Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 17 ta' Diċembru 2015 - Strasburgu
It-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku, is-setgħat, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tiegħu
 Ibrahim Halawa, li qed jiffaċċa l-possibiltà tal-piena tal-mewt
 Is-sitwazzjoni fil-Maldivi
 Il-Malasja
 Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-UE u l-Vjetnam (protokoll biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja) ***
 Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-UE u l-Vjetnam (approvazzjoni) ***
 Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-UE u l-Vjetnam (riżoluzzjoni)
 L-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa
 Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2014 u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni
 L-20 anniversarju mill-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton
 Esportazzjoni tal-armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK
 Il-privattivi u d-drittijiet ta' min inissel il-pjanti
 Is-sitwazzjoni fil-Burundi
 Il-protezzjoni tal-Park Nazzjonali tal-Virunga fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

It-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku, is-setgħat, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tiegħu
PDF 336kWORD 76k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar it-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku, is-setgħat, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tiegħu (2015/3037(RSO))
P8_TA(2015)0462B8-1424/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba mressqa minn 283 Membru għat-twaqqif ta' kumitat ta' inkjesta biex jinvestiga l-ksur u l-amministrazzjoni ħażina allegati fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku,

–  wara li kkunsidra l-proposta mill-Konferenza tal-Presidenti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta' April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa(4), u l-proċeduri ta' ksur li għaddejjin f’dan ir-rigward ,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku(6), li titlob li ssir investigazzjoni eżawrjenti dwar ir-rwol u r-responsabbiltà tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, fid-dawl, inter alia, tal-problemi stabbiliti fir-rapport tal-2011 taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6) (D042120),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fit-28 ta' Ottubru 2015 mill-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur (TCMV) stabbilit bl-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2007/46/KE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li jwaqqaf Kumitat ta' Inkjesta biex jinvestiga l-ksur u l-amministrazzjoni ħażina allegati fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku, bla preġudizzju għall-ġurisdizzjonijiet tal-qrati nazzjonali jew tal-Unjoni;

2.  Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu:

   jinvestiga n-nuqqas allegat min-naħa tal-Kummissjoni li taqdi l-obbligu impost mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, li tibqa' tirrevedi ċ-ċikli ta' ttestjar użati biex jitkejlu l-emissjonijiet u li tadattahom, jekk ma jkunux għadhom xierqa jew ma jirriflettux aktar is-sitwazzjoni reali tal-emissjonijiet, b'tali mod li jirriflettu b'mod xieraq l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan reali fit-toroq, minkejja informazzjoni relatata ma' eċċessi serji u persistenti tal-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet għall-vetturi fl-użu normali, bi ksur tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, inklużi r-rapporti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni għall-2011 u l-2013 u r-riċerka mill-Kunsill Internazzjonali dwar it-Trasport Nadif (International Council on Clean Transportation, ICCT) li saret disponibbli f'Mejju 2014;
   jinvestiga n-nuqqas allegat min-naħa tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet tal-Istati Membri li jieħdu azzjoni xierqa u effettiva biex jissorveljaw l-infurzar ta', u li jinfurzaw il-projbizzjoni espliċita fuq tagħmir ta' riduzzjoni, kif previst fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007;
   jinvestiga n-nuqqas allegat min-naħa tal-Kummissjoni li tintroduċi f'waqthom testijiet li jirriflettu kundizzjonijiet reali tas-sewqan u li tadotta miżuri li jindirizzaw l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni, kif previst fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007;
   jinvestiga n-nuqqas allegat min-naħa tal-Istati Membri li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar penalitajiet effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli għall-ksur mill-manufatturi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, inklużi l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni, ir-rifjut li jipprovdu aċċess għall-informazzjoni, u l-falsifikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew tal-konformità waqt is-servizz, kif stipulat fl-Artikolu 13(1) u (2) ta' dak ir-Regolament;
   jinvestiga n-nuqqas allegat min-naħa tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dispożizzjoni dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jkunu implimentati kif jirrikjedi l-Artikolu 13(1) ta' dak ir-Regolament;
   jiġbor u janalizza l-informazzjoni biex jivverifika jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri kellhomx evidenza tal-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni qabel l-Avviż ta' Ksur (Notice of Violation) maħruġ mill-Environmental Protection Agency tal-Istati Uniti tal-Amerika fit-18 ta' Settembru 2015;
   jiġbor u janalizza informazzjoni dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet tad- Direttiva 2007/46/KE, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 30(1), (3) u (4);
   jiġbor u janalizza informazzjoni biex jivverifika jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri kellhomx evidenza tal-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni fit-testijiet ta' emissjonijiet tas-CO2;
   jagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni li jidhirlu li tkun meħtieġa f'din il-materja;

3.  Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu jressaq rapport interim fi żmien sitt xhur mill-bidu tal-ħidma tiegħu u għandu jissottometti r-rapport finali tiegħu fi żmien 12-il xahar mill-bidu tal-ħidma tiegħu;

4.  Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu jkollu 45 membru;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiżgura li din id-deċiżjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(1) ĠU L 113, 19.5.1995, p. 1.
(2) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.
(3) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(4) ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.
(5) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.
(6) Testi adottati, P8_TA(2015)0375.


Ibrahim Halawa, li qed jiffaċċa l-possibiltà tal-piena tal-mewt
PDF 274kWORD 87k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar Ibrahim Halawa, li qed jiffaċċa l-possibiltà tal-piena tal-mewt (2015/3016(RSP))
P8_TA(2015)0463RC-B8-1402/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Eġittu, b’mod partikolari dik tal-15 ta’ Jannar 2015 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu(1) u dik tat-8 ta’ Ottubru 2015 dwar il-piena tal-mewt(2),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE dwar l-Eġittu ta' Awwissu 2013 u Frar 2014,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-2001, li daħal fis-seħħ fl-2004, supplimentat mill-Pjan ta’ Azzjoni UE-Eġittu tal-2007,

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Progress tal-Pajjiż tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) 2014 dwar l-Eġittu tal-25 ta’ Marzu 2015,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet reċenti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar l-Eġittu, inklużi dawk tas-16 ta’ Ġunju 2015 dwar is-sentenzi tal-qorti fl-Eġittu u tal-4 ta’ Frar 2015 dwar l-ikkundannar tal-attivisti fl-Eġittu,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-10 ta’ Ottubru 2015 mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Federica Mogherini, f’isem l-UE, u s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, Thorbjørn Jagland, dwar il-Jum Ewropew u Dinji kontra l-Piena tal-Mewt,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt u l-Linji Gwida għall-politika tal-UE fir-rigward ta’ pajjiżi terzi dwar it-tortura jew trattamenti jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-tortura u trattamenti jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti, li l-Eġittu huwa parti tagħhom; wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, b'mod partikolari dik tat-18 ta’ Diċembru 2014 dwar moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt (A/RES/69/186),

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu,

–  wara li kkunsidra l-Liġi 107 tal-Eġittu tal-24 ta' Novembru 2013 dwar id-dritt għal laqgħat pubbliċi, purċissjonijiet u dimostrazzjonijiet paċifiċi,

–  wara li kkunsidra d-digriet presidenzjali ta’ Novembru 2014 (il-Liġi 140), li jippermetti ċittadini barranin akkużati b’reat kriminali li jintbagħtu lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji u l-Linji Gwida dwar id-Dritt għal Proċess Ġust u Assistenza Legali fl-Afrika, tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli; wara li kkunsidra l-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ċittadin Irlandiż Ibrahim Halawa nżamm il-ħabs għal aktar minn sentejn fuq akkużi li attenda protesta illegali fis-16 u s-17 ta’ Awwissu 2013 waqt li kien fuq vaganza tal-familja fil-Kajr, li matulha d-dimostranti allegatament ikkawża mwiet u ħsara kriminali; billi 97 persuna mietu waqt dawn il-protesti, il-parti l-kbira minnhom minħabba l-użu ta’ forza eċċessiva min-naħa tal-forzi tas-sigurtà; billi Ibrahim Halawa kellu 17 snin — u għaldaqstant kien għadu minorenni taħt id-dritt Eġizzjan u d-dritt internazzjonali — fil-waqt meta ġie arrestat;

B.  billi Ibrahim Halawa ġie arrestat flimkien mat-tliet ħutu bniet, wara li fittxew kenn fil-moskea ta' Al-Fateh meta faqqgħet il-vjolenza waqt dimostrazzjoni; billi t-tliet ħutu bniet sussegwentement inħelsu mill-awtoritajiet;

C.  billi l-prosekutur naqas milli jipprovdi evidenza li Ibrahim Halawa kien involut f’xi att ta’ vjolenza waqt il-protesti; billi l-prosekutur ibbaża għalkollox fuq ix-xhieda u r-rapporti tal-pulizija, u l-investigazzjonijiet mis-servizzi ta’ intelligence; billi l-proċess tiegħu ġiet pospost u aġġornat ripetutament mill-Qorti Eġizzjana, l-aktar reċentement fil-15 ta’ Diċembru 2015; billi dam sena detenut qabel ma tressqu l-akkużi kontrih; billi Ibrahim Halawa qed tistenna, flimkien ma’ 493 persuna, li l-parti l-kbira tagħhom huma adulti, proċess tal-massa li għandu jsir fid-19 ta’ Diċembru 2015, mingħajr ebda garanzija li se jiġu applikati standards minimi għal proċess liberu u ġust, u potenzjalment se jħabbat wiċċu mal-piena tal-mewt jekk jinstab ħati; billi f’Mejju 2015, l-Eġittu ġġustizzja sitt persuni, li wieħed minnhom kien tal-età attwali ta' Ibrahim Halawa;

D.  billi mill-2013 ngħataw għadd kbir ta’ sentenzi tal-mewt, permezz ta’ proċessi tal-massa, kontra allegati membri tal-Fratellanza Musulmana u allegati sostenituri tal-President Morsi li tneħħa mill-kariga; billi dawn il-proċeduri qegħdin jiksru l-obbligi tal-Eġittu taħt id-dritt internazzjonali;

E.  billi l-Artikolu 10 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem jgħid li kull persuna hija intitolata b'ugwaljanza sħiħa għal smigħ ġust u pubbliku quddiem tribunal indipendenti u imparzjali, fid-determinazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi tagħha u ta' kwalunkwe akkuża kriminali kontriha;

F.  billi Ibrahim Halawa qed jinżamm detenut talli eżerċita paċifikament id-drittijiet tiegħu għal-libertà ta’ espressjoni u ta' għaqda u hu meqjus mill-Amnesty International bħala priġunier tal-kuxjenza; billi l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqda huma pilastri indispensabbli ta' kwalunkwe soċjetà demokratika u pluralistika; billi l-Artikolu 73 tal-Kostituzzjoni Eġizzjana jistipula li ċ-ċittadini għandhom id-dritt jorganizzaw laqgħat pubbliċi, mixjiet, dimostrazzjonijiet u kull forma ta’ protesta paċifika;

G.  billi ġie rrappurtat li wara l-kolp ta’ stat militari ta’ Ġunju 2013 ġew arrestati għadd kbir ta’ dimostranti u priġunieri tal-kuxjenza fl-Eġittu; billi l-libertajiet ta' assoċjazzjoni, tal-għaqda u tal-espressjoni baqgħu oqsma ta' tħassib partikolari minn Lulju 2013;

H.  billi Ibrahim Halawa qed iħabbat wiċċu ma' kundizzjonijiet tad-detenzjoni estremament ħorox, li jinkludu atti allegati ta’ tortura u trattamenti oħra krudili, inumani u degradanti waqt l-arrest u d-detenzjoni, filwaqt li ġiet miċħuda lilu l-għajnuna medika u legali; billi skont il-qraba u r-rappreżentanti legali tiegħu, Ibrahim Halawa ilu mill-21 ta’ Ottubru 2015 fuq strajk tal-ġuħ bi protesta kontra d-detenzjoni kontinwa tiegħu, u b’hekk qed jipperikola serjament l-istat ta’ saħħtu;

I.  billi u s-Servizzi tal-Prosekuzzjoni Eġizzjani tat-Tramuntana tal-Kajr u l-Qorti naqsu li jirrikonoxxu lil Ibrahim Halawa bħala minorenni fil-waqt tal-arrest tiegħu, bi ksur tal-obbligi li għandhom l-awtoritajiet Eġizzjani taħt il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li l-Eġittu huwa parti tagħha;

J.  billi kwalunkwe sentenza ta' piena tal-mewt mogħtija lil persuni li jkollhom inqas minn 18-il sena fil-waqt tar-reat, u l-eżekuzzjoni tagħha, huma inkompatibbli mal-obbligi internazzjonali tal-Eġittu;

K.  billi Charles Flanagan, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ Irlandiż, esprima diżappunt dwar l-aġġornament kontinwu tal-każ ta’ Ibrahim Halawa fl-Eġittu; billi uffiċjali konsulari Irlandiżi attendew is-seduti ta' smigħ kollha li saru s'issa u għamlu 48 żjara konsulari lil Ibrahim Halawa, u billi dan jenfasizza l-importanza li l-Gvern Irlandiż jagħti lil dan il-każ;

L.  billi l-Eġittu ħeles lil xi ċittadini barranin taħt digriet presidenzjali maħruġ f’Novembru 2014 li jippermetti li barranin akkużati b’reat kriminali jiġu ddeportati lejn pajjiżhom;

M.  billi, s'issa l-Eġittu naqas milli jimplimenta l-Miżuri Proviżorji mitluba mill-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli f’Marzu 2015 biex tkun garantita l-integrità ta’ Ibrahim Halawa u l-minorenni l-oħra involuti fil-każ billi jeħlishom minnufih bi pleġġ;

N.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha qed jaħdmu biex jiżviluppaw relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-Eġittu u l-poplu tiegħu, bħala ġar u sieħeb importanti, f’firxa wiesgħa ta’ oqsma; billi l-Eġittu għandu l-akbar popolazzjoni fost il-pajjiżi Għarab, b’aktar minn 80 miljun ruħ, u huwa pajjiż kruċjali fin-Nofsinhar tal-Mediterran; billi l-pajjiż qed iħabbat wiċċu ma' tħassib serju fil-qasam tas-sigurtà minħabba l-impatt tal-qagħda tal-pajjiżi ġirien tiegħu; billi l-iżviluppi politiċi, ekonomiċi u soċjali fl-Eġittu għandhom implikazzjonijiet sinifikanti fuq ir-reġjun kollu, u anke lil hinn minn dan ir-reġjun;

1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-ksur inaċċettabbli tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem li jirriżultaw mid-detenzjoni arbitrarja taċ-ċittadin Irlandiż Ibrahim Halawa, u jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jeħilsuh minnufih u mingħajr kundizzjonijiet u jgħadduh f'idejn l-awtoritajiet Irlandiżi skont digriet presidenzjali maħruġ f’Novembru 2014 taħt il-Liġi 140 tal-Eġittu;

2.  Jesprimi t-tħassib l-aktar profond tiegħu dwar il-fatt li l-kundizzjoni ta’ saħħet Ibrahim Halawa ħżienet minħabba l-istrajk tal-ġuħ tiegħu u l-allegati kundizzjonijiet ħżiena fil-ħabs; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jiżguraw, bħala kwistjoni ta’ prijorità, li sakemm dan jibqa’ fil-ħabs, Ibrahim Halawa jinżamm fi stat tajjeb tas-saħħa u ta' benessri; jitlob li l-allegazzjonijiet kollha ta’ tortura u trattament ħażin ta’ Ibrahim Halawa jiġu investigati bir-reqqa u b’mod indipendenti;

3.  Jitlob lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jiżguraw li l-Artikolu 10 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li jiddikjara li "l-persuni kollha mċaħħda mil-libertà tagħhom għandhom jiġu ttrattati b’umanità u b’rispett għad-dinjità intrinsika tal-persuna umana", jiġi rispettat;

4.  Ifakkar lill-awtoritajiet Eġizzjani li l-Eġittu huwa marbut b’ċerti obbligi internazzjonali indisputabbli taħt il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal kif japplikaw għal Ibrahim Halawa; jitlob li l-awtoritajiet Eġizzjani jeliminaw kategorikament it-theddida tal-piena tal-mewt fil-każ li Ibrahim Halawa jinstab ħati, minħabba li ġie arrestat meta kien minorenni;

5.  Itenni l-oppożizzjoni assoluta tal-UE għall-użu tal-piena tal-mewt fi kwalunkwe ċirkostanza, u jitlob moratorju sħiħ fuq l-għoti tal-piena tal-mewt fl-Eġittu; Iħeġġeġ lill-Eġittu jirratifika t-tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1996, bil-għan li tiġi abolita l-piena tal-mewt;

6.  Jinsab imħasseb ħafna dwar in-nuqqas tal-awtoritajiet Eġizzjani li jiggarantixxu d-dritt għal proċess ġust għal Ibrahim Halawa u l-493 kokonvenuti tiegħu, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ opportunità li wieħed jirrevedi jew jikkontesta d-detenzjoni kontinwa tagħhom u l-akkużi miġjuba kontrihom, iċ-ċaħda ripetuta ta’ aċċess għal avukati u l-perjodu twil iżżejjed ta' detenzjoni qabel il-proċess, li jikser l-obbligi nazzjonali u internazzjonali tal-Eġittu;

7.  Jibqa’ konvint li se jkun diffiċli ħafna għall-avukati ta' Ibrahim Halawa li jippreżentaw difiża individwali jekk il-każ tiegħu jinstema’ bħala parti minn proċess tal-massa tal-konvenuti kollha arrestati b’rabta mal-protesti ta’ Awwissu 2013;

8.  Jikkundanna bil-qawwa l-użu ta’ proċess tal-massa fil-proċess ġudizzjarju u jitlob lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jirrispettaw id-dritt internazzjonali u jissalvagwardjaw l-ogħla standards internazzjonali fir-rigward tad-dritt għal proċess ġust u kif jixraq; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jeħilsu lill-persuni detenuti talli eżerċitaw b’mod paċifiku d-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni, tal-għaqda u tal-assoċjazzjoni kif inhuma mħaddna fil-Kostituzzjoni Eġizzjana u konvenzjonijiet internazzjonali oħrajn li l-Eġittu huwa parti tagħhom; jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar id-deterjorament serju tal-ambjent tal-midja; jikkundanna l-proċessi u u l-ikkundannar ta’ ġurnalisti Eġizzjani u barranin, in absentia;

9.  Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Kajr, u lill-Istati Membri, b’mod partikulari l-Irlanda, biex jimmonitorjaw is-seduti ta' smigħ kollha tal-proċess ta’ Ibrahim Halawa u l-kokonvenuti tiegħu; jistenna li s-SEAE iqajjem dan il-każ fl-ogħla livell tad-djalogu tiegħu mal-Eġittu u jirrapporta lura regolarment lill-Parlament dwar il-monitoraġġ tal-proċess; jistieden lill-awtoritajiet Irlandiżi ikomplu jipprovdu l-appoġġ sħiħ ġuridiku u konsulari, flimkien ma' forom oħra ta’ appoġġ, lil Ibrahim Halawa u l-qraba tiegħu, u biex iżuruh regolarment fil-ħabs, kif ukoll lid-delegazzjoni tal-UE; Jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani, fir-rigward taċ-ċittadinanza Ewropea ta' Ibrahim Halawa, biex ikomplu jiffaċilitaw l-aċċess konsulari għall-Gvern Irlandiż;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, u lill-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu u l-gvern interim tiegħu.

(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0012.
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0348.


Is-sitwazzjoni fil-Maldivi
PDF 270kWORD 82k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Maldivi (2015/3017(RSP))
P8_TA(2015)0464RC-B8-1409/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Maldivi, b'mod partikolari dik tas-16 ta' Settembru 2004(1) u dik tat-30 ta' April 2015(2),

−  wara li kkunsidra r-rapport finali tat-22 ta’ Marzu 2014 tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE għall-elezzjonijiet Parlamentari fir-Repubblika tal-Maldivi,

−  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Lokali Konġunta tat-30 ta' Settembru 2014 dwar Theddid għas-Soċjetà Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem fil-Maldivi, maħruġa mid-Delegazzjoni tal-UE bi qbil mal-Ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE u mal-Ambaxxati tan-Norveġja u tal-Isvizzera f'Colombo akkreditati għall-Maldivi,

−  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta' Marzu 2015 mill-President tad-Delegazzjoni tiegħu għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Asja t’Isfel dwar l-arrest tal-ekx-President Mohamed Nasheed fil-Maldivi, u l-ittra tal-10 ta' April 2015 mill-President tal-Kumitat tiegħu għall-Affarijiet Barranin lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Maldivi,

−  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-14 ta' Marzu 2015 tal-Kelliem għall-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-kundanna tal-ex-President, Mohamed Nasheed,

−  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-5 ta' Novembru 2015 mill-Kelliem għall-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar id-dikjarazzjoni ta' stat ta' emerġenza mill-President tal-Maldivi,

−  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li l-Maldive hija stat parti tiegħu,

−  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-18 ta’ Marzu 2015 mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Zeid Ra’ad Al Hussein dwar il-proċess tal-ex-President Mohamed Nasheed,

−  wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 33/2015 (Maldivi) tal-4 ta' Settembru 2015 tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja,

−  wara li kkunsidra d-dokumentazzjoni relatata mal-aħħar Eżami Perjodiku Universali (EPU) quddiem il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU rigward il-Maldivi, tas-6 ta' Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-proċess tal-elezzjonijiet presidenzjali fl-2013, li ġab fis-setgħa lil Abdulla Yameen Abdul Gayoom, kien mgħarraq b'irregolaritajiet;

B.  billi fit-13 ta' Marzu 2015, Mohamed Nasheed, l-ewwel president tal-Maldivi elett demokratikament, ingħata sentenza ta' 13-il sena ħabs fuq akkużi politikament immotivati, u billi dan il-każ ġie kkundannat mill-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja; billi l-proċess tiegħu kien mgħarraq b'irregolaritajiet; billi ex-uffiċjali oħra, inklużi l-ex-Viċi President Ahmed Adeeb u l-ex-Ministri tad-Difiża Mohamed Nazim u Tholhath Ibrahim, ukoll ġew arrestati u mitfugħa l-ħabs;

C.  billi tqajjem tħassib dwar il-ġudikatura politiċizzata ħafna tal-Maldivi, li tul is-snin abbużat il-poteri tagħha u aġixxiet favur il-partit li hu attwalment fis-setgħa u kontra politikanti tal-oppożizzjoni;

D.  billi fl-4 ta' Novembru 2015 il-Gvern tal-Maldivi ddikjara stat ta' emerġenza, li ġie rrevokat sitt ijiem wara, ħaġa li dehret li kienet mezz kif jiġu pprevenuti l-protesti kontra l-gvern mill-massa, u billi l-gvern ġie kkundannat minn għadd kbir ta' nies kullimkien talli ssospenda d-drittijiet bażiċi taċ-ċittadini u talli ta lill-militar u lill-pulizija s-setgħa li jfittxu u jarrestaw b'mod arbitrarju;

E.  billi fis-27 u t-28 ta' Novembru 2015 il-pulizija fil-Maldivi xerrdu dimostranti tal-oppożizzjoni, billi użaw il-gass tad-dmugħ u l-isprej tal-bżar u arrestaw aktar minn tużżana dimostranti li kienu qed jitolbu l-ħelsien tal-ex-President u mexxejja politiċi oħra li jinsabu l-ħabs;

F.  billi Mahfooz Saeed, avukat tad-drittijiet tal-bniedem u membru tat-tim ġuridiku tal-ex-President Mohamed Nasheed, ġie attakkat fl-4 ta' Settembru 2015;

G.  billi moratorju fuq il-piena tal-mewt fil-Maldivi (inklużi sentenzi imposti fuq minorenni li ġew posposti) li kien ġie adottat fl-1953 ġie maqlub f'April 2014;

H.  billi l-parlament għadda leġiżlazzjoni li tagħmilha offiża ta' tradiment li dak li jkun jitlob għal miżuri restrittivi u pieni assoċjati oħra kontra l-Gvern tal-Maldivi u l-membri tiegħu;

I.  billi l-Maldivi ġie identifikat mill-Kumitat tal-Unjoni Interparlamentari dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Membri Parlamentari bħala wieħed mill-agħar pajjiżi fid-dinja għall-attakki kontra membri parlamentari tal-oppożizzjoni, fejn politikanti tal-oppożizzjoni jiġu intimidati, arrestati u mitfugħa l-ħabs fuq bażi regolari; billi l-libertà tal-espressjoni (inkluża l-libertà tal-midja), il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-pluraliżmu demokratiku kulma jmur kienu qed jiġu mhedda aktar u aktar, bl-arrest u l-akkuza ta' mijiet ta' dimostranti ta' kontra l-Gvern;

J.  billi hemm ukoll preokkupazzjonijiet dwar spirtu militanti Iżlamista radikali li qed jiżdied u dwar il-għadd ta' żgħażagħ irġiel u nisa radikalizzati li allegatament ingħaqdu mal-ISIS; billi l-Maldivi hija stmata li, għal kull ras, għandha l-ikbar għadd ta' rekluti tal-ISIS minn kwalunkwe pajjiż ieħor;

K.  billi Ahmed Rilwan, ġurnalist li hu kritiku mill-gvern li "għeb" f'Awwissu 2014, għadu nieqes u hemm il-biża' li x'aktarx jinsab mejjet;

L.  billi l-gajjijiet u l-gruppi Iżlamisti radikali – allegatament f'kooperazzjoni mal-pulizija – spiss jattakkaw istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u individwi li jikkritikaw l-azzjonijiet tal-Gvern jew li huma akkużati li jippromwovu l-ateiżmu, u billi dan joħloq klima ta' intimidazzjoni;

M.  billi kulma jmur hemm aktar fastidju lil, u theddidiet u attakki kontra, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-ex-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Maldivi (HRCM), li l-Qorti Suprema kkritikat talli ressqet rapport għall-Eżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

1.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar id-deterjorament gradwali tal-istandards demokratiċi u t-tendenzi awtoritarji li qed jiżdiedu fil-Maldivi, li qed joħolqu klima ta' biża' u ta' tensjoni politika li tista' tipperikola kwalunkwe gwadann li sar f'dawn l-aħħar snin fl-istabbiliment tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-pajjiż;

2.  Jiddeplora t-trażżin li twettaq fuq l-opponenti politiċi; jistieden lill-Gvern tal-Maldivi jeħles, b'mod immedjat u mingħajr kundizzjonijiet, lill-ex-President Mohamed Nasheed, lill-ex-Viċi President Ahmed Adeeb u lill-ex-Ministri tad-Difiża Tholhath Ibrahim u Mohamed Nazim, flimkien max-Sheikh Imran Abdulla u priġunieri politiċi oħra, u jwaqqgħalhom l-akkużi kollha; jinsab imħasseb ukoll dwar is-saħħa tal-ex-President li sejra lura;

3.  Itenni n-nuqqas kbir ta' sodisfazzjon tiegħu bl-irregolaritajiet serji fil-proċess tal-ex-President Mohamed Nasheed;

4.  Jistieden lill-Gvern Maldivjan jiggarantixxi l-imparzjalità sħiħa tal-ġudikatura u jirrispetta l-proċess korrett tal-liġi u d-dritt għal proċess ġust, imparzjali u indipendenti; jenfasizza l-ħtieġa li l-ġudikatura u s-servizzi tas-sigurtà tal-pajjiż jiġu depolitiċizzati;

5.  Jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu, f'dan il-kuntest, dwar it-tkeċċija tal-Prosekutur Ġenerali, u jfakkar lill-Gvern li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali huwa korp kostituzzjonali indipendenti taħt il-kostituzzjoni tal-Maldivi u li l-Prosekutur Ġenerali għandu jingħata l-kapaċità li jwettaq il-mandat konstituzzjonali leġittimu tiegħu mingħajr indħil politiku arbitrarju jew intimidazzjoni minn fergħat oħra tal-Gvern;

6.  Jinsab serjament inkwetat minħabba t-tnaqqir kostanti tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-użu ħażin tal-istat ta' emerġenza minn setgħat eżekuttivi fil-Maldivi, u minħabba r-riskju ta' deterjorament ulterjuri; ifakkar lir-Repubblika tal-Maldivi fl-impenji internazzjonali tagħha fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tat-tfal;

7.  Jitlob għall-istabbiliment ta' djalogu ġenwin fost il-partijiet politiċi kollha dwar il-ġejjieni ta' dan l-istat ġżira fraġli;

8.  Jistieden lill-Gvern tal-Maldivi jirrispetta u jappoġġja bis-sħiħ id-dritt tal-protesta u d-dritt tal-libertà tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tal-għaqda, u ma jfittixx li jirrestrinġi dawk id-drittijiet; jistieden ukoll lill-Gvern tal-Maldivi jtemm l-impunità għall-vigilanti li jkunu użaw il-vjolenza kontra n-nies li jippromwovu t-tolleranza reliġjuża, id-dimostranti paċifiċi, il-midja kritika u s-soċjetà ċivili; jistieden lill-Maldivi tirrispetta bis-sħiħ l-obbligi internazzjonali;

9.  Jistieden lill-Gvern Maldivjan isalvagwardja d-drittijiet ta' dawk li jmexxu kampanji favur id-demokrazija, tal-Musulmani moderati, ta' dawk li jappoġġjaw is-sekulariżmu, u ta' dawk li jopponu l-promozzjoni tal-ideoloġija Waħħabija-Salafista fil-Maldivi, u jiżgura d-dritt tagħhom li jipparteċipaw fl-oqsma kollha tal-ħajja pubblika fil-Maldivi;

10.  Ifakkar li l-libertà medjatikà hija l-ġebla tax-xewka li fuqha tinbena demokrazija funzjonanti; jistieden lill-Gvern u lill-awtoritajiet Maldivjani jiżguraw protezzjoni adegwata tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li qed jiffaċċjaw theddidiet u attakki minħabba x-xogħol leġittimu tagħhom, u, f'dan il-kuntest, jistedinhom jippermettu li ssir investigazzjoni xierqa dwar l-għajbien ta' Ahmed Rilwan, l-assalt fuq Mahfooz Saeed u l-attakki u t-theddidiet kontra ġurnalisti, membri tas-soċjetà ċivili, u istituzzjonijiet indipendenti;

11.  Jitlob, bħala kwistjoni ta' urġenza, li jiġi stabbilit mill-ġdid il-moratorju fuq il-piena tal-mewt bil-ħsieb li tiġi abolita, u li ssir reviżjoni tal-kodiċi penali bil-għan li jitwaqqaf l-użu tal-piena korporali;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħorġu twissijiet komprensivi dwar ir-rekord tad-drittijiet tal-bniedem tal-Maldivi lit-turisti li jippjanaw li jmorru fil-pajjiż; jistieden ukoll lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jimmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u dik politika fil-Maldivi;

13.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri, quddiem dan id-deterjorament demokratiku u d-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li qed ikomplu għaddejja fil-Maldivi, idaħħlu miżuri restrittivi fis-sura ta' sanzjonijiet immirati biex jiġu ffriżati l-assi li jinsabu barra ta' ċerti membri tal-Gvern Maldivjan u ta' dawk il-persuni ewlenin li jappoġġjawhom fil-komunità tan-negozji Maldivjana, u jimponu fuqhom projbizzjonijiet tal-ivvjaġġar;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Maldivi.

(1) ĠU C 140 E, 9.6.2005, p. 165.
(2) Testi adottati, P8_TA(2015)0180.


Il-Malasja
PDF 267kWORD 82k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar il-Malasja (2015/3018(RSP))
P8_TA(2015)0465RC-B8-1412/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Malasja,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN(1),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kelliem tas-SEAE tal-15 ta' April 2015 dwar l-emenda adottata reċentement għall-Att dwar is-Sedizzjoni fil-Malasja,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kelliem tas-SEAE tas-17 ta' Marzu 2015 dwar l-arrest ta' Nurul Izzah, Deputat tal-Oppożizzjoni fil-Malasja,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kelliem tas-SEAE tal-10 ta' Frar 2015 dwar il-kundanna tal-politiku tal-oppożizzjoni tal-Malasja Anwar Ibrahim,

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tad-9 ta' April 2015 dwar abbozzi ta' liġijiet dwar is-sedizzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa konġunta tas-SEAE dwar id-djalogu politiku UE-ASEAN dwar id-drittijiet tal-bniedem tat-23 ta' Ottubru 2015,

–  wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra s-sessjoni tal-Eżami Perjodiku Universali tan-NU ta' Ottubru 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar it-traffikar tal-bnedmin ta' Ġunju 2015,

–  wara li kkunsidra t-tieni Eżami Perjodiku Universali tal-Malasja quddiem il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, ta' Ottubru 2013,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1998,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti (CAT) tal-1984,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE tqis lill-Malasja bħala sieħba politika u ekonomika fundamentali fix-Xlokk tal-Asja; billi l-UE u l-Malasja qed jinnegozjaw Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni u Ftehim ta' Kummerċ Ħieles;

B.  billi l-possibbiltà ta' dibattitu pubbliku u libertà tal-kelma fil-Malasja qed tonqos b'rata mgħaġġla peress li l-gvern qed jirrikorri għal liġijiet kriminali vagi biex isikket lil min jikkritikah u jrażżan l-iskuntentizza pubblika u l-espressjoni paċifika, inklużi d-dibattiti dwar kwistjonijiet ta' interess pubbliku; billi dawn il-liġijiet jinkludu l-Att dwar is-Sedizzjoni, l-Att dwar l-Istamperiji u l-Pubblikazzjonijiet, l-Att dwar il-Komunikazzjoni u l-Multimedia u l-Att dwar l-Għaqda Paċifika, fost oħrajn;

C.  billi fit-3 ta' Diċembru 2015 l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali għadda fil-Parlament tal-Malasja b'maġġoranza tal-voti; billi l-abbozz ta' liġi jagħti lill-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali mmexxi mill-Prim Ministru setgħat sħaħ li jiddikjara stat ta' emerġenza fi kwalunkwe żona meqjusa bħala riskju għas-sigurtà, b'setgħat kbar ta' arrest, tfittxija u sekwestru mingħajr mandat;

D.  billi skont l-Att dwar is-Sedizzjoni biss tal-anqas 78 ruħ ġew investigati jew akkużati mill-bidu tal-2014;

E.  billi l-ex kap tal-oppożizzjoni Anwar Ibrahim ġie kkundannat fuq akkużi ta' sodomija fi Frar 2015 wara prosekuzzjoni politikament motivata li rriżultat fi proċedimenti kriminali li ma ssodisfawx l-istandards internazzjonali ta' proċess ġust; billi ma ngħatax kura medika xierqa;

F.  billi l-persuni LGBTI fil-Malasja huma kriminalizzati skont il-liġi tal-pajjiż kontra s-sodomija u l-liġijiet reġjonali li jipprojbixxu l-cross-dressing, u jaffaċċjaw diskors politiku ta' mibegħda, arrest arbitrarju, attakki fiżiċi u sesswali, priġunerija u abbużi oħra;

G.  billi l-cartoonist Malasjan Zulkiflee Anwar Ulhaque (Zunar) qed jaffaċċja akkużi skont l-Att dwar is-Sedizzjoni wara tweets kritiċi kontra l-gvern fir-rigward tal-kundanna ta' Anwar Ibrahim; billi l-blogger Khalid Ismath u l-akkademiku Azmi Sharom qed jaffaċċjaw akkużi simili;

H.  billi l-Kummissjoni Malasjana Kontra l-Korruzzjoni interrogat lill-Prim Ministru b'rabta ma' allegazzjonijiet ta' abbuż mill-pożizzjoni wara li nstabu aktar minn 600 miljun euro fil-kont tal-bank tiegħu bla ebda ġustifikazzjoni rigward is-sors u r-raġuni, kif ukoll b'rabta ma' allegazzjonijiet separati li mijiet ta' miljuni ta' euro kienu nieqsa minn negozju li kien jinvolvi kumpanija statali li stabbilixxa hu stess, 1Malaysia Development Berhad (1MDB);

I.  billi l-kumpaniji tal-media u tal-pubblikazzjoni ħabbtu wiċċhom ma' restrizzjonijiet skont l-Att dwar l-Istamperiji u l-Pubblikazzjonijiet wara rapportar dwar dawn l-allegazzjonijiet, u billi l-avukat Matthias Chang u l-politiku Khairuddin Abu Hassan ġew arrestati wara l-investigazzjonijiet tagħhom dwar dawn l-allegazzjonijiet;

J.  billi r-Rappreżentant Għoli qajmet tħassib rigward l-użu abbużiv ta' liġijiet kriminali waqt iż-żjara tagħha fil-Malasja fil-5 u s-6 ta' Awwissu 2015;

K.  billi, skont in-NU u l-NGOs, il-forzi tal-pulizija Malasjani qed jirrikorru dejjem aktar għal atti ta' tortura, arresti tard billejl, arresti preventivi inġustifikabbli u prosekuzzjoni selettiva;

L.  billi l-Malasja għadha timplimenta l-piena tal-mewt u attwalment madwar 1 000 priġunier ingħataw il-piena tal-mewt;

M.  billi l-Malasja hija Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-President attwali tal-ASEAN, u s-27 Summit tal-ASEAN sar fi Kuala Lumpur mit-18 sat-22 ta' Novembru 2015;

1.  Jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tal-UE favur il-poplu Malasjan li miegħu l-UE għandha rabtiet politiċi, ekonomiċi u kulturali b'saħħithom u dejjiema;

2.  Jiddeplora s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li qed tiddeterjora fil-Malasja u b'mod partikolari t-trażżin ta' attivisti tas-soċjetà ċivili, akkademiċi, il-media u attivisti politiċi; jesprimi tħassib rigward iż-żieda qawwija fl-għadd ta' persuni li qed jaffaċċjaw akkużi jew arrest skont l-Att dwar is-Sedizzjoni;

3.  Huwa partikolarment imħasseb dwar l-adozzjoni tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali u jħeġġeġ l-irtirar tiegħu; jistieden lill-gvern iżomm bilanċ xieraq bejn il-ħtieġa li titħares is-sigurtà nazzjonali u l-ħtieġa essenzjali li jitħarsu d-drittijiet ċivili u politiċi;

4.  Iħeġġeġ lill-Gvern Malasjan jirrilaxxa minnufih lill-priġunieri politiċi kollha, inkluż l-ex kap tal-oppożizzjoni Anwar Ibrahim, u jagħtihom l-kura medika xierqa, u jwaqqa' l-akkużi politikament motivati, fosthom dawk kontra l-cartoonist Zulkiflee Anwar Haque (Zunar), il-blogger Khalid Ismath, l-akkademiku Azmi Sharom, id-dissidenti politiċi Khairuddin Abu Hassan u Matthias Chang, u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem Lena Hendry u Maria Chin Abdullah;

5.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Malasjani jħassru l-Att dwar is-Sedizzjoni u jagħmlu l-leġiżlazzjoni kollha, inklużi l-Att dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu, l-Att dwar l-Istamperiji u l-Pubblikazzjonijiet, l-Att dwar il-Komunikazzjoni u l-Multimedia, l-Att dwar Għaqda Paċifika, u dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-kodiċi penali, konformi mal-istandards internazzjonali dwar il-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet Malasjani jiffaċilitaw l-għaqda paċifika, u jiggarantixxu s-sikurezza tal-parteċipanti kollha u l-libertà tal-espressjoni tagħhom fil-pajjiż kollu;

6.  Iħeġġeġ l-istabbiliment tal-Kummissjoni Indipendenti tal-Pulizija dwar l-Ilmenti u l-Imġiba Ħażina (IPCMC), kif rakkomandat mill-Kummissjoni ta' Inkjesta tal-Pulizija fl-2005, biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' tortura u mwiet fil-kustodja tal-pulizija;

7.  Jissottolinja l-importanza ta' investigazzjonijiet indipendenti u trasparenti dwar l-allegazzjonijiet ta' abbuż mill-pożizzjoni, u ta' kooperazzjoni sħiħa mal-investigaturi; iħeġġeġ lill-Gvern Malasjan ma jibqax jagħmel pressjoni fuq il-Kummissjoni Malasjana Kontra l-Korruzzjoni u fuq il-media;

8.  Jiddeplora bil-qawwa l-fatt li l-gruppi suprematisti qed jikbru, billi dawn jikkontribwixxu aktar għall-ħolqien ta' tensjonijiet etniċi;

9.  Jinkoraġġixxi lill-Gvern Malasjan jibda djalogu mal-partiti tal-oppożizzjoni u l-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà ċivili;

10.  Jistieden lill-Gvern Malasjan jirratifika konvenzjonijiet internazzjonali fundamentali dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-ICCPR, l-ICESCR, is-CAT, l-ICERD, il-Konvenzjoni 169 tal-ILO, l-Istatut ta' Ruma tal-ICC, kif ukoll il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tal-1951 u l-protokoll fakultattiv tiegħu;

11.  Jitlob lill-Gvern Malasjan jestendi stedina permanenti għall-Proċeduri Speċjali kollha tan-NU, biex b'hekk ir-rapporteurs speċjali jkunu jistgħu jżuru l-Malasja mingħajr ma jitolbu stedina;

12.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-piena tal-mewt hija tip ta' trattament krudili, inuman u degradanti, u jistieden lill-Malasja ddaħħal moratorju bħala l-ewwel pass lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt għar-reati kollha u tbiddel is-sentenzi tal-mewt kollha f'sentenzi ta' ħabs;

13.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkoordinaw il-politiki dwar il-Malasja, b'konformità mal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, sabiex iħeġġu riforma dwar il-kwistjonijiet ta' tħassib imsemmija hawn fuq bil-mezzi kollha possibbli, anke fil-kuntest tan-NU fejn il-Malasja hija membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà fl-2015-2016;

14.  Iħeġġeġ lid-Delegazzjoni tal-UE għall-Malasja żżid l-isforzi biex jiġu ffinanzjati proġetti dwar il-libertà tal-espressjoni u r-riforma ta' liġijiet repressivi, u tuża l-għodod xierqa kollha, inkluż l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, biex tipproteġi lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ l-irtirar tal-liġi kontra s-sodomija u jistieden lis-SEAE biex, b'konformità mal-linji gwida tal-UE dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni LGBTI, iżid il-ħidma tiegħu dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTI fil-Malasja li jaffaċċjaw il-vjolenza u l-persekuzzjoni, u biex b'mod partikolari jaħdem għad-dekriminalizzazzjoni tal-omosesswalità u t-transġeneriżmu;

15.  Jafferma mill-ġdid l-importanza tad-djalogu politiku UE-ASEAN dwar id-drittijiet tal-bniedem bħala għodda utli biex jiġu skambjati l-aħjar prattiki u biex jiġu promossi attivitajiet ta' bini tal-kapaċitajiet;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li t-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem jitqies kif xieraq waqt negozjati futuri dwar Ftehim ta' Kummerċ Ħieles u Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Malasja;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvern u lill-parlament tal-Malasja, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-ASEAN.

