqu saffi addizzjonali ta' kumplessità u piż amministrattiv eċċessiv; jenfasizza li dan għandu jqis il-punti sodi u d-dgħjufijiet tal-ekonomija tal-UE, l-inugwaljanzi li qed jikbru (bħal pereżempju fil-ġid), il-livell għoli ta’ qgħad u l-livell għoli ta’ dejn pubbliku; jenfasizza li, b’mod parallel mal-enfasi fuq il-kriterji makroekonomiċi tal-governanza fiskali u ekonomika, għandha ssir ħidma biex jitlaħqu l-miri ewlenin kollha tal-Istrateġija Ewropa 2020; iqis li għandha tingħata wkoll attenzjoni lil sostenibbiltà ambjentali u soċjali akbar, u aktar inklużjoni soċjali u ugwaljanza bejn is-sessi; jenfasizza l-importanza ta’ appoġġ kontinwu mis-servizzi tal-Kummissjoni għall-awtoritajiet tal-Istati Membri fit-titjib tal-kapaċità amministrattiva;
18. Itenni t-talbiet tiegħu biex jissaħħu d-dimensjonijiet tar-responsabbiltà, tas-sjieda, tat-trasparenza u tal-parteċipazzjoni tal-istrateġija billi jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet konċernati u interessati rilevanti kollha tas-soċjetà ċivili mit-tfassil tal-miri u l-iżvilupp tal-objettivi sal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija; jinsisti dwar l-importanza kruċjali ta’ struttura tal-governanza msaħħa bbażata fuq il-governanza f’diversi livelli, strutturi ta’ inċentivi, approċċ effettiv b'taħlita tal-approċċi minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq, il-mudell ta’ sħubija tal-politika ta’ koeżjoni u sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat b’mod ġenerali, għall-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni tal-partijiet interessati kollha, sabiex tiġi żgurata kapaċità effettiva biex jinkisbu l-għanijiet fit-tul; ifakkar li, skont l-oqfsa istituzzjonali u legali tal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli wkoll għall-investiment pubbliku u għalhekk għandhom jiġu rikonoxxuti bħala atturi ewlenin fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;
19. Jissuġġerixxi, barra minn hekk, li l-impenn tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-partijiet konċernati fil-proġett tal-Istrateġija Ewropa 2020 għandu jiġi mġedded fil-forma ta’ patt bejn dawk is-sħab, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, sabiex tkun żgurata s-sjieda u l-parteċipazzjoni, filwaqt li għandu jiġi adottat kodiċi ta’ kondotta simili għal dak dwar is-sħubija, introdott permezz tal-Politika ta’ Koeżjoni 2014-2020;
20. Jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ ġenwinament territorjali għall-istrateġija Ewropa 2020 bil-għan li l-interventi u l-investimenti pubbliċi jiġu aġġustati skont il-karatteristiċi territorjali u l-ħtiġijiet speċifiċi differenti; iqis li huwa ta’ importanza kbira li jitqarrbu lejn xulxin l-approċċ ġenerali tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-approċċ territorjali tal-Aġenda Territorjali 2020 (TA 2020); huwa tal-fehma, barra minn hekk, li miri reġjonali volontarji mfassla apposta tal-Ewropa 2020 għandhom ikunu possibbli, u għandhom jiġu diskussi fil-livell reġjonali mingħajr ma jiżdied il-piż burokratiku fil-post; jenfasizza li tali miri reġjonali speċifiċi volontarji għandhom ikunu konsistenti mal-arkitettura ġenerali tal-istrateġija u jiġu inklużi fi ħdan il-miri ddefiniti minn qabel; ifakkar ukoll, f’dan ir-rigward, l-importanza ta’ strateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità;
21. Jirrikonoxxi r-rwol sinifikanti tal-bliet u ż-żoni urbani bħala xprun għat-tkabbir u l-impjiegi, u jesiġi li r-rieżami tal-Istrateġija Ewropa 2020 jqis ukoll approċċ olistiku usa' għall-iżvilupp futur tal-bliet bħala entitajiet li jaqdu rwol attiv fl-ilħuq tal-objettivi tal-Ewropa 2020; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tqis kif jixraq id-Dikjarazzjoni ta’ Riga dwar l-Aġenda Urbana, fid-dawl tar-rwol fundamentali li jiżvolġu ż-żoni urbani, ikunu ta' liema daqs ikunu; jenfasizza, b’mod partikolari, il-ħtieġa għal strateġija li tqis il-ħtiġijiet speċifiċi ta' żoni urbani żgħar u ta’ daqs medju fuq il-bażi ta’ approċċ li jibni sinerġiji mal-Aġenda Diġitali u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;
22. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar ir-rwol ta' aspetti territorjali bħala fatturi ta' tkabbir ekonomiku, ħolqien ta' impjiegi u żvilupp sostenibbli, u jesiġi li r-rieżami tal-Istrateġija Ewropa 2020 jindirizza l-impatti territorjali u jipprovdi gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati; itenni l-importanza ta’ konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan ir-rigward, minħabba li dawn għandhom irwol importanti fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali; jenfasizza wkoll ir-rwol li l-istrateġiji makroreġjonali u l-kooperazzjoni territorjali Ewropea b’mod ġenerali jista’ jkollhom fl-implimentazzjoni b’suċċess tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, peress li ħafna proġetti tal-iżvilupp jinvolvu żoni transkonfinali, inklużi bosta reġjuni u pajjiżi, u huma kapaċi jiżviluppaw reazzjonijiet ibbażati fuq il-post għall-isfidi fit-tul;
23. Jinnota l-importanza tal-istrument tal-investiment ġdid tal-UE, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), li se jappoġġa l-mobilizzazzjoni ta’ massimu ta' EUR 315 biljun f’investimenti, bil-għan li titnaqqas id-differenza fl-investiment fl-UE u li jiġi mmassimizzat l-impatt tal-infiq pubbliku; jenfasizza li l-FEIS għandu jkun addizzjonali għall-Fondi SIE, u jikkomplementahom; jiddispjaċih dwar il-fatt li mhuwiex marbut b’mod ċar mal-Istrateġija Ewropa 2020, iżda jqis li, permezz tal-objettivi tiegħu u l-għażla ta’ proġetti sostenibbli u vijabbli għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija f’oqsma speċifiċi;
24. Jenfasizza, barra minn hekk, li huwa essenzjali li jiġu żgurati koerenza u s-sinerġiji totali bejn l-istrumenti kollha tal-UE, billi jiġu kkunsidrati l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti bħala wieħed mill-istrumenti ta’ investiment ewlenin, sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni jew il-kontradizzjonijiet bejniethom jew bejn il-livelli differenti ta’ implimentazzjoni tal-politiki; jitlob, għaldaqstant, li r-rieżami tal-Istrateġija Ewropa 2020 jikkonfermaha bħala l-qafas strateġiku fit-tul tal-UE għat-tkabbir u l-impjiegi u jindirizza din l-isfida ta' koordinazzjoni tal-istrumenti tal-politiki, inkluż l-FEIS, bil-ħsieb li r-riżorsi disponibbli kollha jintużaw b'mod effettiv u li jinkisbu r-riżultati mistennija fir-rigward tal-miri strateġiċi komprensivi;
25. Jitlob lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li tippromwovi l-iżvilupp armonjuż ġenerali tal-UE u fil-perspettiva tar-rwol ewlieni tal-politika ta’ koeżjoni għall-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, biex meta tkun qed tirrieżamina l-miri u l-għanijiet tal-istrateġija tqis il-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet ta’ territorji speċifiċi, bħal dawk taż-żoni rurali, iż-żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, ir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti, il-gżejjer, ir-reġjuni transkonfinali, ir-reġjuni muntanjużi u r-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-UE, f’konformità mal-Artikoli 174 u 349 tat-TFUE; jindika, f’dan il-kuntest, il-potenzjal ta' dawn ir-reġjuni f’oqsma bħall-bijoteknoloġija, l-enerġija rinnovabbli u l-bijodiversità;