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0022.


Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-UE u l-Vjetnam (protokoll biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja) ***
PDF 253kWORD 61k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (13079/2014 – C8-0282/2014 – 2014/0222(NLE))
P8_TA(2015)0466A8-0340/2015

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13079/2014),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (13078/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0282/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0340/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.


Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-UE u l-Vjetnam (approvazzjoni) ***
PDF 252kWORD 62k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (05432/2015 – C8-0062/2015 – 2013/0440(NLE))
P8_TA(2015)0467A8-0339/2015

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (05432/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (18204/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 209 u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0062/2015),

–  wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2015(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0339/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.

(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0468.


Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-UE u l-Vjetnam (riżoluzzjoni)
PDF 326kWORD 136k
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (05432/2015 – C8-0062/2015 – 2013/0440(NLE)2015/2096(INI))
P8_TA(2015)0468A8-0342/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05432/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (18204/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill bi qbil mal-Artikoli 207 u 209 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod konġunt mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2015(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn il-Vjetnam u l-UE (dak iż-żmien il-Komunitajiet Ewropej) li ġew stabbiliti fit-22 ta' Ottubru 1990,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Vjetnam li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 1996(2),

–  wara li kkunsidra l-avviż tal-4 ta' Awwissu 2015 mill-Kummissjoni li l-UE u l-Vjetnam laħqu qbil dwar Ftehim ta' Kummerċ Ħieles komprensiv li ilu jiġi nnegozjat mis-26 ta' Ġunju 2012 ;

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' rakkomandazzjoni mill-Ombudsman tal-UE, Emily O’Reilly, tas-26 ta' Marzu 2015, fejn appellat lill-Kummissjoni biex twettaq, mingħajr aktar dewmien, valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles previst mal-Vjetnam,

–  wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Pluriennali tal-Unjoni Ewropea għall-Vjetnam 2014-2020,

–  wara li kkunsidra d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Vjetnam li tnieda fl-2003, u r-raba' ċiklu tad-djalogu msaħħaħ dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Vjetnam li sar fi Brussell fid-19 ta' Jannar 2015,

–  wara li kkunsidra n-negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Volontarju mal-Vjetnam fir-rigward tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi, it-Tmexxija u l-Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT), li bdew f'Novembru 2010,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1440/80 tat-30 ta' Mejju 1980 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Indoneżja, il-Malasja, il-Filippini, Singapore u t-Tajlandja – pajjiżi membri tal-Assoċazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja(3), u l-Protokoll dwar l-estensjoni tal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi membri tal-ASEAN għar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam iffirmat fl-14 ta' Frar 1997(4),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tat-18 ta' Mejju 2015 lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem "L-UE u l-ASEAN: sħubija bi skop strateġiku",

–  wara li kkunsidra l-Għaxar Summit tal-ASEM li sar f'Milan fis-16-17 ta' Ottubru 2014 u s-summit li jmiss li se jsir f'Ulan Bator, il-Mongolja, fl-2016,

–  wara li kkunsidra ż-żjara tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-relazzjonijiet max-Xlokk tal-Asja fil-Vjetnam f'Ottubru 2013,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa interparlamentari bejn il-PE u l-Vjetnam, f'Hanoi, fit-30 ta' Ottubru 2013,

–  wara li kkunsidra ż-żjara tal-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso fil-Vjetnam f'Awwissu 2014,

–  wara li kkunsidra ż-żjara tal-Prim Ministru tal-Vjetnam Nguyen Tan Dung fl-Unjoni Ewropea f'Ottubru 2014,

–  wara li kkunsidra t-22 laqgħa tal-Kumitat Konġunt ta' Kooperazzjoni ASEAN-UE li saret f'Jakarta fil-5 ta' Frar 2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet riċenti tiegħu dwar il-Vjetnam, b'mod partikolari dawk tat-12 ta' Lulju 2007 dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam(5), tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni ġdid UE-Vjetnam(6), tas-26 ta' Novembru 2009 dwar is-sitwazzjoni fil-Laos u l-Vjetnam(7), tat-18 ta' April 2013 dwar il-Vjetnam, b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni(8), tal-15 ta' Jannar 2014 dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN(9), u tas-17 ta' April 2014 dwar l-istat attwali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Vjetnam(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar Strateġija dwar il-Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar il-libertà tal-istampa u tal-midja fid-dinja(12),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline, adottati fil-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE fit-12 ta' Mejju 2014,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar "Id-drittijiet tal-bniedem u t-teknoloġija: l-impatt ta' sistemi ta' intrużjoni u sorveljanza fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi"(13),

–  wara li kkunsidra l-fatt li l-Vjetnam sar membru sħiħ tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) fit-28 ta' Lulju 1995,

–  wara li kkunsidra lill-Vjetnam bħala membru fundatur tal-Kummissjoni għax-Xmara Mekong, li ġiet iffurmata fil-5 ta' April 1995 biex issaħħaħ il-kooperazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli tal-baċin tax-Xmara Mekong,

–  wara li kkunsidra s-26 Summit tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) li sar f'Kuala Lumpur u f'Langkawi fil-Malasja bejn is-26 u t-28 ta' April 2015,

–  wara li kkunsidra l-14-il Summit dwar is-Sigurtà tal-Asja (id-Djalogu ta' Shangri-La tal-IISS) li sar f'Singapore bejn id-29 u l-31 ta' Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Qofol ta' Hanoi, l-istrateġija nazzjonali tal-Vjetnam għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Grupp ta' Ħidma rigward l-Eżami Perjodiku Universali dwar il-Vjetnam tad-9 ta' Ottubru 2009 kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tat-tieni Rapport tal-Eżami Perjodiku Universali dwar il-Vjetnam matul is-26 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 ta' Ġunju 2014, kif ukoll is-sħubija tal-Vjetnam fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU għall-perjodu 2014-2016,

–  wara li kkunsidra r-ratifika reċenti min-naħa tal-Vjetnam tal-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti u tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, kif ukoll iż-żjara tant mistennija tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin f'Lulju 2014,

–  wara li kkunsidra l-kommemorazzjoni ta' din is-sena tat-tmiem tal-Gwerra tal-Vjetnam (40 sena ilu),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0342/2015),

A.  billi fl-2015 infakkru l-25 anniversarju tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Vjetnam; billi dawn ir-relazzjonijiet ġew estiżi rapidament mill-kummerċ u l-għajnuna għal relazzjoni aktar komprensiva;

B.  billi l-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi għandu l-għan li jistabbilixxi sħubija moderna, b'bażi estensiva u ta' benefiċċju reċiproku, abbażi ta' interessi u prinċipji kondiviżi bħalma huma l-ugwaljanza, ir-rispett reċiproku, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

C.  billi l-UE hija l-akbar suq ta' esportazzjoni tal-Vjetnam; billi l-UE flimkien mal-Istati Membri tagħha hija l-akbar fornitur ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp lill-Vjetnam u għal dan il-għan se jkun hemm żieda fil-baġit tal-UE ta' 30 % għal EUR 400 miljun fl-2014-2020;

D.  billi l-awtoritajiet Vjetnamiżi ħabbru t-tneħħija tal-projbizzjonijiet fuq l-investiment dirett barrani f'45 settur u adottaw miżuri biex jiffaċilitaw ir-regolamenti kummerċjali fil-pajjiż sabiex isostnu l-investimenti minn barra;

E.  billi l-Vjetnam f'dawn l-aħħar deċennji adotta b'mod konsistenti approċċ evidentement pro-Ewropew u kien impenjat b'mod attiv mal-UE bħala l-koordinatur għall-ASEAN tar-relazzjonijiet ta' djalogu bejn l-ASEAN u l-UE mill-2012 sal-2015 u bħala l-pajjiż li ospita l-132 Assemblea tal-Unjoni Interparlamentari f'Hanoi mit-28 ta' Marzu sal-1 ta' April 2015; billi r-rwol tiegħu bħala koordinatur kien ikkaratterizzat minn żieda sinifikanti fl-għadd u l-livell ta' laqgħat bejn l-UE u l-ASEAN; billi l-Vjetnam sar membru tal-Bank Asjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura (AIIB) immexxi minn Beijing;

F.  billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN huma komprensivi u jkopru firxa wiesgħa ta' setturi inklużi l-kummerċ u l-investiment, l-iżvilupp, l-ekonomija u l-affarijiet politiċi; billi l-Pjan ta' Azzjoni ta' Bandar Seri Begawan tal-2012 ġie adottat biex jagħti enfasi aktar strateġika għall-kooperazzjoni reġjonali bejn l-UE u l-ASEAN f'dawn is-setturi;

G.  billi l-Ftehim dwar Sħubija Trans-Paċifika (TPP) bejn tnax mill-pajjiżi fuq xfar il-Paċifiku, inkluż il-Vjetnam, ġie ffinalizzat fil-5 ta' Ottubru 2015, biex ħoloq blokk kummerċjali ġdid li jħaddan 36 % tal-PDG globali u li jista' jkollu effetti estensivi fuq il-kummerċ dinji;

H.  billi, f'dawn l-aħħar żewġ deċennji, il-Vjetnam kellu riżultati tajbin ħafna fl-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (l-MDGs), it-tnaqqis tal-faqar, l-iżvilupp ekonomiku, is-sigurtà soċjali, l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa;

I.  billi l-impatt tal-politika "Doi Moi" (rinnovament) u l-passi lejn l-istabbiliment ta' ekonomija tas-suq wasslu wkoll għal żieda fl-ispariġġ tal-faqar; billi l-protesti dwar art u proprjetà kkonfiskati mill-gvern żdiedu; billi, madankollu, ir-riċessjoni globali għamlet ħsara lill-esportazzjonijiet Vjetnamiżi, bil-PGD li fl-2014 kiber b'waħda mill-aktar rati baxxi minn mindu ntemmet il-kriżi ekonomika Asjatika; billi l-Vjetnam qed jiffaċċa l-isfida ta' forza tax-xogħol li qed tikber b'aktar minn miljun kull sena;

J.  billi l-Artikolu 1(1) tal-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi jikkonferma l-impenn favur il-prinċipji ġenerali tad-dritt internazzjonali u jistabbilixxi "ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem" bħala element essenzjali tal-ftehim, li jirfed il-politiki interni u internazzjonali taż-żewġ Partijiet; billi għadhom iseħħu każijiet ta' arresti ta' attivisti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem f'ċirkustanzi li xejn mhuma trasparenti, u billi l-Kungress li jmiss tal-Partit Komunista tal-Vjetnam, ippjanat għal Jannar 2016, se jservi tal-eżami deċiżiv biex jitkejjel ir-rispett reali għall-prinċipji demokratiċi fil-Vjetnam;

K.  billi r-restrizzjonijiet fil-Vjetnam fuq il-libertà ta' espressjoni, fuq l-internet u mhux, fuq il-libertà tal-istampa u tal-midja, fuq l-aċċess għall-informazzjoni, fuq il-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, kif ukoll fuq il-libertà ta' reliġjon, hekk kif ġew irraportati mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-Libertà ta' Reliġjon jew Twemmin, jibqgħu ta' tħassib serju;

L.  billi l-Vjetnam huwa sieħeb prezzjuż għall-UE fin-negozjati dwar it-tibdil fil-klima u wiegħed li jnaqqas l-emissjonijiet bi 8 sa 10 fil-mija meta mqabbla ma' dawk tal-2010 u li jnaqqas il-konsum tal-enerġija għal kull unità tal-PDG b'1 sa 1,5 fil-mija fis-sena waqt il-perjodu preċedenti għall-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f'Pariġi f'Novembru 2015;

M.  billi għadd ta' ċittadini Ewropej għandhom dixxendenza Vjetnamiża minħabba rabtiet storiċi u billi r-Repubblika Ċeka rrikonoxxiet l-istatus ta' minoranza etnika liċ-ċittadini tagħha ta' dixxendenza Vjetnamiża;

N.  billi dan l-aħħar eskalat it-tensjoni bejn iċ-Ċina u l-pajjiżi ġirien fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar, inkluż il-Vjetnam, bħala riżultat tal-azzjonijiet unilaterali li ttieħdu fiż-żoni kkontestati fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar, li mhumiex konformi mad-dritt internazzjonali; billi l-eskalazzjoni ta' tilwim territorjali fir-reġjun għandha implikazzjonijiet għall-affarijiet globali u tirrappreżenta theddida serja għall-paċi, is-sigurtà, l-istabilità u l-kummerċ internazzjonali; billi s-soluzzjoni għal dawn it-tensjonijiet tikkostitwixxi interess strateġiku importanti għall-UE, fil-prospettiva tal-ħarsien tas-sigurtà globali, kif ukoll l-iżgurar tal-istabilità fir-rotot marittimi ewlenin fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar li huma vitali għall-kummerċ tal-UE; billi l-Vjetnam uffiċjalment jappoġġa s-sottomissjoni ġuridika tal-Filippini quddiem il-Qorti Permanenti ta' Arbitraġġ fl-Aja tas-16 ta' Marzu 2015 abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS);

O.  billi l-Vjetnam saħħaħ b'mod simultanju l-kooperazzjoni strateġika, u dik fl-oqsma tas-sigurtà u tal-enerġija mal-ġirien Asjatiċi tiegħu u qed isaħħaħ ir-rabtiet bilaterali tiegħu mal-atturi internazzjonali ewlenin bħall-Istati Uniti u r-Russja minħabba l-qawmien mill-ġdid fit-tensjonijiet fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar;

P.  billi l-Vjetnam għadu kkontaminat ħafna mill-fdalijiet splussivi tal-Gwerra fil-Vjetnam, u n-nies u l-ambjent għadhom isofru mill-effetti ta' xi 20 miljun gallun ta' Agent Orange (diossina) li ġew sprejjati;

1.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi mal-Vjetnam fejn hi enfasizzata l-importanza strateġika ewlenija li għandu l-Vjetnam bħala sieħeb kruċjali tal-UE fix-Xlokk tal-Asja u fl-ASEAN; jisħaq fuq il-fatt li l-Ftehim jiddefinixxi r-relazzjonijiet futuri fi spettru wiesa', biex ikompli jsaħħaħ il-kooperazzjoni rigward l-isfidi globali u reġjonali, bħall-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-progress ekonomiku u soċjali waqt li jitqies il-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli, id-diżarm u l-armi ta' qerda massiva, u l-ġlieda kontra t-terroriżmu; jappella lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri biex iħaffu l-proċess ta' ratifikazzjoni biex jiġi żgurat li l-ftehim ikun jista' jidħol fis-seħħ;

2.  Jittama li l-UE u l-Vjetnam it-tnejn li huma se jibbenefikaw ekonomikament mir-ratifika tal-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi; jevidenzja l-impatt potenzjali ta' ftehim futur dwar il-kummerċ u l-investiment fuq il-ħolqien tax-xogħol u t-tnaqqis tal-faqar; jilqa' r-riformi ekonomiċi u finanzjarji mwettqa mill-awtoritajiet Vjetnamiżi biex jagħtu spinta lill-integrazzjoni ulterjuri tal-Vjetnam fl-ekonomija dinjija u jappella biex il-Vjetnam ikompli bir-riformi ta' dan it-tip; jappella lill-gvern tal-Vjetnam u lill-UE biex ikomplu jikkooperaw fl-oqsma tal-ekonomija, il-kummerċ u t-teknoloġiji ġodda fil-fora multilaterali; jilqa' l-fatt li l-PDG per capita tal-Vjetnam kważi rdoppja mill-2010;

3.  Jisħaq fuq l-importanza tal-Ftehimiet dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN; jemmen li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-ASEAN tista' tissaħħaħ f'diversi oqsma bħalma huma l-iżvilupp tas-settur finanzjarju, it-trasparenza u l-koordinament tal-politiki makroekonomiċi;

4.  Jappella lill-Istati Membri biex, fi sforz biex jiksbu koerenza politika, jallinjaw kemm jista' jkun l-għanijiet individwali tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp rispettiva tagħhom mal-għanijiet iddikjarati fil-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi;

5.  Jilqa' l-implimentazzjoni bikrija tal-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi, filwaqt li għadu għaddej il-proċess ta' ratifikazzjoni, fl-oqsma tal-kummerċ, id-drittijiet tal-bniedem, il-migrazzjoni, is-sigurtà reġjonali, l-enerġija, ix-xjenza u t-teknoloġija;

6.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġu stabbiliti parametri referenzjarji ċari u skadenzi vinkolanti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi;

7.  Jilqa' l-artikoli fil-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi li jirreferu għal impenn konġunt u kooperazzjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jesprimi t-tama tiegħu li r-rispett li ntlaħaq ftehim reċiproku dwaru fir-rigward tal-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem se jrawwem ulterjorment id-djalogu li ilu stabbilit mal-Gvern Vjetnamiż dwar il-promozzjoni b'mod partikolari tal-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni u ta' reliġjon kif stabbiliti fl-Artikolu 69 tal-Kostituzzjoni tal-Vjetnam u fl-Artikoli 9, 10 u 11 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

8.  Jisħaq fuq il-potenzjal ta' internet miftuħ u tat-teknoloġiji informatiċi biex jiffaċilitaw, joħolqu u jikkatalizzaw il-bini ta' komunitajiet, is-soċjetà ċivili, u l-iżvilupp ekonomiku, soċjali, xjentifiku, kulturali u politiku fuq livell globali; jenfasizza għalhekk l-importanza ta' aċċess bla restrizzjonijiet għall-internet liberu u miftuħ, kemm mill-perspettiva ekonomika u soċjali, kif ukoll minn dik tad-drittijiet tal-bniedem;

9.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-awtoritajiet Vjetnamiżi li jeliminaw ir-reġim tal-viżi għaċ-ċittadini ta' ħames pajjiżi Ewropej u jemmen li din id-deċiżjoni se tqanqal kooperazzjoni aktar b'saħħitha fis-settur tat-turiżmu;

10.  Jilqa' t-tħabbira mill-Prim Ministru tal-Vjetnam ta' "Pjan Ġenerali" għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Eżami Perjodiku Universali tal-UNHRC, kif ukoll l-istrateġija ta' riforma ġudizzjarja li għandha tiġi konkluża sal-2020;

11.  Jilqa' ż-żieda baġitarja fl-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tal-UE għall-Vjetnam għal EUR 400 miljun fl-2014-2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvesti biex iżżid il-viżibilità tal-attivitajiet tal-UE fil-Vjetnam u b'appoġġ għalih, b'mod li jiġi massimizzat il-potenzjal strateġiku ta' dawn ir-riżorsi;

12.  Jinkoraġġixxi lill-UE tkompli tappoġġa l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-Vjetnam fil-promozzjoni tar-rispett għall-governanza tajba u l-istat tad-dritt, u jilqa' l-enfasi tal-kooperazzjoni tal-UE fuq, inter alia, ir-riformi tal-amministrazzjoni pubblika, inkluża dik dwar it-tassazzjoni, li hija kruċjali biex jiġu żgurati l-massimizzazzjoni tal-kapaċitajiet ta' ġenerazzjoni ta' dħul intern u l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-korruzzjoni, ix-xjenza u t-teknoloġija, it-trasport, u l-ippjanar u l-iżvilupp urban u reġjonali;

13.  Jappella lill-Parlament u lill-Kummissjoni biex b'konsultazzjoni mill-qrib jevalwaw kwalunkwe abbuż tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jiżguraw superviżjoni demokratika xierqa tal-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi; jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura t-trażmissjoni simultanja, puntwali u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament;

14.  Jilqa’ l-konklużjoni tan-negozjati dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles; jemmen bil-qawwa li Sħubija Komprensiva u Ftehim ta’ Kooperazzjoni u l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam għandhom jikkontribwixxu għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam;

15.  Ifaħħar l-inklużjoni fil-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles futur ta' kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, impenji favur l-istandards lavorattivi fundamentali u l-Konvenzjonijiet tal-ILO, rispett għad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema miż-żewġ partijiet, impenji li jappoġġaw il-preżervazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali b'attenzjoni partikolari għar-responsabilità soċjali korporattiva u skemi ta' kummerċ ġust u etiku;

16.  Jappella lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex tissodisfa l-aspettattivi mqajma mill-ftehim il-ġdid u tiżgura li l-politiki mmexxija mill-UE u l-Istati Membri tagħha fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni u l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles futur mal-Vjetnam jgħinu biex jippromwovu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba; jappella għall-bini tal-kapaċitajiet biex tissaħħaħ ir-riżoluzzjoni tal-ilmenti mingħand l-individwi u l-komunitajiet milqutin fil-kuntest tal-Artikolu 35 tal-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi; jappella lill-gvern Vjetnamiż sabiex isaħħaħ l-involviment tas-soċjetà ċivili permezz tal-parteċipazzjoni tal-assoċjazzjonijiet u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-iżvilupp politiku, ekonomiku u soċjali tal-pajjiż;

17.  Jappella lill-gvern Vjetnamiż biex jagħmel progress konkret fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Eżami Perjodiku Universali tal-UNHRC, billi jibda bil-ħolqien ta' istituzzjoni indipendenti nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Vjetnam bl-appoġġ meħtieġ għall-bini tal-kapaċitajiet; jilqa' l-finanzjament tal-UE permezz tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem u jħeġġeġ biex dawn l-inizjattivi jitkomplew sabiex isostnu l-isforzi tal-gvern;

18.  Jappella lit-12-il Kungress tal-Partit Komunista Vjetnamiż biex, fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-2016, jippermetti l-parteċipazzjoni msaħħa taċ-ċittadini fil-funzjonament demokratiku tal-istat, b'mod speċjali billi jippermetti l-ħolqien ta' partiti ta' oppożizzjoni, movimenti tas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet mhux governattivi;

19.  Jiddeplora l-fatt li hu stmat li aktar minn 500 priġunier qed jistennew li tinqatalhom kundanna għall-mewt; jappella lill-Gvern Vjetnamiż biex jistabbilixxi moratorju immedjat fuq l-eżekuzzjonijiet u biex jgħaddi leġiżlazzjoni xierqa dwar l-abolizzjoni tal-piena kapitali, u, filwaqt li jilqa' l-ftuħ li sar fis-sistema, jibqa' dispjaċut dwar id-detenzjoni ta' attivisti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa' f'dan ir-rigward ir-rieda tal-gvern li jnaqqas l-għadd tar-reati kriminali punibbli bil-piena tal-mewt u jappella lill-gvern biex ikun trasparenti dwar jekk għadhomx iseħħu eżekuzzjonijiet u jekk għadhom isiru, abbażi ta' liema akkużi;

20.  Ifakkar fl-importanza tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Vjetnam bħala strument kruċjali li għandu jintuża b'mod effiċjenti u pragmatiku sabiex il-Vjetnam jiġi akkumpanjat u mħeġġeġ fl-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa;

21.  Iħeġġeġ ir-ratifika tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

22.  Jieħu nota tal-fatt li l-industrija tal-ħwejjeġ u t-tessuti, li timpjega aktar minn żewġ miljun ħaddiem, hija l-akbar settur ta' esportazzjoni tal-Vjetnam, u jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' mekkaniżmi disponibbli għall-ħaddiema biex jiddefendu drittijiethom; jevidenzja s-sinjal pożittiv li jintbagħat kieku l-awtoritajiet Vjetnamiżi kellhom jirratifikaw il-Konvenzjoni Nru 87 dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni u l-Konvenzjoni Nru 98 dwar id-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO);

23.  Jappella lill-awtoritajiet biex joqogħdu lura mis-soppressjoni tal-eżerċitar paċifiku tad-dritt għal-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni; iħeġġeġ, f'dan il-kuntest, biex jiġi rivedut il-Kodiċi Kriminali, b'mod partikolari l-Artikoli 79, 87, 88 u 258 tiegħu; jinnota l-amnestija mogħtija reċentement lil aktar minn 18 000 priġunier u jiddispjaċih li l-priġunieri politiċi ma ġewx inklużi; jibqa' mħasseb dwar bejn wieħed u ieħor 60 priġunier ta' kuxjenza, inklużi difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, bloggers, kif ukoll attivisti fil-qasam tad-drittijiet tal-art, ħaddiema u attivisti ambjentali li qed jinżammu fil-ħabsijiet Vjetnamiżi u li ġew ikkundannati fi proċessi sommarji għal diversi tipi ta' reati li, fuq kollox, jikkonċernaw il-libertà tal-kelma u reati kontra l-istat, u jappella għar-rilaxx tagħhom; jinkoraġġixxi r-riformi tas-sistema tal-ġustizzja kriminali, b'mod partikolari l-kodiċi ta' proċedura kriminali inklużi l-klawżoli li jikkriminalizzaw attivitajiet paċifiċi bil-ġustifikazzjoni tas-sigurtà nazzjonali; jappella lill-awtoritajiet biex jistabbilixxu sistema tal-ġustizzja kriminali indipendenti;

24.  Jappella għar-rispett tal-libertà tar-reliġjon u biex jintemmu d-diskriminazzjoni u r-ripressjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi, inklużi l-fastidju, is-sorveljanza, l-intimidazzjoni, id-detenzjoni, l-arrest domiċiljari, l-assalti fiżiċi u l-projbizzjonijiet tal-ivvjaġġar kontra Nsara, Buddisti, Hoa Hao u Cao Dai, b'mod partikolari l-persekuzzjoni tal-komunitajiet reliġjużi tal-Knisja Buddista Unifikata tal-Vjetnam, kif ukoll l-Insara Montagnard u l-Buddisti Khmer Krom; iħeġġeġ biex jiġu implimentati r-riformi għat-titjib tal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-minoranzi etniċi u reliġjużi; jappella biex tiġi eżaminata mill-ġdid il-leġiżlazzjoni li tirregola r-reġistrazzjoni tal-gruppi reliġjużi; ifakkar fid-destin traġiku tal-Venerabbli Thich Quang Do, dissident Buddist ta' 87 sena, li ilu aktar minn 30 sena taħt arrest domiċiljari fil-monasteru tiegħu mingħajr ma qatt ġie akkużat u jtenni l-appell tiegħu biex jiġi rrilaxxat;

25.  Jappella biex issir riforma urġenti tas-sistema tal-ġustizzja b'mod li jiġu ggarantiti l-istandards internazzjonali għal proċessi ġusti, kif previst fl-Artikolu 10 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

26.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Vjetnam hu wieħed mill-pajjiżi ewlenin minn fejn joriġinaw il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, u dwar ir-rapporti dwar l-għadd kbir ta' tfal, speċjalment subien li mhumiex protetti mil-liġi kontra l-abbuż sesswali, li jisfaw vittmi ta' prostituzzjoni, traffikar jew trattament ħażin tat-tfal; iħeġġeġ lill-Vjetnam biex jiżviluppa liġijiet b'saħħithom u effikaċi għall-protezzjoni tat-tfal li jipproteġu lit-tfal kollha irrispettivament mis-sess tagħhom; jappella lill-Kummissjoni biex tappoġġa lill-Vjetnam fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tiegħu fil-qasam tal-politiki dwar il-migrazzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-kriminalità organizzata, inkluż fil-kuntest tal-politiki tiegħu dwar ix-xogħol u l-migrazzjoni; jinsab ugwalment imħasseb bir-rapporti dwar l-isfruttament tal-vittmi Vjetnamiżi tat-traffikar tal-bnedmin, inklużi l-minorenni, fl-Istati Membri; jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura b'mod urġenti li d-dispożizzjonijiet ta' protezzjoni kruċjali stabbiliti fl-Istrateġija tal-UE favur il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin jiġu kompletament implimentati; jinkoraġġixxi lill-gvern tal-Vjetnam u lill-Kummissjoni biex jikkunsidraw li jistabbilixxu sottokumitat jew grupp ta' ħidma speċjalizzat dwar it-traffikar tal-bnedmin taħt il-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi;

27.  Jisħaq fuq l-isfidi soċjoekonomiċi li l-Vjetnam qed jaffaċċa bil-popolazzjoni żagħżugħa tiegħu u l-migrazzjoni interna lejn il-bliet li dejjem qed tikber;

28.  Jilqa' l-adozzjoni tal-liġi emendata dwar l-art tal-2013, iżda jibqa' serjament imħasseb dwar l-abbużi tad-drittijiet tal-proprjetà, l-iżgumbrament sfurzat u l-konfiska statali ta' art għal proġetti ta' żvilupp, li jwasslu għall-esproprjazzjoni ta' mijiet ta' eluf ta' bdiewa; jappella lill-gvern biex iwaqqaf il-ħtif tal-art u jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa għall-ilmenti;

29.  Jilqa' l-impenji ġuridiċi estensivi li ħadu l-awtoritajiet Vjetnamiżi fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, iżda jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-vjolenza domestika, it-traffikar tan-nisa u l-bniet, il-problema li qed tikber tal-HIV/AIDS fost in-nisa kif ukoll il-ksur tad-drittijiet sesswali u riproduttivi għadhom problemi serji; iħeġġeġ lill-Gvern Vjetnamiż ikompli bir-riforma tar-reġistru ċivili tiegħu u jtemm il-prattiki diskriminatorji li xi kultant huma dovuti għall-karatteristiċi partikolari tar-reġistru "Hộ khẩu" (tal-familja), li jibblokka lil ħafna familji, u b'mod partikolari lit-tfal, milli jiġu rreġistrati, u b'hekk milli jkollhom aċċess għall-edukazzjoni u għas-servizzi soċjali;

30.  Ifaħħar lill-Vjetnam għar-rwol mexxej li qed jieħu fl-Asja rigward l-iżvilupp tad-drittijiet tal-persuni LGBTI, b'mod partikolari l-liġi li ġiet adottata dan l-aħħar dwar iż-żwieġ u l-familja li tippermetti ċerimonji ta' żwieġ bejn persuni tal-istess sess;

31.  Jikkondividi t-tħassib tal-Gvern Vjetnamiż li l-korruzzjoni tirrappreżenta waħda mill-isfidi ewlenin tal-Vjetnam; jappella għal eżami aktar mill-qrib tas-sitwazzjonijiet fejn iċ-ċittadini li jiddenunzjaw il-korruzzjoni jispiċċaw fil-mira tal-awtoritajiet; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Vjetnamiżi biex jinvestigaw bir-reqqa l-abbużi magħmula kontra ġurnalisti, bloggers u informaturi; jiddispjaċih ukoll dwar l-użu improprju mill-Gvern Vjetnamiż tal-Artikolu 258 tal-Kodiċi Penali li jikkonċerna "abbuż tal-libertajiet demokratiċi" – li jista' jwassal għal massimu ta' seba' snin il-ħabs; jinnota li huma ftit ħafna l-każijiet li l-prosekuzzjoni tagħhom irnexxiet, minkejja l-Liġi Kontra l-Korruzzjoni u jappella lill-gvern biex isaħħaħ l-implimentazzjoni tagħha;

32.  Jappella lill-awtoritajiet Vjetnamiżi biex jimplimentaw sforzi akbar kontra l-korruzzjoni bil-ħsieb li jibagħtu sinjal pożittiv lill-investituri barranin; jinnota li l-infrastruttura ġuridika dgħajfa u s-sistema ta' korruzzjoni jwasslu għal imprevedibilità finanzjarja u joħolqu ostaklu serju għall-investiment u l-operazzjonijiet kummerċjali;

33.  Jesprimi tħassib serju dwar il-ħsara ambjentali fil-Vjetnam, b'mod partikolari, it-tniġġis, id-deforestazzjoni u l-attivitajiet insostenibbli ta' estrazzjoni minn minjieri li jeqirdu reġjuni u passaġġi akwatiċi sħaħ u jfixklu l-mod ta' ħajja tal-komunitajiet lokali kif ukoll dwar l-attivitajiet tal-kumpaniji Vjetnamiżi barra mill-pajjiż li jikkontribwixxu għad-degradazzjoni ambjentali u l-ħtif tal-art;

34.  Iħeġġeġ lill-gvern Vjetnamiż biex jintroduċi miżuri li jiggarantixxu l-infurzar effikaċi tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ambjent u l-bijodiversità, b'mod partikolari mill-effetti negattivi tad-deforestazzjoni u l-estrazzjoni ta' materja prima b'objettivi ċari, marbutin bi skadenzi u bbażati fuq ir-riżultati f'kull wieħed mill-oqsma msemmijin hawn fuq; jappella lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet meħtieġa għal dan l-għan;

35.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni għax-Xmara Mekong twettaq konsultazzjonijiet bir-reqqa u bil-quddiem u li tagħmel valutazzjonijiet komprensivi tal-impatt fuq l-ambjent, is-sajd, l-għajxien u fil-livell transkonfinali tal-pjanijiet ta' żvilupp tal-enerġija idrawlika fil-parti prinċipali tax-Xmara Mekong;

36.  Jieħu nota tal-fatt li l-Ministeru għar-Riżorsi Naturali u l-Ambjent adotta strateġija ta' adattament għat-tibdil fil-klima; jindika li l-pajjiż huwa involut fl-iżvilupp tal-enerġija mill-bijomassa u dik solari u jilqa' l-enfasi qawwija tal-pakkett ta' għajnuna tal-UE (2014-2020) fuq l-iżvilupp tal-enerġija sostenibbli;

37.  Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fil-prospettiva tal-wirt mill-Gwerra tal-Vjetnam fuq l-ambjent, jikkunsidraw li jistabbilixxu fond għall-appoġġ tal-vittmi u l-veterani tal-gwerra, u anke biex jintensifikaw l-azzjoni billi jintbagħtu missjonijiet speċjalizzati għad-dekontaminazzjoni tas-sustanzi dannużi u jneħħu l-mini miż-żoni li anke issa, 40 sena wara li ntemm il-konflitt, għadhom qed iħallu vittmi;

38.  Jappella lill-gvern biex jikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu li jibni u jopera l-ewwel impjant tal-enerġija nukleari tal-Vjetnam f'Ninh;

39.  Jilqa' l-fatt li l-Vjetnam ħa miżuri speċifiċi biex jiżviluppa l-għarfien u r-riċerka dwar ix-xjenza u t-teknoloġija, biex jindirizza d-dgħufijiet fl-edukazzjoni għolja, biex jattira lill-Vjetnamiżi li jgħixu barra mill-pajjiż u biex jikkoopera mal-istituzzjonijiet akkademiċi Ewropej u tal-Istati Uniti biex jgħinu f'dan il-proċess;

40.  Jappella liċ-Ċina u l-pajjiżi ġirien ikkonċernati, inkluż il-Vjetnam, biex jintensifikaw l-isforzi ħalli jnaqqsu t-tensjoni fiż-żona kkontestata fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; jikkunsidra li hemm ir-riskju li s-sitwazzjoni tipperikola interessi importanti tal-UE fir-reġjun, inkluż f'termini tas-sigurtà globali u l-libertà ta' navigazzjoni tar-rotot marittimi ewlenin li huma vitali għall-kummerċ tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li t-tilwim jiġi indirizzat b'mod paċifiku, permezz tal-bini tal-fiduċja, diskussjonijiet bilaterali u reġjonali u abbażi tad-dritt internazzjonali, inklużi d-dritt tal-baħar u l-medjazzjoni minn korpi internazzjonali imparzjali, bħall-UNCLOS; ifakkar fl-importanza li jinbnew soluzzjonijiet kooperattivi li jinkludu lill-partijiet kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex jissorveljaw b'mod attiv is-sitwazzjoni u jagħtu l-appoġġ tagħhom għal soluzzjoni għat-tilwim bi qbil mad-dritt internazzjonali; jilqa' d-dikjarazzjoni konġunta li ħarġu l-mexxejja Ċiniżi u Vjetnamiżi f'April 2015 fejn wiegħdu riżoluzzjoni paċifika għat-tilwim dwar il-gżejjer;

41.  Jilqa' l-irwol li żvolġiet l-ASEAN fil-ġestjoni paċifika tat-tilwim, b'mod partikolari billi fittxet li tistabbilixxi kodiċi ta' kondotta reġjonali;

42.  Jappella għal tisħiħ tal-kooperazzjoni parlamentari u r-rwol tal-Parlament u tal-laqgħat interparlamentari bħala mezz biex tiġi sorveljata l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi;

43.  Jikunsidra li l-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi mal-Vjetnam hu opportunità għall-UE biex issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fl-Asja u tiżvolġi rwol akbar fir-reġjun; jisħaq fuq il-fatt li dan il-ftehim hu wkoll opportunità għall-UE biex tippromwovi l-objettivi tagħha fl-oqsma tal-paċi, l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, is-sikurezza marittima u l-kondiviżjoni tar-riżorsi;

44.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 218(10) TFUE, il-Parlament għandu jiġi infurmat immedjatament u b’mod sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura dwar il-Ftehim Komprensiv ta' Sħubija u Kooperazzjoni; jinsisti li dan għandu jinkludi l-provvista ta' informazzjoni estensiva bil-miktub lill-Parlament dwar l-objettivi segwiti bl-azzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari dwar l-iżviluppi fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-espressjoni u l-istat tad-dritt fil-pajjiż; jenfasizza, barra minn hekk, ir-rwol fundamentali li għandhom il-punti fokali tad-Delegazzjoni tal-UE fil-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż;

45.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Assemblea Nazzjonali tal-Vjetnam.

(1) Testi adottati ta' dik id-data, P8_TA(2015)0467.
(2) ĠU L 136, 7.6.1996, p. 28.
(3) ĠU L 144, 10.6.1980, p. 1.
(4) ĠU L 117, 5.5.1999, p. 31.
(5) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 615.
(6) ĠU C 15 E, 21.1.2010, p. 58.
(7) ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 76.
(8) Testi adottati, P7_TA(2013)0189.
(9) Testi adottati, P7_TA(2014)0022.
(10) Testi adottati, P7_TA(2014)0458.
(11) Testi adottati, P7_TA(2012)0470.
(12) Testi adottati, P7_TA(2013)0274.
(13) Testi adottati, P8_TA(2015)0288.


L-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa
PDF 331kWORD 72k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa (2015/2936(RSP))
P8_TA(2015)0469B8-1347/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2015)0600),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 li tistabbilixxi Bord Fiskali Ewropew indipendenti u konsultattiv (C(2015)8000),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Bordijiet Nazzjonali tal-Kompetittività fiż-Żona tal-Euro (COM(2015)0601),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar pjan ta' direzzjoni lejn rappreżentanza esterna taż-Żona tal-Euro f'fora internazzjonali (COM(2015)0602),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri bl-għan li tiġi stabbilita progressivament rappreżentanza unifikata taż-Żona tal-Euro fil-Fond Monetarju Internazzjonali (COM(2015)0603),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa ("Ir-Rapport tal-Ħames Presidenti"),

–  wara li kkunsidra r-rapport fuq ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolamenti (UE) Nru 1173/2011(2), (UE) Nru 1174/2011(3), (UE) Nru 1175/2011(4), (UE) Nru 1176/2011(5) u (UE) Nru 1177/2011(6), id-Direttiva 2011/85/UE(7), u r-Regolamenti (UE) Nru 472/2013(8) u (UE) Nru 473/2013(9) (is-"six-pack" u t-"two-pack"),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/49/UE dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti(10),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa (O-000152/2015 – B8-1113/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-Rapport tal-Ħames Presidenti dwar "Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa" stabbilixxa proposti għall-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa;

B.  billi r-rapport fuq ir-riżoluzzjoni tiegħu dwar "ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi" enfasizza l-ħtieġa għal progress ambizzjuż u rapidu fit-tisħiħ taż-żona euro;

C.  billi l-Kummissjoni, bħala parti mill-ewwel stadju tal-pjan ta' direzzjoni fir-Rapport tal-Ħames Presidenti, ippubblikat pakkett fil-21 ta' Ottubru 2015 li fih passi lejn l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), magħmul minn żewġ komunikazzjonijiet, rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill, proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u deċiżjoni tal-Kummissjoni;

Valutazzjoni ġenerali

1.  Jieħu nota tal-proposti tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ l-UEM u, filwaqt li jirrikonoxxi li ttieħdu xi passi fid-direzzjoni t-tajba, jinnota li se jkunu meħtieġa aktar sforzi biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet attwali tal-qafas istituzzjonali taż-żona tal-euro;

2.  Kif iddikjarat fir-rapport fuq ir-riżoluzzjoni tiegħu dwar "ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi", jinsisti dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-six-pack u t-two-pack, filwaqt li jenfasizza li t-Trattati u l-istrumenti eżistenti jippermettu li jittieħdu ftit mill-passi addizzjonali meħtieġa lejn l-ikkompletar tal-UEM;

3.  Jiddispjaċih li l-pakkett ippubblikat mill-Kummissjoni ma jagħtix lok għal sorveljanza parlamentari u għal dibattitu fil-livell Ewropew, li huma meħtieġa biex tiġi żgurata r-responsabbiltà demokratika tad-deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest tal-UEM u konsegwentement għall-iżgurar tas-sjieda taċ-ċittadini tal-governanza taż-żona tal-euro;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni, kif previst fir-Rapport tal-Ħames Presidenti, tikkonsulta lill-Parlament fi żmien xieraq fil-kuntest tat-tħejjija tal-White Paper dwar it-tranżizzjoni bejn il-fażi 1 u l-fażi 2 tar-riformi tal-UEM;

Is-Semestru Ewropew

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tniedi negozjati dwar ftehim interistituzzjonali (FII) dwar il-governanza ekonomika Ewropea, inkluż is-Semestru Ewropew u l-iskrutinju tal-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku, mal-Parlament, mal-Kunsill u mal-Grupp tal-Euro, kif previst fir-Rapport tal-Ħames Presidenti; jinsisti li dan il-FII għandu jiżgura, fi ħdan il-qafas tat-Trattati, li l-istruttura tas-Semestru Ewropew tippermetti għal skrutinju parlamentari li jagħmel sens u regolari tal-proċess, b'mod partikolari fir-rigward ta' rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro;

Il-Bord Fiskali Ewropew u l-Bordijiet Nazzjonali tal-Kompetittività

6.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni għażlet li ma tużax il-proċedura leġiżlattiva ordinarja għad-deċiżjonijiet dwar il-Bordijiet Nazzjonali tal-Kompetittività, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva f'dan is-sens;

7.  Jenfasizza li l-Bord Fiskali Ewropew, bħala l-bord konsultattiv tal-Kummissjoni, għandu jkun responsabbli lejn il-Parlament u li, f'dan il-kuntest, il-valutazzjonijiet tiegħu għandhom ikunu pubbliċi u trasparenti;

Ir-rappreżentanza esterna taż-żona tal-euro

8.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li r-rappreżentanza internazzjonali taż-żona tal-euro tkun soġġetta għall-iskrutinju demokratiku tal-Parlament;

o
o   o

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0238.
(2) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.
(3) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.
(4) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.
(5) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
(6) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.
(7) ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.
(8) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.
(9) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.
(10) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149.


Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2014 u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni
PDF 637kWORD 303k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2014 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2015/2229(INI))
P8_TA(2015)0470A8-0344/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u trattati u strumenti oħrajn tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali adottati fi New York fis-16 ta' Diċembru 1966,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2014 dwar il-25 Anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal(1),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 8, 21 u 23 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, kif adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fil-25 ta' Ġunju 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE dwar il-Libertà ta' Espressjoni Online u Offline, adottat mill-Kunsill Affarijiet Barranin fit-12 ta' Mejju 2014(3),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin(4),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida għad-delegazzjonijiet interparlamentari tal-PE dwar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija waqt iż-żjarat tagħhom barra mill-UE(5),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2014, adottat mill-Kunsill fit-22 ta' Ġunju 2015(6),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019, adottat mill-Kunsill fl-20 ta' Lulju 2015(7),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Emanċipazzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020 (GAPII), adottat mill-Kunsill fis-26 ta' Ottubru 2015(8),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2012 dwar iż-żieda fl-impatt tal-politika tal-UE għall-iżvilupp: aġenda għall-bidla(9),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2014 dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal(10),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (CFSP) 2015/260 tas-17 ta' Frar 2015 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem(11),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2015 dwar is-Sessi fl-Iżvilupp(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-31 ta' Ottubru 2000 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet ta' urġenza tiegħu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar politiki tal-UE favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar Strateġija dwar il-Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar il-libertà tal-istampa u tal-mezzi tal-komunikazzjoni fid-dinja(17),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-korruzzjoni fis-settur pubbliku u f'dak privat: l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi(18),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta(19),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014 dwar prijoritajiet tal-UE għall-25 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU(20),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2015(21),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-2 ta' April 2014 dwar id-69 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti(22),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-qerda tat-tortura fid-dinja(23),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni(24),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat(25),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar "Id-drittijiet tal-bniedem u t-teknoloġija: l-impatt ta' sistemi ta' intrużjoni u sorveljanza fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi"(26),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2015 dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati fl-Ewropa(27),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar it-tiġdid tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa fl-Iżvilupp(28),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-piena tal-mewt(29),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tat-8 ta' Ottubru 2014 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-istrateġija tat-tkabbir u l-isfidi ewlenin 2014-2015(30),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tat-8 ta' Marzu 2011 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran(31),

–  wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni Konġunta tal-25 ta' Mejju 2011 tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar risposti ġodda għal viċinat fi trasformazzjoni(32),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2014 dwar approċċ ibbażat fuq id-drittijiet, li jħaddan id-drittijiet tal-bniedem kollha għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE (SWD(2014)0152),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-26 ta' Ġunju 2014 li titlob li jitwaqqaf grupp ta' ħidma intergovernattiv indefinit bil-għan li jitfassal strument ġuridikament vinkolanti f'livell internazzjonali għall-kumpaniji transnazzjonali u impriżi kummerċjali oħrajn fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem(33),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-approċċ il-ġdid tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija – evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) mindu ġie stabbilit(34),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-2014 tal-UNFPA-UNICEF dwar il-Programm Konġunt dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili(35),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0344/2015),

A.  billi l-Artikolu 21 tat-TUE jimpenja lill-UE li tiżviluppa Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) iggwidata mill-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà u l-konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mad-dritt internazzjonali;

B.  billi, skont l-Artikolu 6 tat-TUE, l-Unjoni għandha taderixxi mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali;

C.  billi r-rispett u l-promozzjoni, l-indiviżibilità u s-salvagwardja tal-universalità tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu s-sisien tal-azzjoni esterna tal-UE;

D.  billi ż-żieda fil-koerenza bejn il-politika interna u dik esterna tal-UE, kif ukoll fost il-politiki esterni tal-UE tikkostitwixxi rekwiżit indispensabbli għal politika effikaċi u ta' suċċess tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-konsistenza mtejba għandha tippermetti lill-UE tirrispondi aktar malajr fil-fażijiet bikrin tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

E.  billi l-impenn tal-UE favur il-multilateraliżmu effikaċi, bin-NU fil-qalba tiegħu, huwa parti integrali mill-politika esterna tal-Unjoni u għandu l-għeruq tiegħu fil-konvinzjoni li sistema multilaterali bbażata fuq regoli u valuri universali hija l-aktar adatta biex tindirizza l-kriżijiet, l-isfidi u t-theddid globali;

F.  billi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem jinsab mhedded u f'periklu fid-dinja kollha; billi l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem hija mhedda b'mod serju minn għadd ta' reġimi awtoritarji, b'mod partikolari fil-fora multilaterali;

G.  billi aktar minn nofs il-popolazzjoni dinjija għadha tgħix taħt reġimi mhux demokratiċi u repressivi u l-libertà globali kompliet tonqos matul dawn l-aħħar ftit snin; billi n-nuqqas ta' rispett tad-drittijiet tal-bniedem jissarraf fi prezz għas-soċjetà u għall-individwu;

H.  billi fid-dinja kollha jeżistu bosta tentattivi biex jiċkien l-ispazju tas-soċjetà ċivili, anki fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

I.  billi, barra mill-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet liberi, fost il-karatteristiċi tar-reġimi demokratiċi nsibu l-governanza trasparenti, ir-rispett tal-istat tad-dritt, il-libertà tal-espressjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-eżistenza ta' sistema ġudizzjarja indipendenti u r-rispett tad-dritt internazzjonali u tal-ftehimiet u tal-linji gwida internazzjonali dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

J.  billi l-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) iddikjarat, meta l-Pjan ta' Azzjoni Konġunt Ġdid dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija ġie propost, li d-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu waħda mill-prijoritajiet globali tal-mandat tagħha, boxxla fir-relazzjonijiet kollha mal-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll mal-pajjiżi terzi, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u mas-soċjetà ċivili; billi fl-2017 se jitwettaq rieżami intermedju tal-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija li se jaħbat mar-rieżami intermedju tal-istrumenti finanzjarji esterni, li għandu jikkontribwixxi għaż-żieda fil-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE;

K.  billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid; billi l-missjonijiet tal-UE u r-rappreżentanzi tal-UE fil-pajjiżi terzi jistgħu jiżvolġu rwol supplimentari notevoli fis-suċċess tal-Pjan ta' Azzjoni;

L.  billi jeħtieġ li jiġu żgurati riżorsi xierqa, u tali riżorsi jeħtieġu jintużaw bl-aktar mod effiċjenti, biex titjieb il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fil-pajjiżi terzi;

M.  billi l-UE jmissha tagħmel aktar biex tkejjel l-impatt tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-politiki tagħha, timmassimizza l-impatti pożittivi u tipprevjeni u ttaffi l-impatti negattivi, kif ukoll issaħħaħ l-aċċess għal rimedji għall-popolazzjonijiet milquta;

N.  billi l-involviment mal-mexxejja u mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi, fil-fora bilaterali u multilaterali kollha, jikkostitwixxi waħda mill-għodod l-aktar effikaċi biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi; billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi terzi huma interlokuturi fundamentali fit-tiswir u fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

O.  billi l-UE tqis li l-kooperazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili u mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħha biex jiġu indirizzati l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;

P.  billi l-kooperazzjoni internazzjonali għandhom tiżvolġi rwol dejjem akbar fit-tisħiħ tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-viġilanza parlamentari effikaċi tas-servizzi ta' intelligence li jużaw it-teknoloġija ta' sorveljanza diġitali;

Q.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha ilhom alleati stretti tal-Qorti Kriminali Internazzjonali sa mill-bidu tagħha, jipprovduha b'appoġġ finanzjarju, politiku, diplomatiku u loġistiku filwaqt li jippromwovu l-universalità tal-Istatut ta' Ruma u jiddefendu l-integrità tagħha bil-għan li jsaħħu l-indipendenza tal-Qorti;

R.  billi l-politika ta' sostenn favur id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija għandha tkun integrata fil-politiki kollha tal-UE b'dimensjoni esterna, bħall-iżvilupp, il-migrazzjoni, is-sigurtà, l-antiterroriżmu, it-tkabbir u l-kummerċ, bil-għan li titkompla l-promozzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

S.  billi l-Artikolu 207 tat-TFUE jiddisponi li l-politika kummerċjali tal-UE għandha tissejjes fuq il-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea;

T.  billi d-diversi forom ta' migrazzjoni jirrappreżentaw sfida importanti għall-politika esterna tal-UE li teħtieġ soluzzjonijiet immedjati, effikaċi u sostenibbli bil-għan li d-drittijiet tal-bniedem tal-persuni fil-bżonn, bħal dawk li qegħdin jaħarbu mill-gwerra u mill-vjolenza, jiġu rispettati konformement mal-valuri Ewropej u mal-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

U.  billi l-ekonomija dinjija ilha għaddejja minn kriżi li seta' kellha impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem, speċjalment id-drittijiet ekonomiċi u soċjali, fuq il-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-persuni (żidiet fil-qgħad u fil-faqar, inugwaljanza u impjiegi prekarji u servizzi ta' kwalità aktar baxxa u aċċess limitat għalihom), u għaldaqstant anki fuq il-benesseri tal-persuni;

V.  billi fuq il-bażi tal-valuri universali u indiviżibbli, il-libertajiet tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin għandhom isiru parti mill-prijoritajiet tal-UE u s-sostenn favurihom għandu jkun inkundizzjonat; billi dawn id-drittijiet għadhom, fil-biċċa l-kbira tagħhom, mheddin, inkwantu żdied konsiderevolment l-għadd ta' ksur relatat;

W.  billi l-abolizzjoni universali tal-piena tal-mewt għadha waħda mill-prijoritajiet tal-UE fil-politika esterna tagħha fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; billi f'Ġunju 2016, is-sitt Kungress Dinji kontra l-Piena tal-Mewt se jsir f'Oslo, in-Norveġja;

X.  billi t-tfal, in-nisa u l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi jħabbtu wiċċhom ma' theddid, atti ta' vjolenza u vjolenza sesswali dejjem akbar u speċifiċi, l-aktar fiż-żoni tal-gwerra;

Y.  billi l-Premju Sakharov tal-2014 ingħata lid-Dott. Denis Mukwege għall-isforzi bla heda tiegħu, bħala tabib u difensur tad-drittijiet tal-bniedem, f'isem il-vittmi tal-vjolenza sesswali u tal-mutilazzjoni ġenitali; billi l-mutilazzjoni ġenitali femminili tikkostitwixxi ksur fundamentali tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal u billi huwa assolutament neċessarju li l-isforzi għall-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali u l-vjolenza sesswali jingħataw rwol ċentrali fil-politika esterna u dik fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE;

Z.  billi skont stimi, fl-2014, 230 miljun tifel u tifla li attwalment qegħdin jgħixu f'pajjiżi u nħawi milquta mill-kunflitt armati huma esposti għal vjolenza estrema u trawmi, jiġu reklutati bil-forza jew ikunu deliberatament fil-bersall tal-gruppi vjolenti;

AA.  billi l-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tirrikonoxxi d-dritt ta' kulħadd għal "livell ta' ħajja suffiċjenti biex jiżguralu saħħtu, għajxien tajjeb għalih u għall-familja tiegħu", li fiha l-maternità u t-tfulija jkollhom dritt għal attenzjoni u assistenza speċjali, u li tinkludi kura medika; billi r-riżoluzzjoni 26/28 tal-UNHRC(36) titlob li l-laqgħa li jmiss tal-Forum Soċjali tal-UNHRC jiffoka fuq l-aċċess għall-mediċini fil-kuntest tad-dritt li kulħadd igawdi l-ogħla livell possibbli ta' saħħa fiżika u mentali; billi l-Kostituzzjoni tal-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa (WHO) tgħid li t-tgawdija tal-ogħla standard ta' saħħa possibbli huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali ta' kull bniedem mingħajr ebda distinzjoni ta' razza, reliġjon, twemmin politiku, u kundizzjoni ekonomika jew soċjali;

AB.  billi t-tibdil fil-klima għandu impatt fuq l-aċċess għall-ilma, għar-riżorsi naturali u għall-ikel;

AC.  billi l-qerda intenzjonata u sistematika min-naħa tal-organizzazzjonijiet terroristiċi u tal-gruppi belliġeranti ta' siti arkeoloġiċi ta' valur li jifformaw parti mill-patrimonju dinji hija maħsuba biex tiddestabbilizza l-popolazzjonijiet u ċċaħħadhom mill-identità kulturali tagħhom, u ma għandhiex titqies biss delitt tal-gwerra iżda anki delitt kontra l-umanità;

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Jesprimi tħassib kbir għall-fatt li d-drittijiet tal-bniedem u l-valuri demokratiċi, bħal-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon kif ukoll il-libertà tal-għaqda u tal-assoċjazzjoni, huma dejjem aktar mhedda f'ħafna partijiet tad-dinja, anki taħt reġimi awtoritarji; jesprimi wkoll it-tħassib kbir tiegħu għall-fatt li l-ispazju pubbliku għas-soċjetà ċivili qiegħed jiċkien u għadd dejjem ikbar ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jinsab taħt attakk f'livell dinji;

2.  Jitlob li l-UE u l-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex iqiegħdu b'mod effikaċi lid-drittijiet tal-bniedem u lill-valuri demokratiċi fil-qalba tar-relazzjonijiet tagħhom mal-bqija tad-dinja, kif impenjaw ruħhom li jagħmlu fit-TUE; josserva li l-UE għandha tirrikorri għal miżuri xierqa hija u tittratta l-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi, partikolarment fil-każ ta' reġimi awtoritarji, anki permezz tar-relazzjonijiet fil-qasm tal-kummerċ, tal-enerġija jew tas-sigurtà;

3.  Itenni l-importanza kruċjali li tiġi żgurata żieda fil-koerenza bejn il-politika interna u esterna tal-UE fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-valuri demokratiċi; jenfasizza f'dan il-kuntest li, waqt li dan ir-rapport jittratta l-politika esterna tal-UE biex isir progress fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, il-Parlament jadotta wkoll rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea, li jiġi abbozzat mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern; jisħaq ukoll fuq l-importanza ta' aktar konsistenza, ta' koerenza u li jiġi evitat ir-rikors għal kriterji differenti fil-politiki esterni u fl-istrumenti kollha tal-UE;

4.  Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jindirizzaw b'mod effikaċi l-isfidi interni tad-drittijiet tal-bniedem, bħas-sitwazzjoni tar-Rom, it-trattament tar-rifuġjati u tal-migranti, id-diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBTI, ir-razziżmu, il-vjolenza kontra n-nisa, il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u l-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni fl-Istati Membri, sabiex tinżamm il-kredibilità u l-konsistenza fil-politika esterna tad-drittijiet tal-bniedem;

5.  Jinsisti fuq l-importanza tal-garanzija tal-koerenza tal-politika tal-UE fil-konfront tas-sitwazzjonijiet ta' okkupazzjoni jew annessjoni tat-territorju; ifakkar li d-dritt internazzjonali umanitarju għandu jiddirieġi lill-politika tal-UE lejn dawn is-sitwazzjonijiet kollha msemmija;

6.  Jesprimi l-oppożizzjoni soda għall-annessjoni, għall-okkupazzjoni u għall-kolonizzazzjoni ta' territorji u jinsisti fuq id-dritt inaljenabbli tal-popli għall-awtodeterminazzjoni;

7.  Iqis li, sabiex josservaw l-impenn tagħhom li jsir progress fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fid-dinja kollha, jeħtieġ li l-UE u l-Istati Membri jitkellmu b'vuċi konsistenti u waħda u jiżguraw li l-messaġġ tagħhom jinstema';

8.  Jenfasizza, barra dan, l-importanza tal-kooperazzjoni msaħħa bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill, is-SEAE, il-Parlament u d-Delegazzjonijiet tal-UE biex tittejjeb il-koerenza ġenerali tal-politika tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija u ċ-ċentralità tagħha fost il-politiki kollha tal-UE b'dimensjoni esterna, partikolarment fl-oqsma marbuta mal-iżvilupp, is-sigurtà, l-impjiegi, il-migrazzjoni, il-kummerċ u t-teknoloġija;

9.  Jitlob lill-UE ttejjeb u trendi sistematika l-portata sħiħa tal-impatt tal-politiki tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem u tiggarantixxi li dawn l-analiżijiet jikkontribwixxu biex jirriformulaw il-politiki tagħhom; jitlob lill-UE tiżviluppa mekkaniżmi aktar effiċjenti biex timmassimizza l-impatti pożittivi tal-politiki tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem u tipprevjeni u ttaffi l-impatti negattivi, kif ukoll issaħħaħ l-aċċess għal rimedji għall-popolazzjonijiet milquta;

10.  Jiġbed l-attenzjoni għall-impenn fit-tul tiegħu li jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u jsir progress fil-valuri demokratiċi, kif rifless, fost oħrajn, fl-għoti annwali tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, fix-xogħol tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem u fid-dibattiti plenarji u r-riżoluzzjonijiet ta' kull xahar dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt;

11.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu għall-qerda u għas-sakkeġġ intenzjonati u sistematiċi ta' siti arkeoloġiċi ta' valur li jifformaw parti mill-patrimonju dinji maħsuba biex jiddestabbilizzaw il-popolazzjonijiet u jimminaw l-identità kulturali tagħhom min-naħa tal-organizzazzjonijiet terroristiċi u tal-gruppi belliġeranti li jiffinanzjaw l-attivitajiet vjolenti tagħhom permezz tal-kummerċ illegali tal-patrimonju artistiku misruq; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni man-NU u mal-UNESCO, tiġġieled lill-kummerċ illegali ta' teżori artistiċi li ġejjin miż-żoni ta' kunflitt u tieħu inizjattivi għall-protezzjoni tal-patrimonju kulturali fiż-żoni ta' kunflitt; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-qerda intenzjonali tal-patrimonju tal-umanità bħala delitt kontra l-umanità u bħala tali tadotta l-provvedimenti ġuridiċi neċessarji;

Strumenti politiċi tal-UE biex jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja kollha

Rapport annwali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja

12.  Jilqa' pożittivament l-adozzjoni tar-Rapport annwali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2014; iqis li r-Rapport annwali jikkostitwixxi għodda indispensabbli għall-iskrutinju, il-komunikazzjoni u d-dibattitu rigward il-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fid-dinja; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiżguraw li jingħata segwitu komprensiv lill-kwistjonijiet imqajma fir-Rapport annwali, fosthom il-proposti speċifiċi fformulati biex jirriżolvu dawn il-problemi, kif ukoll aktar koerenza tad-diversi rapporti dwar il-politika esterna tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija;

13.  Itenni l-istedina tiegħu lill-VP/RGħ biex tiddiskuti mal-Membri tal-Parlament Ewropew f'żewġ seduti plenarji kull sena, waħda meta jiġi ppreżentat ir-Rapport annwali tal-UE, u l-oħra bħala reazzjoni għar-rapport tal-Parlament; jissottolinja li t-tweġibiet bil-miktub tal-Kummissjoni u tas-SEAE għar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar ir-Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija jiżvolġu rwol importanti fir-relazzjonijiet interistituzzjonali, billi jippermettu segwitu sistematiku u approfondit tal-punti kollha mqajma mill-Parlament;

14.  Ifaħħar lis-SEAE u lill-Kummissjoni għar-rapportar eżawrjenti tagħhom dwar l-attivitajiet imwettqa mill-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fl-2014; iqis, madankollu, li l-format attwali tar-Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija jista' jittejjeb billi tiġi offruta deskrizzjoni ġenerali aħjar tal-impatt konkret tal-azzjonijiet tal-UE fuq id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-pajjiżi terzi, tal-progess li jkun sar kif ukoll b'format li jinqara b'aktar faċilità; jappella, barra minn hekk, għal rapporti dwar l-azzjonijiet meħuda bħala reazzjoni għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt;

15.  Jirrakkomanda f'dan ir-rigward li s-SEAE jadotta approċċ aktar analitiku fl-abbozzar tar-Rapport annwali, waqt li jkompli jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE u tal-Pjan ta' Azzjoni; iqis li r-Rapport annwali m'għandux biss jenfasizza r-riżultati miksuba mill-UE u l-aħjar prattiki fil-qasam, iżda wkoll jindika liema sfidi u limitazzjonijiet tiltaqa' magħhom l-UE fl-isforzi tagħha biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-pajjiżi terzi, u liema lezzjonijiet jistgħu jittieħdu għal azzjoni konkreta fis-snin li ġejjin;

16.  Isostni l-opinjoni tiegħu li r-rapporti tal-pajjiżi ppreżentati fir-Rapport annwali għandhom ikunu inqas deskrittivi u inqas statiċi, u minflok għandhom jirriflettu aħjar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-pajjiżi dwar id-drittijiet tal-bniedem u jagħtu deskrizzjoni ġenerali tal-impatt tal-azzjoni tal-UE fil-prattika;

Qafas Strateġiku tal-UE u Pjan ta' Azzjoni (ġdid) dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija

17.  Itenni l-opinjoni tiegħu li l-adozzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE u tal-Ewwel Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fl-2012 ikkostitwiet kisba ewlenija għall-UE fl-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija mingħajr eċċezzjoni, fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja;

18.  Jilqa' pożittivament l-adozzjoni mill-Kunsill f'Lulju 2015 ta' Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija għall-2015-2019; ifaħħar lis-SEAE talli kkonsulta lill-Kummissjoni, lill-Parlament, lill-Istati Membri, lis-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali waqt l-evalwazzjoni tal-ewwel Pjan ta' Azzjoni u l-abbozzar tal-pjan il-ġdid;

19.  Jilqa' favorevolment it-tiġdid tal-impenn tal-UE li tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u li tappoġġa d-demokrazija fid-dinja kollha; jinnota li l-Pjan ta' Azzjoni għandu l-għan li jippermetti lill-UE tadotta approċċ aktar iffukat, sistematiku u kkoordinat fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, kif ukoll li ssaħħaħ l-impatt tal-politika u l-għodod tagħha fil-prattika; jappoġġa, f'dan ir-rigward, il-prijoritizzazzjoni ta' ħames oqsma ta' azzjoni strateġiċi;

20.  Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jiżguraw implimentazzjoni effiċjenti u koerenti tal-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid; jiġbed l-attenzjoni, b'mod partikolari, għall-importanza li tiżdied l-effikaċja u jiġi massimizzat l-impatt lokali tal-għodod użati mill-UE biex jiġi promoss ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fid-dinja; jevidenzja l-bżonn li tiġi żgurata reazzjoni rapida u xierqa għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; itenni l-importanza li jiġu intensifikati l-isforzi biex id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija jiġu integrati fl-azzjoni esterna kollha tal-UE, inkluż f'livell politiku għoli;

21.  Jenfasizza li sabiex jintlaħqu l-objettivi ambizzjużi stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid, l-UE għandha talloka r-riżorsi u l-kompetenzi suffiċjenti, kemm f'termini ta' riżorsi umani speċifiċi fi ħdan id-delegazzjonijiet u s-sede ċentrali, kif ukoll f'termini ta' fondi disponibbli għall-proġetti;

22.  Itenni l-opinjoni tiegħu li huma meħtieġa kunsens solidu u titjib fil-koordinament bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE sabiex isir progress b'mod konsistenti u koerenti fl-aġenda tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; itenni li l-Pjan ta' Azzjoni jirrigwarda kemm lill-UE kif ukoll lill-Istati Membri; jenfasizza bil-qawwa, għalhekk, li l-Istati Membri għandhom, mingħajr eċċezzjoni, jassumu sjieda akbar tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni u tal-Qafas Strateġiku tal-UE u jużawhom bħala mudell li fuqu jibbażaw il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija b'mod bilaterali u multilaterali; jieħu nota b'sodisfazzjon tal-evalwazzjoni intermedja prevista tal-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid u jevidenzja l-importanza tal-konsultazzjonijiet inklużivi biex jirriflettu b'mod konsistenti r-riżultati miksuba fl-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

23.  Iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-Kunsill Affarijiet Barranin jiddiskuti b'mod regolari suġġetti fil-qasam tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill Affarijiet Barranin biex jorganizza dibattitu pubbliku annwali dwar l-azzjoni tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija;

24.  Ifaħħar lis-SEAE u lill-Kummissjoni għar-rapportar tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-ewwel Pjan ta' Azzjoni u jistenna li dan ir-rapportar jitkompla fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid; ifakkar, barra dan, fid-determinazzjoni tiegħu li jkun assoċjat mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid u li jiġi kkonsultat dwarha;

25.  Jitlob lill-VP/RGħ, f'koordinament mal-Kummissarji l-oħra kollha, tabbozza programm li jintegra d-drittijiet tal-bniedem f'attivitajiet varji tal-UE, b'mod partikolari fl-oqsma tal-iżvilupp, il-migrazzjoni, l-ambjent, l-impjiegi, il-protezzjoni tad-data fuq l-internet, il-kummerċ, l-investiment, it-teknoloġija u n-negozju;

Deskrizzjoni ġenerali tal-istrumenti politiċi l-oħra tal-UE

Mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem

26.  Ifakkar fl-importanza tal-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem biex itejjeb il-viżibilità u l-effikaċja tal-UE biex tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi fid-dinja kollha; ifaħħar lid-detentur attwali tal-mandat għall-kisbiet sinifikanti tiegħu u talli involva ruħu fi skambji regolari mal-Parlament u mas-soċjetà ċivili;

27.  Jilqa' pożittivament il-proroga tal-mandat tar-RSUE sa Frar 2017 u jtenni t-talba tiegħu sabiex dan il-mandat isir wieħed permanenti; jappella, għaldaqstant, għar-reviżjoni tal-mandat biex ir-RSUE jingħata l-poteri ta' inizjattiva proprja, riżorsi umani u finanzjarji adegwati u l-kapaċità li jesprimi ruħu pubblikament, jirrapporta fuq ir-riżultati taż-żjarat fil-pajjiżi terzi u jikkomunika l-pożizzjoni tal-UE dwar il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, bil-għan li jissaħħaħ ir-rwol tar-RSUE billi titjieb il-viżibilità u l-effikaċja tiegħu;

28.  Itenni l-appell tiegħu sabiex il-Kunsill jistabbilixxi fil-mandat tar-RSUE ġeografiċi r-rekwiżit li jikkollaboraw mill-qrib mar-RSUE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

Strateġiji nazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u r-rwol tad-delegazzjonijiet tal-UE

29.  Jinnota li 132 strateġija nazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem ġew approvati mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, wara sforzi f'kollaborazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-UE, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri; itenni l-appoġġ tiegħu għall-objettiv tal-istrateġiji nazzjonali tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem, li huwa li l-azzjoni tal-UE f'kull pajjiż titfassal speċifikament skont is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tiegħu; jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta' valutazzjoni kontinwa tal-istrateġiji nazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-adegwament tagħha jekk ikun il-każ, u jappella għal aktar titjib fil-kooperazzjoni, fil-komunikazzjoni u fl-iskambju ta' informazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-UE, l-ambaxxati tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem.