26. Jenfasizza r-riżultati mtejba li jirriżultaw meta tiżdied il-kwantità, il-kwalità u l-impatt tal-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni, permezz tal-użu koordinat tal-istrumenti tal-politika ta' koeżjoni u l-programm Orizzont 2020 fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropa 2020; jitlob lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, biex issaħħaħ l-interazzjonijiet u s-sinerġiji kollha possibbli bejn dawn iż-żewġ oqfsa politiċi importanti fir-rieżami tal-miri u l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u li twaqqaf sistema ta’ rintraċċar ibbażata fuq l-internet għall-identifikazzjoni ta' każijiet ta’ taħlit ta’ finanzjament mill-Fondi SIE ma' Orizzont 2020, FEIS u programmi oħra ffinanzjati mill-Komunità; jilqa’ wkoll il-pjan li jiġi introdott "siġill ta’ eċċellenza" għal dawk l-applikanti li jiġu evalwati bħala eċċellenti iżda ma jkunux jistgħu jiksbu finanzjament minn Orizzont 2020, sabiex jgħinuhom jaċċessaw il-Fondi SIE;
27. Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi proċess kontinwu ta’ valutazzjoni koerenti sabiex jivvaluta regolarment il-progress tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 u jissuġġerixxi miżuri xierqa għall-kisba tagħhom, kif ukoll rakkomandazzjonijiet għall-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2020; jenfasizza wkoll ir-rwol tal-PE li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-politika ta’ koeżjoni b’mod koordinat, mhux biss fi ħdan il-Parlament, iżda wkoll mal-istituzzjonijiet rilevanti kollha; jitlob, f’dan ir-rigward, l-involviment f’waqtu tal-Parlament fid-diskussjonijiet rilevanti kollha mmirati lejn it-tfassil tal-politiki koperti mill-istrateġija, it-twettiq u l-evalwazzjoni tagħhom; jindika l-importanza li f’dawn l-iskambji ta' fehmiet jiġu mobilizzati wkoll il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-parlamenti nazzjonali u reġjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali,u l-partijiet konċernati interessati oħra;
Il-politika ta' koeżjoni tal-ġejjieni — titwila aktar fit-tul
28. Iqis li r-rieżami tal-Istrateġija Ewropa 2020, li probabbilment se jsir qabel it-tnedija tal-proposta għar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2014-2020, se jipprovdi l-bażi għall-arkitettura ġejjiena tal-politika ta' koeżjoni wara l-2020, kif ukoll għal strumenti oħra tal-QFP; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza li jiġi indirizzat b'mod effettiv it-tħassib kollu msemmi hawn fuq, filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tal-approċċ strateġiku; ifakkar, barra minn hekk, il-valur miżjud ta’ politika ta’ koeżjoni mifruxa mal-UE kollha, li jeħtieġ li tibqa' wieħed mill-istrumenti prinċipali ta’ investiment tal-UE għat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-protezzjoni tal-klima, filwaqt li tiżgura żvilupp bilanċjat u armonjuż fl-UE, bħala katalista għall-bidla u stimolu tal-prosperità, anke fir-reġjuni inqas żviluppati; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġi żgurat livell sostenibbli ta’ finanzjament għall-Fondi SIE wara l-2020;
29. Jirrimarka li kemm il-politika ta’ koeżjoni ġejjiena kif ukoll l-istrateġija fit-tul tal-UE ġejjiena għandhom jiġu abbozzati qabel it-tmiem tal-mandat attwali tal-Kummissjoni, peress li se jkun hemm l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2019, u li dan jimponi restrizzjonijiet ta’ żmien speċifiċi sinifikanti fuq il-koleġiżlaturi fir-rigward tal-kalendarju għan-negozjati, u fuq il-Kummissjoni l-ġdida u l-Istati Membri fir-rigward tal-preparazzjoni u l-adozzjoni tal-ftehimiet ta’ sħubija ġodda u l-programmi operazzjonali ġodda qabel il-bidu tal-QFP li jmiss; jinnota, fl-istess ħin, li se jkunu bdew in-negozjati dwar il-QFP ġejjieni; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tqis ir-restrizzjonijiet speċifiċi kollha li jinħolqu minħabba l-interkonnessjonijiet u r-rekwiżiti tal-koordinazzjoni taż-żmien u biex tiżviluppa approċċ koerenti fir-rigward tal-istrateġija ġejjiena fit-tul għat-tkabbir u impjiegi sostenibbli tal-UE, il-baġit tal-UE, il-politika ta' koeżjoni b'mod partikolari u strumenti oħra taħt il-QFP;
o o o
30. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni.
Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u governanza ekonomika soda
457k
108k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u governanza ekonomika soda: linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (2015/2052(INI))
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-miżuri li jorbtu l-effettività tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment ma' governanza ekonomika soda skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (COM(2014)0494) (minn hawn 'il quddiem "il-Linji gwida"),
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 4, 162, 174 sa 178 u 349 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006(1) (minn issa 'l quddiem "ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni"),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 23, inkluża fid-Dikjarazzjonijiet marbuta mar-Regolament (UE) Nru 1303/2013(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar l-effetti tar-restrizzjonijiet baġitarji għall-awtoritajiet reġjonali u lokali rigward in-nefqa tal-Fondi Strutturali tal-UE fl-Istati Membri(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-Politika ta' Koeżjoni għall-ksib tal-objettivi ta' Lisbona u tal-UE2020(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar is-seba' u t-tmien rapporti ta' progress tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE u r-Rapport Strateġiku tal-2013 dwar l-implimentazzjoni tal-programm għal bejn l-2007 u l-2013(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2014(6),
– wara li kkunsidra s-sitt rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bit-titolu "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi: il-promozzjoni tal-iżvilupp u govenanza tajba fir-reġjunijiet u bliet tal-UE, tat-23 ta' Lulju 2014,
– wara li kkunsidra r-rapport strateġiku tal-Kummissjoni tal-2013 dwar l-implimentazzjoni tal-programm għal bejn l-2007 u l-2013, tat-18 ta' April 2013 (COM(2013)0210),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Frar 2015 dwar linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-miżuri li jorbtu l-effettività tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (FSIE) ma' governanza ekonomika soda,
– wara li kkunsidra l-istudju tal-Parlament ta' Jannar 2014 bit-titolu "Il-Governanza Ekonomika Ewropea u l-Politika ta' Koeżjoni" (Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni),
– wara li kkunsidra t-tgħarrif tal-Parlament ta' Diċembru 2014 bit-titolu "Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u governanza ekonomika soda: linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni "(Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment B: Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0268/2015),
A. billi l-politika ta' koeżjoni hi politika bbażata fuq it-TFUE, u hija espressjoni ta' solidarjetà Ewropea, intiża biex issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE u, b'mod partikolari, tnaqqas id-disparitajiet bejn ir-reġjuni, filwaqt li tippromwovi żvilupp soċjoekonomiku bilanċjat u armonjuż; billi hija wkoll politika ta' investiment li tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;
B. billi l-qafas leġiżlattiv attwali għall-politika ta' koeżjoni, filwaqt li jistabbilixxi rabtiet mal-Istrateġija tal-UE għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, is-Semestru Ewropew u l-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet relevanti speċifiċi għall-pajjiż u rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, huwa madankollu soġġett għal missjonijiet, objettivi u prinċipji orizzontali speċifiċi ħafna;
C. billi l-qafas legali attwali tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) għandu l-għan li jsaħħaħ il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u s-sinerġiji ma' politiki u strumenti oħra tal-UE;
D. billi teżisti evidenza li governanza tajba u istituzzjonijiet pubbliċi effiċjenti huma essenzjali għal tkabbir ekonomiku fit-tul u sostenibbli, għall-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp soċjali u territorjali, għalkemm teżisti inqas evidenza fir-rigward tal-fatturi makroekonomiċi li jolqtu l-mod ta' kif taħdem il-politika ta' koeżjoni;