30.  Itenni l-appell tiegħu sabiex il-Membri tal-Parlament Ewropew ikollhom aċċess għall-kontenut tal-istrateġiji, f'format adegwat, sabiex jaqdu dmirijiethom b'mod xieraq u trasparenti; jirrakkomanda li s-SEAE u l-Kummissjoni jikkomunikaw esternament l-objettiv ta' kull strateġija ħalli jżidu t-trasparenza tal-istrateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinsisti li s-SEAE jinkludi indikaturi tal-progress ċari u li jistgħu jitkejlu għal kull strateġija individwali;

31.  Jenfasizza bil-qawwi l-importanza li jitqiesu l-istrateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-livelli kollha tat-tfassil tal-politiki fir-rigward tal-pajjiżi terzi individwali, inkluż waqt it-tħejjija ta' djalogi politiċi ta' livell għoli, djalogi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, dokumenti ta' strateġija tal-pajjiżi u programmi ta' azzjoni annwali;

32.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deżinjazzjoni ta' punti fokali tad-drittijiet tal-bniedem u/jew tal-ġeneru mid-delegazzjonijiet kollha u mill-missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK); jinnota, madankollu, li f'bosta każi, l-informazzjoni disponibbli pubblikament online mhijiex aġġornata, u jitlob, għaldaqstant, biex tiġi riveduta malajr;

33.  Ifakkar ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-VP/RGħ u lis-SEAE biex jiżviluppaw linji gwida operattivi ċari dwar ir-rwol tal-punti fokali fid-delegazzjonijiet, sabiex jingħataw is-setgħa jaġixxu bħala konsulenti veri u proprji dwar id-drittijiet tal-bniedem u jkunu jistgħu jwettqu xogħolhom b'koerenza u inklużjoni, bil-għan li ħidmet id-delegazzjonijiet tkun ottimizzata; jemmen li x-xogħol tal-punti fokali dwar id-drittijiet tal-bniedem għandu jiġi appoġġat bl-istess mod mill-persunal diplomatiku tal-Istati Membri; huwa tal-fehma li x-xogħol tal-punti fokali dwar id-drittijiet tal-bniedem għandu jkun totalment indipendenti u ħieles minn indħil politiku u minn vessazzjonijiet min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi terzi, speċjalment fil-kuntatti tagħhom mal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u mas-soċjetà ċivili;

Djalogi u konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem

34.  Jirrikonoxxi li d-djalogi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem mal-pajjiżi terzi jistgħu jkunu għodda effiċjenti għall-involviment bilaterali u għall-kooperazzjoni fil-promozzjoni u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, dment li ma jikkostitwixxux fini fih innifsu, iżda mezz biex jiggarantixxi impenji u riżultati speċifiċi tal-kontroparti; jilqa' pożittivament u jinkoraġġixxi, għaldaqstant, l-istabbiliment ta' djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' għadd dejjem jiżdied ta' pajjiżi, bħall-Myanmar/Burma; jieħu nota favorevoli f'dan il-kuntest, pereżempju, tas-sitt ċiklu ta' djalogu UE-Moldova dwar id-drittijiet tal-bniedem;

35.  Iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lis-SEAE jwettqu d-djalogi tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem u s-seminars korrispondenti tas-soċjetà ċivili b'enfasi ċara u orjentata lejn il-kisba ta' riżultati li tirrifletti l-istrateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lis-SEAE jinkludi b'mod konsistenti djalogu preparatorju mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li b'mod awtomatiku għandu jalimenta lid-djalogu veru u proprju; jinsisti wkoll li l-VP/RGħ, ir-RSUE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u s-SEAE jqajmu sistematikament il-każi individwali tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'riskju jew fil-ħabs, tal-priġunieri politiċi u tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem b'mod responsabbli u trasparenti matul id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem; iqis li huwa essenzjali li s-SEAE b'mod sistematiku jiżgura li l-impenji kollha meħuda waqt kull djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġu onorati;

36.  Itenni l-appell tiegħu lis-SEAE biex jiżviluppa mekkaniżmu komprensiv għall-monitoraġġ u għar-rieżami tal-funzjonament tad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem, f'kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili u mal-organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb id-drittijiet tal-bniedem, bil-għan li jittejjeb l-impatt tagħhom; jemmen li jekk dawn id-djalogi jfallu b'mod persistenti, għandhom jiġu elaborati konklużjonijiet politiċi u jintużaw għodod alternattivi għall-appoġġ tal-progress tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż ikkonċernat; josserva, f'dan ir-rigward, li d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mar-Russja ġie sospiż fl-2014, u josserva wkoll in-nuqqas ta' riżultati tad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem maċ-Ċina u mal-Belarussja; iħeġġeġ, għaldaqstant, li s-SEAE jikkunsidra mill-ġdid b'mod profond l-istrateġija tiegħu fir-rigward tar-Russja u taċ-Ċina;

37.  Jappella lill-UE u lid-delegazzjonijiet tagħha jżidu d-djalogu politiku tagħhom mal-gvernijiet li ma jirrispettawx id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, flimkien mas-soċjetà ċivili, u jinsisti li d-djalogu politiku dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-pajjiżi terzi jeħtieġ li jinkludi definizzjoni aktar inklużiva u komprensiva tan-nondiskriminazzjoni, fost oħrajn għal dak li jikkonċerna l-persuni LGBTI u r-reliġjon jew it-twemmin, is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, l-età, id-diżabilità u l-orjentament sesswali; jissottolinja li, partikolarment f'pajjiżi b'riżultati batuti kemm fl-iżvilupp kif ukoll fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-għajnuna għall-iżvilupp għandha tinżamm u anki tissaħħaħ, iżda preferibbilment tingħata permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tas-sħab lokali mhux governattivi, u għandha tkun immonitorjata sistematikament u akkumpanjata minn impenji governattivi għal titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-post;

38.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-miżuri addizzjonali kontra l-individwi (sanzjonijiet immirati bħall-iffriżar tal-assi jew il-projbizzjoni tal-ivvjaġġar) fir-relazzjonijiet mar-reġimi awtoritarji f'każ li d-djalogi jfallu b'mod persistenti;

Linji gwida tal-UE dwar id-drittjiet tal-bniedem

39.  Jilqa' favorevolment l-adozzjoni tal-Kunsill f'Mejju 2014 tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem b'rabta mal-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline; ifakkar, madankollu, fit-talba tiegħu lis-SEAE biex jiċċara l-proċess tas-selezzjoni tas-suġġetti koperti mil-Linji Gwida tal-UE u jikkonsulta wkoll lill-Parlament u lis-soċjetà ċivili dwar din il-kwistjoni qabel ma jintgħażlu s-suġġetti;

40.  Itenni l-appell tiegħu lill-VP/RGħ u lis-SEAE biex jimplimentaw, b'mod effikaċi u konsistenti, il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Dritt Umanitarju Internazzjonali(37), anki fir-rigward tal-kunflitt u tal-kriżijiet umanitarji fil-pajjiżi bħas-Sirja, l-Iraq, il-Libja u l-Ukrajna; jirrakkomanda, f'dan il-kuntest, li s-SEAE jappoġġa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu r-rispett tad-dritt umanitarju internazzjonali min-naħa tal-atturi Statali u mhux Statali; iħeġġeġ, barra dan, li l-UE tuża b'mod attiv l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex ittejjeb il-konformità tal-atturi Statali u mhux Statali mad-dritt umanitarju internazzjonali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkontribwixxu fl-inizjattiva ta' bħalissa tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tal-Iżvizzera dwar it-tisħiħ tal-konformità mad-dritti umanitarju internazzjonali;

41.  Jissottolinja enerġikament l-importanza ta' valutazzjoni sistematika tal-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, inkluża l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, bl-użu ta' parametri ta' riferiment definiti sewwa; iqis li, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-Linji Gwida, għandhom jittieħdu aktar miżuri mmirati biex iżidu s-sensibilizzazzjoni dwar il-kontenut tagħhom fost il-persunal tas-SEAE u tad-delegazzjonijiet tal-UE kif ukoll ir-rappreżentanzi tal-Istati Membri barra l-pajjiż; itenni l-appell tiegħu biex l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-drittijiet tal-bniedem ikunu aktar involuti fis-selezzjoni, fl-iżvilupp, fl-evalwazzjoni u fir-rieżami tal-Linji Gwida;

Drittijiet tal-bniedem u demokrazija permezz tal-istrumenti u l-politiki esterni tal-UE

42.  Ifakkar li l-UE impenjat ruħha li tqiegħed id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-qalba tar-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi; jenfasizza, għaldaqstant, li l-progress fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi jeħtieġ li jiġi appoġġat permezz tal-politiki kollha tal-UE u ta' strumenti finanzjarji xierqa b'dimensjoni esterna, bħall-politika tat-tkabbir u tal-viċinat, il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni u l-politiki fil-qasam tal-iżvilupp, tal-migrazzjoni, tal-kummerċ, tal-ġustizzja u l-intern; jevidenzja, f'dan il-kuntest, l-isforzi reċenti tal-UE biex tinkludi lill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-matriċi ta' twissija bikrija tagħha marbuta mal-prevenzjoni tal-kriżijiet;

43.  Jissottolinja l-obbligu tal-UE fuq il-bażi tat-trattat biex tiggarantixxi li l-politiki u l-attivitajiet esterni kollha tagħha jkunu maħsuba u implimentati b'tali mod li jikkonsolida u jsostni d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

44.  Iqis l-istrumenti finanzjarji esterni tal-UE bħala għodda importanti għall-promozzjoni u għad-difiża tal-valuri tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi; itenni l-appell tiegħu favur titjib fil-koerenza tad-diversi strumenti tematiċi u ġeografiċi;

45.  Jinnota l-isforzi tal-Kummissjoni biex tonora l-impenn tagħha li tinkludi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha għal proposti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, miżuri ta' implimentazzjoni u ftehimiet kummerċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-kwalità, il-komprensività u s-segwitu tal-valutazzjonijiet tal-impatt u biex tiżgura l-inkorporazzjoni sistematika tal-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem; jevidenzja r-rwol li s-soċjetà ċivili tista' tiżvolġi f'dan il-proċess;

It-tkabbir u l-politika tal-viċinat

46.  Ifakkar li l-politika ta' tkabbir tal-UE tikkostitwixxi waħda mill-għodod l-aktar b'saħħithom għat-tisħiħ tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi; jinnota li l-proċess tat-tkabbir se jitkompla minkejja l-fatt li ma jistax isir tkabbir sal-2019 minħabba l-istat tan-negozjati u s-sitwazzjoni fil-pajjiżi kkonċernati, u jilqa' b'sodisfazzjon l-implimentazzjoni tal-approċċ il-ġdid fin-negozjati ta' adeżjoni tal-kapitoli li jirrigwardaw il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali, u l-ġustizzja, il-libertà, u s-sigurtà, li jikkunsidra kif xieraq iż-żmien meħtieġ biex ir-riformi kkonċernati jiġu implimentati korrettament;

47.  Jesprimi t-tħassib tiegħu minħabba d-deterjorament tal-libertà tal-espressjoni u tal-mezzi tal-komunikazzjoni f'ċerti pajjiżi tat-tkabbir u f'għadd ta' pajjiżi tal-viċinat Ewropew; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tittejjeb l-indipendenza u t-trasparenza tas-sjieda tal-mezzi tal-komunikazzjoni f'dawn il-pajjiżi u jiġu indirizzati l-pressjonijiet politiċi u ekonomiċi fuq il-ġurnalisti, li ta' spiss iwasslu għal ċensura u awtoċensura; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja u tipprijoritizza r-rispett tal-libertà tal-espressjoni u tal-mezzi tal-komunikazzjoni fil-proċess tan-negozjati ta' adeżjoni;

48.  Jiddeplora l-fatt li l-implimentazzjoni korretta tal-oqfsa ġuridiċi għall-protezzjoni tal-minoranzi għadha tikkostitwixxi sfida, kif iddikjarat fl-Istrateġija ta' Tkabbir tal-Kummissjoni għall-2014-2015(38); jistieden lill-pajjiżi tat-tkabbir jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex joħolqu kultura ta' aċċettazzjoni tal-minoranzi permezz tat-titjib tal-involviment tagħhom fil-proċessi deċiżjonali u tal-inklużjoni tagħhom fis-sistema edukattiva, b'attenzjoni speċjali fuq it-tfal Rom; iħeġġeġ lill-UE ssegwi mill-viċin l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni, inklużi r-reati ta' mibegħda fuq il-bażi tal-orjentament sesswali, matul il-proċess ta' tkabbir kollu kemm hu;

49.  Jinnota bi tħassib id-deterjorament tal-kulturi politiċi demokratiċi f'xi pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali kif ukoll f'għadd ta' pajjiżi tal-viċinat Ewropew; ifakkar li l-governanza tajba, ir-rispett tal-istat tad-dritt, il-libertà tal-opinjoni u d-drittijiet tal-bniedem, id-djalogu politiku, l-ilħuq tal-kompromess u l-inklużjoni tal-partijiet interessati kollha fil-proċess deċiżjonali huma fil-qalba tar-reġimi demokratiċi; jinnota bl-istess livell ta' tħassib il-progress skars magħmul mill-pajjiżi tat-tkabbir fit-titjib tal-indipendenza tal-ġudikatura u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jingħaqad mal-Kummissjoni biex iħeġġeġ lill-pajjiżi tat-tkabbir jibnu esperjenzi kredibbli ta' investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni definittivi;

50.  Ifakkar, fil-kuntest tar-rieżami li għaddej tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li t-TUE jipprevedi li l-UE għandha tiżviluppa relazzjoni speċjali mal-pajjiżi tal-viċinat abbażi tal-valuri tal-UE, li jinkludu r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija(39); ifakkar ukoll li, b'segwitu għar-Rebbiegħa Għarbija tal-2011, li l-UE reġgħet iddefiniet il-politika tagħha fil-konfront tal-viċinat fuq il-bażi tal-prinċipju "aktar għal aktar", intiż li jsaħħaħ l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-progess tad-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja l-fatt li minħabba l-isfidi notevoli li l-viċinat tal-UE ħabbat wiċċu magħhom f'dawn l-aħħar ftit snin, bħat-tifrix tal-instabilità u tal-kunflitt fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq, bl-estremisti u l-gruppi ġiħadisti jisfruttaw dawn is-sitwazzjonijiet, kif ukoll it-tbatija umana kkawżata mill-azzjonijiet tar-Russja, intlaqat b'mod sinifikanti r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi;

51.  Jesprimi, għaldaqstant, il-konvinzjoni tiegħu li l-Politika Ewropea tal-Viċinat riveduta għandu jkompli jkollha l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi fil-qalba tagħha; itenni li kemm il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll tad-demokrazija huma fl-interess tal-pajjiżi sħab kif ukoll tal-UE;

52.  Jenfasizza li l-UE għandha tkompli ssostni b'mod attiv l-istituzzjonijiet demokratiċi u effikaċi li jieħdu ħsieb id-drittijiet tal-bniedem, is-soċjetà ċivili u l-mezzi tal-komunikazzjoni liberi fil-pajjiżi ġirien; josserva pożittivament f'dan il-kuntest is-sostenn sostanzjali kontinwu fl-ambitu tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Faċilità għas-Soċjetà Ċivili; jilqa' pożittivament ukoll l-impenn kontinwu u effiċjenti tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar favur il-promozzjoni tad-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali, kif iddikjara l-Parlament fl-ewwel rapport ta' evalwazzjoni tiegħu dwar il-Fond Ewropew għad-Demokrazija(40); jinkoraġġixxi bis-saħħa lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu joffru inċentivi b'saħħithom u kompetenzi mill-proċess ta' tranżizzjoni tagħhom bħala sostenn għall-proċess ta' riforma demokratika fil-viċinat tal-UE;

53.  Isostni li huwa assolutament essenzjali li tintemm l-aggressjoni Russa fl-Ukrajna u jiġu żgurati l-istabilità u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

Drittijiet tal-bniedem permezz tal-kummerċ

54.  Itenni s-sostenn tiegħu favur l-introduzzjoni sistematika tal-klawsoli relatati mad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali kollha bejn l-UE u l-pajjiżi terzi, filwaqt li jittieħed kont, fost ħwejjeġ oħra, tad-djalogu soċjali Ewropew u l-istandards tax-xogħol tal-ILO; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja u tivvaluta b'mod effikaċi u sistematiku l-implimentazzjoni tal-klawsoli relatati mad-drittijiet tal-bniedem u tirrapporta regolarment lill-Parlament dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-pajjiżi sħab; jilqa' pożittivament l-użu aktar sistematiku min-naħa tal-Kunsill tal-miżuri ristrettivi fil-konfront tal-pajjiżi terzi li qegħdin jiksru intenzjonalment id-drittijiet tal-bniedem; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward li, kull meta jkun kommess ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiż terz li miegħu jkun ġie konkluż ftehim, l-UE tieħu provvedimenti aktar konkreti biex twettaq miżuri xierqa kif stabbilit fil-klawsoli relatati mad-drittijiet tal-bniedem;

55.  Jilqa' favorevolment id-dħul fis-seħħ tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) l-ġdida (Regolament (UE) Nru 978/2012) fl-1 ta' Jannar 2014; josserva pożittivament li, sa tmiem l-2014, 14-il pajjiż ġew konċessi preferenzi SĠP+ u jfakkar li l-pajjiżi huma meħtieġa jikkonservaw ir-ratifika tas-27 konvenzjoni internazzjonali ewlenija, kif ukoll jimmonitorjaw l-implimentazzjoni effikaċi tagħhom, konformement mal-kriterji stabbiliti minn dawn il-konvenzjonijiet kif ukoll mill-UE; huwa ħerqan li l-Kummissjoni tivvaluta l-affarijiet b'mod reali u trasparenti u tirrapporta lura lill-Parlament u l-Kunsill dwar l-istatus ta' ratifika u implimentazzjoni effikaċi tal-konvenzjonijiet mill-benefiċjarji tal-preferenzi SĠP+ sal-aħħar tal-2015; itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li l-Istatut ta' Ruma jiżdied ma' lista futura ta' konvenzjonijiet;

Negozju u drittijiet tal-bniedem

56.  Iqis li l-kummerċ u d-drittijiet tal-bniedem jistgħu jimxu id f'id u li l-komunità kummerċjali għandha rwol importanti x'tiżvolġi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija; jemmen li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għandha tinbena fuq il-kooperazzjoni bejn il-gvernijiet u s-settur privat; jerġa' jafferma, f'dan il-kuntest, li l-kumpaniji Ewropej għandhom jieħu miżuri adegwati biex jiżguraw li l-operazzjonijiet tagħhom fil-pajjiżi terzi jirrispettaw l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem; jerġa' jafferma, barra dan, l-importanza li l-UE tippromwovi r-responsabilità soċjali korporattiva u li l-impriżi Ewropej jiżvolġu rwol ta' tmexxija fil-promozzjoni tal-istandards internazzjonali dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem; jistieden, barra minn dan, lill-UE tieħu rwol attiv fil-21 sessjoni tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar il-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-kumpaniji transnazzjonali u impriżi oħrajn, u tappoġġa l-isforzi intiżi biex jallinjaw il-politiki tagħhom mal-linji gwida tal-OECD għall-impriżi multinazzjonali; jirrakkomanda lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimpenjaw ruħhom fid-dibattitu dwar strument internazzjonali ġuridikament vinkolanti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem fi ħdan is-sistema tan-NU;

57.  Jemmen, fid-dawl ta' dak li ssemma hawn fuq, li s-SEAE għandu jesiġi li d-delegazzjonijiet tal-UE jinvolvu ruħhom mal-kumpaniji tal-UE li joperaw fil-pajjiżi terzi sabiex jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet tagħhom relatati man-negozju; ifakkar, barra minn hekk, it-talba tiegħu li d-delegazzjonijiet tal-UE jinkludu r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-operazzjonijiet bħala prijorità fis-sejħiet lokali għal offerti fl-ambitu tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), u li d-delegazzjonijiet tal-UE jieħdu l-azzjonijiet kollha neċessarji għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, konformement mal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem;

58.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrapporta, sa tmiem l-2015, dwar l-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet(41) tal-Bniedem mill-Istati Membri tal-UE;

59.  Jappella għal azzjoni Ewropea maqbula biex tindirizza l-problema tal-akkapparrament tal-art permezz tal-promozzjoni ta' salvagwardji adegwati għall-prevenzjoni ta' dan il-fenomenu fil-pajjiżi kkonċernati u fost il-kumpaniji tal-UE u l-kumpaniji Ewropej oħrajn preżenti f'dawk il-pajjiżi;

60.  Jistieden lill-UE tiżviluppa proġett pilota dwar l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem, il-kwistjonijiet marbuta mal-art (akkapparrament tal-art u żgumbramenti furzati) u l-koerenza tal-politiki tal-UE f'dan ir-rigward; jistieden lill-UE tirrapporta dwar il-kunsiderazzjoni tagħha dwar l-adeżjoni għall-Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, konformement mal-impenn meħud fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019;

Id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp

61.  Iqis li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi għandhom jimxu id f'id; ifakkar f'dan il-kuntest li n-NU ddikjaraw li, fin-nuqqas ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, l-għanijiet tal-iżvilupp ma jistgħux jintlaħqu bis-sħiħ; ifakkar ukoll li l-UE impenjat ruħha li tappoġġa lill-pajjiżi sħab, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni tal-iżvilupp u l-progress tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; iħeġġeġ l-inklużjoni ta' oqfsa tar-riżultati definiti b'mod ċar fl-istrumenti kollha sabiex tkun żgurata l-inklużjoni tal-gruppi emarġinati u vulnerabbli u biex jiġi integrat ukoll approċċ bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem;

62.  Jilqa' d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar approċċ ibbażat fuq id-drittijiet, li jħaddan id-drittijiet tal-bniedem kollha inklużi d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, li ġie ppubblikat f'April 2014 u ntlaqa' mill-Kunsill; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet u tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-prattika jkunu jsaħħu lil xulxin; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni trasparenti u pubblika tal-ġabra ta' għodda tal-UE b'rabta mal-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet; iħeġġeġ lill-UE ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala promotur b'saħħtu tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja permezz tal-użu effikaċi, konsistenti u meqjus tal-istrumenti disponibbli kollha għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-difensuri tagħhom u l-effikaċja tal-politika tagħna dwar l-għajnuna għall-iżvilupp, f'konformità mal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 16 il-ġdid;

63.  Jilqa' l-adozzjoni tal-Aġenda ambizzjuża għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-2030 matul is-summit speċjali tan-NU fi New York, kif ukoll ir-rwol ewlieni li kellha l-UE f'dan il-proċess, b'mod partikolari fir-rigward tal-inklużjoni tal-valuri fundamentali tal-UE bħad-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba; jilqa' b'mod pożittiv il-fatt li l-aġenda l-ġdida hija stabbilita biċ-ċar fl-impenji fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u li s-17-il għan u l-169 għan tagħha jfittxu li jiksbu drittijiet tal-bniedem għal kulħadd; jikkondividi l-viżjoni li jirfed dan id-dokument, jiġifieri dinja ta' rispett universali tad-drittijiet u d-dinjità tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-ġustizzja, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll ir-rispett tar-razza, l-etniċità u d-diversità kulturali u l-opportunitajiet indaqs, li tippermetti li jintlaħaq bis-sħiħ il-potenzjal tal-bniedem u tikkontribwixxi għal prosperità komuni; jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li l-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-2030, il-miżuri ta' monitoraġġ tagħha u l-implimentazzjoni futura tagħha mill-partijiet interessati kollha, inklużi s-soċjetà ċivili u s-settur privat ikunu mirfuda minn approċċi bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll mill-għanijiet għall-qerda tal-faqar, it-tnaqqis fl-inugwaljanzi u l-esklużjoni soċjali u d-demokratizzazzjoni tal-ekonomija;

64.  Jenfasizza l-importanza tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp biex tinkiseb l-aġenda l-ġdida għall-iżvilupp sostenibbli; jindika li l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għandu jwassal għal fehim aktar profond tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, billi jekk ma jiġux indirizzati l-ostakli għall-kisba tad-drittijiet ma jista jkun hemm l-ebda progress lejn l-iżvilupp sostenibbli u l-qerda tal-faqar;

65.  Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa urġenti li jiġi indirizzat il-piż fil-livell dinji ta' mard relatat mal-faqar u li ġie traskurat; jappella għal strateġija politika fit-tul u ambizzjuża u pjan ta' azzjoni dwar is-saħħa fil-livell dinji, l-innovazzjoni u l-aċċess għall-mediċini, li jinkludi fost oħrajn l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, biex b'hekk jiġi salvagwardjat id-dritt għal standard ta' għajxien adegwat għas-saħħa u l-benesseri ta' kull bniedem, mingħajr l-ebda distinzjoni abbażi ta' razza, reliġjon, twemmin politiku, kundizzjoni ekonomika jew soċjali, l-identità tal-ġeneru jew l-orjentament sesswali;

66.  Jenfasizza li l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa tfisser impenn sabiex tinħoloq bażi ta' protezzjoni soċjali universali, kopertura tas-saħħa universali u servizzi pubbliċi essenzjali għal kulħadd, inklużi s-saħħa u l-edukazzjoni;

67.  Jinnota b'mod pożittiv id-dokument ta' gwida dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu abbozzat mis-SEAE u mill-Kummissjoni u approvat mill-Kunsill li għandu l-għan jiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' għajnuna fil-ġlieda kontra t-terroriżmu ma' pajjiżi terzi; jitlob lis-SEAE u l-Kummissjoni jiżguraw implimentazzjoni effikaċi tad-dokument, l-ewwel nett billi dan jinxtered fuq bażi wiesgħa; ifakkar f'dan il-kuntest li r-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jikkostitwixxi l-bażi għal politiki ta' suċċess kontra t-terroriżmu, inkluż l-użu ta' teknoloġiji ta' sorveljanza diġitali; jappoġġa l-isforzi internazzjonali biex jitwaqqaf il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li qed isir mill-ISIS/Da'esh;

Id-drittijiet tal-popli indiġeni

68.  Jistieden lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw ir-rieżami tal-mandat tal-Mekkaniżmu Espert dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, skont id-Dokument ta' Eżitu tal-Konferenza Dinjija dwar il-Popli Indiġeni (Riżoluzzjoni 69/2 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU(42)), bil-għan li jkun hemm monitoraġġ, valutazzjoni u titjib fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jitolbu lid-detenturi kollha tal-mandati ta' Proċedura Speċjali jagħtu attenzjoni speċjali lill-kwistjonijiet li jaffettwaw lin-nisa u l-bniet indiġeni, u jirrappurtaw kwistjonijiet bħal dawn b'mod sistematiku lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem; iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Istati Membri jappoġġaw b'mod attiv l-iżvilupp tal-pjan ta' azzjoni għas-sistema kollha dwar il-popli indiġeni, kif mitlub mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fir-riżoluzzjoni tagħha ta' Settembru 2014, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni tal-konsultazzjoni regolari tal-popli indiġeni bħala parti minn dak il-proċess; jiddispjaċih ħafna dwar il-fatt li f'xi żoni tal-Afrika tal-Punent lill-persuni li jbatu minn mard mentali jorbtuhom bil-ktajjen mas-siġar fil-foresti jew jabbandunawhom fit-toroq, u li dawn huma prattiki mifruxa approvati minn komunitajiet lokali;

L-azzjoni tal-UE dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati

69.  Jesprimi tħassib kbir u solidarjetà fir-rigward tal-għadd kbir ta' rifuġjati u migranti li jsofru ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem bħala vittmi ta' kunflitti, persekuzzjoni, nuqqasijiet min-naħa tal-gvernijiet u netwerks ta' immigrazzjoni illegali, traffikar, dħul klandestin, gruppi estremisti u gruppi kriminali; jesprimi d-dispjaċir kbir tiegħu għat-telf traġiku ta' ħajjiet fost persuni li jkunu qed jippruvaw jilħqu l-fruntieri tal-UE;

70.  Jesprimi l-ħtieġa urġenti li jiġu ttrattati l-kawżi primarji tal-flussi migratorji u, għaldaqstant, li tiġi indirizzata d-dimensjoni esterna tal-kriżi tar-rifuġjati, inkluż billi jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli għall-kunflitti fil-viċinat tagħna, jissawru kooperazzjoni u sħubijiet mal-pajjiżi terzi kkonċernati u permezz tal-politiki esterni tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ komprensiv ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-migrazzjoni, u jistieden lill-UE ssaħħaħ il-kollaborazzjoni tagħha man-NU, inklużi l-aġenziji tagħha, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet reġjonali, il-gvernijiet u l-NGOs, biex jiġu indirizzati l-kawżi primarji tal-flussi migratorji u titjieb is-sitwazzjoni fil-kampijiet tar-rifuġjati li jinsabu ħdejn iż-żoni ta' kunflitt; itenni l-appell tiegħu lill-UE biex tiżgura li l-ftehimiet kollha dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u ta' riammissjoni ma' stati mhux tal-UE jkunu konformi mad-dritt internazzjonali; ifakkar li strateġija dinjija dwar il-migrazzjoni jkollha rabtiet mill-qrib mal-politiki tal-iżvilupp u dawk umanitarji, inkluż billi jinfetħu kurituri umanitarji u jingħataw viżi umanitarji, kif ukoll ma' politiki esterni oħra; jinnota f'dan il-kuntest l-operazzjoni tal-Forza Navali tal-Unjoni Ewropea - Mediterran (EUNAVFOR Med) kontra minn jiffaċilita d-dħul klandestin ta' persuni u t-traffikanti fil-Mediterran; jenfasizza wkoll il-ħtieġa urġenti li jiġu żviluppati politiki aktar b'saħħithom fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet urġenti relatati mal-migranti u r-rifuġjati u jinstab mekkaniżmu effikaċi, ġust u sostenibbli għall-kondiviżjoni tal-piżijiet fost l-Istati Membri; jenfasizza l-miżuri proposti mill-Kummissjoni fid-9 ta' Settembru 2015 biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-rifuġjati, bħal pereżempju r-reviżjoni prevista tar-regolament ta' Dublin;

71.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ tagħhom għall-ġlieda kontra t-traffikar ta' bnedmin permezz tal-politiki esterni, b'enfasi partikolari fuq il-protezzjoni tal-vittmi, speċjalment persuni taħt l-età; jemmen bil-qawwa li l-UE għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u atturi rilevanti oħra sabiex ikun hemm skambju ta' prattiki tajba u jingħata kontribut sabiex jinkisru netwerks ta' traffikar internazzjonali; itenni l-ħtieġa li l-Istati Membri kollha tal-UE jimplimentaw id-direttiva tal-UE 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu(43) u l-Istrateġija tal-UE għall-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012-2016(44);

72.  Jindika li fl-2014 ġew spustati 17,5 miljun persuna minħabba diżastri relatati mal-klima; jindika li dawn l-ispostamenti primarjament jolqtu r-reġjuni tan-Nofsinhar, li huma dawk l-aktar esposti għal impatti tat-tibdil fil-klima; jindika li 85 % ta' dawn l-ispostamenti jseħħu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, primarjament f'pajjiż wieħed jew f'partijiet minn pajjiżi; jindika li skont l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju l-Istati Membri tal-UE impenjaw ruħhom li jallokaw 0,7 % tal-PDG għall-finanzjament tal-għajnuna għall-iżvilupp;

73.  Jistieden lill-UE tipparteċipa b'mod attiv fid-dibattitu dwar it-terminu 'rifuġjat minħabba l-klima', inkluża d-definizzjoni ġuridika possibbli tiegħu fid-dritt internazzjonali jew fi kwalunkwe ftehim internazzjonali ġuridikament vinkolanti ieħor;

74.  Itenni t-talba tiegħu għal pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-użu ta' drones armati li tappoġġa d-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali u li għandha tindirizza kwistjonijiet bħall-qafas ġuridiku, il-proporzjonalità, ir-responsabilità, il-protezzjoni taċ-ċivili u t-trasparenza; iħeġġeġ għal darb'oħra lill-UE tipprojbixxi l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu ta' armi kompletament awtonomi li jippermettu li jsiru attakki mingħajr intervent uman; jappella lill-UE topponi u tipprojbixxi l-prattika ta' qtil extraġudizzjarju u mmirat u timpenja ruħha li tiżgura miżuri adegwati, skont l-obbligi ġuridiċi nazzjonali u internazzjonali, meta jkun hemm provi biżżejjed li wieħed jemmen li individwu jew entità fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha huma marbuta ma' qtil immirat kontra l-liġi lil hinn minn xtutha;

L-avvenimenti kulturali u sportivi internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem

75.  Jinsab imħasseb serjament dwar il-fatt li stati awtoritarji fejn iseħħ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali qegħdin jilqgħu għandhom avvenimenti sportivi ewlenin; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm kampanji ta' sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku ġenerali dwar il-ħtieġa li jkunu żgurati dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward ta' avvenimenti sportivi, inkluża l-problema tal-prostituzzjoni furzata u tat-traffikar ta' bnedmin; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinvolvu ruħhom mal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u fora multilaterali oħrajn, kif ukoll mal-federazzjonijiet sportivi nazzjonali, l-atturi korporattivi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jiżguraw konformità sħiħa mad-drittijiet tal-bniedem f'attivitajiet bħal dawn, inkluż billi dan isir wieħed mill-kriterji ta' aġġudikazzjoni determinanti għal avvenimenti internazzjonali sportivi ewlenin; jagħti attenzjoni partikolari f'dan ir-rigward lil-logħob tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA fir-Russja, li se ssir fl-2018, u dik fil-Qatar fl-2022, kif ukoll lil-Logħob Olimpiku f'Beijing fl-2022;

L-azzjoni tal-UE fl-organizzazzjonijiet multilaterali

76.  Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-involviment qawwi tal-UE fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi permezz tal-kooperazzjoni mal-istrutturi tan-NU u l-aġenziji speċjalizzati tagħhom, il-Kunsill tal-Ewropa, l-OSKE u l-OECD, f'konformità mal-Artikoli 21 u 220 tat-TUE; jilqa' għalhekk l-adozzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

77.  Itenni, barra dan, l-importanza li l-UE tinvolvi ruħha b'mod attiv u konsistenti fil-mekkaniżmi kollha tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari fit-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali u l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti; jirrikonoxxi l-isforzi tas-SEAE, tad-delegazzjonijiet tal-UE fi New York u f'Ġinevra u tal-Istati Membri biex tiżdied il-koerenza tal-UE fil-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tan-NU; iħeġġeġ lill-UE żżid l-isforzi tagħha biex issemma' leħinha, inkluż billi tintensifika l-prattika li qed tiżdied ta' inizjattivi transreġjonali u billi tressaq riżoluzzjonijiet kosponsorizzati jew toħodhom f'idejha hi;

78.  Jitlob li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-popli tas-Saħara tal-Punent, inklużi l-libertà ta' assoċjazzjoni, il-libertà ta' espressjoni u d-dritt għal għaqda; jitlob b'insistenza li jinħelsu l-priġunieri politiċi Sahrawi kollha; jitlob b'insistenza aċċess għat-territorji tas-Saħara tal-Punent għal membri parlamentari, osservaturi indipendenti, NGOs u l-istampa; iħeġġeġ lin-Nazzjonijiet Uniti biex jagħtu lill-MINURSO mandat rigward id-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-missjonijiet l-oħra kollha tan-NU għaż-żamma tal-paċi madwar id-dinja; jappoġġa soluzzjoni ġusta u dejjiema tal-kunflitt fis-Saħara tal-Punent, abbażi tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-poplu Sahrawi, f'konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti;

79.  Ifakkar fl-importanza li tinżamm il-prattika istituzzjonalizzata li tintbagħat delegazzjoni parlamentari għall-Assemblea Ġenerali tan-NU; jilqa' t-tiġdid tal-prattika fl-2015, fit-28 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem;

80.  Jenfasizza li sabiex tissaħħaħ il-kredibilità u l-leġittimità tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-membri kollha tiegħu għandhom iżommu l-ogħla standards tad-drittijiet tal-bniedem u jwettqu l-impenji tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem; iqis li d-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu promossi, żviluppati u konsolidati fil-fora internazzjonali kollha; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta pubbblikament dwar l-attivitajiet u l-azzjonijiet li qed twettaq biex tmexxi 'l quddiem l-aġenda tad-drittijiet tal-bniedem u tkompli ssaħħaħ l-obbligu ta' rendikont u r-responsabilità għad-drittijiet tal-bniedem ta' organizzazzjonijiet internazzjonali bħad-WTO u l-Bank Dinji (IBRD, IFC, MIGA);

81.  Jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu biex tintemm l-impunità għall-aktar delitti serji li jkunu ta' tħassib għall-komunità internazzjonali, li ssir ġustizzja mal-vittmi tad-delitti tal-gwerra, tad-delitti kontra l-umanità u tal-ġenoċidju, u jtenni għalhekk l-appoġġ qawwi tiegħu għall-Qorti Kriminali Internazzjonali; iqis li huwa ta' dispjaċir li l-ebda stat ma rratifika l-Istatut ta' Ruma fl-2014; jenfasizza r-responsabilità li tintemm l-impunità u li jittellgħu l-qorti dawk responsabbli għal ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra, inklużi dawk relatati mal-vjolenza sesswali; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li diversi mandati ta' arrest għadhom ma ġewx eżegwiti; iħeġġeġ lill-UE tkompli bl-appoġġ diplomatiku u politiku tagħha għat-tisħiħ u l-espansjoni tar-relazzjoni bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u n-NU, b'mod partikolari l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, kif ukoll fir-relazzjonijiet bilaterali tagħha u fora oħra; jappella lill-UE, inklużi d-delegazzjonijiet tagħha, kif ukoll lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-universalità tal-Istatut ta' Ruma u r-ratifika u l-implimentazzjoni effikaċi tiegħu; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-Qorti Kriminali Internazzjonali bir-riżorsi meħtieġa, u biex isaħħu l-appoġġ tagħhom għas-sistema tal-ġustizzja kriminali internazzjonali permezz fost oħrajn ta' appoġġ finanzjarju lill-atturi tas-soċjetà ċivili, pereżempju bis-saħħa tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem; jappella għall-implimentazzjoni tal-ġabra ta' għodda tal-UE tal-2013 dwar il-komplementarjetà bejn il-ġustizzja internazzjonali u nazzjonali;

82.  Jistieden lill-UE u l-Istati Membri jippromwovu b'mod attiv il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-ħtieġa għall-infurzar tad-deċiżjonijiet tagħha f'kull tip ta' djalogu ma' pajjiżi terzi;

It-tisħiħ tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja

Il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon jew tat-twemmin

83.  Ifakkar li l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin hija dritt fundamentali tal-bniedem, kif rikonoxxut fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u hija garantita mill-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; ifakkar, bl-istess mod, fir-rabta ta' din il-libertà ma' drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali oħra, li jħaddnu d-dritt li wieħed jemmen jew ma jemminx, il-libertà li wieħed ikollu twemmin teistiku, mhux teistiku jew ateistiku, u d-dritt li wieħed jadotta, ibiddel u jabbanduna jew jirritorna għat-twemmin tal-għażla tiegħu; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li xi pajjiżi għadhom mhumiex konformi mal-istandards tan-NU u jużaw ir-repressjoni tal-istat, li tista' tinkludi pieni fiżiċi, żmien fil-ħabs, multi ħorox u saħansitra anke l-piena tal-mewt, u dan bi ksur tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin; jinsab imħasseb dwar iż-żieda fil-persekuzzjoni tal-minoranzi reliġjużi jew ta' twemmin, inklużi l-komunitajiet Kristjani, kif ukoll il-ħsara illeġittima li qed issir fil-postijiet fejn dawn jinġabru;

84.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jikkontribwixxu għall-qerda tal-forom kollha ta' diskriminazzjoni reliġjuża u jippromwovu d-djalogu bejn ir-reliġjonijiet fir-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi; jitlob azzjonijiet konkreti għall-protezzjoni tal-minoranzi reliġjużi, dawk li ma jemmnux, l-apostati u l-atei li huma vittmi ta' liġijiet dwar id-dagħa, u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimpenjaw ruħhom biex jirrevokaw tali liġijiet; jilqa' l-impenn tal-UE li tippromwovi l-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin f'fora internazzjonali, inkluż billi tappoġġa l-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU għal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin; jappoġġa bis-sħiħ il-prattika tal-UE li tieħu f'idejha riżoluzzjonijiet tematiċi dwar dan is-suġġett fi ħdan il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-AĠNU; jitlob azzjoni u miżuri konkreti għall-implimentazzjoni effikaċi u t-titjib tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tar-reliġjon jew it-twemmin; iqis li l-azzjoni għandha tittieħed kemm f'fora internazzjonali kif ukoll f'fora reġjonali, u dan billi jinżamm djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet u mal-komunitajiet reliġjużi, skont l-Artikolu 17 TFUE, inkluż permezz tad-delegazzjonijiet tal-UE; jiġbed l-attenzjoni bl-istess mod għall-ħtieġa li jkun żgurat taħriġ sistematiku u konsistenti tal-persunal tal-UE fis-sede ċentrali u fid-delegazzjonijiet;

L-azzjoni tal-UE kontra l-piena tal-mewt

85.  Jilqa' d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-VP/RGħ u tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa(45) ta' Ottubru 2014, li affermaw mill-ġdid l-oppożizzjoni qawwija u assoluta tagħhom għall-piena tal-mewt fil-każijiet kollha u f'kull ċirkostanza; isostni l-opinjoni tiegħu li t-tneħħija tal-piena tal-mewt fid-dinja kollha għandha tikkostitwixxi waħda mill-objettivi ċentrali tal-UE fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota li l-appoġġ għall-pajjiżi terzi għal politika ta' infurzar b'rabta mad-droga għandu jkollu l-għan li jneħħi l-piena tal-mewt għal delitti relatati mad-droga; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri, fil-kuntest tas-Sitt Kungress Dinji kontra l-Piena Kapitali li se jsir f'Oslo, in-Norveġja, f'Ġunju 2016, jesprimu ruħhom mingħajr ambigwità kontra l-piena tal-mewt, jintensifikaw l-impenji tagħhom ħalli titneħħa l-piena tal-mewt u jappoġġaw kampanji għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar dan is-suġġett;

86.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd dejjem jikber ta' sentenzi għal mewt u eżekuzzjonijiet fid-dinja kollha; jiddispjaċih ħafna li xi pajjiżi terzi għad għandhom il-piena tal-mewt fil-leġiżlazzjonijiet tagħhom; iqis li huwa ta' dispjaċir li l-Belarussja reġgħet bdiet l-eżekuzzjonijiet wara waqfa ta' sentejn; itenni għaldaqstant it-talba tiegħu lill-Belarussja sabiex timplimenta moratorju fuq il-piena tal-mewt, li fl-aħħar mill-aħħar għandu jwassal għat-tneħħija tagħha; jinnota li tmien stati jikkontemplaw il-piena tal-mewt għall-omosesswalità fil-leġiżlazzjoni tagħhom;

87.  Iħeġġeġ lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu gwida għal politika Ewropea komprensiva u effikaċi dwar il-piena tal-mewt fir-rigward ta' għexieren ta' ċittadini Ewropej li qed jiffaċċjaw l-eżekuzzjoni f'pajjiżi terzi, li għandha tinkludi mekkaniżmi sodi u msaħħa f'dak li jirrigwarda l-identifikazzjoni, l-għoti ta' assistenza legali u r-rappreżentanza diplomatika;

88.  Jappella lill-UE tkompli tinvolvi ruħha mal-pajjiżi li għad għandhom il-piena tal-mewt, billi tuża l-għodod diplomatiċi u ta' kooperazzjoni kollha sabiex tassigura t-tneħħija tal-piena tal-mewt; itenni barra minn hekk l-appell tiegħu lill-UE biex tkompli timmonitorja l-kundizzjonijiet li skonthom qed jitwettqu l-eżekuzzjonijiet fil-pajjiżi li għadhom jeżerċitaw il-piena tal-mewt;

Il-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament krudili

89.  Iqis li, wara t-30 anniversarju mill-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura, u billi t-tortura u t-trattament krudili għadhom qed jitwettqu mad-dinja kollha, l-UE għandha tintensifika l-isforzi tagħha biex telimina dan il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-fatt li membri ta' gruppi vulnerabbli bħal nisa u tfal jew minoranzi etniċi, lingwistiċi jew reliġjużi li huma esposti għal tortura jew trattament ħażin fid-detenzjoni, jeħtieġu attenzjoni speċjali; iħeġġeġ għaldaqstant lis-SEAE u lill-VP/RGħ jinvolvu ruħhom b'aktar qawwa fil-ġlieda kontra t-tortura u trattament jew kastig ieħor krudili, diżuman u degradanti, u dan permezz ta' żieda fl-inizjattivi diplomatiċi u t-teħid ta' pożizzjonijiet pubbliċi aktar sistematiċi li jirriflettu l-valuri u l-prinċipji li l-UE impenjat ruħha għalihom; jirrakkomanda li s-SEAE, id-delegazzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jisfruttaw kompletament il-potenzjal tal-istrumenti eżistenti kollha, bħal-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tortura(46); jirrakkomanda f'dan il-kuntest li l-mekkaniżmi ta' kontroll fuq l-esportazzjonijiet ta' drogi li jistgħu jintużaw għall-eżekuzzjonijiet jew għat-tortura jitjiebu fuq bażi kostanti, inkluż permezz ta' klawsola mmirata għat-tmiem tal-użu li tissospendi jew twaqqaf it-trasferiment ta' oġġetti relatati mas-sigurtà li biċ-ċar m'għandhomx użu prattiku ieħor għajr li jintużaw għall-piena tal-mewt jew għat-tortura;

90.  Jenfasizza li hemm pajjiżi illi naqsu milli jieħdu passi biex jindirizzaw il-ħtieġa urġenti għal pjanijiet bir-riżorsi kollha sabiex jittrattaw il-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet; jinnota li l-progress li sar kien ftit wisq biex jiġi żgurat li l-faċilitajiet tal-ħabs jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u li jitħarsu d-dritt tal-ħabsin għall-ħajja, l-inkolumità fiżika u d-dinjità; jenfasizza l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem u li l-priġunieri m'għandhomx ikunu suġġetti għal trattament jew pieni diżumani jew degradanti;

Diskriminazzjoni

91.  Jenfasizza li d-diskriminazzjoni taħt kwalunkwe tip, il-vjolenza, il-pieni fil-forma ta' tpattija, it-tortura, l-abbuż sesswali fuq in-nisa u l-bniet, il-mutilazzjoni ġenitali, iż-żwieġ tal-minuri, iż-żwieġ furzat, it-traffikar tan-nisa, id-diskriminazzjoni jew l-esklużjoni soċjali fuq il-bażi tal-klassi soċjali jew l-oriġini jew il-vjolenza abbażi ta' twemmin jew tradizzjonijiet soċjali, reliġjużi jew kulturali m'għandhom jiġu ġġustifikati fl-ebda ċirkostanza;

92.  Jikkundanna bil-qawwa kull forma ta' diskriminazzjoni, inkluża dik ibbażata fuq ir-razza, il-kulur, is-sess, l-orjentament sesswali, l-identità tal-ġeneru, il-lingwa, il-kultura, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-oriġini soċjali, il-kasta, it-twelid, l-età, id-diżabilità jew kwalunkwe status ieħor; iħeġġeġ lill-UE tintensifika l-isforzi tagħha biex telimina kull tip ta' diskriminazzjoni, razziżmu u ksenofobija permezz tad-djalogi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u d-djalogi politiċi, ix-xogħol tad-delegazzjonijiet tal-UE u d-diplomazija pubblika; iħeġġeġ ukoll lill-UE tkompli tippromwovi r-ratifika u l-implimentazzjoni sħiħa tal-konvenzjonijiet kollha tan-NU li jappoġġaw din il-kawża, bħall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Razzjali jew il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbilità;

Id-drittijiet tal-persuni LGBTI

93.  Iqis li l-UE għandha tkompli bl-isforzi tagħha biex issaħħaħ ir-rispett għad-drittijiet tal-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru, transesswali u intersesswali (LGBTI), f'konformità mal-Linji Gwida tal-UE dwar dan is-suġġett(47); jirrakkomanda l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida, inkluż permezz tat-taħriġ tal-persunal tal-UE fil-pajjiżi terzi; jiddispjaċih li 75 pajjiż għadhom jikkriminalizzaw l-omosesswalità, inkluż tmienja li jipprevedu l-piena tal-mewt, u jemmen li l-prattiki u l-atti ta' vjolenza fuq individwi minħabba l-orjentament sesswali tagħhom għandhom jiġu kkastigati; jappoġġa l-ħidma kontinwa tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem biex jiġu miġġielda dawn il-liġijiet diskriminatorji u l-ħidma ta' korpi oħra tan-NU; jinsab imħasseb dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-libertajiet fundamentali ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTI, u jappella lill-UE żżid l-appoġġ tagħha lejn dawn id-difensuri; iqis li d-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTI aktarx li jiġu rrispettati aktar jekk dawn ikollhom aċċess għal istituzzjonijiet ġuridiċi, possibbilment permezz ta' sunjoni ċivili jew żwieġ;

94.  Jenfasizza li l-komunitajiet minoritarji fil-pajjiżi terzi għandhom ħtiġijiet speċifiċi u li l-ugwaljanza sħiħa tagħhom għandha tiġi promossa fl-oqsma kollha tal-ħajja ekonomika, soċjali, politika u kulturali;

Diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta

95.  Jinnota bi tħassib kbir l-iskala u l-konsegwenzi tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta u l-kontinwazzjoni ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem ibbażat fuq il-kasta, inkluż it-tiċħid tal-aċċess għas-sistema ġudizzjarja jew għall-impjieg, is-segregazzjoni kontinwa, il-faqar u l-istigmatizzazzjoni; jappella għall-adozzjoni ta' strument tal-UE għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni ta' diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta; jirrakkomanda li dan is-suġġett jiġi integrat fil-linji gwida u l-pjanijiet ta' azzjoni tas-SEAE u tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fil-ġlieda tal-UE kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni, u fl-isforzi kollha biex tiġi miġġielda l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom;

Id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità

96.  Jilqa' r-ratifiki tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; itenni l-importanza ta' implimentazzjoni effiċjenti min-naħa tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE; jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġi integrat b'mod kredibbli l-prinċipju ta' aċċessibilità universali u d-drittijiet kollha ta' persuni b'diżabilità fil-politiki rilevanti kollha tal-UE, inkluż fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, u jenfasizza n-natura preskrittiva u orizzontali ta' din il-kwistjoni;

97.  Iħeġġeġ lill-VP/RGħ tkompli tappoġġa l-proċess ta' ratifika u implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità min-naħa ta' dawk il-pajjiżi li għadhom ma rratifikawhiex jew ma implimentawhiex sa issa;

98.  Jenfasizza li l-komunità internazzjonali identifikat is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità bħala prijorità; ifakkar fil-konklużjonijiet tal-uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, li jiddikjaraw li għandhom jiġu żviluppati politiki u programmi biex tiġi indirizzata l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet b'diżabilità, bi sħubija mill-qrib mal-persuni b'diżabilità, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-awtonomija tagħhom, u ma' organizzazzjonijiet fil-qasam taddiżabilità; jenfasizza l-ħtieġa ta' sorveljanza regolari tal-istituzzjonijiet u ta' taħriġ adegwat lil dawk li jieħdu ħsieb ħaddieħor; jistieden lill-UE tinkorpora l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni minħabba diżabilità fil-politiki tagħha dwar l-azzjoni esterna, il-kooperazzjoni u dawk dwar l-għajnuna għall-iżvilupp, inkluż l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR);

Id-drittijiet tan-nisa u tal-bniet

99.  Ifakkar li l-Premju Sakharov 2014 ingħata lid-Dott Denis Mukwege għall-involviment qawwi tiegħu mal-vittmi ta' vjolenza sesswali u l-promozzjoni kontinwa tad-drittijiet tan-nisa, li qajmu kuxjenza dwar l-użu tal-vjolenza u l-mutilazzjoni sesswali tan-nisa, il-bniet u t-tfal bħala mezz ta' gwerra; jikkundanna bil-qawwa l-forom kollha ta' abbuż u ta' vjolenza kontra n-nisa, il-bniet u t-tfal, speċjalment l-użu tal-vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra, kif ukoll il-mutilazzjoni ġenitali femminili, iż-żwieġ tal-minuri, bikri u furzat, l-iskjavitù sesswali, l-istupru fiż-żwieġ u forom oħra ta' prattiki tradizzjonali li jagħmlu l-ħsara; jenfasizza l-ħtieġa li n-nisa, il-bniet u t-tfal li jisfaw vittmi ta' abbuż f'kunflitti jkollhom aċċess għall-kura tas-saħħa u psikoloġika, f'konformità mad-dritt internazzjonali; jieħu nota f'dan il-kuntest tal-ittra tal-VP/RGħ dwar il-politika tal-għajnuna umanitarja, b'mod partikolari dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza sesswali u li n-nisa jiġu offruti b'appoġġ adegwat u aċċess għall-kura tas-saħħa u psikoloġika f'każ ta' stupru f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt; jistieden lill-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika;

100.  Jenfasizza l-ħtieġa għal skambju ta' prattiki tajba min-naħa tas-SEAE kontra n-nuqqas ta' aċċess għall-ġustizzja għal vittmi ta' delitti relatati mal-vjolenza sesswali; jikkundanna bil-qawwa n-nuqqas ta' aċċess għall-ġustizzja għan-nisa fil-pajjiżi terzi, u speċifikament meta dawn ikunu vittmi ta' vjolenza sessista; jitlob lill-Kummissjoni tieħu rwol attiv fil-prosekuzzjoni ta' dawn id-delitti fil-pajjiżi terzi u, f'xi każijiet, fl-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem mas-SEAE biex ittejjeb l-appoġġ disponibbli għall-vittmi, tinkorpora interventi f'każ ta' vjolenza sessista f'azzjonijiet umanitarji tal-UE u tagħti prijorità lill-azzjonijiet umanitarji tal-UE li jkollhom fil-mira l-vjolenza sessista u l-vjolenza sesswali fil-kunflitti; jilqa' l-impenn tal-UE biex tagħti segwitu għas-Summit Dinji biex Tintemm il-Vjolenza Sesswali fil-Kunflitti li sar f'Londra f'Ġunju 2014, u jħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tieħu azzjonijiet konkreti;

101.  Jiddeplora n-nuqqas ta' politiki ta' prevenzjoni dwar il-vjolenza sessista, in-nuqqas ta' appoġġ għall-vittmi u r-rata għolja ta' impunità għat-trasgressuri f'għadd kbir ta' pajjiżi; jitlob lis-SEAE jiskambja l-prattiki tajba ma' pajjiżi terzi dwar il-proċeduri tar-regolamentazzjoni u l-programmi ta' taħriġ għall-pulizija, il-persunal ġudizzjarju u l-ħaddiema tas-settur pubbliku; iħeġġeġ lill-UE tappoġġa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-pajjiżi terzi, u tikkoopera mill-qrib mal-organizzazzjonijiet internazzjonali attivi fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi, bħalma huma l-ILO, l-OECD, in-NU u l-Unjoni Afrikana, bil-ħsieb li jinħolqu sinerġiji u jiġi promoss l-emanċipazzjoni tan-nisa;

102.  Jinsab imħasseb ħafna dwar iż-żieda fil-vjolenza sessista f'bosta partijiet tad-dinja u r-rata li qed tiżdied tal-femminiċidju fl-Amerika Latina, li jseħħ f'kuntest ta' vjolenza ġeneralizzata u diskriminazzjoni strutturali; jikkundanna bil-qawwa kull forma ta' vjolenza sessista u d-delitt ripunjanti tal-femminiċidju, kif ukoll l-impunità li tiddomina għal dawn id-delitti, li tista' tinkoraġġixxi saħansitra aktar vjolenza u qtil;

103.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar il-ksur possibli tad-drittijiet tal-bniedem li jolqot lin-nisa u l-bniet fil-kampijiet tar-rifuġjati fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika, inklużi każijiet rappurtati ta' vjolenza sesswali u inugwaljanza fit-trattament tan-nisa u l-bniet; jitlob lis-SEAE jinsisti fuq regoli aktar stretti u fuq prattiki tajba f'pajjiżi terzi sabiex tintemm l-inugwaljanza fost ir-rifuġjati, indipendentement mis-sess tagħhom;

104.  Jiddeplora l-fatt li nofs il-popolazzjoni tad-dinja tħabbat wiċċha ma' diskriminazzjoni fil-pagi, u li fuq livell dinji n-nisa jaqilgħu bejn 60 u 90 % tal-introjtu medju tal-irġiel;

105.  Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-VP/RGħ jkomplu jippromwovu l-emanċipazzjoni fil-livell politiku u ekonomiku lin-nisa u lill-bniet bl-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki esterni u l-programmi kollha tagħhom, inkluż permezz ta' djalogi strutturati ma' pajjiżi terzi, billi jqajmu pubblikament kwistjonijiet relatati mal-ġeneru u billi jiżguraw biżżejjed riżorsi għal dan il-għan; jilqa' b'mod pożittiv il-qafas il-ġdid għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa għall-2016-2020(48); jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm enfasi fuq il-pilastru orizzontali, li għandu l-għan li l-Kummissjoni u s-SEAE jissodisfaw b'mod aktar effikaċi l-impenji tal-UE għat-tisħiħ tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet permezz ta' relazzjonijiet esterni;

106.  Jiddeplora n-nuqqas ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-isfera politika; ifakkar li n-nisa u l-irġiel huma ndaqs u għandhom igawdu l-istess drittijiet politiċi u libertajiet ċivili, u jiddeplora bl-istess mod il-fatt li n-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi, soċjali u politiċi; jenfasizza l-ħtieġa ta' mekkaniżmi effikaċi ta' protezzjoni għad-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem; jirrakkomanda li tiġi introdotta sistema ta' kwoti sabiex jiġi offrut mezz ta' promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-korpi politiċi u fil-proċess demokratiku, primarjament bħala kandidati;

107.  Jappella lill-UE tkompli tappoġġa l-emanċipazzjoni tan-nisa fil-livell ekonomiku, soċjali u politiku bħala għodda għall-promozzjoni tat-tgawdija xierqa tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom, u biex tagħti l-akbar importanza lill-aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità għall-bniet, inklużi dawk li ġejjin mill-ifqar komunitajiet u dawk l-aktar emarġinati; jitlob li jingħata appoġġ lill-edukazzjoni vokazzjonali għan-nisa, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni akbar fit-taħriġ vokazzjonali fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija, jitfasslu programmi ta' taħriġ fl-ugwaljanza bejn is-sessi għall-professjonisti fl-edukazzjoni fil-pajjiżi terzi, u jittieħdu passi biex jiġi evitat li l-materjal edukattiv jittrażmetti sterjotipi; iħeġġeġ lill-UE tinkludi din il-prijorità f'kull attività diplomatika, kummerċjali u tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha;

108.  Jenfasizza l-ħtieġa li titkompla l-edukazzjoni għall-bniet fil-kampijiet tar-rifuġjati, fiż-żoni ta' kunflitt u f'żoni milquta minn faqar estrem u minn estremitajiet ambjentali bħal nixfiet u għargħar;

109.  Iħeġġeġ lill-UE tkompli tintegra l-appoġġ għan-nisa u l-bniet fi ħdan l-operazzjonijiet tal-PSDK u l-arkitettura tal-bini tal-paċi tan-NU, u tkompli bl-isforzi tagħha għall-implimentazzjoni u t-tisħiħ tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1325(2000)(49) u 1820(2008)(50) dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà; jistieden lill-UE f'dan ir-rigward tappoġġa fil-livell internazzjonali r-rikonoxximent tal-valur miżjud tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, kif ukoll fl-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi, l-għajnuna umanitarja u r-rikostruzzjoni wara l-kunflitti, kif ukoll il-proċessi ta' tranżizzjoni demokratika li jwasslu għal soluzzjonijiet politiċi dejjiema u stabbli; jenfasizza bl-istess mod l-importanza li jiġi żgurat li n-nisa jgawdu mid-drittijiet kollha tal-bniedem u li jingħata kontribut biex jemanċipaw ruħhom, inkluż fil-qafas tal-aġenda għal wara l-2015 u permezz tal-appoġġ għall-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing u l-Konvenzjoni ta' Istanbul; jilqa' l-appoġġ tal-UE għar-riżoluzzjonijiet tan-NU dwar kwistjonijiet ta' ġeneru, speċjalment fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni u tal-opinjoni għall-emanċipazzjoni tan-nisa; jilqa' b'mod pożittiv il-konklużjonijiet tad-59 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa(51);

110.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi b'mod sistematiku azzjonijiet konkreti biex titjieb il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċessi elettorali fil-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali kollha tal-UE, f'konformità mal-linji gwida tal-UE f'dan il-qasam, b'kont meħud tal-konklużjonijiet tas-seminar ta' esperti elettorali għolja li sar fi Brussell f'April 2014 u t-tagħlimiet li nsiltu mill-esperjenza ta' missjonijiet imgħoddija;

111.  Jilqa' l-isforzi li saru mis-SEAE fil-pajjiżi terzi biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-obbligi u l-impenji fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa li joħorġu mis-CEDAW, il-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing u d-Dikjarazzjoni tal-Kajr dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp fl-aġenda għall-iżvilupp għal wara l-2015;

112.  Jisħaq fuq l-importanza li ma jiġix imminat l-acquis tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing fir-rigward tal-aċċess għall-edukazzjoni u s-saħħa bħala dritt bażiku tal-bniedem, u l-protezzjoni tad-drittijiet sesswali u riproduttivi; jenfasizza l-fatt li r-rispett universali għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, kif ukoll l-aċċess għas-servizzi rilevanti jikkontribwixxu biex titnaqqas il-mortalità materna u tat-trabi; jindika li l-ippjanar tal-familja, is-saħħa materna, l-aċċess faċli għall-kontraċezzjoni u aborti sikuri huma elementi importanti biex jiġu salvati l-ħajjiet tan-nisa u jgħinuhom jibnu ħajjithom mill-ġdid jekk ikunu sfaw vittmi ta' stupru; jenfasizza l-ħtieġa li dawn il-politiki jitpoġġew fil-qalba tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp ma' pajjiżi terzi;

113.  Iqis iż-żwiġijiet ta' persuni taħt l-età bħala ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem li jolqot l-aspetti kollha tal-ħajja tal-bniet involuti, jipperikola l-edukazzjoni tagħhom, u b'hekk jillimita l-prospetti tagħhom, jipperikolalhom saħħithom u jżid ir-riskju ta' vjolenza u abbuż;

114.  Jinnota bi tħassib serju li mis-snin tmenin 'l hawn, l-industrija tal-għarajjes mixtrija b'korrispondenza żdiedet b'rata allarmanti; jinnota bi tħassib li jeżistu għadd ta' każijiet dokumentati ta' nisa li ġew attakkati u/jew maqtula wara li żżewġu raġel li jkun xtrahom b'korrispondenza; jiddeplora l-fatt li għadd sinifikanti ta' tfajliet taħt l-età jidhru fis-siti tal-internet tax-xiri ta' għarajjes b'korrispondenza, u jenfasizza li fejn it-tfal jintużaw għal skopijiet sesswali dan jeħtieġ jitqies bħala abbuż tat-tfal;

115.  Jikkundanna l-prattika ta' maternità surrogata, li timmina d-dinjità tal-bniedem tal-mara hekk kif ġisimha u l-funzjonijiet riproduttivi tagħha jintużaw bħala prodott bażiku; iqis li l-prattika ta' sostituzzjoni għal matul it-tqala, li tinvolvi l-isfruttament riproduttiv u l-użu tal-ġisem tal-bniedem għal gwadann finanzjarju jew ta' tip ieħor, b'mod partikolari fil-każ ta' nisa vulnerabbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, għandha tiġi pprojbita u ttrattata bħala kwistjoni ta' urġenza fl-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem;

Id-drittijiet tat-tfal

116.  Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa urġenti għar-ratifika universali u l-implimentazzjoni effikaċi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-NU u l-Protokolli Fakultattivi tagħha; jistieden lill-Istati kollha jimpenjaw ruħhom biex jeliminaw l-agħar forom ta' tħaddim tat-tfal, kif definit fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tal-ILO Nru 182, li jinkludu l-iskjavitù tat-tfal, it-traffikar, il-prostituzzjoni u xogħol perikoluż li jaffettwaw is-saħħa fiżika u mentali tat-tfal;

117.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal(52), adottati f'Diċembru 2014, u jitlob lill-UE tkompli tappoġġa lill-pajjiżi sħab fil-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza fuq it-tfal, inkluż l-isfruttament sesswali, u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom biex jipproteġu d-drittijiet tat-tfal; jilqa' t-tnedija fuq livell dinji fl-2014 tal-ġabra ta' għodda tad-Drittijiet tat-Tfal UE-UNICEF(53); jieħu nota tad-dikjarazzjoni ta' Mejju 2014 mill-Kummissarju tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-drittijiet tat-tfal intersesswali;

118.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tipproponi Strateġija u Pjan ta' Azzjoni komprensivi għad-Drittijiet tat-Tfal għall-ħames snin li ġejjin, biex tagħti prijorità lid-drittijiet tat-tfal fi ħdan il-politiki esterni tal-UE, tappoġġa l-isforzi tal-UE biex tippromwovi drittijiethom, prinċipalment billi tikkontribwixxi biex tiżgura l-aċċess tat-tfal għall-ilma, is-sanità, il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, billi tiżgura r-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid tat-tfal li jinsabu fi gruppi armati, jiġu eliminati t-tħaddim tat-tfal, it-tortura, il-kwistjoni tat-tfal li għandhom is-seħer, it-traffikar, iż-żwieġ furzat u l-isfruttament sesswali, u billi t-tfal li jinsabu f'kunflitti armati jingħataw l-għajnuna u jiġi żgurat l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni f'żoni ta' kunflitt u fil-kampijiet tar-rifuġjati; jistieden lill-VP/RGħ biex kull sena tirrapporta lill-Parlament dwar ir-riżultati li nkisbu f'dak li għandu x'jaqsam mal-azzjoni esterna tal-UE ffokata fuq it-tfal; ifaħħar il-kampanja "Children No Soldiers" (Le għat-tfal suldati), u jappella lill-UE u lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ tagħhom sabiex tintlaħaq il-mira li sal-2016 jintemm ir-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'kunflitti mill-forzi armati tal-gvern;

119.  Jilqa' l-kooperazzjoni tal-UE mal-UNRWA, kif ukoll mal-UNICEF li wasslet għal ġabra ta' għodda għall-integrazzjoni tad-drittijiet tat-tfal fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u appoġġ għall-għanijiet ta' żvilupp tal-millenju, kif ukoll programmi għall-protezzjoni tat-tfal bil-għan li jinkisbu d-drittijiet għat-tfal, speċjalment f'kuntesti fraġli;

120.  Jilqa' l-kooperazzjoni attiva tal-UE ma' bosta Rapporteurs Speċjali tan-NU, li jaħdmu fuq drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, inklużi r-Rappreżentant Speċjali dwar id-dritt tal-bniedem għall-ilma tax-xorb sikur u s-sanità, ir-Rappreżentant Speċjali dwar id-dritt għall-edukazzjoni, ir-Rappreżentant Speċjali dwar id-dritt għall-ikel, ir-Rappreżentant Speċjali dwar il-faqar estrem u d-drittijiet tal-bniedem, u r-Rappreżentant Speċjali dwar akkomodazzjoni adegwata; jinnota b'mod pożittiv li l-promozzjoni tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali ssaħħet fil-Programm Indikattiv Pluriennali tal-EIDHR 2014-2017, li għandu l-għan fost oħrajn li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tat-trejdjunjins, iż-żieda fl-għarfien ta' kwistjonijiet marbuta mal-pagi, il-protezzjoni tal-wirt tal-art, il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali permezz tat-tisħiħ tal-pożizzjoni fil-qasam ekonomiku u t-tnaqqis fid-diskriminazzjoni ekonomika u l-vjolenza fuq il-post tax-xogħol;

It-tisħiħ tad-demokrazija madwar id-dinja

121.  Jenfasizza l-involviment tal-UE fiż-żamma u l-promozzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-valuri demokratiċi fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja; ifakkar li r-reġimi demokratiċi huma kkaratterizzati mhux biss minn proċessi elettorali ħielsa u ġusti, iżda wkoll mil-libertà tal-kelma, tal-istampa u ta' assoċjazzjoni, l-istat tad-dritt u r-responsabilità, l-indipendenza tal-ġudikatura, u l-amministrazzjoni imparzjali, fost aspetti oħrajn; jenfasizza li d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem huma inseparabbli u jsaħħu lil xulxin, kif imsemmi fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2009 dwar l-appoġġ għad-demokrazija fir-relazzjonijiet esterni tal-UE; jilqa' l-fatt li l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija jagħti aktar attenzjoni lill-attivitajiet ta' appoġġ lid-demokrazija;

Id-difiża tal-libertà tal-espressjoni u t-tisħiħ tas-soċjetà ċivili

122.  Itenni l-fatt li l-libertà tal-espressjoni hija komponent vitali ta' kwalunkwe soċjetà demokratika, billi trawwem kultura ta' pluraliżmu li tagħti s-setgħa lis-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini biex iżommu responsabbli lill-gvernijiet tagħhom u lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, u tappoġġa r-rispett għall-istat tad-dritt; iħeġġeġ għaldaqstant lill-UE tintensifika l-isforzi tagħha biex tippromwovi l-libertà tal-espressjoni permezz tal-politiki u l-istrumenti esterni tagħha;

123.  Itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex isaħħu l-monitoraġġ tagħhom ta' kull tip ta' restrizzjoni fuq il-libertà tal-espressjoni u l-midja fil-pajjiżi terzi u biex jikkundannaw malajr u b'mod sistematiku tali limitazzjonijiet, anke meta dawn jiġu imposti b'għanijiet leġittimi bħal pereżempju l-ġlieda kontra t-terroriżmu, is-sigurtà tal-istat jew l-eżekuzzjoni tal-liġi; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata implimentazzjoni effikaċi tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline u li jsir monitoraġġ regolari tal-impatt tagħhom; ifakkar fl-għan tal-UE li tiżgura u tipproteġi l-aċċess mingħajr diskriminazzjoni għall-informazzjoni u l-libertà tal-espressjoni għall-individwi kollha, kemm online u kemm offline;

124.  Iqis li billi l-informazzjoni ssir kemm jista' jkun aċċessibbli, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni joffru opportunitajiet għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, il-prattiki demokratiċi u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku; jenfasizza barra minn hekk, il-kontribut ta' dawn it-teknoloġiji għall-isforzi tal-movimenti tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari f'reġimi mhux demokratiċi; jesprimi tħassib dwar l-użi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni minn uħud mir-reġimi awtoritarji, li qed ikunu dejjem aktar ta' theddida għall-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jenfasizza l-ħtieġa għal iżjed appoġġ fl-oqsma tal-promozzjoni tal-libertà medjatika, il-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-bloggers indipendenti, it-tnaqqis fid-distakk diġitali u l-iffaċilitar ta' aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-informazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-aspetti tad-drittijiet tal-bniedem ta' prodotti b'użu doppju fil-qafas tar-reviżjoni tas-sistema ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-UE;

L-appoġġ tal-UE għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem

125.  Jiddeplora l-fatt li s-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, qed tkun dejjem taħt attakk madwar id-dinja kollha; jinsab imħasseb ħafna dwar għadd dejjem jiżdied ta' pajjiżi, bħar-Russja u xi pajjiżi tal-Asja Ċentrali, li qed jgħaddu liġijiet ħorox biex irażżnu l-attivitajiet tal-NGOs billi jirrestrinġu l-aċċess tagħhom għall-finanzjament barrani u jintroduċu rekwiżiti ta' rappurtar onerużi u pieni ibsin f'każ ta' nuqqas ta' konformità; ifakkar li d-dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' assemblea huwa karatteristika essenzjali ta' soċjetà demokratika, miftuħa u tolleranti; jappella għal sforzi mġedda bi sfida għar-restrizzjonijiet u l-intimidazzjoni li qed iħabbtu wiċċhom magħhom persuni li jaħdmu f'organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili madwar id-dinja, u biex l-UE tagħti eżempju permezz tal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet ikkonċernati;

126.  Jinnota b'mod pożittiv li fil-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid il-VP/RGħ tenniet l-impenn tal-UE li tagħti s-setgħa lill-atturi lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u jenfasizza li, minħabba t-tnaqqis sinifikanti fl-ispazju tagħha, is-soċjetà ċivili, u b'mod partikolari d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, jeħtieġu aktar attenzjoni u sforzi mill-UE; iħeġġeġ għaldaqstant lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jelaboraw tweġiba koerenti u komprensiva għall-isfidi ewlenin li s-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, qed iħabbtu wiċċhom magħhom fid-dinja kollha;

127.  Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimmonitorjaw fuq bażi kostanti u jqajmu f'kull livell tad-djalogu politiku, każijiet ta' ksur tal-libertà tal-għaqda u ta' assoċjazzjoni, inkluż permezz ta' forom differenti ta' projbizzjonijiet u limitazzjonijiet fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-attivitajiet tagħhom;

128.  Jappella barra minn hekk lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jużaw il-mezzi disponibbli kollha biex iqajmu b'mod sistematiku każijiet individwali ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ta' attivisti tas-soċjetà ċivili li jinsabu f'riskju, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw lill-ħabsin; iħeġġeġ lill-persunal diplomatiku tad-delegazzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri jkomplu jappoġġaw b'mod attiv lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, billi jimmonitorjaw b'mod sistematiku l-proċessi, iżuru lill-attivisti miżmuma l-ħabs u joħorġu dikjarazzjonijiet dwar każijiet individwali, kif ukoll jindirizzaw ksur tad-drittijiet tal-bniedem mal-kontropartijiet rilevanti tagħhom; jinsisti li rappreżentanti għolja tal-UE, partikolarment il-VP/RGħ, il-Kummissarji, ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE u uffiċjali tal-gvern mill-Istati Membri għandhom jiltaqgħu b'mod sistematiku mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem meta jivvjaġġaw f'pajjiżi fejn is-soċjetà ċivili tinsab taħt pressjoni;

129.  Jinnota b'mod pożittiv l-assistenza tal-UE għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u s-soċjetà ċivili madwar id-dinja permezz ta' finanzjament mill-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem; jenfasizza l-importanza partikolari li jintuża dan l-Istrument għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jkunu jinsabu l-aktar f'riskju; jenfasizza wkoll li l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju għandu jikkunsidra primarjament il-kriterji ta' effikaċja u jevita kundizzjonijiet preskrittivi żżejjed; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lid-delegazzjonijiet tal-UE jiżguraw li l-finanzjament disponibbli għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jintuża tajjeb;

L-appoġġ favur proċessi elettorali u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudikatura u tal-amministrazzjoni imparzjali fil-pajjiżi terzi

130.  Jilqa' t-tmien Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali u t-tmien Missjonijiet ta' Esperti Elettorali min-naħa tal-UE madwar id-dinja fl-2014; itenni l-opinjoni pożittiva tiegħu tal-appoġġ kontinwu tal-UE għall-proċessi elettorali u l-għoti min-naħa tagħha ta' għajnuna elettorali u appoġġ għall-osservaturi nazzjonali;