E. billi l-imprevedibilità ekonomika u finanzjarja u l-inċertezza legali jistgħu jirriżultaw fi tnaqqis fil-livelli ta' investiment pubbliku u privat, u jpoġġu f'riskju l-ilħuq tal-għanijiet tal-politika ta' koeżjoni;
F. billi l-Linji Gwida jirrigwardaw l-ewwel taqsima ta' miżuri li jorbtu l-effettività tal-Fondi SIE ma' governanza ekonomika soda skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni; billi dan jirreferi għal programmar mill-ġdid u sospensjoni ta' pagamenti li mhumiex obbligatorji, kontrarjament għat-tieni taqsima tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni li jirrikjedi s-sospensjoni tal-impenji jew tal-pagamenti meta l-Istati Membri jonqsu milli jieħdu azzjoni korrettiva fil-kuntest tal-proċess ta' governanza ekonomika;
G. billi, fil-passat, il-livell ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż min-naħa tal-Istati Membri kien baxx, skont dak li jidher mill-evidenza tal-valutazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni fir-rigward ta' 279 rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż maħruġa fl-2012 u l-2013, li uri li 28 rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ġew indirizzati għalkollox jew li deher progress sostanzjali fihom (10 %) u li 136 (48.7 %) kienu kisbu xi progress, iżda għal 115 (41.2 %) ġie reġistrat progress limitat jew inkella ebda progress;
Rabta bejn l-effettività tal-Fondi SIE ma' governanza ekonomika soda
1. Jenfasizza l-importanza tal-istrumenti u r-riżorsi tal-politika ta' koeżjoni biex jinżamm il-livell ta' investiment b'valur miżjud Ewropew fl-Istati Membri u r-reġjuni bil-għan li jissaħħaħ il-ħolqien tal-impjiegi u jittejbu l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi, speċjalment fejn l-investiment naqas b'mod sinifikanti minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja;
2. Jemmen li l-mekkaniżmi ta' governanza ekonomika m'għandhomx ixekklu l-ksib tal-objettivi u l-għanijiet tal-politika tal-Fondi ESI, u fl-istess waqt jirrikonoxxi r-rilevanza tagħhom fil-kontribut għal ambjent makroekonomiku stabbli u politika ta' koeżjoni effiċjenti, effettiva u orjentata lejn ir-riżultati;
3. Iqis li l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għandu jintuża biss bħala l-aħħar alternattiva biex jikkontribwixxi għal implimentazzjoni effiċjenti tal-Fondi ESI;
4. Jenfasizza li l-programmi u l-objettivi tal-Fondi SIE huma ta' natura pluriennali u fit-tul, għall-kuntrarju taċ-ċiklu annwali tas-Semestru Ewropew; jindika, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li tiġi żgurata ċ-ċarezza tal-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni ta' dan tal-aħħar, u jappella għal koordinazzjoni mill-qrib bejn dawn iż-żewġ proċessi u bejn il-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni rispettiva tagħhom;
5. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni tippreżenta White Paper li tqis l-effetti tal-investiment pubbliku fit-tul u tistabbilixxi tipoloġija ta' investimenti ta' kwalità, sabiex dawk li jipproduċu l-aqwa effetti fit-tul ikunu jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar;
6. Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni kellha rwol vitali u wriet kapaċità ta' reazzjoni sinifikanti għar-restrizzjonijiet makroekonomiċi u fiskali fil-kuntest tal-kriżi attwali, permezz tal-ipprogrammar mill-ġdid ta' aktar minn 11 % tal-baġit disponibbli bejn l-2007 u l-2012, bil-għan li tagħti sostenn lill-ħtiġijiet l-aktar urġenti u ssaħħaħ ċerti interventi; jisħaq, f'dan ir-rigward, li f'diversi Stati Membri, il-politika ta' koeżjoni rrappreżentat aktar minn 80 % tal-investiment pubbliku tul il-perjodu 2007-2013;
7. Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi aktar data analitika dwar l-impatt u l-importanza tal-mekkaniżmi makroekonomiċi għall-iżvilupp reġjonali, għall-effettività tal-politika ta' koeżjoni u għall-interazzjoni bejn il-qafas ta' governanza ekonomika Ewropea u l-politika ta' koeżjoni, kif ukoll biex tipprovdi informazzjoni speċifika dwar kif il-politika ta' koeżjoni tikkontribwixxi għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill relevanti;
8. Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu mill-flessibilità eżistenti taħt ir-regoli tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir;
Programmar mill-ġdid skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
9. Ifakkar li kwalunkwe deċiżjoni rigward l-ipprogrammar mill-ġdid jew sospensjoni skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni jeħtieġ tintuża biss f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, u trid tkun ikkunsidrata tajjeb, iġġustifikata bir-reqqa u implimentata b'mod kawt, b'indikazzjoni tal-programmi jew il-prijoritajiet ikkonċernati bil-għan li tiġi żgurata t-trasparenza u tkun tista' ssir verifika u rieżami; jenfasizza, barra minn hekk, li dawn id-deċiżjonijiet m'għandhomx iżidu d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-reġjuni u l-Istati Membri minħabba l-ambjent soċjoekonomiku jew il-pożizzjoni ġeografika u l-ispeċifiċitajiet tagħhom fis-sens tal-Artikoli 174 u 349 tat-TFUE;
10. Iqis li l-ftehimiet u l-programmi ta' sħubija adottati fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali kkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż relevanti u r-rakkomandazzjonijiet relevanti tal-Kunsill, biex b'hekk żguraw li jkun hemm raġunijiet tajbin biex jiġi evitat kwalunkwe programmar mill-ġdid fuq perjodu ta' żmien medju, dment li l-kundizzjonijiet ekonomiċi ma jmorrux sostanzjalment għall-agħar;
11. Jisħaq li l-ipprogrammar mill-ġdid frekwenti jkun kontroproduttiv u għandu jiġi evitat bil-għan li ma jxekkilx il-ġestjoni tal-fond jew idgħajjef l-istabilità u l-prevedibilità tal-istrateġija ta' investiment pluriennali u biex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv, inkluż fuq l-assorbiment tal-Fondi SIE;
12. Jilqa' l-approċċ kawt tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ipprogrammar mill-ġdid, kif ukoll l-intenzjoni tagħha li żżommu għall-minimu meħtieġ; jitlob li jkun hemm approċċ ta' 'twissija bikrija' bil-għan li l-Istati Membri kkonċernati jiġu infurmati dwar it-tnedija tal-proċedura ta' programmar mill-ġdid skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, u jenfasizza li kwalunkwe talba għal programmar mill-ġdid għandha tiġi ppreċeduta minn konsultazzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ;
13. Jitlob lill-Kummissjoni twettaq, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati, analiżi komprensiva tal-għażliet kollha li huma disponibbli għajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni biex tindirizza kwistjonijiet li jistgħu jwasslu għal talba għal programmar mill-ġdid;
14. Jiddeplora kwalunkwe żieda sproporzjonata fil-piż amministrattiv u l-ispejjeż sussegwenti għal kull livell tal-amministrazzjoni kkonċernat, minħabba l-iskadenzi qosra u l-kumplessità tal-proċedura ta' programmar mill-ġdid skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni; iwissi kontra kwalunkwe trikkib bejn il-proċeduri ta' programmar mill-ġdid skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u ċ-ċikli tas-Semestru Ewropew sussegwenti; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibilità li tivvaluta mill-ġdid l-applikazzjoni tal-iskadenzi skont ir-rieżami previst fl-Artikolu 23(16) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;
Il-prinċipji orizzontali skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni
15. Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-Linji Gwida ma jagħmlux referenza espliċita għall-prinċipji ġenerali u orizzontali stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 8 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, u jfakkar li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni trid tikkunsidra u tkun konformi ma' dawn il-prinċipji, b'mod partikolari mal-prinċipji ta' sħubija u governanza f'diversi livelli, u mar-Regolament u l-Qafas Strateġiku Komuni b'mod ġenerali; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tiċċara kif dawn il-prinċipji se jitqiesu b'mod speċifiku fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;
Id-dimensjoni sottonazzjonali tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni
16. Jenfasizza li ż-żieda fid-dejn pubbliku toriġina prinċipalment mill-politiki li jsegwu l-gvernijiet tal-Istati Membri, u jinsab imħasseb serjament dwar in-nuqqas ta' kapaċità li kwistjonijiet makroekonomiċi jiġu indirizzati kif jixraq fil-livell nazzjonali jaf jippenalizza lill-awtoritajiet sottonazzjonali u lill-benefiċjarji u l-applikanti tal-Fondi SIE;
17. Ifakkar li r-regoli dwar il-konċentrazzjoni tematika previsti fil-politika ta' koeżjoni tal-perjodu 2014-2020 jippermettu ċertu livell ta' flessibilità fl-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-Istati Membri u r-reġjuni, u jinnota li l-applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni taf tillimita din il-flessibilità; ifakkar fil-ħtieġa li jiġu kkunsidrati l-isfidi territorjali ewlenin, kif ukoll il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif previst fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;
18. Jitlob lill-Kummissjoni tevalwa, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u s-sħab kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, l-impatt u l-kosteffiċjenza fil-livelli reġjonali u lokali ta' kull miżura adottata skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;
19. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti b'mod attiv fi kwalunkwe programmar mill-ġdid, u huwa tal-fehma li peress li l-Fondi SIE huma marbuta ma' governanza ekonomika soda, is-Semestru Ewropew għandu jingħata dimensjoni territorjali bl-involviment ta' dawk l-awtoritajiet ukoll;
20. Jitlob lill-Kummissjoni taqra l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni f'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, billi tqis is-sitwazzjoni ta' dawk l-Istati Membri u reġjuni li jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet soċjoekonomiċi u fejn il-Fondi SIE jikkostitwixxu sehem sinifikanti tal-investiment, li huwa aktar evidenti fil-kuntest ta' kriżi; jisħaq li l-Istati Membri u r-reġjuni, b'mod partikolari dawk li baqgħu lura, m'għandhomx jintlaqtu ulterjorment;
Koordinazzjoni istituzzjonali, trasparenza u responsabilità
21. Ifakkar li koordinazzjoni istituzzjonali soda hija essenzjali sabiex jiġu ggarantiti l-komplementarjetajiet u s-sinerġiji tal-politika tajba, kif ukoll interpretazzjoni xierqa u stabbli tal-qafas ta' governanza ekonomika soda u l-interazzjoni tagħha mal-politika ta' koeżjoni;
22. Jitlob li jkun hemm fluss adegwat ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament, u li jsir dibattitu pubbliku fil-livell politiku xieraq bil-għan li jiġi żgurat fehim komuni fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni; ifakkar, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa għal konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill iddedikata għall-politika ta' koeżjoni inkarigata mid-deċiżjonijiet taħt l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;
23. Iqis li huwa essenzjali li jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabilità billi l-Parlament jingħata sorveljanza demokratika tas-sistema ta' governanza fil-kuntest tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, li jintroduċi limitazzjonijiet importanti fl-approċċ minn isfel għal fuq, li huwa aspett importanti tal-politika ta' koeżjoni;
Sospensjoni tal-pagamenti
24. Ifakkar li s-sospensjoni tal-pagamenti hija kwistjoni deċiża mill-Kunsill abbażi ta' proposta li l-Kummissjoni tista' tadotta fil-każ li l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jieħu azzjoni effettiva; jissottolinja s-salvagwardji legali importanti stabbiliti mill-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni bil-għan li tiġi żgurata l-eċċezzjonalità tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni;
25. Jenfasizza n-natura penalizzanti ta' kwalunkwe sospensjoni tal-pagamenti, u jitlob lill-Kummissjoni tagħmel użu mis-setgħa diskrezzjonali tagħha biex tipproponi s-sospensjoni tal-pagamenti bl-akbar kawtela u b'konformità stretta mal-Artikolu 23(6) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, wara li tkun ivvalutat kif jixraq l-informazzjoni u l-elementi relevanti kollha li jirriżultaw mid-djalogu strutturat, kif ukoll l-opinjonijiet espressi permezz tiegħu;