131.  Ifakkar fl-importanza li jingħata segwitu adegwat lir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali, u dan bħala mod kif jissaħħaħ l-impatt tagħhom u l-appoġġ tal-UE għal standards demokratiċi fil-pajjiżi kkonċernati;

132.  Jirrakkomanda li l-UE żżid l-isforzi tagħha biex tiżviluppa approċċ aktar komprensiv lejn il-proċessi ta' demokratizzazzjoni, fejn elezzjonijiet ħielsa u ġusti jikkostitwixxu biss dimensjoni waħda minnhom, biex b'hekk jingħata kontribut pożittiv għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-fiduċja pubblika fil-proċessi elettorali fid-dinja kollha;

133.  Jinnota b'mod pożittiv f'dan il-kuntest, il-bidu tat-tieni ġenerazzjoni tal-proġetti pilota dwar l-appoġġ lid-demokrazija fi 12-il delegazzjoni magħżula tal-UE fl-2014, b'segwitu għall-impenn meħud fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Novembru 2009 u fil-Pjan ta' Azzjoni tal-2012 għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; jenfasizza bil-qawwa l-importanza ta' dawn il-proġetti pilota biex tintlaħaq aktar koerenza fl-appoġġ għad-demokrazija permezz tal-politiki esterni u l-istrumenti tal-UE;

134.  Jilqa' l-impenn li ħadu l-Kummissjoni, is-SEAE u l-Istati Membri fil-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija biex ikollhom kuntatt aktar qawwi u konsistenti mal-korpi tal-amministrazzjoni elettorali, l-istituzzjonijiet parlamentari, l-NGOs lokali, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi terzi, sabiex jinvolvuhom b'aktar intensità fil-monitoraġġ tal-elezzjonijiet u jikkontribwixxu sabiex dawn jingħataw aktar setgħa, u b'hekk jissaħħu l-proċessi demokratiċi;

135.  Ifakkar li l-esperjenza miksuba mill-Unjoni Ewropea, il-politiċi, id-dinja akkademika, il-midja, l-NGOs u s-soċjetà ċivili, u t-tagħlimiet misluta mit-tranżizzjoni għad-demokrazija fil-qafas tal-politiki ta' tkabbir u tal-viċinat, jistgħu jikkontribwixxu b'mod pożittiv għall-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki li jistgħu jintużaw għall-appoġġ u l-konsolidament ta' proċessi oħrajn ta' demokratizzazzjoni fid-dinja kollha;

136.  Ifakkar li l-korruzzjoni thedded li d-drittijiet tal-bniedem ma jitgawdewx b'mod ugwali minn kulħadd u ddgħajjef il-proċessi demokratiċi bħall-istat tad-dritt u l-amministrazzjoni imparzjali tal-ġustizzja; ifakkar ukoll li l-UE sostniet li għandha l-kompetenza esklużiva għall-iffirmar tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni;

137.  Jesprimi l-opinjoni tiegħu li l-UE għandha tenfasizza fil-pjattaformi kollha ta' djalogu ma' pajjiżi terzi, l-importanza tat-trasparenza u l-aċċessibilità, l-integrità, ir-responsabilità u l-ġestjoni adegwata tal-affarijiet pubbliċi, tal-baġit pubbliku u tal-proprjetà pubblika, kif stipulat fil-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni; jemmen li l-korruzzjoni fil-forom kollha tagħha ddgħajjef il-prinċipji demokratiċi u taffettwa ħażin l-iżvilupp soċjali u ekonomiku; jappella sabiex jingħata segwitu għat-talba tiegħu biex ikun hemm monitoraġġ imtejjeb tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni, u bl-istess mod, kunsiderazzjoni adegwata tar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD; iqis li l-UE għandha tappoġġa lill-pajjiżi terzi b'mod aktar konsistenti u sistematiku fl-indirizzar tal-korruzzjoni, u dan permezz ta' għarfien espert fit-twaqqif u l-konsolidament ta' istituzzjonijiet indipendenti u effikaċi kontra l-korruzzjoni, inkluż permezz ta' kooperazzjoni proattiva mas-settur privat; jirrakkomanda wkoll li jiġu żviluppati mekkaniżmi finanzjarji innovattivi sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-tipi kollha ta' korruzzjoni; jinnota f'dan il-kuntest, l-appell għal regolamentazzjoni mtejba tat-tranżazzjonijiet finanzjarji fil-livell internazzjonali;

138.  Huwa tal-opinjoni li l-UE għandha ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tippromwovi l-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura f'livell multilaterali u bilaterali; iħeġġeġ lill-UE tappoġġa l-amministrazzjoni imparzjali tal-ġustizzja mad-dinja kollha billi tassisti l-proċessi tar-riformi leġiżlattivi u istituzzjonali fil-pajjiżi terzi; iħeġġeġ ukoll lid-delegazzjonijiet tal-UE u l-ambaxxati tal-Istati Membri jwettqu b'mod sistematiku l-monitoraġġ tal-proċessi bil-għan li tiġi promossa l-indipendenza tal-ġudikatura;

It-tisħiħ tal-azzjonijiet tal-Parlament Ewropew rigward id-drittijiet tal-bniedem

139.  Jilqa' r-rieżami tal-Linji Gwida għad-Delegazzjonijiet Interparlamentari tal-Parlament Ewropew dwar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, imwettaq mill-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet f'kooperazzjoni mas-Sottokumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jirrakkomanda f'dan il-kuntest, prattika iżjed sistematika u trasparenti ta' kif jitqajmu l-kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod speċjali l-każijiet individwali msemmija fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament, waqt żjarat tad-delegazzjoni f'pajjiżi terzi, u ta' kif isir ir-rappurtar bil-miktub lis-Sottokumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-azzjonijiet meħuda, u fejn politikament ġustifikat, permezz ta' sessjoni speċifika informattiva;

140.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm riflessjoni kontinwa rigward l-iżjed modi xierqa kif jiġu mmassimizzati l-kredibilità, il-viżibilità u l-effikaċja tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

141.  Iħeġġeġ id-diskussjoni dwar l-inklużjoni tal-għodda differenti disponibbli għall-Parlament rigward l-appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tagħhom fi ħdan dokument ta' strateġija uniku, li għandu jiġi adottat mill-Parlament fil-plenarja;

o
o   o

142.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tas-70 Assemblea Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, u lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE.

(1) Testi adottati, P8_TA(2014)0070.
(2) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-11855-2012-INIT/mt/pdf
(3) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/142549.pdf
(4) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/137585.pdf
(5) http://www.europarl.europa.eu/document/activities/cont/201203/20120329ATT42170/20120329ATT42170EN.pdf
(6) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10152-2015-INIT/mt/pdf
(7) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10897-2015-INIT/mt/pdf
(8) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-13201-2015-INIT/mt/pdf
(9) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/130243.pdf
(10) http://register.consilium.europa.eu/doc/srv?l=MT&f=ST%2015559%202014%20INIT
(11) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32015D0260
(12) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9242-2015-INIT/mt/pdf
(13) http://www.un.org/en/ga/search/view_doc.asp?symbol=S/RES/1325(2000)
(14) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 69.
(15) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 165.
(16) Testi adottati, P7_TA(2012)0470.
(17) Testi adottati, P7_TA(2013)0274.
(18) Testi adottati, P7_TA(2013)0394.
(19) Testi adottati, P7_TA(2013)0420.
(20) Testi adottati, P7_TA(2014)0252.
(21) Testi adottati, P8_TA(2015)0079.
(22) Testi adottati, P7_TA(2014)0259.
(23) Testi adottati, P7_TA(2014)0206.
(24) Testi adottati, P8_TA(2015)0076.
(25) Testi adottati, P8_TA(2015)0272.
(26) Testi adottati, P8_TA(2015)0288.
(27) Testi adottati, P8_TA(2015)0317.
(28) Testi adottati, P8_TA(2015)0350.
(29) Testi adottati, P8_TA(2015)0348.
(30) http://ec.europa.eu/enlargement/pdf/key_documents/2014/20141008-strategy-paper_mt.pdf
(31) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/mt/TXT/?uri=CELEX:52011DC0200
(32) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0303:FIN:mt:PDF
(33) http://daccess-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/G14/082/52/PDF/G1408252.pdf?OpenElement
(34) Testi adottati, P8_TA(2015)0274.
(35) http://www.unfpa.org/sites/default/files/pub-pdf/Joint%20Programme%20on%20FGMC%20Summary%20Report.pdf
(36) http://daccess-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/G14/086/06/PDF/G1408606.pdf?OpenElement
(37) https://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/hr/news53.pdf
(38) http://ec.europa.eu/enlargement/pdf/key_documents/2014/20141008-strategy-paper_mt.pdf
(39) http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2014:077:0027:0043:MT:PDF
(40) Testi adottati, P8_TA(2015)0274.
(41) http://www.ohchr.org/Documents/Publications/GuidingPrinciplesBusinessHR_EN.pdf
(42) http://wcip2014.org/wp-content/uploads/2013/03/N1446828.pdf
(43) ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.
(44) https://ec.europa.eu/anti-trafficking/sites/antitrafficking/files/eu_strategy_towards_the_eradication_of_trafficking_in_human_beings_2012-2016_1.pdf
(45) http://www.coe.int/en/web/portal/10-october-against-death-penalty
(46) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cmsUpload/TortureGuidelines.pdf
(47) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/foraff/137584.pdf
(48) http://europa.eu/rapid/press-release_IP-15-5690_en.pdf
(49) http://www.un.org/en/ga/search/view_doc.asp?symbol=S/RES/1325(2000)
(50) http://www.un.org/en/ga/search/view_doc.asp?symbol=S/RES/1820(2008)
(51) http://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=E/2015/27
(52) http://register.consilium.europa.eu/doc/srv?l=MT&f=ST%2015559%202014%20INIT
(53) http://www.unicef.org/eu/crtoolkit/downloads/Child-Rights-Toolkit-Web-Links.pdf


L-20 anniversarju mill-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton
PDF 253kWORD 68k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-20 anniversarju mill-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton (2015/2979(RSP))
P8_TA(2015)0471RC-B8-1362/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton, il-qafas ġenerali u t-tnax-il anness tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Lulju 2005(1), tal-15 ta' Jannar 2009(2) u tad-9 ta' Lulju 2015(3) dwar Srebrenica,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-11 ta' Marzu 2005 dwar ir-riforma kostituzzjonali fil-Bożnija-Ħerzegovina,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton ġie ffirmat fl-14 ta' Diċembru 1995 f'Pariġi u temm l-aktar gwerra mdemmija fl-Ewropa mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn;

B.  billi l-Ftehim temm il-gwerra, iżda naqas milli joħloq stat li jiffunzjona u li kapaċi jsostni lilu nnifsu, u billi l-istruttura istituzzjonali tal-pajjiż hija kumplessa żżejjed u rriżulta li mhijiex effikaċi;

1.  Ifakkar fl-importanza tal-iffirmar tal-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton, jiftakar fil-vittmi traġiċi kollha tal-gwerra fil-Bożnija-Ħerzegovina u jagħti l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji ta' dawk li tilfu ħajjithom;

2.  Jieħu nota, b'dispjaċir, li 20 sena wara tmiem il-gwerra u t-twaqqif ta' Ftehim ta' Qafas Ġenerali li jistabbilixxi l-aspetti prinċipali tal-ftehim ta' paċi u tal-forma futura tal-pajjiż, il-gvernijiet suċċessivi naqsu milli jibnu stat li jiffunzjona bis-sħiħ u li kapaċi jsostni lilu nnifsu;

3.  Jilqa' r-riżultati miksuba bir-ritorn ta' refuġjati u ta' persuni spustati internament (IDPs), bir-rikostruzzjoni u bir-restituzzjoni tal-proprjetà, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness VII tal-Ftehim ta' Dayton; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-anness u l-istrateġija relatata jiġu implimentati bis-sħiħ biex jiżguraw ritorn sostenibbli, kif ukoll soluzzjonijiet ġusti, komprensivi u dejjiema għall-persuni spustati internament, għar-rifuġjati u għal persuni oħra affettwati mill-gwerra; jenfasizza f'dan ir-rigward il-bżonn għar-ritorn sostenibbli ta' Kroati, Bożnijaċi u oħrajn fir-Repubblika Srpska; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir progress fit-titjib tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' dawk li rritornaw; jitlob li l-isforzi fil-livelli kollha jiġu kkoordinati aħjar u li l-persuni spustati l-aktar vulnerabbli, inklużi r-Rom u l-vittmi ta’ vjolenza nisa, jingħataw aktar attenzjoni; jieħu nota, b'dispjaċir, li, skont il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, għad hemm madwar 7 000 ruħ nieqsa, li għadu mhux magħruf x'sar minnhom;

4.  Jirrikonoxxi t-trasformazzjoni pożittiva li għaddiet minnha l-Bożnija-Ħerzegovina f'dawn l-aħħar 20 sena, minn pajjiż mifni bil-gwerra u ħiereġ minn kunflitt, għal stat li jaspira għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea;

5.  Itenni l-impenn tal-UE rigward il-perspettiva Ewropea u t-tkomplija tal-proċess ta’ adeżjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina u tal-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent; jemmen li l-kooperazzjoni reġjonali u l-proċess ta' integrazzjoni Ewropea huma l-aħjar mod biex tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni u biex jingħelbu l-mibegħda u l-firdiet;

6.  Jistieden lill-awtoritajiet jużaw l-20 anniversarju mill-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton bħala inċentiva biex jimxu 'l quddiem bir-riformi meħtieġa – speċjalment fid-dawl tal-applikazzjoni li jmiss tal-Bożnija-Ħerzegovina għall-adeżjoni mal-UE; ifakkar li l-prijorità trid tkun l-indirizzar tal-ħtiġijiet soċjoekonomiċi taċ-ċittadini, kif ukoll l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' koordinament effikaċi dwar kwistjonijiet tal-UE; itenni li huwa kruċjali wkoll li jitkomplew, b'mod parallel, ir-riformi politiċi u kostituzzjonali u d-demokratizzazzjoni tas-sistema politika, li sejrin imexxu lill-pajjiż fid-direzzjoni li jiżgura ugwaljanza reali u rappreżentanza demokratika tat-tliet popli kostitwenti kollha u taċ-ċittadini kollha tiegħu; jissottolinja li jeħtieġ li ċ-ċittadini kollha tal-Bożnija-Ħerzegovina jkollhom opportunitajiet ugwali li jiġu eletti fil-livelli kollha tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bożnija-Ħerżegovina u lill-entitajiet tiegħu, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.

(1) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 468.
(2) ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 111.
(3) Testi adottati, P8_TA(2015)0276.


Esportazzjoni tal-armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK
PDF 482kWORD 147k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-esportazzjoni tal-armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (2015/2114(INI))
P8_TA(2015)0472A8-0338/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (minn hawn 'il quddiem il-"Pożizzjoni Komuni")(1),

–  wara li kkunsidra r-rieżami tal-Pożizzjoni Komuni mwettaq mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali tal-Kunsill tal-UE,

–  wara li kkunsidra s-16-il Rapport Annwali tal-Kunsill skont l-Artikolu 8(2) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari(2),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/711/PESK tad-19 ta' Novembru 2012 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-Unjoni biex fi ħdan pajjiżi terzi jiġi promoss il-kontroll tal-esportazzjoni ta' armi u tal-prinċipji u l-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK,

–  wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni ta' armi tal-qerda tal-massa tal-UE tad-9 ta' Diċembru 2003,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà "Ewropa Sigura f'Dinja Aħjar", adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-2 ta' April 2013(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2014 dwar ir-ratifika tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2015 dwar l-impatt tal-iżviluppi fis-swieq Ewropej tad-difiża fuq is-sigurtà u l-kapaċitajiet ta' difiża fl-Ewropa(5), b'mod partikolari l-paragrafi 4, 10, 18, 19, 20 u 21,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/768/PESK tas-16 ta' Diċembru 2013 dwar l-attivitajiet tal-UE f'appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju(7), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 599/2014 u l-lista ta' oġġetti b'użu doppju fl-Anness I tagħha,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' April 2014 lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew intitolata "L-analiżi tal-politika ta' kontroll tal-esportazzjoni: niżguraw sigurtà u kompetittività f'dinja li qed tinbidel" (COM(2014)0244),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tat-12 ta' Ġunju 2014 mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-analiżi tas-sistema ta' kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-analiżi tal-politika ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-21 ta' Novembru 2014,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar "Id-drittijiet tal-bniedem u t-teknoloġija: l-impatt ta' sistemi ta' intrużjoni u sorveljanza fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi"(8),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità(9),

–  wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tal-SALW u tal-munizzjon tagħhom, adottata fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005 mill-Kunsill Ewropew, u l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2002/589/PESK tat-12 ta' Lulju 2002 dwar il-kontribut tal-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid destabilizzanti ta' armamenti ħfief u ta' kalibru żgħir u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 1999/34/PESK,

–  wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/468/PESK tat-23 ta' Ġunju 2003 dwar il-kontroll tas-sensarija tal-armi(10),

–  wara li kkunsidra l-Lista Militari Komuni aġġornata tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fid-9 ta' Frar 2015,

–  wara li kkunsidra l-Gwida għall-Utent għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Wassenaar tat-12 ta' Mejju 1996 dwar il-Kontrolli tal-Esportazzjoni għall-Armi Konvenzjonali u l-Prodotti u t-Teknoloġiji b'Użu Doppju, flimkien mal-listi, aġġornati fl-2015, ta' dawn il-prodotti u teknoloġiji u munizzjon(11),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tad-19-il Laqgħa Plenarja tal-Ftehim ta' Wassenaar dwar il-Kontrolli tal-Esportazzjoni għall-Armi Konvenzjonali u l-Prodotti u t-Teknoloġiji b'Użu Doppju li saret fi Vjenna fit-3 u l-4 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2015 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (COM(2015)0185)),

–  wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, adottat fl-24 ta' Frar 2006,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ottubru 2011 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolat "Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla" (COM(2011)0637),

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, u b'mod partikolari għan nru 16: mira 16.4, li jitlob l-istati jnaqqsu b'mod sinifikanti l-flussi ta' armi illegali;

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 42 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 346 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi tan-NU, li daħal fis-seħħ fl-24 ta' Diċembru 2014,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU 24/35 tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem tat-trasferiment tal-armi f'kunflitti armati(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 52 u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0338/2015),

A.  billi l-ambjent tas-sigurtà globali madwar l-UE inbidel b'mod drammatiku, speċjalment fil-viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant;

B.  billi jeżisti d-dritt inerenti għall-awtodifiża individwali jew kollettiva taħt l-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU;

C.  billi fl-interess tal-istabbiltà internazjonali hu importanti li jiġu pprovduti mezzi għall-iskoraġġiment fuq bażi ta' każ b'każ, b'konformità sħiħa mal-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU u l-Kriterju Erbgħa tal-Pożizzjoni Komuni dwar il-preservazzjoni tal-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali;

D.  billi t-tixrid bla rażan tal-armi jikkostitwixxi riskju serju għall-paċi u s-sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli; billi kull minuta, xi mkien fid-dinja, persuna tmut kawża ta' vjolenza armata u 15-il arma ġdida huma manifatturati;

E.  billi r-regolamentazzjoni tal-kummerċ tal-armi internazzjonali hi, fid-definizzjoni tagħha stess, ambizzjoni globali; billi l-UE trid tiżgura l-konsistenza tal-attivitajiet esterni kollha tagħha fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni tagħha, tippromwovi d-demokrazija u l-istat tad-dritt, tipprevjeni l-kunflitti, teqred il-faqar, trawwem id-djalogu interkulturali u żżomm l-istabbiltà u s-sigurtà internazzjonali; billi fuq il-perjodu 2010-2014 l-Istati Membru tal-UE kienu responsabbli għal 25,4 % tal-volumi ta' kunsinni effettivi(13) tal-armi konvenzjonali maġġuri fid-dinja;

F.  billi, skont it-Trattat ta' Lisbona, il-qirda tal-faqar hu l-għan ewlieni tal-politika tal-iżvilupp tal-UE, u billi hi waħda mill-prijoritajiet għall-azzjoni esterna tal-UE biex tinbena dinja aktar stabbli u prospera; billi l-provvista ta' armi lil pajjiżi li huma f'kunflitt mhux biss iżżid il-probabbiltà li tiżdied il-vjolenza iżda għandha wkoll impatt negattiv fuq il-potenzjal għall-iżvilupp ta' dawn il-pajjiżi, kif joħroġ ċar minn rapporti ta' organizzazzjonijiet umanitarji li kwantifikaw dan l-impatt(14);

G.   billi l-Istati Membri tal-UE esportaw armi b'valur totali ta' EUR 36,7 biljun fl-2013, fosthom EUR 26 biljun lill-pajjiżi terzi; billi, bħala paragun, il-baġit kumplessiv għall-Strument Ewropew ta' Viċinat għall-2014-2020 hu ta' EUR 15,4 biljun; billi 30 % tal-esportazzjonijiet kumplessivi ta' armi kienu minn Stati Membri tal-UE; u ma tantx jista' jiġi argumentat li dawn il-flussi ta' kummerċ huma fl-interessi diretti tas-sigurtà tal-UE;

H.  billi l-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK hi qafas legalment vinkolanti li tistipola t-tmien kriterji għall-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali li jridu japplikaw l-Istati Membri tal-UE fid-deċiżjonijiet ta' liċenzji tagħhom; billi din il-Pożizzjoni Komuni trid titqies sew speċifikament fil-kuntest tal-iżvilupp tas-suq Ewropew tad-difiża u bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea;

I.  billi l-pajjiżi terzi l-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, il-Kanada, il-Kroazja, il-Montenegro u n-Norveġja aderixxew b'mod uffiċjali mal-kriterji u l-prinċipji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni;

Ambjent ta' sigurtà globali u esportazzjoni ta' armi

1.  Hu mħasseb ħafna dwar il-firxa ta' kunflitti armati, notevolment dawk fl-Ukrajna, is-Sirja, l-Iraq, il-Libja u l-Jemen kif ukoll il-kunflitti internazzjonali kollha, li, f'dinja dejjem aktar globalizzata, huma theddida għall-istabbiltà u s-sigurtà globali u wasslu għal viċinat anqas stabbli u anqas sigur għall-UE; jinnota li t-trasferiment ta' armi lil stati f'kunflitt seta kkontribwixxa għal dawn il-kunflitti;

2.  Jiddispjaċih li l-iżviluppi ta' dawn l-aħħar sentejn urew li l-armi ġieli jispiċċaw f'idejn terroristi jew reġimi ripressivi jew pajjiżi fejn it-tfal jistgħu jiġu rreklutati jew jintużaw f'ostilitajiet, jew minn reġimi li għandhom relazzjonijiet dubjużi mat-terroriżmu internazzjonali jew politiki aggressivi nazzjonali u barranin u jemmen li, għaldaqstant, hu neċessarju li jiġu adottati sistemi effettivi ta' kontroll ta' esportazzjoni tal-armi; Jikkundanna l-użu ta' armi bil-għan li tiżdied l-insigurtà u l-kunflitti armati internament jew esternament jew favur ir-ripressjoni interna, kunflitti reġjonali jew vjolazzjonijiet gravi ta' drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali; jiddispjaċih ukoll li l-kummerċ illegali ta' armi jibqa' negozju kbir u li jrendi;

3.  Jiddeplora l-fatt li madwar nofs miljun(15) ruħ imutu kull sena minħabba vjolenza bl-armi, kemm f'kunflitti armati kif ukoll b'rabta ma' attività kriminali;

4.  Itenni li l-konformità mal-Pożizzjoni Komuni hija fundamentali għat-twettiq tal-prinċipji u l-valuri tal-UE, b'mod partikolari fl-oqsma tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali, kif ukoll ir-responsabilitajiet tagħha fis-sigurtà lokali, reġjonali u globali;

5.  Jinnota li l-Istati Membri tal-UE huma esportaturi maġġuri tal-armi fid-dinja, b'EUR 36, 711 biljun f'esportazzjonijiet dinjija fl-2013, li minnhom EUR 10, 735 biljun bejn l-Istati Membri u EUR 25, 976 biljun lill-pajjiżi terzi, skont is-16-il Rapport Annwali; itenni li l-Artikolu 10 tal-Pożizzjoni Komuni jsostni li kunsiderazzjonijiet ta' interessi ekonomiċi, kummerċjali u industrijali mill-Istati Membri mhux ser jaffettwaw l-applikazzjoni tat-tmien kriterji li jirregolaw l-esportazzjoni tal-armi;

6.  Jiddispjaċih, madankollu, li l-Artikolu 10 spiss jiġi injorat, speċjalment billi kumpaniji tad-difiża Ewropej huma dejjem aktar qed jagħmlu tajjeb għat-tnaqqis fid-dħul tagħhom fl-Ewropa permezz ta' esportazzjonijiet barra l-UE; ikkonċernat ħafna bil-konsegwenzi għas-sigurtà u d-difiża tal-UE li jirriżultaw mit-trasferiment ta' informazzjoni u teknoloġiji sensittivi lil pajjiżi terzi, li jirrappreżenta riskju akbar ta' dipendenza fuq pajjiżi terzi b'interessi strateġiċi diverġenti, bħal pereżempju r-Russja;

7.  Ifakkar li l-industrija tad-difiża għandha sservi ta' strument għall-implimentazzjoni tad-difiża u s-sigurtà tal-Istati Membri u tiġi żgurata s-sigurtà fil-provvista fl-UE filwaqt li ssir kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni biex jissaħħu l-PESK u l-PSDK, billi dawn huma importanti biex jgħinu biex jiġu żgurati l-istabbiltà u s-sigurtà dinjija; jirrikonoxxi li l-esportazzjonijiet ta' armi kienu strumentali f'termini tat-tisħiħ u l-iżvilupp ulterjuri tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea, li kienet importanti fl-iżvilupp ta' firxa wiesa' ta' innovazzjoni u teknoloġija;

8.  Jirrikonoxxi l-leġittimità tal-esportazzjonijiet li huma kompletament konformi mal-kriterji fl-Artikolu 4(c) tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u jsiru b'rispons għal talba li ssir lill-UE skont id-dritt għall-awtodifiża; jappoġġa l-forniment ta' armi għad-difiża f'każ leġittimu ta' awtodifiża; jinnota d-deċiżjoni ta' xi Stati Membri li jfornu armi għad-difiża lill-Peshmerga fil-Kurdistan Iraqin u lill-Ukrajna; jinnota li, f'dan ir-rigward, l-Istati Membri mhumiex qed jikkoordinaw ma' xulxin;

9.  Jirrimarka li, filwaqt li ċ-ċaħdiet u s-sospensjonijiet ta' liċenzji wara embargos jew kunflitti huma sinjal pożittiv, dawn jindikaw li l-politika tal-UE dwar l-esportazzjoni hi ta' natura reattiva; iqis li skont il-Pożizzjoni Komuni eżami aktar bir-reqqa tar-riskji speċifiċi assoċjati mal-pajjiżi destinatarji u tal-interessi tas-sigurtà tal-UE jkun neċessarju qabel ma jiġu liċenzjati;

10.  Jinnota li r-riskji riżultanti minn din id-diverġenza, il-kuntrabandu u l-ħażna tal-armi u l-isplussivi qed jiżdiedu u jibqgħu sfidi li għandhom jiġu indirizzati; jenfasizza r-riskji li armi minn pajjiżi terzi li għandhom livelli għoljin ta' korruzzjoni jiġu introdotti fl-Ewropa minħabba żieda fil-kuntrabandu u fit-traffikar ta' armi u n-nuqqas ta' spezzjonijiet fil-punti tad-dħul, bħal pereżempju l-portijiet, u b'hekk jikkompromettu s-sigurtà taċ-ċittadini hekk kif kien sottolinjat f'rapport reċenti tal-Europol(16);

11.  Jisħaq li l-kontrolli fuq l-esportazzjoni ta' armi huma parti integrali mill-politika barranija u ta' sigurtà tal-UE u għandhom jiġu ggwidati mill-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-TUE, b'mod partikolari l-promozzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u ż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali; Ifakkar li huwa kruċjali li tiġi żgurata koerenza bejn l-esportazzjoni tal-armi u l-kredibbiltà tal-UE bħala promotur tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja; huwa konvint ħafna li implimentazzjoni aktar effettiva tat-tmien kriterji tal-Pożizzjoni Komuni jirrappreżentaw kontribuzzjoni importanti għall-iżvilupp tal-PESK u l-PSDK; jitlob li titfassal strateġija globali tal-UE fir-rigward tal-politika barranija u ta' sigurtà biex jitqiesu b'mod xieraq il-kwistjonijiet tal-esportazzjoni ta' armi fid-dawl tal-bidliet fl-ambjent tas-sigurtà u r-riskji u t-theddidiet assoċjati għall-interessi tas-sigurtà fl-Ewropa;

12.  Jiddeplora l-fatt li t-trasferiment illeġittimu, illeċitu u mhux regolat ta' armi ser ikompli jimmina l-istabbiltà politika u jxekkel l-iżvilupp demokratiku soċjali u/jew ekonomiku f'ċerti partijiet tad-dinja; jirrikonoxxi li l-interpretazzjoni koerenti u l-implimentazzjoni effikaċi tal-Kriterju Tmienja tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK ikunu kontribuzzjonijiet deċiżivi għall-għanijiet tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp tal-UE; Jappella għal attenzjoni kontinwa għall-Kriterju Tmienja biex jiġi vvalutat l-impatt negattiv potenzjali tal-infiq fuq l-armi fil-prospetti għall-iżvilupp ta' għall-aktar pajjiżi destinatarji foqra;

It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

13.  Jilqa' d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi; jilqa' l-attivitajiet ta' komunikazzjoni li saru mill-UE biex jiġu promossi r-ratifikazzjoni unversali u l-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi u jitlob biex ikun hemm sforzi sostenuti f'dan ir-rigward, partikolarment minn pajjiżi li huma kummerċjanti tal-armi maġġuri; Iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli; jirrikonoxxi li t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, minkejja li jirrapreżenta kisba pożittiva, xorta għandu l-limitazzjonijiet u l-ambigwitajiet tiegħu (kunċetti mhux ċari, eċċezzjonijiet għal obbligazzjonijiet ta' rappurtar, nuqqas ta' reġim tas-sanzjonijiet);

14.  Jilqa' s-suċċess tal-ewwel Konferenza tal-Istati Parti li sar f'Cancún mill-24 sas-27 ta' Awwissu 2015, imma jirrimarka li ma ntlaħaq l-ebda ftehim fuq il-mudell li kellu jintuża għar-rapporti annwali; jemmen li t-Trattat ser ikun ta' suċċess ġenwin biss jekk jittieħdu passi biex ikun applikabbli universalment jew jekk jiġu stabbiliti mekkaniżmi vinkolanti jew punittivi, li jintużaw f'każ li jonqsu milli japplikaw ir-regoli;

15.  Jilqa' r-rekwiżit li, fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' liċenzji, l-istati partijiet għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi jqisu l-fatt li jeżisti r-riskju li l-armi li jiġu trasferiti jistgħu jintużaw biex jitwettqu jew jiġu ffaċilitati atti serji ta' vjolenza sessista jew atti serji ta' vjolenza fuq in-nisa u t-tfal; jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu l-formulazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni fir-rigward tal-vjolenza sessista jew atti serji ta' vjolenza fuq in-nisa u t-tfal;

16.  Ifaħħar il-fatt li l-UE għandha qafas legali vinkolanti, uniku fid-dinja, li permezz tiegħu qed jiġu infurzati l-kontrolli fuq l-esportazzjonijiet tal-armi, fosthom f'reġjuni ta' krizi u f'pajjiżi dubjużi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa' l-fatt li, b'rabta ma' dan, għadd ta' pajjiżi Ewropej u pajjiżi terzi ngħaqdu mas-sistema ta' kontrolli tal-esportazzjonijiet tal-armi abbażi tal-Pożizzjoni Komuni;

17.  jilqa' l-fatt l-istati terzi bħalma huma l-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, il-Kanada, il-Kroazja, il-Montenegro u n-Norveġja aderixxew b'mod uffiċjali mal-kriterji u l-prinċipji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK; jinnota li sistema speċjali ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi terzi aderenti ilha fis-seħħ mill-2012;

Il-Pożizzjoni Komuni

18.  Ifakkar li l-Pożizzjoni Komuni għandha twassal għal approċċ koordinat fil-kummerċ tal-armi li ma jaffettwax id-dritt tal-Istati Membri li joperaw politiki nazzjonali aktar restrittivi hekk kif jissemma fl-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni; ifakkar ukoll li f'kull każ ir-rifjut li jsir trasferiment ta' teknoloġija militari jew armi jibqa' kompetenza esklussiva tal-Istati Membru u l-istandards komuni stabbiliti mill-Pożizzjoni Komuni għandhom jitqiesu bħala l-istandards minimi għall-ġestjoni tat-trasferimenti ta' teknoloġija militari skont il-premessa 3; jirrimarka li l-armonizzazzjoni fil-livell Ewropew m'għandiex tintuża bħala pretest biex titnaqqas is-saħħa ta' regoli nazzjonali aktar stretti;

19.  Jistieden lill-Istati Membri biex jinterpretaw b'mod koerenti u japplikaw b'mod rigoruż l-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni f'kull każ u ma jħallux kunsiderazzjonijiet politiċi u ekonomiċi jieħdu post il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jħassru kuntratti diġà miftiehma fejn, bħala riżultat ta' sitwazzjoni li nbidlet drastikament, il-ftehim jikser il-Pożizzjoni Komuni;

20.  Hu tal-fehma li l-problema reali hi li l-Pożizzjoni Komuni qed tiġi applikata b'mod laxk u qed tiġi interpretata b'mod inkonsistenti mill-Istati Membru u b'hekk iqis li hu kruċjali li jkun hemm applikazzjoni konsistenti u ambizzjuża tat-tmien kriterji; jirrimarka, f'dan ir-rigward, li ma huma stabbiliti l-ebda penali f'każ ta' ksur tal-kriterji u iqis li jkun rakkomandabbli li jsiru arranġamenti biex isiru kontrolli indipendenti u jkun hemm penali f'każ ta' ksur tal-Pożizzjoni Komuni;

21.  Jinnota r-rieżami li għamel il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali dwar il-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK kif ukoll il-konklużjoni li din isservi b'mod xieraq l-għanijiet stabbiliti mill-Kunsill, u li hija konformi mat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi; jinnota li ma ġiet introdotta l-ebda bidla minkejja s-sitwazzjoni gravi fis-Sirja u fl-Iraq, iż-żieda f'attività terroristika u l-kunflitt u l-instabbiltà mifruxa fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq u li jistgħu, eventwalment, jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni nnifisha;

22.  Jieħu nota tal-aġġornament tal-Linji Gwida għall-Utent għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill u tal-Lista Militari tal-UE; jistenna b'ħerqa l-adozzjoni ta' mekkaniżmu ġdid għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni onlajn mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali; jilqa' r-referenzi ġodda li saru għal aspetti tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi li għadhom ma ġewx inklużi fil-Pożizzjoni Komuni, u l-bidliet għall-gwida elaborattiva għall-Kriterju Sebgħa; jappella għal aktar sforzi partikolarment fil-gwida għall-implimentazzjoni tal-Kriterju Tmienja b'mod effettiv;

23.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ssir applikazzjoni aktar stretta tat-tmien kriterji; jemmen li l-Istati Membri, anki fil-livell Ewropew fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali, għandhom iwessgħu l-valutazzjonijiet tagħhom bil-għan li jagħtu attenzjoni wkoll lis-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' destinazzjoni kif ukoll lit-teknoloġija militari speċifika kkonċernata; iħeġġeġ lill-Istati Membri japplikaw kriterji nazzjonali aktar stretti;

24.  huwa mħasseb dwar l-effett li theddida ta' azzjoni legali minn kumpaniji f'xi Stati Membri, kemm jekk din hi reali jew hi perċezzjoni, jista' jkollha fuq il-kunsiderazzjoni ta' applikazzjonijiet għal liċenzji għall-esportazzjoni; ifakkar lill-Istati Membri li applikazzjoni rigoruża u skrupluża tat-tmien kriterji toħloq il-bażi neċessarja għar-rifjut ta' liċenzji;

25.  Jieħu nota li l-Kriterju Tnejn jirrikjedi li l-Istati Membri jirrifjutaw l-għoti ta' liċenzja għall-esportazzjoni biss jekk hemm "risku ċar" li t-teknoloġija jew it-tagħmir militari esportat jista' jintuża għal ripressjoni interna; billi dan il-kriterju jħalli ħafna spazju għal interpretazzjoni inkoerenti tar-regoli komuni; jitlob il-koordinament mar-rappreżentati tal-Kunsill tal-Ewropa, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem sabiex il-Kriterju Tnejn jiġi kkjarifikat ulterjorment;

26.  Huwa kritiku fuq il-ksur frekwenti tat-tmien kriterji minn Stati Membri varji; jiddispjaċih li ma hemm l-ebda mekkaniżmi biex jiġi ssanzjonat ksur tat-tmien kriterji minn Stat Membru u li ma hemm l-ebda pjanijiet biex dan isir; huwa tal-fehma li għandhom ikunu previsti possibbiltajiet ta' verifika indipendenti kif ukoll mekkaniżmi ta' sanzjoni fil-każ ta' ksur tal-Pożizzjoni Komuni;

27.  Iħeġġeġ kull Stat Membru biex jittratta l-kunċett ta' riskju fil-proċess ta' għoti ta' liċenzji għat-trasferiment tal-armi fuq bażi prekawzjonarja, hekk kif isir normalment meta jiġu indirizzati oqsma oħra bħalma huma l-ħasil ta' flus u tħassib ambjentali;

28.  Jenfasizza l-bżonn li tiġi żgurata politika aktar koerenti fuq l-embargos u li jiġu applikati minnufih; jistieden lill-Istati Membri jeliminaw kwalunkwe ambigwitajiet kemm fis-sistemi tagħhom kif ukoll fil-livell tal-Ftehim ta' Wassenaar dwar l-esportazzjoni tal-armi 'militari' u 'mhux militari', li jistgħu jwasslu biex it-trasferimenti ta' armi żgħar jirnexxilhom iduru mas-sistema ta' regolazzjoni billi jiġu deskritti bħala "mhux militari";

29.  Ifakkar li r-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabrikar illeċitu ta' u l-ittraffikar fl-armi tan-nar huwa maħsub biex jiżgura kontroll effettiv ta' trasferimenti ta' armi tan-nar għal użu ċivili; jirrikonoxxi l-leġittimità tal-esportazzjonijiet għall-kaċċa u armi għall-isport għal użu ċivili taħt dan ir-Regolament; jilqa' r-rieżami tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armi tan-nar u l-intenzjoni li tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-pulizija mal-pajjiżi ġirien fir-rigward tal-kuntrabandu tal-armi; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Europol;

30.  Jistieden lill-Istati Membri jinkludu mekkaniżmu fil-Pożizzjoni Komuni li awtomatikament jiffriża liċenzji għall-esportazzjonijiet eżisteni għal dawk il-pajjiżi li kontrihom ikun stabbilit embargo Ewropew dwar l-armi wara li ħarġet liċenzja ta' kontroll għall-esportazzjonijiet;

31.  Jissuġġerixxi li tiġi esplorata l-possibbiltà li jiġu applikati u estiżi t-tmien kriterji anke għat-trasferiment ta' servizzi li għandhom x'jaqsmu ma' esportazzjonijiet ta' armi bħalma huma l-konsulenza u l-attivitajiet ta' kumpaniji militari privati bbażati fl-UE f'pajjiżi terzi; jappella għal approċċ unifikat tal-UE għall-kwistjoni ta' armeriji fuq il-baħar;

32.  Jistieden l-Istati Membri kollha li għadhom mhumiex kompletament konformi mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/468/PESK tat-23 ta' Ġunju 2003 dwar il-kontroll ta' senserija ta' armi biex jispjegaw għaliex mhumiex konformi u x'passi qed jipproponu li jieħdu u meta, sabiex jonoraw l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt il-Pożizzjoni Komuni; jinkoraġixxi l-Istati Membri biex jinkludu t-trasport tal-armi u servizzi ta' ffinanzjar tal-armi fil-leġiżlazzjoni tagħhom dwar is-senserija tal-armi;

33.  Hu mħasseb dwar id-diverġenza possibbli tal-esportazzjonijiet u jistieden l-Istati Membri kollha jistabbilixxu sistema ta' kontroll effettiva (sistema ta' monitoraġġ komuni, klawżola kontra l-użu ħażin fiċ-ċertifikati tal-utent aħħari, spezzjonijiet fiżiċi obbligatorji tal-utenti aħħarin) fosthom rinforzament tal-persunal iddedikat għal dan il-għan; jemmen li jrid ikun hemm kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Europol u l-Eurojust, kif ukoll ma' pajjiżi terzi, biex tiġi ffaċilitata l-prosekuzzjoni ta' sensara u traffikanti għal trasferimenti illegali ta' armi; jistieden lill-Kunsill jallinja aħjar il-Kriterju Sebgħa mal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi;

34.  Jinsab profondament imħasseb dwar il-possibilità li jiġu evitati l-kontrolli tal-esportazzjoni tal-UE permezz ta' produzzjoni liċenzjata f'pajjiżi barra l-UE jew permezz ta' sussidjarji barranin ta' kumpaniji bbażati fl-UE; iħeġġeġ lill-COARM biex fir-rapport annwali tiegħu li jmiss jikkunsidra din il-kwistjoni fil-fond;

35.  Jitlob li jkun hemm aktar koordinazzjoni fil-livell ta' ħidma fi ħdan il-Kunsill u s-SEAE bil-għan li jiġi żgurat li l-aspetti marbuta mal-prevenzjoni tal-konflitti, l-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem jiġu kkunsidrati kif xieraq; jitlob li jkun hemm konsultazzjoni regolari bejn il-COARM u l-COHOM, kif ukoll biex il-COARM jikkomunikaw mal-atturi relevanti tal-UE bħalma huma l-Intcen, il-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu u d-Delegazzjonijiet tal-UE sabiex titjieb il-koerenza u tiġi kondiviża informazzjoni li tista' tkun relevanti għal deċiżjonijiet dwar liċenzji għat-trasferiment tal-armi, partikolarment fir-rigward ta' riskji fil-pajjiżi destinatarji, biex tittejjeb il-kwalità tad-deċiżjonijiet li jsiru fil-kuntest tal-Pożizzjoni Komuni;

It-trasparenza

36.  Jiddispjaċih dwar l-adozzjoni tardiva ħafna tas-16-il Rapport Annwali, li huwa l-aktar wieħed li dam biex ġie adottat;

37.  Jinnota li sottomissjoni sħiħa tfisser data dwar il-valur finanzjarju kemm tal-liċenzji għall-esportazzjoni tal-armi, kif ukoll esportazzjonijiet attwali, li jkunu elenkati skont id-destinazzjoni u skont il-kategorija fil-Lista Militari tal-UE;jistieden l-Istati Membri li fadal biex, fi żmien debitu, jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jissottomettu rapport annwali u jipprovdu data għas-16-il Rapport Annwali retrospettivament kif ukoll għar-Rapporti Annwali li ġej;

38.  Jinnota li r-rapport jinkludi informazzjoni standardizzata dwar il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa iżda ma jinkludix informazzjoni komprensiva dwar l-esportazzjoni reali tal-armi; iħeġġeġ lill-Kunsill u l-VP/RGħ biex jistudjaw mezzi biex titjieb il-konformità mal-obbligazzjoni għar-rappurtar u biex jiżdiedu t-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku tal-qafas ta' kontrol għall-esportazzjonijiet, partikolarment fl-iżgurar li l-Istati Membri kollha jirrapurtaw l-esportazzjonijiet tal-armi tagħhom; jitlob li dan in-nuqqas jiġi indirizzat u debitament issir dispożizzjoni għal rapport annwali li tenfasizza d-data reali tal-esportazzjonijiet, diżaggregati skont it-tip u d-destinazzjoni;

39.  Jitlob l-introduzzjoni ta' proċedura standardizzata ta' rappurtar u ta' sottomissjoni, inkluża l-iskadenza, għal informazzjoni dwar l-esportazzjonijiet reali u d-data tal-liċenzja, proċedura li għandha tiġi applikata b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Istati Membri jirrappurtaw b'mod aktar komprensiv dwar il-liċenzji miċħuda, inkluża l-informazzjoni speċifika għal-liċenzja li tirrigwarda l-istat destinatarju u l-awtorità speċifika, id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-oġġetti li għandhom jiġu trasferiti fir-rigward tas-subkategoriji tal-lista militari, u r-raġuni għaċ-ċaħda; jipproponi li l-format tar-Rapport Annwali jinbidel u li tali rapport jitnieda mill-ġdid bħala bażi ta' dejta onlajn pubblika, interattiva u li tista' titfittex;

40.  Jitlob għal konsultazzjonijiet imsaħħin bejn l-Istati Membri fir-rigward ta' trasferimenti lil reġjuni jew pajjiżi fraġili jew instabbli, partikolarment dawk li qed jaġixxu b'mod agressiv fil-viċinat tagħhom; jitlob għal verifika fonda u sistematika tal-implimentazzjoni tar-reġim tas-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja fl-esportazzjoni ta' armi u bejgħ ta' teknoloġiji b'użu doppju; jistieden lill-Istati Membru jistabbilixxu lista ta' persuni (fosthom entitajiet u individwi) li nstabu ħatja li kisru leġiżlazzjoni li għandha x'taqsam mal-esportazzjoni tal-armi u f'każi ta' diverżjoni identifikata u persuni li ma nstabux ħatja minn qorti imma huma magħrufin li huma involuti fil-kummerċ illegali tal-armi jew f'attivitajiet li huma ta' theddida għas-sigurtà internazzjonali; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni ddettaljata dwar il-proċeduri għar-revoka jew is-sospensjoni ta' liċenzji mogħtija fir-rigward ta' pajjiżi soġġetti għal embargo;

41.  Iqis li hu vitali li pajjiżi li huma kandidati għal adeżjoni mal-UE jikkonformaw mal-pożizzjonijiet u prinċipji tal-UE dwar l-esportazzjonijiet ta' armi u l-kummerċ tal-armi;

42.  Jappella biex ikun hemm monitoraġġ ta' u kooperazzjoni dwar it-traffikar illegali ta' armi, permezz ta' kooperazzjoni li tinvolvi l-forzi tal-pulizija u l-awtoritajiet tal-fruntieri bbażati fuq il-kondiviżjoni ta' informazzjoni u bażijiet ta' dejta sabiex jitnaqqsu r-riskji għas-sigurtà tal-UE u taċ-ċittadini tagħha;

L-iskrutinju pubbliku

43.  Ifakkar li l-gvernijiet għandhom ir-responsabilità politika li jiddeċiedu jekk jesportawx oġġetti militari jew oġġetti ta' użu doppju; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar kull waħda mil-liċenzji li joħorġu sabiex ikun possibbli li jsiru kontrolli fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat li pajjiżi ma jonqsux milli jilħqu l-kriterji tal-pożizzjoni komuni minħabba interessi ekonomiċi, politiċi jew personali; jistieden lis-SEAE/COARM jassumu l-kompitu li jeżaminaw liċenzji li jidhru li ma jilħqux il-kriterji tal-pożizzjoni komuni;

44.  Jemmen bis-sħiħ li ċ-ċittadini u l-parlamenti għandhom id-dritt li jiġu infurmati f'dettall dwar id-deċiżjonijiet dwar l-esportazzjonijiet ta' armi tal-gvernijiet tagħhom billi dawn jaffettwaw s-sigurtà u l-benessri tan-nazzjon tagħhom u ta' pajjiżi oħra, u dan f'konformità mal-interessi ta' trasparenza u skrutinju pubbliku akbar; jitlob biex ir-rapporti jinżammu pubbliċi;

45.  Jistieden lill-Kunsill u lis-SEAE biex itejbu l-aċċess għal informazzjoni dwar sanzjonijiet tal-UE u dwar embargos fuq l-armi billi spiss din l-informazzjoni ma tkunx aġġornata jew preżentata b'mod li hu ħafif taċċessa;

46.  Jitlob li s-sorveljanza parlamentari tissaħħaħ kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew permezz ta' rapporti annwali fil-parlamenti; jitlob li l-kwistjoni tal-esportazzjonijiet tal-armi Ewropej tiġi diskussa fil-laqgħa li jmiss tal-Konferenza Interparlamentari dwar il-PESK/PSDK;

47.  Jilqa' konsultazzjonijiet regolari mas-soċjetà ċivili bħala titjib fit-trasparenza; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE/Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali jkomplu japprofondixxu d-djalogu tagħhom mas-soċjetà ċivili, NGOs u l-gruppi ta' riflessjoni relevanti; jinkoraġġixxi s-soċjetà ċivili u l-akkademja teżerċizza skrutinju indipendenti tal-kummerċ tal-armi;

It-teknoloġiji l-ġodda u l-kwistjoni tal-oġġetti b'użu doppju

48.  Iqis li l-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha dejjem itqal biex issir distinzjoni bejn użu purament militari u użu purament ċivili u li, b'hekk, attenzjoni speċjali trid tingħata lil-Lista ta' Użu Doppju fid-dawl tal-Ftehim ta' Wassenaar; jistieden lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li ma jkun hemm ebda lakuna fil-livell tal-Ftehim ta' Wassenaar u bejn il-Lista Militari u l-annessi tar-Regolament dwar l-Użu Doppju, u jistedinhom ukoll jagħtu attenzjoni partikolari għat-teknoloġiji l-ġodda ta' importanza strateġika, bħas-sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod u t-teknoloġija ta' sorveljanza;

49.  Ifakkar li l-proliferazzjoni ta' ċerti teknoloġija ta' sorveljanza u intrużjoni madwar id-dinja mhumiex biss detrimentali għad-drittijiet tal-bniedem iżda possibbilment huma ta' theddida senifikanti għall-interessi strateġiċi tal-UE u l-infrastruttura diġitali tagħna;

50.  Jilqa' l-inizzjattiva attwali tal-Kummissjoni biex timmodernizza l-kontrolli tal-UE tal-esportazzjonijiet ta' oġġetti b'użu doppju u l-intenzjoni tagħha li tippreżenta proposta leġiżlattiva ġdida fl-ewwel parti tal-2016 għal politiki intelliġenti u effettivi li jirregolaw l-esportazzjonijiet kummerċjali ta' servizzi relatati mal-implimentazzjoni u l-użu ta' teknoloġiji b'użu doppju, waqt li jiġu inklużi salvagwardji effettivi sabiex tevita li tali kontrolli tal-esportazzjonijiet ikunu ta' ħsara għar-riċerka xjentifika u tal-IT; jenfasizza li l-proposta għandha jkollha l-għan li ttejjeb il-koerenza u t-trasparenza tas-sistemi effettivi ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-armi u tieħu kont sħiħ tan-natura dejjem tinbidel tal-isfidi għas-sigurtà u l-pass rapidu ta' żviluppi teknoloġiċi, speċjalment fil-konfront ta' tagħmir ta' softwer ta' sorveljanza u intrużjoni; jilqa' l-ftehim li ntlaħaq fl-4 ta' Diċembru 2013 mill-istati li pparteċipaw fil-Ftehim ta' Wassenaar biex jadottaw kontrolli fl-oqsma ta' sorveljanza, infurzar tal-liġi u għodda biex tinkiseb l-intelligence u sistemi ta' sorveljanza tan-netwerk; ifakkar fil-bżonn urġenti li jiġu indirizzati esportazzjonijiet li possibbilment huma ta' ħsara ta' prodotti u servizzi tal-ICT li jistgħu jintużaw b'rabta ma' ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'ċerti pajjiżi terzi, hekk kif miftiehem fl-Istqarrija Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni f'April 2014;

51.  Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu disponibbli riżorsi suffiċjenti biex jiġu implimentati u infurzati b'mod effettiv il-kontrolli fuq esportazzjonijiet ta' użu doppju, sensarija u transitu; jilqa' l-programmi ffinanzjati mill-UE ta' bini tal-kapaċità f'appoġġ għas-sistemi ta' kontroll tal-esportazzjonijiet ta' użu doppju ta' pajjiżi terzi; jistieden lill-Istati Membri jimmobilizzaw il-kapaċitajiet ta' taħriġ fl-UE ukoll;

52.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tkun tista' tagħti malajr lill-kumpaniji li jkollhom dubju dwar jekk għandhomx japplikaw għal liċenzja tal-esportazzjoni, informazzjoni ċara u aġġornata dwar il-legalità jew l-effetti potenzjalment dannużi ta' transazzjonijiet potenzjali;

53.  Jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposti għal rieżami dwar kif standards tal-UE dwar l-ICTs jistgħu jintużaw biex jipprevjenu l-impatti potenzjalment dannużi tal-esportazzjoni ta' dawn it-teknoloġiji jew servizzi oħra lejn pajjiżi terzi fejn kunċetti bħal "interċettazzjoni legali" ma jistgħux jiġu kkunsidrati ekwivalenti għal dawk tal-UE, jew pereżempju, għandhom reputazzjoni ħażina tad-drittijiet tal-bniedem jew fejn l-istat tad-dritt ma jeżistix;

54.  Itenni li l-istandards tal-UE, partikolarment dawk elenkati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandha tipprima fuq kunsiderazzjonijiet oħrajn fil-valutazzjoni ta' inċidenti li jinvolvu teknoloġiji ta' użu doppju użati b'mod li jistgħu jirrestrinġu d-drittijiet tal-bniedem;

55.  Jiddeplora l-kooperazzjoni attiva ta' ċerti kumpaniji Ewropej, kif ukoll ta' kumpaniji internazzjonali li jinnegozjaw teknoloġiji b'użu doppju, f'ċirkostanzi fejn jafu dwar l-effetti potenzjalment detrimentali għad-drittijiet tal-bniedem involuti fil-kummerċ ma' reġimi li l-azzjonijiet tagħhom jiksru d-drittijiet tal-bniedem;

56.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni teskludi pubblikament kumpaniji involuti f’dawn l-attivitajiet minn proċeduri ta' akkwist tal-UE, minn finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp u minn kwalunkwe appoġġ finanzjarju ieħor;

o
o   o

57.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.
(2) ĠU C 103, 27.3.2015, p. 1.
(3) It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, NU, 13-27217.
(4) Testi adottati, P7_TA(2014)0081.
(5) Testi adottati, P8_TA(2015)0215.
(6) ĠU L 341, 18.12.2013, p. 56.
(7) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.
(8) Testi adottati, P8_TA(2015)0288.
(9) ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.
(10) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 79.
(11) http://www.wassenaar.org/controllists/, ‘list of dual-use goods and technologies and munitions list’, il-Ftehim ta’ Wassenaar dwar il-Kontrolli tal-Esportazzjoni għall-Armi Konvenzjonali u l-Prodotti u t-Teknoloġiji b'Użu Doppju, 25 ta’ Marzu 2015.
(12) A/HRC/RES/24/35.
(13) "Trends in international arms transfers" (Tendenzi internazzjonali dwar trasferimenti ta’ armi), 2014, Skeda Informattiva tas-SIPRI, Marzu 2015.
(14) IANSA, Oxfam International u Saferworld, "Africa’s missing billions – International arms flows and the cost of conflict" (Il-biljuni neqsin tal-Afrika - Il-flussi internazzjonali tal-armi u l-ispiża tal-kunflitt) , 2007.
(15) "Global Burden of Armed Violence" 2015 Every Body Counts (Il-pi¿ globali tal-vjolenza bl-armi 2015: Kull Persuna Tgħodd) - rapport tal-"Geneva Declaration on Armed Violence and Development" (Dikjarazzjoni ta’ Ġinevra dwar il-Vjolenza Armata u l-I¿vilupp)
(16) "Exploring Tomorrow’s Organised Crime" (Esplorazzjoni tal-Kriminalità Organizzata ta’ Għada), 2015, Europol


Il-privattivi u d-drittijiet ta' min inissel il-pjanti
PDF 257kWORD 75k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar il-privattivi u d-drittijiet ta' min inissel il-pjanti (2015/2981(RSP))
P8_TA(2015)0473RC-B8-1394/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 fuq il-privattivi ta' proċessi bijoloġiċi essenzjali(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi(2), b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, li jiddikjara li l-prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi m'għandhomx jedd għal privattiva,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi (KEP) tal-5 ta' Ottubru 1973, b'mod partikolari l-Artikolu 53(b) tagħha,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Imkabbar tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) tal-25 ta' Marzu 2015 fil-Każijiet G2/12 (dwar it-tadam) u G2/13 (dwar il-brokkoli),

–  wara li kkunsidra r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-KEP, b'mod partikolari l-Artikolu 26 tagħhom, li jiddikjara li għal applikazzjonijiet għal privattivi Ewropej u privattivi li jikkonċernaw invenzjonijiet bijoteknoloġiċi, id-Direttiva 98/44/KE għandha tintuża bħala mezz ta' interpretazzjoni supplementari,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti tat-2 ta' Diċembru 1961, kif riveduta f'Ġinevra fl-10 ta' Novembru 1972, fit-23 ta' Ottubru 1978 u fid-19 ta' Marzu 1991 (minn hawn 'il quddiem il-'Konvenzjoni tal-UPOV tal-1991'),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar Drittijiet ta' Varjetajiet ta' Pjanti fil-Komunità(3) (minn hawn 'il quddiem ir-'Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94'), b'mod partikolari l-Artikolu 15(c) u (d) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim tal-Kunsill dwar il-Qorti Unifikata tal-Privattivi tad-19 ta' Frar 2013(4) (minn hawn 'il quddiem il-'Ftehim tal-QUP'), b'mod partikolari l-Artikolu 27(c) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS), inkluż il-Kummerċ f'Oġġetti Falsifikati, b'mod partikolari l-Artikolu 27(3) tiegħu, li jiddikjara li l-membri jistgħu jeskludu proċessi essenzjalment bijoloġiċi mill-privattivabilità,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-aċċess għal materjal bijoloġiku tal-pjanti li għandu karatteristiċi tal-pjanti huwa assolutament neċessarju biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u biex jiġu żviluppati varjetajiet ġodda sabiex tiġi garantita s-sigurtà globali tal-ikel, jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u jiġu evitati monopolji fis-settur tat-tnissil, waqt li fl-istess ħin l-SMEs jingħataw aktar opportunitajiet;

B.  billi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma importanti għas-salvagwardja tal-inċentivi ekonomiċi maħsuba biex jiġu żviluppati prodotti tal-pjanti ġodda u tiġi żgurata l-kompetittività;

C.  billi privattivi fuq prodotti derivati mit-tnissil konvenzjonali jew fuq materjal ġenetiku meħtieġ għat-tnissil konvenzjonali jistgħu jikkompromettu l-esklużjoni stabbilita fl-Artikolu 53(b) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/44/KE;

D.  billi l-prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi, bħal pjanti, żrieragħ, karatteristiċi awtoktoni u ġeni, għandhom jiġu esklużi mill-privattivabilità;

E.  billi t-tnissil tal-pjanti huwa proċess innovattiv li ilu jintuża mill-bdiewa u l-komunitajiet tal-biedja sa mill-ħolqien tal-agrikoltura, u billi l-varjetajiet u l-metodi ta' tnissil mingħajr privattiva huma importanti għad-diversità ġenetika;

F.  billi d-Direttiva 98/44/KE tilleġiżla favur l-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi, b'mod partikolari l-inġinerija ġenetika, iżda billi – kif indikat fil-Premessi 52 u 53 tagħha – ma kinitx l-intenzjoni tal-leġiżlatur li jippermetti l-privattivabilità ta' prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva;

G.  billi bosta applikazzjonijiet li jikkonċernaw prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi attwalment qed jistennew deċiżjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP), u billi għalhekk hemm ħtieġa urġenti li jiġu ċċarati l-kamp ta' applikazzjoni u l-interpretazzjoni tad-Direttiva 98/44/KE, b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha;

H.  billi d-Direttiva 98/44/KE tirrikonoxxi b'mod impliċitu l-libertà li jintuża materjal li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' privattiva għal skopijiet sperimentali, skont l-Artikoli 12(3)(b) u 13(3)(b);

I.  billi l-eżenzjoni għal min inissel prevista fl-Artikolu 27(c) tal-Ftehim tal-QUP tkun applikabbli biss għal privattivi mogħtija skont is-sistema tal-privattiva unitarja u ma tapplikax awtomatikament għal privattivi nazzjonali fl-UE, u dan se jirriżulta f'sitwazzjoni mhux armonizzata fir-rigward tal-possibbiltà ta' tnissil b'materjal miksub minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' privattiva;

J.  billi huwa prinċipju fundamentali tas-sistema internazzjonali tad-drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti bbażata fuq il-Konvenzjoni tal-UPOV tal-1991, u tas-sistema tal-UE bbażata fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, li d-detentur ta' varjetà ta' pjanta ma jistax iwaqqaf lil oħrajn milli jużaw il-pjanta protetta għal attivitajiet oħra ta' tnissil;

1.  Jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu li d-deċiżjoni reċenti tal-Bord tal-Appell Imkabbar tal-UEP dwar il-Każijiet G2/12 (tadam) u G2/13 (brokkoli) tista' twassal biex jingħataw aktar privattivi mill-UEP fir-rigward ta' karatteristiċi naturali mdaħħla f'varjetajiet ġodda permezz ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi bħall-inkroċjar u s-selezzjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika l-kamp ta' applikazzjoni u l-interpretazzjoni tad-Direttiva 98/44/KE, u b'mod partikolari l-Artikoli 4, 12(3)(b) u 13(3)(b) tagħha, sabiex tiżgura ċ-ċarezza tad-dritt rigward il-projbizzjoni tal-privattivabilità ta' prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi, u tikkjarifika l-fatt li t-tnissil b'materjal bijoloġiku li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' privattiva huwa awtorizzat;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkomunika l-kjarifika imminenti tagħha rigward il-privattivabilità ta' prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi lill-UEP sabiex tkun tista' tintuża bħala mezz ta' interpretazzjoni supplementari;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-Unjoni tissalvagwardja l-aċċess garantit għal, u l-użu ta', materjal miksub minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi għat-tnissil tal-pjanti sabiex – fejn applikabbli – ma tinterferixxix mal-prattiki li jiggarantixxu eżenzjoni għal min inissel;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni taħdem favur l-esklużjoni mill-privattivabilità ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi fil-kuntest ta' diskussjonijiet multilaterali dwar l-armonizzazzjoni tad-dritt tal-privattivi;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-iżvilupp u l-implikazzjonijiet tad-dritt tal-privattivi fil-qasam tal-bijoteknoloġija u l-inġinerija ġenetika, kif meħtieġ skont l-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 98/44/KE u kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 fuq il-privattivi ta' proċessi bijoloġiċi essenzjali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi.

(1) ĠU C 261 E, 10.9.2013, p. 31.
(2) ĠU L 213, 30.7.1998, p. 13.
(3) ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.
(4) ĠU C 175, 20.6.2013, p. 1.


Is-sitwazzjoni fil-Burundi
PDF 371kWORD 106k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi (2015/2973(RSP))
P8_TA(2015)0474RC-B8-1348/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim rivedut ta' Cotonou,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Arusha għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Burundi tat-28 ta' Awissu 2000,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Burundi u partikolarment l-Artikolu 96 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana tad-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza (ACDEG),

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-13 ta' Diċembru 2015 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, u l-Kummissarju inkarigat mill-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali, Neven Mimica, dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fil-Burundi,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-konsultazzjonijiet UE-Burundi skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou, adottat fit-8 ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU Nru 2248 (2015) tat-12 ta' Novembru 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-12 ta’ Novembru 2015 mill-Viċi Segretarju Ġenerali tan-NU, Jan Eliasson, il-President tal-Unjoni Afrikana, Nkosazana Dlamini-Zuma, u lill-VP/RGħ, Federica Mogherini, dwar il-Burundi,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Kunsill għall-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana (UA) tat-13 ta' Ġunju, tas-17 ta' Ottubru u tat-13 ta' Novembru 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet maħruġa mill-Komunità tal-Afrika tal-Lvant fil-31 ta' Mejju u fis-6 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tad-9 ta’ Diċembru 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 tal-1 ta' Ottubru 2015 li jikkonċerna l-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonjiet tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu, tat-18 ta' Mejju, tat-22 ta' Ġunju u tas-16 ta' Novembru 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi(1),

–  wara li kkunsidra l-ittra approvata mill-Kunsill fis-26 ta' Ottubru 2015 li titlob li jinfetħu l-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Burundi skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Cotonou,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija li saret fis-6 ta' Novembru 2015 mill-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, is-Sra Fatou Bensouda,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Burundi ddeterjorat b'mod gravi tul dawn l-aħħar jiem, wara l-attakki ta' tliet kampijiet militari f'Bujumbura; billi l-forzi ta' sigurtà tal-Burundi qatlu mill-anqas 87 persuna fil-11 u t-12 ta' Diċembru 2015; billi jidher li ħafna minn dawn l-imwiet kienu minħabba eżekuzzjonijiet aleatorji;

B.  billi l-Artikolu 96 tal-Kostituzzjoni tal-Burundi u l-Artikolu 7(3) tal-Protokoll II tal-Ftehim ta' Arusha għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Burundi jistipulaw li l-President ma jistax iservi aktar minn żewġ mandati; billi l-President Pierre Nkurunziza ilu fil-kariga mill-2005, billi ġie elett mill-ġdid fl-2010;

C.  billi fil-Burundi saru elezzjonijiet leġiżlattivi u lokali fid-29 ta' Ġunju 2015 u elezzjonijiet presidenzjali fil-21 ta' Lulju 2015; billi ż-żewġ proċessi elettorali kienu meqjusa mill-komunità internazzjonali bħala mhux trasparenti, mhux inklusivi, mhux ħielsa u mhux kredibbli; billi għal din ir-raġuni l-Unjoni Afrikana (UA) rrifjutat li tibgħat osservaturi biex isegwu l-elezzjonijiet, l-UE ssospendiet il-missjoni elettorali tagħha fil-Burundi u parti kbira tal-oppożizzjoni fil-Burundi ddeċidiet li tibbojkottja l-elezzjonijiet;

D.  billi l-kandidatura tal-President Nkurunziza għat-tielet mandat u l-elezzjoni tiegħu mill-ġdid wara l-elezzjonijiet tal-21 ta' Lulju 2015 tefgħu lill-pajjiż fl-agħar kriżi politika tiegħu minn tmiem il-gwerra ċivili;

E.  billi l-Gvern tal-Burundi injora d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adotatti mill-UA u l-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC) fit-13 ta' Ġunju 2015 u s-6 ta' Lulju 2015 rispettivament, li l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom kieku kienet twitti t-triq għal elezzjonijiet kredibbli u inklusivi;

F.  billi, skont l-OHCHR u organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem oħrajn, twettqu vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem motivati politikament, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u atti ta' vjolenza fil-pajjiż kemm fil-perjodu ta' qabel l-elezzjoni kif ukoll wara, immirati b'mod partikolari lejn attivisti tal-oppożizzjoni, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u b’mod partikolari ġurnalisti, inklużi Pierre Claver Mbonimpa, li t-tifel tiegħu nstab mejjet wara li ġie arrestat mill-pulizija, Marguerite Barankitse, Antoine Kaburahe u Bob Rugurika; billi hemm perċezzjoni mifruxa li dawn l-atti huma fil-parti l-kbira tagħhom, iżda mhux esklussivament, marbuta mal-istituzzjonijiet tal-istat; billi r-responsabbiltà ewlenija biex tiġi żgurata s-sigurtà fil-Burundi u tiġi protetta l-popolazzjoni tal-Burundi, bir-rispett dovut għall-istat tad-dritt, għad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali, hija f'idejn il-Gvern tal-Burundi;

G.  billi aktar minn 200 000 persuna ġew spostati f'pajjiżhom jew fittxew kenn f'pajjiżi ġirien minħabba d-deterjorament tas-sitwazzjoni politika fil-Burundi; billi f'Lulju 2015 l-UE żiedet l-għajnuna umanitarja tagħha u mmobilizzat EUR 4,5 miljun addizzjonali f'għajnuna għal popolazzjonijiet spostati;

H.  billi l-Burundi huwa wieħed mill-pajjiżi l-inqas żviluppati fid-dinja; billi kważi nofs (45 %) l-10,6 miljun abitant tal-Burundi huma ta' 15-il sena jew inqas (bi tfal taħt il-5 snin jirrappreżentaw 19,9 % tal-popolazzjoni); billi l-Burundi jinsab fl-ewwel post fl-Indiċi Globali tal-Ġuħ, bi tlieta minn kull ħamest itfal bi problemi ta' saħħa fl-iżvilupp fiżiku tagħhom; billi bejn l-2013 u l-2014, il-Burundi mar lura żewġ postijiet mill-178 post għall-180 post, fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tal-UNDP; billi erba' minn kull ħames persuni fil-Burundi jgħixu b'inqas minn USD 1,25 kuljum, u billi 66,9 % tal-popolazzjoni tgħix taħt is-soll tal-faqar;

I.  billi fis-26 ta' Ottubru 2015 l-UE talbet il-ftuħ ta' konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou, biex jiġi investigat in-nuqqas ta' rispett tal-elementi essenzjali tal-Ftehim, partikolarment id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt; billi dawn il-konsultazzjonijiet bdew fit-8 ta' Diċembru 2015;

J.  billi fit-8 ta' Diċembru 2015 l-UE kkunsidrat li l-pożizzjonijiet espressi mill-Burundi matul il-konsultazzjonijiet dwar l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou jagħmluha impossibbli li jinstab rimedju għall-falliment tal-Burundi li jirrispetta l-elementi essenzjali tal-partnership tiegħu mal-UE; billi l-UE kkunsidrat ukoll li l-pożizzjonijiet espressi mill-Burundi ma jippermettux reazzjoni sodisfaċenti għad-deċiżjonijiet tas-17 ta' Ottubru u tat-13 ta' Novembru 2015, meħuda mill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana, b'mod partikolari fir-rigward tal-bżonn li jiġi stabbilit mingħajr dewmien djalogu sinċier u inklusiv skont il-Ftehim ta' Arusha;

K.  billi l-istaġnar politiku fil-Burundi, karatterizzat minn nuqqas ta' djalogu fost il-partijiet interessati tal-Burundi u deterjorament fis-sitwazzjoni tas-sigurtà u konsegwentement dik ekonomika, qed ikollhom konsegwenzi serji għall-popolazzjoni u joħolqu riskju serju għall-istabilità tar-reġjun, fejn hu ppjanat li jsiru bosta elezzjonijiet fis-sentejn li ġejjin (l-Uganda, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, ir-Rwanda);

L.  billi l-komunità internazzjonali għandha rwol sinifikanti bħala l-garanti tal-Ftehimiet ta' Arusha; billi s'issa l-isforzi reġjonali u sottoreġjonali kollha mmirati biex tiġi indirizzata l-kriżi u jiġi stabbili mill-ġdid id-djalogu bejn il-forzi politiċi kollha ma tawx ir-riżultati pożittivi mistennija;

M.  billi, fl-1 ta' Awwissu 2015 l-oppożizzjoni politika u s-soċjetà ċivili ltaqgħu f'Addis Ababa biex joħolqu l-Kunsill Nazzjonali għall-Irkupru tal-Ftehimiet ta' Arusha u tal-Istat tad-Dritt;

N.  billi fit-23 ta' Settembru 2015 il-President ffirma digriet għall-ħolqien ta' kummissjoni nazzjonali għad-djalogu inter-Burundjan għat-tmexxija tan-negozjati għal sitt xhur; billi s-soċjetà ċivili wriet xettiċiżmu qawwi għall-kisbiet potenzjali ta' din il-kummissjoni għaliex ħafna mill-partijiet mill-oppożizzjoni jew mis-soċjetà ċivili li jopponu t-tielet mandat tal-President Nkurunziza qed jiġu ppersegwitati u akkużati b’insurrezzjoni u kompliċità fil-falliment tat-tentattiv ta' kolp ta' stat tat-13 u l-14 ta' Mejju 2015; billi l-Ispeaker tal-Assemblea Nazzjonali l-ġdida, Pascal Nyabenda, iddikjara li "l-persuni involuti fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-kolp ta' stat (...) mhux ser jiġu inklużi fid-djalogu";

O.  billi l-UA, l-UE u l-Istati Uniti imponew iffriżar tal-assi u projbizzjoni tal-ivvjaġġar fuq il-mexxejja tal-gvern u tal-oppożizzjoni, li l-azzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tagħhom jikkontribwixxu biex tkompli l-vjolenza u jostakolaw is-sejbien ta' soluzzjoni politika għall-kriżi fil-Burundi;

P.  billi l-Istati Uniti u numru ta' pajjiżi oħrajn taw parir liċ-ċittadini tagħhom biex jitilqu mill-Burundi b'mod immedjat minħabba s-sitwazzjoni ta' sigurtà li qed tiddeterjora;

Q.  billi fis-17 ta' Ottubru 2015 il-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-UA talab il-finalizzazzjoni tal-ippjanar ta' kontinġenza għall-iskopijiet ta' tnedija fil-Burundi jekk is-sitwazzjoni tkun hekk teħtieġ, ta' Missjoni mmexxija mill-Afrika għall-prevenzjoni tal-vjolenza fil-pajjiż, u qabel mat-tnedija ta' investigazzjoni bir-reqqa dwar il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u abbużi oħra kontra l-popolazzjoni ċivili fil-Burundi;

R.  billi fit-30 ta' Novembru 2015 is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Ban Ki Moon għamel tliet proposti lill-Kunsill tas-Sigurtà fejn irrakkomanda reviżjoni tal-mandat tal-preżenza tan-NU fil-Burundi abbażi tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni, bil-għan li jkun hemm possibbiltà għal missjoni ta' żamma tal-paċi f'każ li l-kriżi tmur għall-agħar;

S.  billi se jkun immobilizzat tim ta' appoġġ tan-NU bil-għan li jappoġġa djalogu inter-Burundjan, li joffri konsulenza lill-gvern dwar it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-istat tad-dritt u dwar kwistjonijiet ta' diżarm, b'koordinament mal-partijiet reġjonali, li jimmonitorja u jirrapporta dwar is-sitwazzjoni lokali u jiffaċilita l-ippjanar tan-NU għal preżenza akbar fil-Burundi;

T.  billi l-UA u l-partijiet internazzjonali oħra ripetutament talbu djalogu ġenwin u inklużiv li jinvolvi l-partijiet interessati kollha, imsejjes fuq ir-rispett tal-Ftehim ta' Arusha u l-Kostituzzjoni tal-Burundi, sabiex tinstab soluzzjoni konsenswali għall-kunflitt fil-Burundi; billi l-UE u n-NU jappoġġaw din il-pożizzjoni;

U.  billi l-isforzi ta' medjazzjoni għadhom għaddejjin, bl-appoġġ sħiħ tal-UA, l-UE u n-NU, sabiex jiġi promoss id-djalogu inter-Burundjan bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni konsenswali u paċifika għall-kriżi fil-Burundi;

V.  billi l-UE tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-baġit annwali tal-Burundi, li madwar nofsu jiġi minn għajnuna internazzjonali, u billi reċentement allokat EUR 432 miljun għall-Burundi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp 2014-2020;

W.  billi, permezz tad-Digriet 530/1597, l-awtoritajiet tal-Burundi ssospendew l-attivitajiet ta' 10 organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment l-ACAT-Burundi, APRODH, AMINA, FOCODE, FORSC, FONTAINE-ISOKO, Maison Shalom, PARCEM, RCP u SPPDF, u imblokkaw il-kontijiet bankarji tagħhom;

1.  Jesprimi t-tħassib mill-aktar serju tiegħu dwar is-sitwazzjonijiet serji ta' politika u ta' sigurtà fil-Burundi, u s-sitwazzjoni umanitarja li rapidament sejra għall-agħar u l-konsegwenzi li dan jista' jkollu għas-sigurtà u l-istabilità fis-sottoreġjun sħiħ;

2.  Jikkundanna bil-qawwa l-attakki vjolenti reċenti u ż-żieda fil-każijiet ta' vjolazzjonijiet u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-assassinji, l-assassinji extraġudizzjarji, il-vjolazzjonijiet tal-integrità fiżika tal-persuni, l-atti ta' tortura u trattament krudili, inuman u/jew degradanti ieħor, l-arresti arbitrarji u d-detenzjonijiet illegali, inkluż ta' tfal u l-okkupar tal-iskejjel mill-militar u mill-pulizija, u l-vjolazzjonijiet tal-libertà tal-istampa u tal-espressjoni, kif ukoll il-prevalenza tal-impunità; jitlob inkjesta bir-reqqa u indipendenti tal-assassinji u l-abbużi u biex dawk li wettqu r-reati jitressqu quddiem il-ġustizzja;

3.  Jitlob tmiem immedjat tal-vjolenza, tal-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tal-intimidazzjoni politika tal-avversarji u d-diżarm immedjat tal-gruppi armati kollha marbuta ma' partiti politiċi, b'konformità stretta mal-liġi internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem;

4.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha jistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-bini mill-ġdid tal-fiduċja u t-trawwim tal-unità nazzjonali u jitlob li minnufih jerġa' jinbeda djalogu nazzjonali inklusiv u trasparenti, li jinkludi l-Gvern, il-partiti tal-oppożizzjoni u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili;

5.  Jenfasizza li dan id-djalogu, immirat lejn il-ksib tal-paċi, is-sigurtà u l-istabilità dejjiema, u għall-irkupru tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, fl-interessi taċ-ċittadini tal-Burundi, għandu jkun ibbażat fuq il-Ftehim ta' Arusha u l-Kostituzzjoni tal-Burundi, li teħtieġ il-konformità mal-liġi internazzjonali u t-trattati;

6.  Jindika, b'mod partikolari, il-preżenza ta' ħafna żgħażagħ, inklużi tfal taħt l-età ta' 18-il sena, fi ħdan il-gruppi armati li qed joperaw fil-Burundi u jistieden lill-komunità internazzjonali biex tagħti attenzjoni speċifika lill-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom u biex tkun promossa l-parteċipazzjoni tagħhom fi proċess politiku paċifiku;

7.  Jitlob li l-partijiet kollha fil-Burundi jżommu lura minn kwalunkwe azzjoni li thedded il-paċi u s-sigurtà fil-pajjiż; jikkundanna bil-qawwa d-dikjarazzjonijiet pubbliċi kollha li għandhom l-għan li jinċitaw vjolenza jew il-mibegħda lejn gruppi differenti tas-soċjetà tal-Burundi, li għandhom il-potenzjal li jaggravaw it-tensjoni attwali, u jistieden lill-partijiet kollha jibqgħu lura milli jagħmlu tali dikjarazzjonijiet;

8.  Ifakkar lill-awtoritajiet tal-Burundi dwar l-obbligu tagħhom li jiżguraw is-sigurtà fi ħdan it-territorju tal-pajjiż u li jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet ċivili u politiċi u l-libertajiet fundamentali, kif previst fil-Kostituzzjoni tal-Burundi, fil-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, u fi strumenti internazzjonali u reġjonali oħra tad-drittijiet tal-bniedem;

9.  Ifakkar, f'dan il-kuntest, li s-sħubija bejn UE-Burundi hija rregolata mill-Ftehim ta' Cotonou, u li l-partijiet kollha huma marbuta li jirrispettaw u jimplimentaw it-termini ta' dak il-ftehim, b'mod partikolari r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar, b'mod partikolari, li l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou jipprevedi l-possibilità li jiġu istitwiti proċeduri ta' konsultazzjoni f'każijiet ta' nuqqas ta' rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt, u jilqa', f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-UE li titlob il-ftuħ ta' konsultazzjonijiet kif previst f'dak l-Artikolu;

10.  Jikkundanna bil-qawwa l-vjolazzjoni tal-Ftehim ta' Arusha mill-President Nkurunziza meta ħa l-ġurament tal-ħatra għat-tielet mandat presidenzjali;

11.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Burundi biex iħeġġu sabiex tiġi stabbilita l-verità dwar id-delitti tal-massa mwettqa bejn l-1962 u l-2008, permezz ta' miżuri ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji, bħal kummissjoni għall-verità u r-rikonċiljazzjoni u tribunali speċjali, u l-promozzjoni tar-rikonċiljazzjoni nazzjonali;

12.  Jilqa' l-isforzi ta' medjazzjoni mmexxija mid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (EAC), bl-appoġġ tal-UA u n-NU, biex jiffaċilitaw id-djalogu fost il-partijiet interessati tal-Burundi; jistieden lill-VP/RGħ wkoll biex tappoġġa dawn l-isforzi ta' medjazzjoni; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Burundi u partijiet interessati oħra kkonċernati biex jikkooperaw bis-sħiħ mal-medjatur;

13.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-numru ta' vittmi u każijiet ta' vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem irrappurtati mill-bidu tal-kriżi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu investigazzjoni bir-reqqa u immedjata dwar iċ-ċirkostanzi u l-motivi wara dawn id-delitti u jiżguraw li dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja; itenni li ma jista' jkun hemm l-ebda impunità għal dawk responsabbli għal vjolazzjonijiet jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-awtoritajiet jiżguraw li l-iskejjel jibqgħu post tal-kenn għat-tagħlim; jitlob lill-Prosekutur tal-QKI biex isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Burundi u jappoġġa d-dikjarazzjoni tagħha tas-6 ta' Novembru 2015;

14.  Jitlob li jiġi revokat id-Digriet 530/1597 li jipprevedi s-sospensjoni provviżorja tal-attivitajiet ta' bosta organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, u jitlob li jitneħħa immedjatament l-iffriżar fuq il-kontijiet tal-bank tagħhom, sabiex dawn l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jeżerċitaw liberament l-attivitajiet tagħhom;

15.  Jitlob ir-ritorn sikur ta' ġurnalisti u ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'eżilju, il-ftuħ mill-ġdid tal-mezzi tax-xandir li ngħalqu wara li falla l-attentat ta' kolp ta' stat tat-13 u l-14 ta' Mejju 2015 u li jitwaqqgħu l-akkużi miġjuba kontra dawk il-ġurnalisti akkużati li ħadu sehem, direttament jew indirettament, fl-attentat fallut ta' kolp ta' stat;

16.  Huwa partikolarment imħasseb dwar il-livelli drammatiċi ta' diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBTI fil-Burundi u l-kriminalizzazzjoni tagħhom; jinnota għal darb'oħra li l-orjentazzjoni sesswali tifforma parti mil-libertà ta' espressjoni u mid-dritt tal-persuni għal ħajja privata, kif stabbilit mil-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, li bis-saħħa tagħha għandhom jiġu rrispettati l-prinċipji tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, u l-libertà tal-espressjoni għandha tiġi ggarantita; jistieden, għalhekk, lill-Assemblea Nazzjonali u lill-Gvern tal-Burundi jħassru l-artikoli tal-kodiċi penali li jiddiskriminaw kontra l-persuni LGBTI;

17.  Jissottolinja l-impatt gravi tal-kriżi fuq it-tfal u jitlob lill-Kummissjoni tibqa' involuta mal-imsieħba internazzjonali sabiex jiġi żgurat il-forniment tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, inkluż mediċini essenzjali, l-aċċess sikur għall-edukazzjoni u l-protezzjoni tat-tfal mill-forom kollha ta' vjolenza u biex jiġi żgurat l-aċċess għal servizzi soċjali oħrajn;

18.  Jilqa' l-fatt li ġew mibgħuta mill-UA osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem u esperti biex jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u jenfasizza l-importanza li jkun hemm kooperazzjoni magħhom sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-mandat tagħhom; jistieden barra minn hekk lill-Qorti Kriminali Internazzjonali biex, fl-ambitu tal-ġurisdizzjoni tagħha, tinvestiga l-allegati vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu matul il-kriżi reċenti;

19.  Jilqa' s-sanzjonijiet immirati approvati mill-UE, konsistenti mad-deċiżjoni meħuda mill-UA, li timponi sanzjonijiet immirati, inkluża projbizzjoni fuq l-ivjaġġar u l-iffriżar tal-assi kontra Burundjani li l-azzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tagħhom ikkontribwew għall-perpetwazzjoni tal-vjolenza u l-ostruzzjoni tal-isforzi biex tinkiseb soluzzjoni politika għall-kriżi; jitlob li l-UE testendi tali sanzjonijiet għal dawk kollha li l-azzjonijiet tagħhom jirrappreżentaw theddida għall-paċi u l-istabilità fir-reġjun, li jinċitaw il-mibegħda u li jiksru l-Ftehim ta' Arusha;

20.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-konsultazzjoni pubblika mwettqa skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou, biex jikkunsidraw l-iffriżar tal-assistenza non-umanitarja lill-Gvern tal-Burundi sakemm jieqaf l-użu eċċessiv tal-forza u l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem minn forzi governattivi, kif reġistrat mill-OHCHR, u sakemm tinstab soluzzjoni politika li tirriżulta minn djalogu inter-Burundjan ġenwin, u biex l-għajnuna tkun imqassma mill-ġdid bil-għan li tissaħħaħ is-soċjetà ċivili; iqis li l-għajnuna tal-UE għandha titratta l-problemi bażiċi ta' inugwaljanza, faqar u malnutrizzjoni kronika sabiex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli li ġew approvati dan l-aħħar;

21.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-eżodu kontinwu ta' refuġjati Burundjani lejn pajjiżi ġirien; itenni l-appoġġ tiegħu għall-organizzazzjonijiet umanitarji kollha li joperaw fuq il-post, kif ukoll għall-pajjiżi ospitanti ġirien; jappella lill-komunità internazzjonali u l-aġenziji umanitarji biex ikomplu jagħtu assistenza lil dawk kollha li issa huma refuġjati u persuni spostati bħala riżultat tal-kunflitt; jilqa' l-impenn tal-UE biex iżżid l-appoġġ finanzjarju u l-għajnuna umanitarja sabiex tindirizza l-bżonnijiet urġenti ta' dawn il-popli;

22.  Jistieden lill-UA, lin-NU u lill-UE biex iqisu serjament id-dimensjoni reġjonali u jevitaw kwalunkwe destabbilizzazzjoni ulterjuri tar-reġjun, billi jżidu l-preżenza tagħhom fil-post b'mod partikolari billi jinżamm djalogu politiku permanenti bejn il-pajjiżi fir-reġjun; iħeġġeġ lill-UA, f'dan il-kuntest, biex tikkunsidra, b'koordinament mal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li tibgħat missjoni għaż-żamma tal-paċi mmexxija mill-Afrika jekk is-sitwazzjoni tas-sigurtà u tad-drittijiet tal-bniedem fil-Burundi tkompli tiddeterjora;

23.  Iħeġġeġ lill-VP/ RGħ, Federica Mogherini, tkompli fl-isforzi tagħha biex tiżgura l-ħelsien immedjat ta’ Richard Spiros Hagabimana, li hu uffiċjal tal-pulizija fil-Burundi, li qed jinżamm il-ħabs illegalment u li ġie ttorturat għaliex bħala pulizija, irrifjuta li jispara fuq il-folla fit-28 ta’ Lulju 2015;

24.  Hu tal-fehma li l-problemi tal-Burundi huma interkonnessi ma' tilwim relatat mal-kontroll ta' art agrikola fertili, mal-inguwaljanza ta' introjtu u mad-diskriminazzjoni; jappella, f'dan il-kuntest, biex jitwaqqaf qafas regolatorju responsabbli li jirregola l-mod li bih il-korporazzjonijiet jikkonformaw mal-obbligi dwar id-drittijiet tal-bniedem u mal-obbligi fir-rigward tal-istandards soċjali u ambjentali;

25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Parlament tal-Burundi, lill-Kunsill AKP-UE, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Komunità tal-Afrika tal-Lvant u lill-gvernijiet tal-istati membri tagħha, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0275.


Il-protezzjoni tal-Park Nazzjonali tal-Virunga fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
PDF 289kWORD 103k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar il-protezzjoni tal-Park Nazzjonali tal-Virunga fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (2015/2728(RSP))
P8_TA(2015)0475B8-1346/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni li tikkonċerna l-Ħarsien tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji, adottata fis-16 ta' Novembru 1972 f'Pariġi mill-Konferenza Ġenerali tal-UNESCO,

–  wara li kkunsidra r-rikonoxximent, mill-UNESCO, tal-Park Nazzjonali tal-Virunga bħala Sit ta' Wirt Dinji fl-1979 u bħala Sit ta' Wirt Dinji fil-Periklu fl-1994,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, adottata waqt is-Summit dwar id-Dinja, f'Rio de Janeiro fil-5 ta' Ġunju 1992,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Artijiet Mistagħdra ta' Importanza Internazzjonali partikolarment bħala Ħabitats tal-Għasafar tal-ilma, adottata f'Ramsar fl-1971,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali adottati fl-1976, (u l-aġġornamenti tagħhom) u l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, adottati fl-1971,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Finali wara l-ftehim li ntlaħaq wara lment li tressaq minn WWF International kontra SOCO International plc f'Lulju 2014,

–  wara li kkunsidra l-qafas legali u kuntrattwali għas-settur tal-idrokarburi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), inklużi l-'Ordonnance-Loi n°81-013 portant législation générale sur les mines et les hydrocarbures', il-'Code minier' u kwalunkwe 'Code congolais des hydrocarbures' futura, kif ukoll il-'Contrats de Partage et de Production des hydrocarbures' (CPPs),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-Park Nazzjonali tal-Virunga fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (O-000108/2015 – B8-1111/2015),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Park Nazzjonali tal-Virunga, li jinsab fil-Provinċji ta' Kivu tat-Tramuntana u l-'Province Orientale' tar-RDK, fuq il-fruntiera mar-Rwanda u mal-Uganda, huwa l-eqdem park nazzjonali fl-Afrika u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, u huwa magħruf mad-dinja għall-ħabitats uniċi u l-bijodiversità rikka tiegħu li jagħmluh il-park bl-akbar bijodiversità fl-Afrika; billi, b'mod partikolari, il-Park huwa magħruf għall-gurilli tal-muntanji li jgħixu fih, li hija speċi li tinsab f'periklu serju ta' estinzjoni elenkata fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni tal-1973 dwar il-Kummerċ Illegali ta' Speċijiet fil-Periklu (CITES);

B.  billi, skont il-Konvenzjoni dwar id-Diverstà Bijoloġika, li ġiet iffirmata u rratifikata mir-RDK, il-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika hija preokkupazzjoni ġenerali għall-umanità u hija parti integrali mill-proċess ta' żvilupp; billi l-Konvenzjoni hija legalment vinkolanti u tobbliga lil min iffirmaha li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tagħha;

C.  billi l-Park Nazzjonali tal-Virunga huwa protett ukoll mill-Konvenzjoni ta' Ramsar u d-dritt nazzjonali tar-RDK; billi l-Kummissjoni Ewropea u uħud mill-Istati Membri tal-UE ilhom jappoġġaw il-konservazzjoni tal-Park għal dawn l-aħħar 25 sena;

D.  billi l-Park Nazzjonali tal-Virunga huwa wieħed mit-tliet siti Ramsar tar-RDK (n°787); billi skont il-Konvenzjoni ta' Ramsar, ir-RDK għandha għadd ta' obbligi fir-rigward tas-siti inklużi fil-lista Ramsar, bħall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni sussegwenti tal-ippjanar tagħha biex tippromwovi l-konservazzjoni tal-artijiet mistagħdra inklużi fil-lista, u kemm jista' jkun possibbli tagħmel użu intelliġenti mill-artijiet mistagħdra fit-territorju tagħha (l-Artikolu 3, paragrafu 1 tal-Konvenzjoni ta' Ramsar);

E.  billi, skont ir-rapport tad-WWF tal-2013 bit-titolu "The economic value of Virunga park" (Il-valur ekonomiku tal-Park tal-Virunga), il-Park Nazzjonali tal-Virunga attwalment jipproduċi valur ekonomiku ta' USD 48,9 miljun fis-sena; billi, f'sitwazzjoni stabbli, il-Park jista jikkontribwixxi għat-tkabbir fl-ekonomija u t-turiżmu u kapaċi jipproduċi valur ta' USD 1 biljun fis-sena u joħloq 45 000 impjieg;

F.  billi, minkejja l-istatus tiegħu ta' żona fejn jgħixu speċijiet protetti, il-Park ilu deċennji mhedded minn gruppi armati involuti fil-kaċċa illegali, id-deforestazzjoni u mezzi ta' sfruttament mhux sostenibbli u illegali tar-riżorsi; billi, bħala konsegwenza, Virunga ġie inkluż fil-Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Periklu; billi tellieqa għaż-żejt f'kuntest ta' faqar kbir, stat dgħajjef, livell baxx ta' governanza u nuqqas ta' sigurtà reġjonali jkollha effetti soċjali u ambjentali severi ta' destabilizzazzjoni;

G.  billi, f'Diċembru 2007, il-gvern tar-RDK ta konċessjonijiet għaż-żejt li jkopru 85 % tal-Park; billi SOCO International plc (SOCO) s'issa hija l-unika kumpanija li fittxet għaż-żejt fil-Park;

H.  billi minkejja l-liġi tar-RDK li tipprojbixxi attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent f'żoni protetti, il-liċenzja għat-tiftix ta' SOCO tisfrutta eżenzjoni f'dik il-liġi li tippermettilha twettaq "attivitajiet xjentifiċi" f'żoni protetti;

I.  billi SOCO International m'għadx għandha liċenzja għal Blokk V fil-Park Nazzjonali tal-Virunga;

J.  billi r-riżultati tal-istudji sistematiċi juru l-preżenza ta' żejt fil-Park Nazzjonali tal-Virunga, iqis li l-isfruttament (u t-tiftix) huma inkompatibbli mal-preservazzjoni tal-Park, li huwa Sit ta' Wirt Dinji;

K.  billi r-responsabilità li jitħarsu d-drittijiet tal-bniedem hija standard globali ta' kondotta li l-intrapriżi kummerċjali kollha huma mistennija jsegwu, jaħdmu fejn jaħdmu, kif imtenni fil-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali;

L.  billi għal aktar minn żewġ deċennji kien hemm kunflitti vjolenti fil-Park Nazzjonali tal-Virunga; billi l-estrazzjoni illegali, l-isfruttament illegali tar-riżorsi nazzjonali tiegħu (l-injam, il-karbonju, eċċ.) u l-kaċċa illegali ta' annimali fil-periklu ta' estinzjoni kif ukoll kummerċ illegali ieħor tar-riżorsi naturali, b'mod partikolari, iffinanzjaw kemm lir-ribelli kif ukoll lill-forzi armati uffiċjali, filwaqt li t-tiftix u l-isfruttament ta' riżervi potenzjali taż-żejt wisq probabbli jistgħu jkomplu jżidu l-vjolenza u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u jiġġeneraw aktar tniġġis fiż-żona;

M.  billi l-aktar riskji ambjentali kritiċi assoċjati mal-iżvilupp taż-żejt f'żoni fejn m'hemmx governanza tajba jinkludu: it-tneħħija fuq skala kbira tal-veġetazzjoni, l-introduzzjoni ta' pjanti invażivi, il-frammentazzjoni tal-ħabitats, iż-żieda fil-probabilità li ssir kaċċa illegali u tniġġis mit-tixrid taż-żejt, l-ivvampjar tal-gass u d-dumping tal-iskart; billi r-riskju ta' "seħta taż-żejt" jista' jirriżulta f'żieda fil-faqar u f'indikaturi ta' inugwaljanzi kif muri mill-istudji tal-każ bħal dak ta' 'Niger Delta' (Id-Delta tan-Niġer);

N.  billi l-ġestjoni sostenibbli tal-art, l-ilma u l-annimali u l-pjanti selvaġġi tal-Park tal-Virunga se jkollha benefiċċji ekonomiċi diretti u indiretti għall-komunitajiet li jiddependu ħafna fuq ir-riżorsi naturali tal-Park; billi, skont id-WWF, il-gurilli tal-muntanji weħidhom jiġbdu turiżmu li kapaċi jiġġenera USD 30 miljun fis-sena u joħloq eluf ta' impjiegi;

1.  Jisħaq fuq il-ħtieġa assoluta għall-prevenzjoni ta' ħsara irreversibbli lill-Park Nazzjonali tal-Virunga, li fl-1979 ġie rrikonoxxut bħala Sit ta' Wirt Dinji mill-UNESCO u fl-1994 bħala Sit ta' Wirt Dinji fil-Perikolu;

2.  Jiddeplora l-fatt li l-Park Nazzjonali tal-Virunga sar ukoll wieħed mill-aktar postijiet perikolużi fid-dinja f'dak li għandu x'jaqsam mal-Konservazzjoni tal-Annimali u l-Pjanti Selvaġġi; jinnota, bi tħassib kbir, li xi gruppi armati kienu involuti fl-isfruttament illegali tar-riżorsi naturali tal-Park permezz ta' attivitajiet ta' estrazzjoni u l-produzzjoni tal-karbonju li jintuża kemm għas-sostenn tal-operazzjonijiet militari tagħhom kif ukoll għall-vantaġġ personali tagħhom; jiddeplora wkoll il-fatt li xi gruppi armati kienu involuti f'attivitajiet ta' kaċċa illegali fuq skala kbira għal skopijiet ta' alimentazzjoni u għall-kummerċ tal-avorju u l-laħam tal-annimali selvaġġi bl-iskop li jiffinanzja l-gwerer; jinnota bi tħassib, barra minn hekk, li nuqqas ta' dixxiplina, pagi irregolari u nuqqas ta' ikel irriżultaw f'żieda fil-parteċipazzjoni tal-persunal militari f'attivitajiet illegali, inklużi l-estrazzjoni artiġjanali, il-produzzjoni tal-karbonji u l-kaċċa illegali tal-annimali u l-pjanti selvaġġi; jinnota li, filwaqt li l-Park huwa żona fejn jgħixu bosta organiżmi selvaġġi, il-kobor tiegħu ta' żewġ miljun acre (790 000 ettaru) jikkostitwixxi problemi ta' protezzjoni kbar, speċjalment minħabba l-finanzjament limitat min-naħa tal-gvern; jinnota li fil-15 ta' April 2014, il-Gwardjan Ewlieni tal-Park, il-Prinċep Belġjan Emmanuel de Merode, indarab serjament minn tliet individwi armati b'pistoli, u aktar minn 140 għassies inqatlu fil-Park waqt il-qadi ta' dmirhom fl-aħħar għaxar snin;

3.  Jenfasizza li, bħala konsegwenza tat-tiftix u l-isfruttament taż-żejt u attivitajiet illegali oħra, tista' ssir ħsara irreversibbli lill-Park Nazzjonali tal-Virunga; iqis li huwa inaċċettabbli li fl-2007 ngħataw konċessjonijiet għaż-żejt fil-Park Nazzjonalital-Virunga lill-kumpanija taż-żejt Franċiża TOTAL u lill-kumpanija taż-żejt Brittanika SOCO International, bi ksur tal-Konvenzjoni ta' Pariġi dwar il-Ħarsien tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji, tal-Konvenzjoni tal-1992 dwar id-Diversità Bijoloġika, il-Konvenzjoni ta' Ramsar u tal-liġi Kongoliża. Ifakkar li, filwaqt li TOTAL qablet li qatt ma kienet se tfittex għaż-żejt fil-konfini tal-Park Nazzjonali tal-Virunga (anki jekk il-Gvern Kongoliż jiddeċiedi li jbiddel il-konfini), SOCO International wettqet attivitajiet ta' tiftix għaż-żejt fil-Park Nazzjonali tal-Virunga u f'Lulju 2014 wettqet stħarriġ sismiku, li r-riżultati tiegħu intbagħtu lill-Gvern Kongoliż, u li jagħtu evidenza tal-preżenza taż-żejt; jappella lill-Gvern tar-RDK biex ma jagħtix liċenzji lil operaturi oħra;

4.  Josserva li l-Gvern tal-Uganda ta bidu għall-proċess tal-għoti ta' liċenzja għall-blokk ta' Ngaji, li jmiss mal-Park Nazzjonali tal-Virunga u jinkludi l-Lag Edward, u jenfasizza li tista' ssir ħsara irreversibbli lill-Park Nazzjonali tal-Virunga bħala konsegwenza tat-tiftix u l-isfruttament;

5.  Jieħu nota tal-ftehim li ntlaħaq f'Ġunju 2014 bejn SOCO International u l-grupp għall-konservazzjoni WWF, b'rabta mal-ilment li d-WWF bagħtet lill-punt ta' kuntatt nazzjonali tar-Renju Unit dwar in-nuqqas ta' konformità ta' SOCO mal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali li jgħidu li l-kumpanija ħadet impenn li ma twettaqx jew ma tikkommissjonax attivitajiet ta' tiftix jew tħaffir fil-Park Nazzjonali tal-Virunga sakemm l-UNESCO u l-gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) ma jaqblux li tali attivitajiet mhumiex inkompatibbli mal-Istatus ta' Wirt Dinji tal-Park; jinnota li tali ftehim kondizzjonali ma joffri ebda garanzija li se titwaqqaf kull attività marbuta maż-żejt li għaddejja fil-Park; jinnota li l-pożizzjoni ambigwa ta' SOCO Internaztional tħalli l-bieb miftuħ għad-deklassifikazzjoni totali jew parzjali tal-Park mit-tħaffir għaż-żejt; josserva li l-konċessjoni għaż-żona fejn kienet qed tfittex SOCO hija lokalizzata fil-Lag Edward u madwaru, żona fejn jgħixu għexieren ta' speċijiet ikoniċi (uħud minnhom fil-periklu ta' estinzjoni), inklużi ximpanzì, iljunfanti, kukkudrilli u iljuni; jappella, għaldaqstant, lil SOCO International plc u l-kumpanija tagħha rreġistrata fir-RDK biex twaqqaf għal dejjem l-attivitajiet ta' tiftix u sfruttament fil-Virunga, u jirrispettaw il-konfini attwali tal-Park; jappella, barra minn hekk, lill-gvern tar-RDK jikkanċella l-permessi kollha li ta għat-tiftix fil-proprjetà tal-Park Nazzjonali tal-Virunga, kif mitlub mill-Kumitat għall-Wirt Dinji;

6.  Jisħaq li s-sajd fil-Lag Edward jiġġenera madwar USD 30 miljun fis-sena għall-benefiċċju tal-komunità lokali li tgħix qrib il-Park Nazzjonali tal-Virunga u, barra minn hekk, skont studju indipendenti kkommissjonat mid-WWF, 'il fuq minn 50 000 familja jiddependu fuq il-lag għall-provvista tagħhom ta' ilma frisk;

7.  Josserva li, skont rapport ippubbikat minn Global Witness f'Settembru 2014, f'Der Spiegel, The Telegraph, u The New York Times, jeżistu allegazzjonijiet li l-kumpanija SOCO International u l-kuntratturi tagħha għamlu pagamenti illeċiti, jidhru li ħallsu lir-ribelli armati u bbenefikaw mill-biża' u l-vjolenza mrawma mill-forzi tas-sigurtà tal-gvern fil-Lvant tar-RDK, huma u jfittxu aċċess għall-eqdem park nazzjonali tal-Afrika għat-tiftix taż-żejt;

8.  Ifaħħar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS) dwar it-tiftix/l-isfruttament taż-żejt fir-reġjun tan-Northern Albertine Rift, inkluż il-Park Nazzjonali tal-Virunga; Iqis, abbażi ta' dik il-valutazzjoni, li l-gvernijiet ikkonċernati, inkluż il-gvern tar-RDK, għandhom ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati bbażati fuq analiżi xierqa tal-impatt tat-tiftix għaż-żejt u l-isfruttament tiegħu; jiddispjaċih, madankollu, li l-proċess tal-VAS għadda minn dewmien kbir u li diġà beda t-tiftix għaż-żejt fil-Park Nazzjonali tal-Virunga, minkejja li l-proċess tal-VAS għadu ma ġiex iffinalizzat;

9.  Jisħaq li l-kwistjoni tat-tiftix għaż-żejt fir-RDK hija kkaratterizzata minn sistema leġiżlattiva u regolatorja li la hija adegwata u lanqas effikaċi; jappella lill-gvern tar-RDK jiddefendi u jirrispetta d-dritt u r-regolamenti tar-RDK li jipprojbixxu attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, bħat-tiftix u l-isfruttament taż-żejt f'żoni protetti, inkluża ż-żona tal- Virunga, u jitolbu wkoll jelimina l-lakuni li jeżistu fl-abbozz ta' liġijiet dwar l-idrokarbonju u l-konservazzjoni li jippermettu t-tiftix u l-isfruttament tar-riżorsi naturali fil-parks nazzjonali u s-Siti ta' Wirt Dinji;

10.  Ifaħħar lill-awtoritajiet maniġerjali fil-Park għall-isforzi tagħhom biex jiżguraw dħul sostenibbli mill-ġenerazzjoni tal-enerġija solari u l-idroenerġija naturali li ttejjeb id-dħul għal ħafna mill-popolazzjoni lokali mingħajr ma teqred iż-żona naturali u mingħajr ma taqbeż il-limitu ta' żvilupp permess minn Sit ta' Wirt Dinji;

11.  Jirrimarka li, mill-bidu tas-snin 90, kunflitti mal-gwerillieri armati li jgħixu fil-Park u madwaru wasslu għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u ħafna mill-vjolenza; jirrimarka li l-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FDLR), grupp ta' gwerillieri li huma akkużati li wettqu atroċitajiet waqt il-ġenoċidju li seħħ fir-Rwanda fir-Rebbiegħa tal-1994 u li nfirex ukoll fil-Lvant tar-RDK, ilhom jgħixu fil-Park mill-1996 u għadhom jgħixu moħbija 'lil hinn mill-fruntiera fiż-żona tal-Virunga, filwaqt li huwa rrapportat ukoll li l-milizzji Mai-Mai qatlu, stupraw u darbu ħafna nies, u li qerdu villaġġi fi ħdan il-konfini tal-Park; iħeġġeġ lill-gvern tar-RDK jċaħħad lir-ribelli mill-armi u jistabbilixxi mill-ġdid is-sigurtà fir-reġjun tal-Park; jiddispjaċih, barra minn hekk, li r-ripressjoni tal-attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem u tal-ġurnalisti fir-RDK kibret; jitlob, għal darba oħra, lill-gvern tar-RDK jirrikonoxxi u jirrispetta l-libertà tal-istampa u l-midja, u jirrispetta l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

12.  Ifakkar li, skont il-Konvenzjoni ta' Pariġi dwar il-Ħarsien tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji, it-tiftix għaż-żejt u l-isfruttament tiegħu mhumiex kompatibbli mal-istatus ta' Sit ta' Wirt Dinji; jisħaq, barra minn hekk, li fil-Park Nazzjonali tal- Virunga jgħixu ħafna speċijiet fil-periklu ta' estinzjoni, bħall-gurilli tal-muntanji ikoniċi (li huma fost tal-aħħar fil-pjaneta), u l-okapis, u li l-ħabitats tal-ispeċijiet fil-periklu għandhom jiġu protetti b'mod strett; jilqa' d-deċiżjoni tal-gvern tar-RDK li joħloq brigata speċjali kontra l-kaċċa illegali iżda jitlob lill-gvern tar-RDK, madankollu, biex jidentifika u jieħu azzjoni legali addizzjonali f'kooperazzjoni mas-segretarjat ta' CITES sabiex jiġġieldu n-netwerks kriminali involuti fit-traffiku illegali; iħeġġeġ lill-gvern tar-RDK, b'mod aktar ġenerali, biex isaħħaħ ir-rwol tal-għassiesa tal-Park u jikkastiga l-attivitajiet illegali li jitwettqu fih;

13.  Jisħaq fuq il-fatt li huwa rrapportat li l-kwistjoni ta' bidla fil-konfini tal-Park Nazzjonali tal-Virunga tqajmet bejn il-gvern Kongoliż u SOCO International, bil-ħsieb li jiġu deklassifikati xi partijiet tal-Park Nazzjonali tal-Virunga, jew iż-żona tal-Virunga kollha kemm hi, sabiex jitħalla jsir tħaffir għal bjar taż-żejt b'mod legali, minkejja li ma jidhirx li f'dan l-istadju l-gvern talab uffiċjalment lill-UNESCO għal bidla bħal din;

14.  Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jikkoordina tweġiba diplomatika mill-Istati Membri tal-UE u donaturi potenzjali oħra li huma attivi fir-RDK, bil-ħsieb li jgħinu lill-Gvern tar-RDK biex jirrifjuta t-tiftix għaż-żejt u l-isfruttament tiegħu fi ħdan il-konfini tal-Park, iħassar il-permessi għat-tiftix taż-żejt mogħtija fit-territorju tal-Park Nazzjonali tal-Virunga, kif mitlub mill-Kumitat għall-Wirt Dinji, kif ukoll fis-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO Kongoliżi l-oħra, u sabiex ma jippermettix li jsiru bidliet fil-konfini tal-Park jew li dawn jiċċekknu;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiddefendu l-integrità tal-Park, pereżempju billi jżidu l-impenn tagħhom biex jiffinanzjaw konservazzjoni sostenibbli, żvilupp ekonomiku u diversifikazzjoni fir-reġjun tal-madwar; jappella, b'mod partikolari, lill-UE tgħin lill-gvern tar-RDK jiżviluppa alternattivi enerġetiċi u ekonomiċi sostenibbli għall-industriji estrattivi, itejjeb il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi - speċjalment permezz ta' sistemi tat-taxxa ġusti u progressivi - isaħħaħ il-governanza, u jiġġieled il-kaċċa illegali, il-qtugħ illegali tas-siġar, l-estrazzjoni illegali u l-korruzzjoni, li huma fatturi persistenti li jheddu li jikkawżaw ħsara irreversibbli lill-Park;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex il-proġett tal-VAS isir għodda reali ta' teħid ta' deċiżjonijiet;

17.  Jisħaq li l-Istati Membri tal-UE għandhom dmir, skont id-dritt internazzjonali u Ewropew dwar id-drittijiet tal-bniedem, li jiżguraw li l-kumpaniji li joperaw fil-ġurisdizzjoni tagħhom ma jkunux qed jikkawżaw jew jikkontribwixxu għal abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, direttament jew indirettament, permezz tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom, u li dawn jaġixxu f'konformità mal-kodiċijiet ta' kondotta adottati li jispeċifikaw standards ta' prestazzjoni soċjali u ambjentali, kif ukoll strumenti bħall-Konvenzjoni 169 tal-ILO, il-Linji Gwida għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri legalment vinkolanti biex b'mod effikaċi jżommu responsabbli lill-kumpaniji li jinstab li jkunu daru mal-liġijiet nazzjonali u t-trattati internazzjonali;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni effikaċi biex jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-kunflitti armati u l-korruzzjoni, u jappoġġaw l-iżvilupp sostenibbli u l-istrateġiji u l-proġetti għall-bini tal-paċi fil-Park Nazzjonali tal-Virunga u r-reġjun ta' madwaru;

19.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u lill-kumpaniji taż-żejt interessati fit-tħaffir għaż-żejt biex jipproteġu l-konfini attwali u l-inħawi qrib il-Park Nazzjonali tal-Virunga mill-isfruttament tal-karburanti fossili;

20.  Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jieħu l-inizjattivi kollha meħtieġa biex jipperswadi lill-gvern tar-RDK sabiex jinvestiga l-atti ta' vjolenza kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem attivi fir-RDK, speċjalment fil-Park Nazzjonali tal-Virunga, inklużi l-għassiesa tal-Park, u jistiednu wkoll iħeġġeġ lill-gvern tar-RDK biex jagħmel ħiltu sabiex jipprevjeni atti ta' krudeltà bħal dawn milli jseħħu mill-ġdid;

21.  Iħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li s-Serious Fraud Office (l-Uffiċċju tal-Frodi Serja) tar-Renju Unit, bħala l-ġurisdizzjoni primarja, u kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra relevanti, jinvestigaw bis-sħiħ l-allegazzjonijiet kollha ta' tixħim u korruzzjoni li jitressqu quddiemhom rigward SOCO International plc u l-kumpanija tagħha rreġistrata fir-RDK, SOCO Exploration and Production DRC SPRL (SOCO);

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri, u tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, ir-Repubblika tal-Uganda u ir-Repubblika tar-Rwanda, lill-Kumitat tal-Wirt Dinji stabillit fi ħdan il-UNESCO, lill-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent u lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta' Ramsar.

Avviż legali - Politika tal-privatezza