26. Jilqa', fil-kuntest tal-kriterji għad-determinazzjoni tal-programmi li għandhom jiġu sospiżi u l-livell ta' sospensjoni skont l-ewwel taqsima, l-approċċ kawt adottat fil-Linji Gwida fejn ser jitqiesu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri billi jiġu kkunsidrati fatturi mitiganti simili għal dawk previsti fis-sospensjonijiet skont l-Artikolu 23(9) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;
27. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi skadenza għat-tneħħija tas-sospensjoni skont l-Artikolu 23(8) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;
Ir-rwol tal-Parlament fil-qafas tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni
28. Jiddispjaċih li l-Linji Gwida ma jagħmlu l-ebda referenza għar-rwol tal-Parlament, minkejja l-fatt li r-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni ġie adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u minkejja l-appelli konsistenti tal-Parlament biex tissaħħaħ ir-responsabilità u l-kontroll demokratiċi fil-kuntest tal-governanza ekonomika;
29. Iqis li l-involviment tal-Parlament, bħala l-garanti demokratiku ewlieni għall-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 23(15) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, għandu jiġi formalizzat permezz ta' proċedura ċara li tippermetti lill-Parlament Ewropew jiġi kkonsultat fl-istadji kollha fir-rigward tal-adozzjoni ta' talbiet għal programmar mill-ġdid jew ta' kwalunkwe proposta jew deċiżjoni dwar is-sospensjoni tal-impenji jew tal-pagamenti;
30. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm kollaborazzjoni kostanti, ċara u trasparenti fil-livell interistituzzjonali, u jqis li tali proċedura għandha tinkludi, minn tal-inqas, dawn il-passi li ġejjin:
—
il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li huma relevanti fil-kuntest tal-Fondi SIE, kif ukoll dwar il-programmi ta' assistenza finanzjarja, jew modifiki rispettivi, li jistgħu jwasslu għal talba għal programmar mill-ġdid skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;
—
il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament dwar kwalunkwe talba għal programmar mill-ġdid skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni jew dwar kwalunkwe proposta għal deċiżjoni li jiġu sospiżi l-pagamenti skont l-Artikolu 23(6) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, biex b'hekk tippermetti lill-Parlament jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu fil-forma ta' riżoluzzjoni qabel ma tieħu passi ulterjuri;
—
il-Kummissjoni għandha tqis il-pożizzjoni espressa mill-Parlament u kwalunkwe element li jirriżulta mid-djalogu strutturat skont l-Artikolu 23(15) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni jew opinjonijiet espressi permezz ta' tali djalogu;
—
il-Kummissjoni għandha tkun mistiedna mill-Parlament biex tispjega jekk l-opinjonijiet tal-Parlament ġewx ikkunsidrati fil-proċess, kif ukoll jekk sarx xi segwitu ieħor għad-djalogu strutturat;
—
il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandhom jiġu infurmati u jinstemgħu dwar talbiet għal programmar mill-ġdid;
—
Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu djalogu fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, billi jiżguraw koordinazzjoni interistituzzjonali u fluss xieraq ta' informazzjoni, waqt li jingħata lok għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' kwalunkwe proċedura skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni;
31. Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-impatt u r-riżultati miksuba fl-applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, fil-kuntest tar-rieżami tal-applikazzjoni tiegħu f'konformità mal-paragrafu 17 ta' dan l-Artikolu, fosthom billi tagħti dettalji dwar sa liema punt kull talba għal programmar mill-ġdid kienet ibbażata fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill relevanti, jew safejn saħħet l-impatt tat-tkabbir u l-kompetittività tal-Fondi SIE disponibbli għall-Istati Membri taħt programmi ta' assistenza finanzjarja, kif ukoll billi tipprovdi d-data dwar kwalunkwe ammont sospiż u l-programmi kkonċernati;
o o o
32. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom.